EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002A0809(01)

Ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Indja

OJ L 213, 9.8.2002, p. 30–37 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 042 P. 248 - 255
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 042 P. 248 - 255
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 042 P. 248 - 255
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 042 P. 248 - 255
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 042 P. 248 - 255
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 042 P. 248 - 255
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 042 P. 248 - 255
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 042 P. 248 - 255
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 042 P. 248 - 255
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 029 P. 175 - 182
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 029 P. 175 - 182
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 115 P. 132 - 139

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2002/648/oj

Related Council decision

22002A0809(01)



Official Journal L 213 , 09/08/2002 P. 0030 - 0037


Ftehim

għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Indja

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa" il-Komunità,

fuq parti waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA' L-INDJA, hawnhekk iżjed "il quddiem msejjaħ" l-Indja,

fuq il-parti l-oħra,

hawnhekk iżjed "il quddiem msejjħa il-" Partijiet,

B'KONSIDERAZZJONI għall-importanza tax-xjenza u t-teknoloġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom,

B'RIKONOXXIMENT li l-Komunità u l-Indja qed isegwu riċerka u programmi teknoloġiċi konġunti f'numru ta' oqsma ta' interess komuni, u li vantaġġi reċiproki jistgħu jinkisbu jekk il-Partijiet jiffaċilitaw iżjed koperazzjoni,

JINNOTAW li kien hemm koperazzjoni attiva u skambju ta' informazzjoni f'numru ta' oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi taħt il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Indja dwar Sħubija u Żvilupp iffirmat fl-20 ta' Diċembru 1993,

WARA LI KKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni tal-Laqgħa Konġunta UE-Indja miftiehma fit-28 ta' Ġunju 2000,

XEWQANA li jespandu l-koperazzjoni fir-riċerka xjentifika u teknoloġika b'ħarsa lejn it-tisħiħ tal-kondotta ta' attivitajiet koperattivi fl-oqsma ta' interess komuni u lejn l-inkoraġġiment għall-applikazzjoni tar-riżultati ta' tali koperazzjoni għall-vantaġġi ekonomiċi u soċjali tagħhom,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw riċerka u attivitajiet ta' żvilupp koperattivi fl-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta' interess komuni bejn il-Komunità u l-Indja.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan il-Ftehim:

(a) "attività koperattiva" tfisser kwalunkwe attività li l-Partijiet jimpenjaw ruħhom fiha jew jappoġġaw, skond dan il-Ftehim, u tinkludi riċerka konġunta;

(b) "informazzjoni" tfisser data xjentifika jew teknoloġika, riżultati jew metodi tar-riċerka u żvilupp li ħarġu mir-riċerka konġunta li saret taħt dan il-Ftehim u kwalunkwe data oħra meqjusa neċessarja mill-parteċipanti fl-attivitajiet koperattivi, inklużi, kif neċessarju, mill-Partijiet stess;

(ċ) "proprjetà intellettwali" għandu jkollha t-tifsira definita fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellattwali, magħmula fi Stokkolma, 14 ta' Lulju 1967;

(d) "riċerka konġunta" tfisser riċerka, żvilupp teknoloġiku jew proġett ta' dimostrazzjoni li jkun implimentat bl-għajnuna finanzjarja minn waħda minn jew miż-żewġ Partijiet u li tinvolvi kollaborazzjoni bejn parteċipanti kemm mill-Komunità kif ukoll mill-Indja u li tkun nominata bħala riċerka konġunta bil-miktub mill-Partijiet jew mill-Aġenti Eżekuttivi. Fejn il-fondi jkunu ġejjin minn Parti waħda biss, in-nomina għandha ssir minn dik il-Parti u mill-parteċipant f'dak il-proġett;

(e) "parteċipant" jew "entitajiet tar-riċerka" tfisser kwalunkwe persuna, kwalunkwe istituzzjoni akkademika, istitut tar-riċerka jew kwalunkwe entità legali oħra jew impriża jew ditta stabbilita fil-Komunità jew fl-Indja involuta fl-attivitajiet koperattivi inklużi il-Partijiet stess.

Artikolu 3

Prinċipji

Il-koperazzjoni għandha titmexxa fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin:

(a) vantaġġi reċiproki bbażati fuq bilanċ komplessiv tal-vantaġġi;

(b) aċċess reċiproku għall-attivitajiet tar-riċerka u żvilupp teknoloġiku li kull Parti hija impenjata fihom;

(ċ) skambju ta' informazzjoni li tista' taffettwa l-attivitajiet koperattivi f'ħinu;

(d) protezzjoni xierqa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Artikolu 4

Skop tal-koperazzjoni

Koperazzjoni taħt dan il-Ftehim tista' tkopri l-attivitajiet kollha tar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni, hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa" RTD, "inklużi fl-ewwel attività fil-programm tal-qafas taħt l-Artikolu 164 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea u kull attivitajiet simili ta' l-RTD fl-Indja fl-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi korrispondenti."

Dan il-Ftehim ma jaffettwax il-parteċipazzjoni ta' l-Indja, bħala pajjiż li għadu qed jiżviluppa, fl-attivitajiet tal-Komunità fl-oqsma tar-riċerka għall-iżvilupp.

Artikolu 5

Forom tal-koperazzjoni

Attivitajiet koperattivi jistgħu jieħdu l-forom li ġejjin:

- parteċipazzjoni ta' l-entitajiet tar-riċerka ta' l-Indja fil-proġetti ta' l-RTD taħt l-ewwel attività fil-programm tal-qafas u parteċipazzjoni reċiproka ta' l-entitajiet tar-riċerka stabbiliti fil-Komunità fil-proġetti Indjani f'oqsma simili ta' l-RTD. Tali parteċipazzjoni hija suġġetta għar-regoli u l-proċeduri applikabbli f'kull Parti,

- Proġetti konġunti ta' l-RTD; il-proġetti konġunti ta' l-RTD għandhom ikunu implimentati meta l-parteċipanti jkunu żviluppaw pjan ta' amministrazzjoni teknoloġika, kif indikat fl-Anness,

- Il-ġabra ta' proġetti ta' l-RTD diġà implimentati skond il-proċeduri applikabbli fil-programmi ta' l-RTD ta' kull Parti,

- żjarat u skambji ta' xjentisti u esperti tekniċi,

- organizzazzjoni konġunta ta' seminars xjentifiċi, konferenzi, simpożji u laqgħat ta' diskussjoni, kif ukoll parteċipazzjoni ta' esperti f'dawk l-attivitajiet,

- azzjonijiet miftiehma għat-tixrid tar-riżultati/skambju ta' esperjenza fuq il-proġetti konġunti ta' l-RTD li ġew mogħtija fondi,

- skambji u tqassim tat-tagħmir u materjal inkluż użu flimkien tal-faċilitajiet tar-riċerka avvanzati,

- skambji ta' informazzjoni dwar prattiċi, liġijiet, regolamenti u programmi relevanti għall-koperazzjoni taħt dan il-Ftehim,

- kwalunkwe forma oħra rakkomandata mill-Kumitat Direttiv u meqjus f'konformità mal-politiki u proċeduri applikabbli fiż-żewġ Partijiet.

Artikolu 6

Kordinazzjoni u faċilitazzjoni ta' l-attivitajiet koperattivi

(a) Il-kordinazzjoni u faċilitazzjoni ta' l-attivitajiet koperattivi taħt dan il-Ftehim għandhom ikunu realizzati, f'isem l-Indja, mill-Ministeru tax-Xjenza u Teknoloġija (Dipartiment tax-Xjenza u Teknoloġija) u, f'isem il-Komunità, mis-servizzi tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Direttorat Ġenerali għax-Xjenza, Riċerka u Żvilupp), li jaġixxu bħala aġenti eżekuttivi.

(b) L-aġenti eżekuttivi għandhom jistabbilixxu Kumitat Direttiv fuq il-Koperazzjoni X u T, hawnhekk iżjed "il quddiem msejjaħ il-" Kumitat Direttiv "għall-amministrazzjoni ta' dan il-Ftehim; dan il-Kumitat għandu jikkonsisti minn numru indaqs ta' rappreżentanti uffiċjali ta' kull Parti u għandu jkollu Ko-Presidenti mill-Partijiet; għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura proprji."

(ċ) Il-funzjonijiet tal-Kumitat Direttiv għandhom jinkludu:

(i) jippromovi u jissorvelja l-attivitajiet koperativi differenti kif imsemmija fl-Artikolu 4 kif ukoll dawk li jkunu implimentati fil-qafas ta' l-attivitajiet tal-Komunità fil-qasam tar-riċerka għall-iżvilupp;

(ii) jirrakkomanda proġetti konġunti ta' l-RTD, biex ikunu sponsorjati fuq bażi ta' tqassim ta' l-ispejjeż mill-Partijiet, riċevuti bi tweġiba għal Sejħa Konġunta għat-test ta' Proposta approvata maħruġa simultanjament mill-Aġenti Eżekuttivi.

Il-proġetti konġunti, li kienu mogħtija mix-xjentisti ta' naħa minnhom għall-parteċipazzjoni fil-programmi tan-naħa l-oħra, jintgħażlu minn kull Parti skond il-proċess ta' l-għażla rispettiva ta' kull Parti bil-parteċipazzjoni possibbli ta' esperti miż-żewġ naħat;

(iii) jindika, għas-sena ta' wara, skond l-ewwel u t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 5, fost is-setturi potenzali għall-koperazzjoni ta' l-RTD, dawk is-setturi ta' prijorità jew subsetturi ta' interess reċiproku li fihom koperazzjoni hija mfittxija;

(iv) jipproponi, skond it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 5, lix-xjentisti taż-żewġ Partijiet il-ġabra tal-proġetti tagħhom li jkunu ta' vantaġġi reċiproki u komplimentari;

(v) jagħmel rakkomandazzjonijiet skond ir-raba' sat-tmien inċiżi ta' l-Artikolu 5;

(vi) jagħti parir lill-Partijiet dwar modi kif titkabbar u tittejjeb il-koperazzjoni konsistenti mal-prinċipji stabbiliti f'dan il-Ftehim;

(vii) jirrevedi l-funzjonament effiċjenti u l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, inkluża evalwazzjoni ta' proġetti koperattivi li għaddejjin li jinvolvu l-Indja bħala pajjiż li għadu qed jiżviluppa taħt l-attivitajiet tal-Komunità fil-qasam tar-riċerka għall-iżvilupp;

(viii) kull sena jipprovdi rapport lill-Partijiet dwar l-istatus, il-livell milħuq u l-effetività tal-koperazzjoni li huma impenjati fiha taħt dan il-Ftehim. Dan ir-rapport għandu jkun trasmess lill-Kummissjoni Konġunta stabbilita fil-qafas tal-Ftehim għall-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja dwar Sħubija u Żvilupp.

(d) Il-Kumitat Direttiv għandu, bħala regola ġenerali, jiltaqa' kull sena, preferibbilment qabel il-laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta stabbilita fil-qafas tal-Ftehim għall-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja dwar Sħubija u Żvilupp, u skond skeda miftiehma konġuntement; il-laqgħat għandhom jinżammu darba fil-Komunità u darba fl-Indja. Laqgħat straordinarji jistgħu jkunu organizzati jekk jintalbu minn waħda mill-Partijiet.

(e) Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Direttiv għandhom jintlaħqu b'konsensus. Minuti, li jinkludu rekord tad-deċiżjonijiet u punti prinċipali diskussi, għandhom jittieħdu f'kull laqgħa. Dawn il-minuti għandu jkun hemm qbil dwarhom mill-Ko-Presidenti nominati tal-Kumitat Direttiv.

(f) Għal-Laqgħa tal-Kumitat Direttiv, l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni tal-parteċipanti għandhom jitħallsu mill-Partijiet li magħhom qed jirreletaw. Kwalunkwe spejjeż oħra assoċjati mal-Laqgħa tal-Kumitat Direttiv għandhom jitħallsu mill-Parti ospitanti.

Artikolu 7

Fondi

(a) Attivitajiet koperattivi għandhom ikunu suġġetti għad-disposizzjoni ta' fondi approprjati u għal-liġijiet u regolamenti (inklużi dawk dwar it-taxxa u eżenzjoni doganali) applikabbli fit-territorji ta' kull Parti u skond il-politiki u l-programmi tal-Partijiet.

(b) Spejjeż li jintefqu fuq għażla ta' attivitajiet koperattivi għandhom jinqasmu mill-parteċipanti mingħajr ebda trasferiment ta' fondi minn Parti għall-oħra.

(ċ) Arranġament għall-implimentazzjoni għandu jispeċifika f'iżjed dettal il-modalitajiet amministrattivi u finanzjarji preċiżi għall-attivitajiet koperattivi.

(d) Proġetti ta' l-RTD, li jinvolvu l-Indja bħala pajjiż li għadu qed jiżviluppa, sponsorjat taħt l-attivitajiet tal-Komunità fil-qasam tar-riċerka għall-iżvilupp għandu jkun eskluż mid-disposizzjonijiet speċifikati taħt (b) u (ċ).

Artikolu 8

Id-dħul tal-persunal u tagħmir

Kull Parti għandha tieħu kull passi raġonevoli u tagħmel l-aħjar sforzi tagħha, fi ħdan il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fit-territorji ta' kull Parti, biex tiffaċilita d-dħul fi, il-qagħda fi, u l-ħruġ mit-territorju tagħha ta' persuni u tagħmir involuti jew użati f'attivitajiet koperattivi identifikati mill-Partijiet taħt id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Tixrid u użu ta' l-informazzjoni

It-tixrid u użu ta' l-informazzjoni, u l-amministrazzjoni, allokazzjoni u eżerċitament tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li ġejjin minn riċerka konġunta taħt dan il-Ftehim għandhom ikunu suġġetti għall-obbligi ta' l-Anness. L-Anness għandu jifforma parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 10

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, fuq naħa waħda għat-territorji li fih it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea huwa applikat u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, u fuq in-naħa l-oħra, għat-territorju ta' l-Indja. Dan ma għandux jostakola l-kondotta ta' azzjonijiet koperattivi fl-ibħra imbiegħda mill-art, fl-ispazju barra mill-atmosfera tad-dinja, jew fit-territorju ta' pajjiżi terzi, skond il-liġi internazzjonali.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ, tmiem u soluzzjoni tal-kwistjonijiet

(a) Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu huma lesti.

(b) Dan il-Ftehim għandu jkun finalizzat għal perjodu inizjali ta' ħames snin u jista' jiġġedded bi Ftehim reċiproku bejn il-Partijiet wara valutazzjoni matul l-aħħar sena ta' kull perjodu suċċessiv.

(ċ) Dan il-Ftehim jista' jkun emendat minn Ftehim tal-Partijiet. Emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom neċessarji biex ikun emendat dan il-Ftehim huma lesti.

(d) Dan il-Ftehim jista' jintemm fi kwalunkwe ħin minn Parti jew oħra b'avviż miktub ta' sitt xhur. L-għeluq jew it-tmiem ta' dan il-Ftehim ma għandux jaffettwa l-validità jew it-tul ta' kwalunkwe arranġamenti magħmula taħtu, jew kwalunkwe drittijiet speċifiċi u obbligi li akkumulaw f'konformità ma' l-Anness.

(e) Il-mistoqsijiet jew kwistjonijiet kollha relatati ma' l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tkun solvuta bi Ftehim reċiproku bejn il-Partijiet.

Artikolu 12

Dan il-Ftehim huwa kkompilat fid-duplikat fid-Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Germaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol, Svediż, u lingwi Hindi, b'kull test ikun awtentiku indaqs.

B'xiehda ta' dan, dawk hawn taħt iffirmati, awtorizzati kif għandu jkun għalhekk, iffirmaw dan il-Ftehim.

+++++ TIFF +++++

Hecho en Nueva Delhi el veintitrés de noviembre del dos mil uno por duplicado en alemán, danés, español, finés, francés, griego, inglés, italiano, neerlandés, portugués, sueco e hindi, siendo cada uno de estos textos igualmente auténticos.Udfærdiget i New Delhi, den treogtyvende november to tusind og et, i to eksemplarer på dansk, engelsk, finsk, fransk, græsk, italiensk, nederlandsk, portugisisk, spansk, svensk, tysk og hindi, idet hver af disse tekster har samme gyldighed.Geschehen zu New Delhi am dreiundzwanzigsten November zweitausendundeins in zwei Urschriften in dänischer, deutscher, englischer, finnischer, französischer, griechischer, italienischer, niederländischer, portugiesischer, schwedischer und spanischer Sprache sowie in Hindi abgefasst, wobei jeder Wortlaut gleichermaßen verbindlich ist.Έγινε στο Νέο Δελχί, στις είκοσι τρεις Νοεμβρίου δύο χιλιάδες ένα, σε δύο αντίτυπα στην αγγλική, γαλλική, γερμανική, δανική, ελληνική, ισπανική, ιταλική, ολλανδική, πορτογαλική, σουηδική και φινλανδική γλώσσα και τη γλώσσα Hindi· όλα τα κείμενα είναι εξίσου αυθεντικά.Done at New Delhi on the twenty-third day of November in the year two thousand and one, in two copies, in the Danish, Dutch, English, Finnish, French, German, Greek, Italian, Portuguese, Spanish, Swedish, and Hindi languages, with each text being equally authentic.Fait à New Delhi, le vingt-trois novembre deux mille un, en deux exemplaires, en langues allemande, anglaise, danoise, espagnole, française, finnoise, grecque, italienne, néerlandaise, portugaise, suédoise et hindi, chacun de ces textes faisant également foi.Fatto a Nuova Delhi, addì ventitre novembre duemilauno, in duplice copia nelle lingue danese, finlandese, francese, greca, inglese, italiana, olandese, portoghese, spagnola, svedese, tedesca e hindi, ciascun testo facente ugualmente fede.Gedaan te New Delhi op de drieëntwintigste november tweeduizendeneen in twee exemplaren in de Deense, de Duitse, de Engelse, de Finse, de Franse, de Griekse, de Italiaanse, de Nederlandse, de Portugese, de Spaanse, de Zweedse en de Hinditaal, zijnde alle teksten gelijkelijk authentiek.Feito em Nova Deli, em vinte e três de Novembro de dois mil e um, em duplo exemplar, nas línguas alemã, dinamarquesa, espanhola, finlandesa, francesa, grega, inglesa, italiana, neerlandesa, portuguesa, sueca e hindi, fazendo igualmente fé todos os textos.Tehty New Delhissä kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä marraskuuta vuonna kaksituhattayksi kahtena kappaleena englannin-, espanjan-, hollannin-, italian-, kreikan-, portugalin-, ranskan-, ruotsin-, saksan-, suomen-, tanskan- ja hindinkielellä, ja jokainen teksti on yhtä todistusvoimainen.Upprättat i New Delhi den tjugotredje november tjugohundraett i två exemplar på danska, engelska, finska, franska, grekiska, italienska, nederländska, portugisiska, spanska, svenska och tyska språken samt på hindi, varvid samtliga språkversioner äger lika giltighet.

+++++ TIFF +++++

Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de la República de la IndiaPå Republikken Indiens regerings vegneFür die Regierung der Republik IndienΓια την κυβέρνηση της Δημοκρατίας της ΙνδίαςFor the Government of the Republic of IndiaPour le gouvernement de la République de l'IndePer il governo della Repubblica dell'IndiaVoor de regering van de Republiek IndiaPelo Governo da República da ÍndiaIntian tasavallan hallituksen puolestaPå Republiken Indiens regerings vägnar

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS

DRITTIJIET TA' PROPRJETÀ INTELLETTWALI

Drittijiet għall-proprjetà intellettwali magħmula jew forniti taħt il-Ftehim għandhom ikunu allokati kif provvdut f'dan l-Anness.

APPLIKAZZJONI

Dan l-Anness huwa applikabbli għar-riċerka konġunta magħmula skond il-Ftehim, barra meta miftiehem mod ieħor mill-Partijiet.

I. Pussess, allokazzjoni u eżerċitament tad-drittijiet

1. Għall-iskop ta' dan l-Anness "proprjetà intellettwali" hija definita fl-Artikolu 2(ċ) tal-Ftehim.

2. Dan l-Anness jindirizza l-allokazzjoni tad-drittijiet u interessi tal-Partijiet u l-parteċipanti tagħhom. Kull Parti u l-parteċipanti tagħha għandha tassigura li l-Parti l-oħra u l-parteċipanti tagħha tista' tikseb id-drittijiet għall-proprjetà intellettwali allokata lilha skond dan l-Anness. Dan l-Anness ma jbiddilx jew jippreġudika b'mod ieħor l-allokazzjoni tad-drittijiet, interessi u drittijiet ta' l-awtur bejn Parti u ċ-ċittadini jew parteċipanti tagħha, u r-regoli tat-tixrid u użu ta' l-informazzjoni, li jkunu determinati mil-liġijiet u l-prattiċi ta' kull Parti.

3. Il-Partijiet ser ikunu iggwidati minn, u arranġamenti kontrattwali għandhom jipprovdu għal, il-prinċipji li ġejjin:

(a) protezzjoni effettiva tal-proprjetà intellettwali. Il-Partijiet għandhom jassiguraw li huma u/jew il-parteċipanti tagħhom jinnotifikaw lil xulxin fi żmien raġonevoli dwar il-ħolqien ta' kwalunkwe proprjetà intellettwali li jsir taħt il-Ftehim jew l-arranġamenti ta' l-implimentazzjoni u li jfittxu protezzjoni għal tali proprjetà intellettwali f'waqtha;

(b) sfruttament effettiv tar-riżultati, b'konsiderazzjoni għall-kontribuzzjonijiet tal-Partijiet u l-parteċipanti tagħhom;

(ċ) trattament mhux diskriminatorju tal-parteċipanti mill-Parti l-oħra meta mqabbel mat-trattament mogħti lill-parteċipanti proprji, fir-rigward ta' pussess, użu u tixrid ta' informazzjoni u pussess, allokazzjoni u eżerċitament tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(d) protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzali ta' kummerċ.

4. Il-parteċipanti għandhom jiżviluppaw konġuntement Pjan ta' Amministrazzjoni Teknoloġika (PAT). PAT huwa Ftehim speċifiku li għandu jkun konkluż bejn il-parteċipanti tar-riċerka konġunta li jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom, inklużi dawk fir-rigward ta' pussess u użu, inkluża l-pubblikazzjoni, ta' informazzjoni u proprjetà intellettwali li għandha tinħoloq matul riċerka konġunta.

Fir-rigward ta' proprjetà intellettwali (PI), il-PAT normalment ser jindirizza, fost affarijiet oħra, pussess, protezzjoni, drittijiet ta' l-utent għall-iskopijiet ta' riċerka u żvilupp, sfruttament u tixrid, inklużi arranġamenti għall-pubblikazzjoni konġunta, id-drittijiet u l-obbligi ta' riċerkaturi fuq żjara u proċeduri ta' soluzzjoni tal-kwistjonijiet. Il-PAT għandu jindirizza ukoll informazzjoni ta' l-ewwel pjan u ta' l-isfond, għotja tal-liċenzi u affarijiet li jistgħu jkunu kunsinnati. Il-PAT għandu jkun żviluppat fi ħdan tar-regoli u regolamenti fis-seħħ f'kull Parti b'konsiderazzjoni għall-għanijiet tar-riċerka konġunta, il-kontributi finanzjarji jew kontributi oħra relattivi tal-Partijiet u l-parteċipanti, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' l-għotja tal-liċenzi bit-territorju jew għall-oqsma ta' l-użu, ħtiġijiet imponuti mil-liġijiet applikabbli, il-bżonn għal proċeduri ta' soluzzjoni ta' kwistjonijiet u fatturi oħrajn meqjusa xierqa mill-parteċipanti. Id-drittijiet u l-obbligi li jikkonċernaw ir-riċerka ġġenerati minn riċerkaturi fuq żjara (i.e. riċerkaturi li mhux ġejjin minn Parti jew parteċipant) fir-rigward ta' PI għandhom ikunu indirizzati ukoll fil-pjanijiet ta' amministrazzjoni teknoloġika konġunti. Il-PAT għandu jkun approvat mill-aġenzija ta' fondi responsabbli, jew dipartiment tal-Parti involuta fil-finanzjament tar-riċerka, qabel il-konklużjoni tar-riċerka speċifika u kuntratti tal-koperazzjoni ta' l-iżvilupp li magħhom huma mehmuża.

5. Informazzjoni jew proprjetà intellettwali maħluqa matul riċerka konġunta u mhux indirizzata f'PAT tiġi allokata skond il-prinċipji stabbiliti fil-PAT. F'każ ta' nuqqas ta' qbil li ma jistax jissolva bil-proċedura ta' soluzzjoni tal-kwistjonijiet miftiehma, din l-informazzjoni jew PI għandu jkun proprjetà konġunta tal-parteċipanti kollha involuti fir-riċerka konġunta li minnha ħarġet l-informazzjoni jew PI. Kull parteċipant li għalih tapplika din id-disposizzjoni għandu jkollu d-dritt li juża tali informazzjoni jew PI għall-isfruttament kummerċjali tiegħu mingħajr ebda limitazzjoni ġeografika.

6. Skond il-liġijiet applikabbli, kull Parti tassigura li l-Parti l-oħra u l-parteċipanti tagħha jista' jkollhom id-drittijiet għall-PI allokati għalihom.

7. Filwaqt li jżommu l-kondizzjoni tal-kompetizzjoni fl-oqsma affetwati mill-Ftehim, kull Parti għandha tipprova tassigura li d-drittijiet miksuba skond il-Ftehim, u arranġamenti magħmula taħtu, ikunu eżerċitati b'tali mod li jinkoraġġixxu, partikolarment

(i) it-tifrix u l-użu ta' l-informazzjoni maħluqa, żvelata jew b'mod ieħor imqiegħda għad-disposizzjoni, taħt il-Ftehim, u

(ii) l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali.

8. It-tmiem jew l-għeluq tal-Ftehim ma jaffettwax drittijiet jew obbligi tal-parteċipanti fir-rigward tal-proprjetà intellettwali taħt proġetti li għaddejjin approvati skond dan l-Anness.

II. Xogħolijiet bid-drittijiet ta' l-awtur u xogħolijiet xjentifiċi litterarji

Drittijiet ta' l-awtur li jappartjenu lill-Partijiet jew lill-parteċipanti tagħhom għandhom ikunu akkordati trattament konsistenti mal-Konvenzjoni ta' Berna (Att ta' Pariġi 1971) u l-Ftehim TRIPS.

Mingħajr preġudizzju għal Taqsima III, u sakemm mhux miftiehem mod ieħor fil-PAT, riżultati tar-riċerka għandhom ikunu ppublikati konġuntement mill-Partijiet jew parteċipanti. Suġġett għar-regola ġenerali msemmija hawn iktar qabel, il-proċeduri li ġejjin għandhom japplikaw:

1. Fil-każ ta' pubblikazzjoni minn Parti jew korpi pubbliċi ta' dik il-Parti ta' ġurnali, artikoli, rapporti, kotba, inklużi vidjo u software xjentifiċi u tekniċi li ġejjin minn riċerka konġunta skond il-Ftehim, il-Parti l-oħra tkun intitolata għal liċenza fid-dinja kollha, mhux esklussiva, irrevokabbli, mingħajr drittijiet ta' l-awtur biex tittraduċi, tirriproduċi, tadatta, tittrasmetti, u tqassam pubblikament tali xogħolijiet.

2. Il-Partijiet għandhom jipprovaw ixxerrdu xogħolijiet litterarji ta' karattru xjentifiku li ġejjin minn riċerka konġunta skond il-Ftehim u pubblikazzjonijiet minn pubblikaturi indipendenti jkunu mxxerrda f'firxa wiesgħa kemm jista' jkun.

3. Il-kopji kollha ta' xogħol bid-drittijiet ta' l-awtur li ser jitqassam pubblikament u ppreparat taħt din id-disposizzjoni għandu jindika l-isem ta' l-awtur/i tax-xogħol sakemm l-awtur ma jirrifjutax espliċitament li jissemma. Kopji għandhom ikollhom ukoll rikonoxximent visibbli b'mod ċar għall-appoġġ koperattiv tal-Partijiet.

III. Informazzjoni mhux żvelata

A. Informazzjoni mhux żvelata tad-dokumentarju

1. Kull Parti, l-aġenziji tagħha jew il-parteċipanti tagħha, kif xieraq, għandhom jidentifikaw fil-mument l-iżjed kmieni possibbli, u preferibbilment fil-PAT, l-informazzjoni li huma jixtiequ tibqa' mhux żvelata fir-rigward tal-Ftehim, b'konsiderazzjoni fost ħwejjeġ oħra għall-kriterji li ġejjin:

(a) segretezza ta' l-informazzjoni fis-sens li ma tkunx, bħala korp jew fil-konfigurazzjoni preċiża jew fil-muntaġġ tal-komponenti tagħha, ġeneralment magħrufa fost, jew aċċessibbli fil-pront b'mezzi legali għaliha, esperti fl-oqsma;

(b) il-valur kummerċjali attwali jew potenzali ta' l-informazzjoni fil-virtù tas-segretezza tagħha;

(ċ) protezzjoni ta' l-informazzjoni li kien hemm qabel fis-sens li kienet suġġetta għal passi li kienu raġonevoli taħt iċ-ċirkostanzi mill-persuna legalment fil-kontroll, biex iżżomm is-segretezza tagħha.

Il-Partijiet u l-parteċipanti tagħhom jistgħu f'ċerti każi jiftiehmu li, sakemm mhux indikat b'mod ieħor, partijiet minn jew l-informazzjoni kollha provvduta, li kienet skambjata jew maħluqa matul ir-riċerka konġunta skond il-Ftehim ma tistax tkun żvelata.

2. Kull Parti għandha tassigura li hi u l-parteċipanti tagħha jidentifikaw b'mod ċar informazzjoni mhux żvelata, per eżempju permezz ta' markar xieraq jew leġġenda ristrettiva. Dan japplika ukoll għar-riproduzzjoni ta' l-informazzjoni msemmija, fl-intier tagħha jew parti minnha.

Parti i tirċievi informazzjoni mhux żvelata skond il-Ftehim għanda tirrispetta n-natura priviliġġeta tagħha. Dawn il-limitazzjonijiet għandhom jintemmu awtomatikament meta din l-informazzjoni tkun żvelata mis-sid fid-dominju pubbliku.

3. Informazzjoni mhux żvelata kkomunikata taħt dan il-Ftehim tista' tixxerred mill-Parti li tirċievi lil persuni fi ħdan jew impjegati mill-Parti li tirċievi u dipartimenti oħra konċernati jew aġenziji tal-Parti li tirċievi awtorizzati għall-iskopijiet speċifiċi tar-riċerka konġunta li għaddejja, sakemm kwalunkwe informazzjoni mhux żvelata imxerrda b'dan il-mod għandha tkun skond Ftehim bil-miktub ta' kunfidenzalità u għandha tkun rikonoxxibbli fil-pront bħala tali, kif stabbilit hawn fuq.

4. Bil-permess bil-miktub bil-quddiem tal-Parti li qed tipprovdi l-informazzjoni mhux żvelata taħt dan il-Ftehim, il-Parti li tirċievi tista' xxerred tali informazzjoni mhux żvelata f'firxa iktar wiesgħa minn dik altrimenti permessa minn paragrafu 3. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw biex jiżviluppaw proċeduri biex jitolbu u jiksbu permess bil-miktub bil-quddiem għal tali tixrid fuq firxa iżjed wiesgħa, u kull Parti għandha tagħti tali approvazzjoni sakemm permess lilha mill-politiki, regolamenti u liġijiet domestiċi tagħha.

B. Informazzjoni mhux żvelata mhux tad-dokumentarju

Informazzjoni mhux żvelata mhux tad-dokumentarju jew informazzjoni oħra kunfidenzali jew privileġġjata provvduta f'seminars jew f'laqgħat oħra magħmula taħt dan il-Ftehim, jew informazzjoni li ġejja mit-tqegħid ta' persunal, użu ta' faċilitajiet, jew proġetti konġunti, għandha tkun trattata mill-Partijiet jew mill-parteċipanti tagħhom skond il-prinċipji speċifikati għall-informazzjoni tad-dokumentarju fil-Ftehim; provvdut, madankollu, li r-riċevitur ta' tali informazzjoni mhux żvelata jew informazzjoni oħra kunfidenzali jew privileġġjata ikun ġie infurmat minn qabel u bil-miktub dwar il-karattru kunfidenzali ta' l-informazzjoni li ser tkun ikkomunikata.

Ċ. Kontroll

Kull Parti għandha tipprova tassigura li informazzjoni mhux żvelata li tkun riċeviet taħt dan il-Ftehim tkun kontrollata kif provvdut hawnhekk. Jekk waħda mill-Partijiet issir taf li se tkun, jew tista' tkun raġonevolment mistennija li ssir, nieqsa mill-abbiltà li tilħaq id-disposizzjonijiet ta' taqsimiet A u B għan-nuqqas ta' tixrid, għandha immedjatament tinforma lill-Parti l-oħra. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw biex jiddeterminaw kors ta' azzjoni xieraq.

--------------------------------------------------

Top