This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22002D0148
Decision of the EEA Joint Committee No 148/2002 of 8 November 2002 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2002 tat-8 ta' Novembru 2002 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2002 tat-8 ta' Novembru 2002 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 19, 23.1.2003, p. 19–20
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 019 , 23/01/2003 P. 0019 - 0020
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2002 tat-8 ta' Novembru 2002 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE Il-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea, hekk kif emendat permess tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il-quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 ta' l-istess Ftehim, Billi: (1) L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru. 134/2002 tas-27 ta' Settembru 2002 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/839/KE tat-8 ta' Novembru 2001 li tistabbilixxi kwestjonarju li jintuża għal rapport annwali fuq l-istima tal-kwalità ta' l-arja ambjentali taħt id-Direttivi tal-Kunsill 96/62/KE u 1999/30/KE [2], IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 21ae (id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XX tal-Ftehim: "21af. 32001 D 0839: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/839/KE tat-8 ta' Novembru 2001 li tistabbilixxi kwestjonarju li jintuża għal rapport annwali għall-istima tal-kwalità ta' l-arja ambjentali taħt id-Direttivi tal-Kunsill 96/62EC u 1999/30/KE (ĠU L 319, ta' l-4.12.2001, p. 45)." Artikolu 2 It-testi ta' Deċiżjoni 2001/839/KE fil-lingwa ta' L-islanda u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jkunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha sseħħ fid-9 ta' Novembru 2002, iżda in-notifikazzjonijiet taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għandhom jiġu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjail tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Novembru 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President Kjartan Jóhannsson [1] ĠU L 336, tat-12.12.2002, p. 34. [2] ĠU L 319, ta' l-4.12.2001, p. 45. [3] M'hemm l-ebda indikazzjoni ta' kondizzjonijiet kostituzzjonali. --------------------------------------------------