EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002A0515(01)

Protokoll ta’ Kyoto tal-konvenzjoni tal-qafas tan-nazzjonijiet uniti dwar il-bdil fil-klima

OJ L 130, 15.5.2002, p. 4–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 042 P. 27 - 43
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 042 P. 27 - 43
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 042 P. 27 - 43
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 042 P. 27 - 43
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 042 P. 27 - 43
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 042 P. 27 - 43
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 042 P. 27 - 43
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 042 P. 27 - 43
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 042 P. 27 - 43
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 027 P. 223 - 237
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 027 P. 223 - 237
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 016 P. 248 - 264

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2002/358/oj

Related Council decision

22002A0515(01)



Official Journal L 130 , 15/05/2002 P. 0004 - 0020


L-ANNESS I

Protokoll ta’ Kyoto tal-konvenzjoni tal-qafas tan-nazzjonijiet uniti dwar il-bdil fil-klima

IL-PARTIJIET GĦAL DAN IL-PROTOKOLL,

BILLI HUMA Partijiet għal Konvenzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bdil fil-Klima, hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa" il-Konvenzjoni,

Skond l-għan fondamentali tal-Konvenzjoni kif imfisser fl-Artikolu 2 tagħha,

ISEJĦU d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni,

GWIDATI bl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni,

SKOND l-Ordni ta’ Berlin adottata bid-deċiżjoni 1/CP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni waqt l-ewwel sessjoni tagħha,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għal għanijiet ta’ dan il-Protokoll, id-definizzjonijiet li jkunu jinsabu fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni għandhom jgħoddu. Barra minn dan:

1) Il-"Konferenza tal-Partijiet" tfisser il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni.

2) Il-"Konvenzjoni" tfisser il-Qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bdil fil-Klima, adottat fi New York fid-9 ta’ Mejju 1992

3) "L-Awla Intergovernattiva dwar il-Bdil fil-Klima" tfisser l-Awla Intergovernattiva dwar il-Bdil fil-Klima stabbilit fl-1988 konġunt ma’ l-Organizzazzjoni Meteorologika Dinjija u l-Programm dwar l-Ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti.

4) Il-"Protokoll ta’ Montreal" ifisser il-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li jiżvojtaw l-Ozone Layer, adottat f’Montreal fis-16 Settembru, 1987 u kif sussegwentement aġġostat u emendat.

5) Il-"Partijiet presenti u jivvotaw" tfisser il-Partijiet presenti u li jivvotaw fl-affermattiv jew fin-negattiv.

6) Il-"Parti" tfisser, kemm-il darba il-kuntest ma jindikax xort’oħra, Parti għal dan il-Protokoll.

7) Il-"Parti inkluża fl-Anness I" tfisser il-Parti inkluża fl-Anness I tal-Konvenzjoni, kif tista’ tiġi emendata, jew Parti li tkun għamlet notifikazzjoni taħt l-Artikolu 4, paragrafu 2(g), tal-Konvenzjoni.

Artikolu 2

1. Kull Parti inkluża fl-Anness I, filwaqt li tilħaq l-limitazzjoni ta’ l-emissjoni kwantifikata tagħha u r-riduzzjoni tar-rabtiet taħt l-Artikolu 3, sabiex tippromuovi l-iżvilupp sostenibbli, għandha:

(a) Timplementa jew iktar telabora l-politika u l-miżuri skond iċ-ċirkustanzi nazzjonali tagħha bħal:

(i) Issaħħaħ l-effiċjenza ta’ l-enerġija fis-setturi rilevanti ta’ l-ekonmija nazzjonali:

(ii) Tipproteġi u ssaħħaħ il-ħwat u l-ġibjuni tal-gassijiet tas-serra li ma humiex kontrollati bil-Protokoll ta’ Montreal, waqt li tieħu n-konsiderazzjoni r-rabtiet tagħha taħt il-ftehim rilevanti internazzjonali dwar l-ambjent, l-promozzjoni tal-prattiċi ta’ l-amministrazzjoni tal-foresti, t-tħawwil bis-siġar u r-riklamar mill-ġdid ta’ foresti

(iii) Il-Promozzjoni ta’ forom sostenibbli ta’ l-agrikoltura fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet tal-bdil fil-klima;

(iv) Ir-riċerki, l-promozzjoni, l-iżvilupp u ż-żieda fl-użu ta’ forom ta’ enerġija ġodda u li jistgħu jiġġeddu tas-sekwestrazzjonital-tat-teknoloġiji tal-karbonju diossidju u ta’ teknoloġiji avanzati ġodda u sani dwar l-ambjent.

(v) Ir-riduzzjoni progressiva jew it-tibdil ta’ l-imperfezzjonijiet mqegħda fis-suq, inċentivi fiskali, taxxa u eżenzjonijiet ta’ dażju u sussidji fis-setturi tal-gass tas-serra li jmorru kontra l-għanijiet tal-Konvenzjoni u l-applikazzjoniijiet ta’ l-istrumenti mqegħedha fis-suq:

(vi) L-inkurraġġiment tar-riformi xierqa fis-setturi rilevanti bl-għan li jippromuovu l-politika u l-miżuri li jillimitaw u jirriduċu l-emissjoni tal-gassijiet tas-serra li mhumiex kontrollati mill-Protokoll ta’ Montreal;

(vii) Il-miżuri biex jillimitaw u/jew jirriduċu l-emissijonijiet tal-gassijiet tas-serra li mhumiex kontrollati bil-Protokoll ta’ Montreal fis-settur tat-trasport;

(viii) Il-limitazzjoini u/jew ir-riduzzjonijiet ta’ l-emissijonijiet tal-methane permess tal-ksieb mill-ġdid u l-użu ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart, kif ukoll fil-produzzjoni, fit-trasport u fid-distribuzzjoni ta’ l-enerġija;

(b) Tikopera ma’ tali Partijiet oħra bix isaħħu l-effettività individwali tal-politika tagħhom u l-miżuri adottati taħt dan l-Artikolu skond l-Artikolu 4, paragrafu 2(e)(i), tal-Konvenzjoni. Għal dan l-għan dawn il-Partijiet għandhom jieħdu passi biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom u jiskambjaw l-informazzjoni dwar tali politika u miżuri, inkluż l-iżvilupp tal-modi biex itejbu l-komparabilità, t-trasparenza u l-effettività tagħhom. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bhala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha, fl-ewwel sessjoni tagħha jew l-iktar malajr li jkun prattikabbli wara din, tikkonsidra mezzi biex tiffaċilita tali koperazzjoni, waqt li tieħu n-konsiderazzjoni l-informazzjoni rilevanti kollha.

2. Il-Partijiet inkluzi fl-Anness I għandhom isegwu l-limitazzjoni jew ir-riduzzjoni ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet tas-serra li mhumiex kontrollati bil-Protokoll ta’ Montreal mill-karburanti ta’ l-avjazzjoni u d-depost tal-faħam fuq bastimenti tal-baħar, li jaħdmu ma’ l-Organizzazzjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali rispettivament.

3. Il-Partijiet inkluzi fl-Anness I għandhom iħabirku biex jimplimentaw il-politika u l-miżuri taħt dan l-l-Artikolu b’tali mod li jnaqqsu l-effeti kuntrarji, inklużi l-effetti kuntrarji tal-bdil fil-klima, l-effetti dwar il-kummerċ internazzjonali u l-impatti soċjali, dwar l-ambjent u ekonomiċi fuq Partijiet oħra, speċjalment il-Partijiet ta’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u partikolarment dawk identifikati fl-Artikolu 4, paragrafi 8 u 9, tal-Konvenzjoni, waqt li jieħdu n-konsiderazzjoni l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bhala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll tista’ tieħu azzjoni oħra kif xieraq, biex tippromuovi l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

4. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa ghall-Partijiet għal dan il-Protokoll, jekk tiddeċiedi li jkun ta’ benefiċċju biex tikoordina xi politika jew miżuri fil-paragrafu 1 (a) kif jidher hawn fuq, waqt li tieħu n-konsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi u l-effetti potenzali, għandha tikkunsidra modi u mezzi biex telabora il-koordinazzjoni ta’ tali politika u miżuri.

Artikolu 3

1. Il-Partijiet inklużi fl-Anness I għandhom individwalment jew flimkien jassiguraw li l-emissjonijiet totali antropogeniċi ta’ karbonju diossidju ekwivalenti tal-gassijiet tas-serrra mniżżla fl-Anness A ma jeċċedux l-ammonti assenjati lilhom, kalkulati skond il-limitazzjoni ta’ emissjoni kwantifikata u r-riduzzjoni tar-rabtiet mniżżla fl-Anness B u skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, bl-għan li jirriduċu l-emissjonijiet tuti ta’ tali gassijiet b’mill-inqas 5 fil-mija taħt il-livelli tal-1990 fil-perjodu tar-rabta mill-2008 sal-2012.

2. Kull Parti nkluza fl-Anness I għandha, sal-2005, tkun għamlet progress dimostrabbli biex tilħaq ir-rabtiet tagħha taħt dan il-Protokoll.

3. It-tibdiliet netti ta’ l-emissjonijiet tal-gass tas-serra mill-egħjun u t-tneħħija bil-ħwat li jirriżultaw għall-bdil ta’ l-art użata miġjub mill-bniedem u l-attivitajiet tal-foresta, limitati ghall-bdil f’boskijiet, għall-bdil mill-ġdid f’boskijiet u t-tneħħija ta’ foresti mill-1990, imkejla bħala bdil varjabbli fil-ħażna ta’ karbonarji f’kull perjodu ta’ rabta, għandhom jiġu użati biex jilħqu r-rabtiet taħt dan l-Artikolu ta’ kull Parti nkluża fl-Anness I. L-emissijonijiet tal-gass tas-serra bl-egħjun u t-tneħħija bil-ħwat assoċjati ma’ dawk l-attivitajiet għandhom ikunu rapportati b’mod trasparenti u li jista’ jiġi verifikat u rivedut skond l-Artikoli 7 u 8.

4. Qabel l-ewwel sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ta’ dan il-Protokoll, kull Parti nkluża fl-Anness I, għandha tipprovdi, għall-konsiderazzjoni mill-Korp Sussidjarju għal Parir Xjentifiku u Teknoloġiku, d-data biex tistabbilixxi l-livell tal-ħażna ta’ karbonju fl-1990 u biex tippermetti li jsir estimu tat-tibdil tagħha fil-ħażna tal-karbonju fis-snin sussegwenti, Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ghal dan il-Protokoll għandha fl-ewwel sessjoni jew malajr kemm jista’ jkun prattikabbli wara dan, tiddeċiedi dwar modalitajiet, regoli u linji dwar kif u liema attivitajiet addiżjonali magħmula mill-bniedem li kellhom x’jaqasmu mal-bdil fl-emissjonijiet tal-gass mill-egħjun u t-tneħħija bil-ħwat fil-ħamrija ta’ l-agrikoltura u l-bdil tal-użu ta’ l-art u l-kategoriji ta’ foresti, għandhom ikunu miżjuda ma jew imnaqqsa mill-ammonti assenjati għall-Partijiet inklużi fl-Anness I, waqt li jieħdu n-konsiderazzjoni l-inċertezzi, t-trasparenza, fir-rapportaġġ, il-verifikazzjoni, x-xogħol metodologiku dwar l-Awli Intergovernattivi dwar il-bdil fil-Klima, l-parir provdut mill-Korp Sussidjarju għalParir Xjentifiku u Teknoloġiku skond l-Artikolu 5 u d-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Partijiet. Tali deċiżjoni għandha tgħodd fit-tieni u fil-perjodi sussegwenti tar-rabta. Il-Parti tista’ tagħżel biex tapplika tali deċiżjoni fuq dawn l-attivitajiet addizjonali magħmula mill-bniedem għall-perjodu ta’ rabta, iżda dawn l-attivitajiet ġraw mill-1990.

5. Il-Partijiet inklużi fl-Anness I li jkunu għadejjin mill-proċess transitorju għall-ekonomija mqegħedha fis-suq li s-sena ta’ bażi tagħha jew perjodu kien stabbilit skond id-deċiżjoni 9/CP.2 tal-Konferenza tal-Partijiet waqt it-tieni sessjoni tagħha għandha tuża dik is-sena ta’ bażi jew perjodu għall-implimentazzjoni tar-rabta tagħhom taħt dan l-Artikolu. Kull Parti oħra inkluża fl-Anness I li tkun għadejja mill-proċess transitorju għall-ekonomija mqegħedha fis-suq li ma tkunx għadha tat l-ewwel komunikazzjoni tagħha taħt l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tista’ ukoll tinnotifika lill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll li għandha l-ħsieb li tuża’ sena bażi storika jew perjodu barra l-1990 għall-implimentazzjoni tar-rabta tagħha taħt dan l-Artikolu. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa ghall-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha tiddeċiedu dwar l-aċċettazzjoni ta’ tali notifikazzjoni.

6. Waqt li tieħdu n-konsiderazzjoni l-Artikolu 4, paragrafu 6, tal-Konvenzjoni, fl- implimentazzjoni tar-rabta tagħha taħt dan il-Protokoll barra minn dawk taħt dan l-Artikolu, ċertu ammont ta’ flessibiltà għandha tingħata mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll lil Partijiet inklużi fl-Anness I lu jkunu għadejjin mill-proċess transitorju għall-ekonomija mqegħedha fis-suq.

7. Fl-ewwel limitazzjoni ta’ emissjoni kwantifikata u perjodu ta’ riduzzjoni ta’ rabta, mill-2008 sal-2012, l-ammont assenjat għal kull Parti inkluża fl-Anness I għandha tkun ugwali għal perċentaġġ mogħti lilha fl-Anness B ta’ l-emissjonijiet totali tagħha antropoġeniċi ekwivalenti tal-karbonju diossidju tal-gassijiet tas-serra mniżżla fl-Anness A fl-1990, jew is-sena ta’ bażi jew perjodu determinat skond il-paragrafu 5 hawn fuq imsemmi, immoltiplikat b’ħamsa. Dawk il Partijiet inklużi fl-Anness I li għalihom il-bdil ta’ l-użu ta’ l-art u l-foresti li jikkostitwixxu egħjun nett ta’ l-emissjonijiet tal-gass tas-serra fl-1990 għandhom jinkludu fl-emissjonijiet tagħhom tal-1990 sena ta’ bażi ta’ emissjonijiet jew perjodu t-total ta’ emissjonijiet antropoġeniċi ekwivalenti ta’ karbonjnu diossidju mill-egħjun nieqes it-tneħħija bil-ħwat fl-1990 mill-bdil ta’ l-użu ta’ l-art bl-għan li jikkalkolaw l-ammont assenjat lilhom.

8. Kull Parti inkluża fl-Anness I tista’ tuża is-sena 1995 bħala s-sena bażi tagħha għal hydrofluorocarbons, perfluorocarbons u hexafluoride tal-kubrit, għal għanijiet tal-kalkulazzjoni msejħa fil-paragrafu 7 hawn fuq.

9. Ir-rabtiet għall-perjodi sussegwenti għall-Partijiet inklużi fl-Anness I għandhom ikunu stabbiliti fl-emendi ta’ l-Anness B għal dan il-Protokoll, li għandu jkun adottat skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 21, paragrafu 7. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa għall-Partijiet ghal dan il-Protokoll għandha ddaħħal il-konsiderazzjoni ta’ tali rabta mill-inqas seba’ snin qabel it-tmiem ta’ l-ewwel perjodu tar-rabta msejaħ fl-ewwel paragrafu hawn fuq.

10. Kull unità ta’ riduzzjoni ta’ emissjoni jew xi parti minn ammont assenjat, li Parti takkwista mingħand Parti oħra skond id-dispożzzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 jew ta’ l-Artikolu 17 għandha tiġi magħduda ma’ l-ammont assenjat lill-Parti li tkun akkwistatha.

11. Kull unità ta’ emissjoni ridotta, jew xi parti ta’ ammont assenjat, li Parti titrasferixxi lil Parti oħra skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 17 għandha tiġi mnaqqsa mill-ammont assenjat għall-Parti lit kun qegħda titrasferixxi.

12. Kull riduzzjoni ċertifikata ta’ emissjoni li Parti takkwista mingħand Parti oħra skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 għandha tiġi magħduda ma’ l-ammont assenjat għall-Parti li takkwistaha.

13. Jekk l-emissjonijiet ta’ Parti inklużi fl-Anness I f’perjodu ta’ rabta huma inqas mill-ammont assenjat lilha taħt dan l-Artikolu, dina d-differenza għandħa fuq talba ta’ dik il-Parti tiġi miżjuda ma’ l-ammont assenjat għal dik il-Parti għall-perjodi ta’ rabta sussegwenti.

14. Kull Parti nkluża fl-Anness I għandha tħabrek biex timplimenta r-rabta msemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq b’tali mod li tnaqqas l-impatti kuntrarji soċjali, dwar l-ambjent u ekonomiċi fuq il-Partijiet tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, partikolarment dawk identifikati fl-Artikolu 4, paragrafi 8 u 9, tal-Konvenzjoni. B’konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Konferenza tal-Prtijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk il-paragrafi, l-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha fl-ewwel sessjoni tagħħa tikkonsidra x’azzjonijiet huma meħtieġa biex inaqqsu l-effetti kuntrarji tal-bdil fil-klima u/jew l-impatti tal-miżuri ta’ tweġiba lill-Partijiet imsejħa f’dawk il-paragrafi. Qalb il-kwistjonijiet li għandhom jiġu kkonsidrati għandu jkun hemm l-istabbilment ta’ għajnuna finanzjarja, assigurazzjoni u trasferiment ta’ teknoloġija.

Artikolu 4

1. Xi Partijiet inklużi fl-Anness I li jkunu waslu għal ftehim biex iwettqu r-rabtiet tagħhom taħt l-Artikolu 3 konġunt, għandhom ikunu meqjusa li jkunu laħqu dawk ir-rabtiet iżda t-total meħud flimkien ta’ l-emissjonijiet ekwivalenti tal-karbonju diossidju antropoġeniku tal-gassijiet tas-sera li huma mniżżla fl-Anness A ma jeċċediex l-ammonti assenjati lilhom kalkolati skond l-emissjoni kwantifikata limitata u r-rabtiet tar-riduzzjoni imdaħħla fl-Anness B skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3. Il-lieva ta’ emissjoni relattiva allokata lil kull wieħed mill-Partijiet tal-ftehim għandha tkun mniżżla f’dak il-ftehim.

2. Il-Partijiet għal kull tali ftehim għandhom jinnotifikaw lis-segretarjat bil-kondizzjonijiet tal-ftehim fid-data tad-depożitu ta’ l-istrumenti tar-ratifikazzjoni tagħhom, aċċettazzjoni jew approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jew adeżjoni ta’ dak. Is-secgetarjat għandu min-naħa tiegħu jinforma lill-Partijiet u lil firmatarji tal-Konvenzjoni bil-kondizzjonijiet tal-ftehim.

3. Kull tali ftehim għandu jibqa fil-ħidma matul il-perjodu tar-rabta speċifikat fl-Artikolu 3, paragrafu 7.

4. Jekk il-Partijiet li jaġixxu konġunt jagħmlu hekk fil-qafas ta’, u flimkien ma’ organizzazzjoni reġjonali, ekonomika ta’ integrazzjoni, kull alterazzjoni fil-komposizzjoni ta’ l-organizzazzjoni wara l-adozzjoni ta’ dan il- Protokoll ma għandhiex taffettwa r-rabtiet esistenti taħt dan il-Protokoll. Kull alterazzjoni fil-komposizzjoni ta’ l-organizzazzjoni għandha tapplika biss għal għanijiet ta’ dawk ir-rabtiet taħt l-Artikolu 3 li huma adottati sussegwentement għal dik l-alterazzjoni.

5. Fil-kas ta’ nuqqas mill-Partijiet għal tali ftehim biex jilħqu l-lieva tagħhom totali meħuda flimkien tar-riduzzjonijiet ta’ l-emissjoni, kull Parti għal dak il-ftehim għandha tkun risponsabbli għal-lieva ta’ emissjonijiet tagħha stess li huma mniżżla fil-ftehim.

6. Jekk il-Partijiet li jaġixxu konġunt jagħmlu dan fil-qafas ta’ u flimkien ma’ l-organizzazzjoni reġjonali, ekonomika ta’ integrazzjoni li hija fiha nnifisha Parti għal dan il-Protokoll, kull Istat Membri ta’ dik l-organizzazzjoni reġjonali, ekonomika ta’ integrazzjoni individwalment jew flimkien ma’ l-organizzazzjoni reġjonali, ekonomika ta’ integrazzjoni, li jaġixxi skond l-Artikolu 24, għandu fin-nuqqas li ma jiksibx il-lieva totali meħuda flimkien tar-riduzzjonijiet ta’ l-emissjonijiet, ikun risponsabbli għal-lieva ta’ l-emissjonijiet kif notifikati skond dan l-Artikolu.

Artikolu 5

1. Kull Parti nkluza fl-Anness I għandu jkollha fil-post, mhux iżjed tard minn sena qabel il-bidu ta’ l-ewwel perjodu ta’ rabta, sistema nazzjonali għall-istima ta’ l-emissjonijiet antropogenici mill-egħun u t-tneħħija bil-ħwat tal-gassijiet tas-serra li ma humiex kontrollati mill-Protokoll ta’ Montreal. Il-linji għal tali sistemi nazzjonali li għandhom jinkorporaw il-metodoloġiji speċifikati fil-paragrafu 2 hawn taħt, għandhom jiġu deċiżi mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-:Partijiet għal dan il-Protokoll fl-ewwel sessjoni tagħha.

2. Il-metodoloġiji biex jagħmlu stima ta’ l-emissjonijiet antropoġeniċi mill-egħjun u t-tneħħija bil-ħwat tal-gassijiet tas-serra li ma humiex kontrollati mill-Protokoll ta’ Montreal għandhom ikunu dawk aċċettati mill-Awla Intergovernattiva dwar il-Bdil fil-Klima u li ftehmet fuqha l-Konferenza tal-Partijiet fit-tielet sessjoni tagħha. Billi tali metodoloġiji ma humiex użati, aġġostamenti xierqa għandhom jiġu applikati skond il-metodoloġiji miftehma mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ghal dan il-Protokoll fl-ewwel sessjoni tagħha. Ibbażati fuq ix-xogħol, inter alia, l-Awla Intergovernattiva dwar il-Bdil fil-Klima u l-parir mogħti mill-Korp Sussidjarju għall-Paria Xjentifiku u teknoloġiku, l-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll, għandha tirrevedi regolarment u fejn xieraq tirrevedi tali metodoloġiji u aġġostamenti, waqt li tieġu n-konsiderazzjoni kull deċiżjoni rilevanti mill-Konferenza tal-Partijiet. Kull revisjoni ta’ metodoloġiji jew aġġostmenti għandhom jiġu wżati biss għal għanijiet li jaċċertaw konformità mar-rabtiet taħt l-Artikolu 3 dwar kull perjodu ta’ rabta adottat sussegwentement għal dik ir-reviżjoni.

3. Il-potenżjali ta’ riskaldament globali użati biex jikkalkolaw l-ekwivalenza tal-karbonju diossidju ta’ emissjonijiet antropoġeniċi bl-egħjun u t-tneħħija bil-ħwat ta’ gassijiet tas-serra mniżżla fl-Anness A għandhom ikunu dawk aċċettati mill-Awla Intergovernattiva dwar il-Bdil fil-Klima u li ftehmet fuqha l-Konferenza tal-Partijiet waqt it-tielet sessjoni tagħha. Bażata fuq ix-xoghol ta’, inter alia, l-Awla Intergovernattiva dwar il-Bdil fil-Klima u parir provdut mill-Korp Sussidjarju għal Parir Xjentifiku u Teknoloġiku, l-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha regolarment tirrevedi u kif xieraq, tirrevedi l-potenzal globali ta’ riskaldament ta’ kull gass tas-serra tali waqt li jieħdu n-konsiderazzjoni sħiħa kull deċiżjoni rilevanti tal-Konferenza tal-Partijiet. Kull revisjoni għal potenzal ta’ riskaldament globali għandha tgħodd biss għar-rabta taħt l-Artikolu 3 dwar kull perjodu ta’ rabta adottat sussegwentement għal dik ir-reviżjoni.

Artikolu 6

1. Għal għan biex tilħaq ir-rabtiet tagħha taħt l-Artikolu 3, kull Parti nkluża fl-Anness I tista’ titraferixxi lil, jew takkwista minn, kull tali Parti oħra l-unitajiet tar-riduzzjoni ta’ emissjoni li jirriżultaw mill-proġetti li l-għan tagħhom hu li jirriduċu l-emissjonijiet antropoġeniċi mill-egħjun jew isaħħu t-tneħħija antropoġenika bil-ħwat tal-gassijiet tas-serra f’kull settur ta’ l-ekonomija iżda:

(a) Kull tali proġett għandu l-approvazzjoni tal-Partijiet involuti;

(b) Kull tali proġett jipprovdi riduzzjoni fl-emissjonijiet mill-egħjun, jew it-tisħiħ tat-tneħħija bil-ħwat, li huwa addiżjonali għal kull ma jista’ b’xi mod jiġri;

(ċ) Ma takkwistax l-unitajiet tar-riduzzjoni ta’ emissjoni jekk ma hiex konformi ma’ l-obbligazzjonijiet tagħha taħt l-Artikoli 5 u 7 u

(d) L-akkwist ta’ l-unitajiet tar-riduzzjoni ta’ l-emissjonijiet għandha tkun ta’ żieda għall-azzjonijiet domestiċi għal għan li jilħqu ir-rabtiet taħt l-Artikolu 3.

2. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħal laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll tista’, waqt l-ewwel sessjoni tagħha jew malajr kemm jista’ jkun prattikabbli wara, telabora iżjed linji għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inkluż għal verifika u għar-rapurtaġġ.

3. Il-Parti nkluża fl-Anness I tista’ tawtorizza l-entitajiet legali biex jipparteċipaw taħt ir-risponsabiltà tagħha f’azzjonijiet li jwasslu għall-ġenerazzjoni, trasferiment jew akkwist taħt dan l-Artikolu ta’ l-unitajiet tar-riduzzjoni ta’ l-emissjonijiet.

4. Jekk kwistjoni ta’ implimentazzjoni minn Parti nkluza fl-Anness I tal-ħtiġiet imsejħa f’dan l-Artikolu hi identifikata skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-Artikolu 8, it-trasferimenti u l-akkwisti tal-unitajiet tar-riduzzjoni ta’ l-emissjonijiet jistgħu jkomplu jsiru wara li l-kwistjoni tkun ġiet identifikata, iżda tali unitajiet ma jistgħux jiġu wżati minn Parti biex tilħaq ir-rabtiet tagħha taħt l-Artikolu 3 sakemm kull kwistjoni ta’ konformità hija konkluza.

Artikolu 7

1. Kull Parti nkluża fl-Anness I għandha tinkorpora fl-inventarju tagħha ta’ kull sena ta’ l-emissjonijiet antropoġeniċi mill-egħġjun u t-tneħħija bil-ħwat tal-gassijiet tas-serra mhux kontrollati mill-Protokoll ta’ Montreal, mogħti skond id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Konferenza tal-Partijiet, l-informazzjoni miżjuda meħtieġa għal għanijiet biex tiġi assigurata konformità ma’ l-Artikolu 3, li għandu jiġi determinat skond il-paragrafu 4 hawn taħt.

2. Kull Parti inkluża fl-Anness I għandha tinkorpora fil-kumnikazzjoni nazzjonali tagħha, mogħtija taħt l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni, l-informazzjoni żejda meħtieġa biex turi konformità mar-rabtiet tagħha taħt dan il-Protokoll, biex jiġi determinat skond il-paragrafu 4 hawn taħt.

3. Kull Parti nkluża fl-anness I għandha tagħti l-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 1 hawn fuq ta’ kull sena, tibda bl-ewwel inventarju dovut taħt il-Konvenzjoni għall-ewwel sena tal-perjodu tar-rabta rabta wara li dan il-Protokoll ikun daħal fis-seħħ għal dik il-Parti. Kull Parti bħal din għandha tibgħat l-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 2 ta’ hawn fuq bħala parti mill-ewwel kumnikazzjoni nazzjonali dovuta taħt il-Konvenzjoni wara li dan il-Protokoll ikun daħal fis-seħħ għaliha u wara l-adozzjoni tal-linji kif previst fil-paragrafu 4 hawn taħt. Il-frekwenza ta’ l-għoti ta’ l-informazzjoni sussegwenti meħtieġa taħt dan l-Artikolu għandha tiġi determinata mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ghal dan il-Protokoll, waqt li tieħdu n-konsiderazzjoni kull kalendarju għall-għoti tal-kumnikazzjonijiet nazzjonali li tkun iddeċidiet il-Konferenza tal-Partijiet.

4. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha tadotta fl-ewwel sessjoni tagħha, u tirrevedi perjodikament wara dan, il-linji għall-preparazzjoni ta’ l-informazzjoni meħtieġa taħt dan l-Artikolu, waqt li tieħu n-konsiderazzjoni l-linji għall-preparazzjoni tal-kumnikazzjonijiet nazzjonali mill-Partijiet inklużi fl-Anness I adottat mill-Konferenza tal-Partijiet. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha ukoll, qabel l-ewwel perjodu tar-rabta, tiddeċiedi dwar il-modalitijiet biex jinżammu l-kontijiet ta’ l-ispejjeż.

Artikolu 8

1. L-informazzjoni mogħtija taħt l-Artikolu 7 minn kull Parti nkluża fl-Anness I għandha tiġi riveduta minn gruppi reviżjuri ta’ ħila skond id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Konferenza tal-Partijiet u skond il-linji adottati għal dan l-għan mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ghal dan il-Protokoll taħt il-paragrafu 4 hawn taħt. L-informazzjoni mogħtija taħt l-Artikolu 7, paragrafu 1, minn kull Parti nkluża fl-Anness I għandha tiġi riveduta bħala parti tal-kompilazzjoni ta’ kull sena u li jinżamm l-inventarji ta’ emissjonijiet u tal-kontijiet ta’ l-ammonti assenjati Barra minn dan, l-informazzjoni mogħtija taħt l-Artikolu 7, paragrafu 2, minn kull Parti nkluża fl-Anness I għandha tiġi riveduta bħala parti mir-reviżjoni tal-kumnikazzjonijiet.

2. Gruppi riviżuri ta’ ħila għandhom ikunu koordinati mis-segretarjat u għandhom ikunu komposti min-nies ta’ ħila magħżula minn dawk nominati mill-Partijiet għall-Konvenzjoni u, kif xieraq, mill-organizzazzjonijiet intergovernattivi, skond il-gwida prevista għal dan l-għan mill-Konferenza tal-Partijiet.

3. Il-proċess ta’ reviżjoni għandu jipprovdi stima teknika bir-reqqa u komprensiva ta’ l-aspetti kollha ta’ l-implimentazzjoni minn Parti ta’ dan il-Protokoll. Il-gruppi reviżjuri ta’ ħila għandhom jippreparaw rapport lill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ghal dan il-Protokoll, jagħmlu stima ta’ l-implimentazzjoni tar-rabta tal-Parti u jidentifikaw kull problema potenzali fi, u l-fatturi li jinfluwenzaw it-twettieq tar-rabtiet. Tali rapporti għandhom jiġu ċirkolati lill-Partijiet kollha tal-Konvenzjoni. Is-segretarjat għandu jagħmel lista ta’ dawk il-kwisjonijiet ta’ implimentazzjoni għall-iktar konsiderazzjoni mill-Konference tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ghal dan il-Protokoll.

4. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ghal dan il-Protokoll għandha tadotta fl-ewwel sessjoni tagħha u tirrevedi perjodikament wara dan, il-linji għar-previzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll minn gruppi ta’ ħila li jieħdu n-konsiderazzjoni d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Konferenza tal-Partijiet.

5. Il-Konference tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa għall-Partijiet ta’ dan il-Protokoll għandha bl-assistenza tal-Korp Sussidjarju għall-implimentazzjoni u, kif xieraq, il-Korp Sussidjarju għall-Parir Xjentifiku u Teknoloġiku, tikkonsidra:

(a) L-informazzjoni mogħtija mill-Partijiet taħt l-Artikolu 7 u r-rapporti tar-reviżjoni tar-reviżjuri ta’ ħila li saru fuqha taħt dan l-Artikolu; u

(b) Dawk il-kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni mniżżla mis-segretarjat taħt il-paragrafu 3 ta’ hawn fuq, kif ukoll kull kwistjoni mqajma mill-Partijiet.

6. Skond il-konsiderazzjoni tagħha ta’ l-informazzijoni msejħa fil-paragrafu 5 hawn fuq, il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa ghall-Partijiet ghal dan il-Protokoll għandha tieħu deċiżjonijiet f’kull materja meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 9

1. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha perjodikament tirrevedi dan il-Protokoll fid-dawl ta’ l-aħjar informazzjoni xjentifika disponibbli u l-istimi dwar il-bdil fil-klima u l-impatti tagħha, kif ukoll l-informazzjoni rilevanti teknika, soċjali u ekonomika. Tali reviżjonijiet għandhom jiġu koordinati ma’ reviżjonijiet pertinenti taħt il-Konvenzjoni, partikolarment dawk meħtieġa bl-Artikolu 4, paragrafu 2(d), u l-Artikolu 7, paragrafu 2(a), tal-Konvenzjoni. Waqt li tibbaża fuq dawn ir-reviżjonijiet, il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa għal dan il-Protokol għandha tieħu azzjoni kif xieraq.

2. L-ewwel reviżjoni għandha ssir fit-tieni sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll. Aktar reviżjonijiet għandhom isiru f’intervalli regolari u f’manjiera f’waqtha.

Artikolu 10

Il-Partijiet kollha, li jieħdu n-konsiderazzjoni r-risponsabiltajiet tagħhom komuni iżda differenti u l-prijoritajiet tagħhom reġjonali ta’ żvilupp speċifiċi, nazzjonali, għanijiet u ċirkustanzi mingħajr ma jintroduċu xi rabtiet ġodda għall-Partijiet li mhumiex inklużi fl-Anness I, iżda li jirrriaffermaw ir-rabtiet esistenti taħt l-Artikolu 4, paragrafu 1, tal-Konvenzjoni, waqt li jkomplu javanzaw l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rabtiet sabiex jiksbu l-iżvilupp sostenibbli, waqt li jieħdu n-konsiderazzjoni l-Artikolu 4, paragrafi 3, 5 u 7, tal-Konvenzjoni, għandhom:

(a) Jifformolaw fejn rilevanti u sa fejn hu possibbli, programmi ta’ ġestjoni u ta’ spejjeż nazzjonali u meta approprjat, regjonali biex itejbu l-kwalità tal-fatturi ta’ emissjoni lokali, attività ta’ data u/jew mudelli li jirriflettu l-kondizzjonijiet soċjo-ekonomiċi ta’ kull Parti għall-preparazzjoni u updating perjodiku ta’ inventarji nazzjonali ta’ emissjonijiet antropoġeniċi mill-egħjun u t-tneġġija bil-ħwat ta’ gassijiet tas-serra li ma humiex kontrollati mill-Protokoll ta’ Montreal, billi jużaw metidoloġiji komparabbli li għandhom jiftehmu fuqhom mill-Konferenza tal-Partijiet, u konsistenti mal-linji għall-preparazzjoni ta’ kumnikazzjonijiet nazzjonali adottati mill-Konferenza tal-Partijiet;

(b) Jifformolaw, jimplimentaw, jippublikaw u jirregolarizzaw regolarment il-programmi nazzjonali u meta approprjat, reġjonali li jkun fihom miżuri biex inaqqsu l-bdil tal-klima u miżuri biex jiffaċċilitaw adattamenti adegwati għal bdil fil-klima:

(i) Tali programmi għandhom, inter alia, jikkonċernaw is-setturi ta’ l-enerġija, tat-trasport u ta’ l-industrija kif ukoll ta’ l-agrikoltura tal-imsaġar u tal-maniġġjar ta’ l-iskart. Barra minn dan, adattamenti teknoloġiċi u metodi biex itejbu l-ippjanar tal-wisa’ li jtejjeb l-adattamenti għal bdil tal-klima; u

(ii) Il-Partijiet inklużi fl-Anness I għandhom jagħtu l-informazzjoni dwar l-azzjoni taħt dan il-Protokoll, inkużi l-programmi nazzjonali, skond l-Artikolu 7; u Partijiet oħra għandhom ifittxu biex jinkludu fil-kumnikazzjonijiet nazzjonali tagħhom, kif xieraq, l-informazzjjoni dwar il-programmi li jikkontjienu l-miżuri li l-Parti temmen li jikkontribwixxu biex jindirizzaw il-bdil fil-klima u l-impatti kuntrarji tagħha, inkluż it-tnaqqis fiż-żieda ta’ l-emissjonijiet tal-gass tas-serra u t-tisħiħ u t-tneħħija bil-ħwat, bini ta’ kapacità u miżuri ta’ adattamenti;

(ċ) Jikoperaw fil-promozzjoni ta’ manjieri effettivi għall-iżvilupp, applikazzjoni, u diffużjoni ta’, u jieħdu l-passi kollha prattikabbli biex jippromuovu, jiffaċilitaw u jgħinu finanzjarjament, kif xieraq, it-trasferiment ta’, jew l-aċċess lit-teknoloġiji sani dwar l-ambjent, li jkunu jafu l-mod kif issir, il-prattiċitajiet u l-proċessi li għandhom x’jaqsmu mal-bdil fil-klima, partikolarment lil pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, inkluża l-formolazzjoni ta’ politika u l-programmi għat-trasferiment effettiv ta’ teknoloġiji sani ta’ l-ambjent li huma pposseduti mill-Pubbliku jew li huma f’dominju pubbliku u l-kreazzjoni ta’ ambjent abbli għas-settur privat biex jippromuovi u jsaħħaħ it-trasferiment ta’ u l-aċċess għat-teknoloġiji sani ta’ l-ambjent;

(d) Jikoperaw fir-riċerka xjentifika u teknika u jippromuovu l-manteniment u l-iżvilupp ta’; arkivji ta’ data biex inaqqsu l-inċertezzi li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-klima, l-impatti kuntrarji tal-bdil fil-klima u l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali ta’ varji strategiji ta’ tweġiba, u jippromuovu l-iżvilupp u t-tisħiħ ta’; kapaċitajiet li jigbru minn gewwa u setgħat moħbija li għandhom mnejn jiżviluppaw ruħhom biex jipparteċipaw fi sforzi internazzjonali u intergovernattivi, programmi u networks dwar riċerki u osservazzjoni sistematika waqt li jieħdu n-konsiderazzjoni l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni;

(e) Jikoperaw u jippromuovu fil-livell internazzjonali, u, meta approprjat, waqt li jużaw korpi esistenti, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ l-edukazzjoni u programmi ta’ stħarriġ, inklużi t-tisħiħ tal-bini nazzjonali ta’ kapacità, partikolarment f’kapaċitajiet istituzzjonli umani u l-iskambju jew issekondar tal-persunal biex jistħarrġu esperti f’dan il-qasam, partikolarment għall-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u jiffaċilitaw fil-livell nazzjonali l-kuxjenza pubblika u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar il-bdil fil-klima. Il-manjieri adattati għandhom jiġu żviluppati biex jimplimentaw dawn l-attivitajiet permess tal-korpi rilevanti tal-Konvenzjoni waqt li jiehdu n-konsiderazzjoni l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni;

(f) Jinkludu fl-informazzjoni ta’ kumnikazzjonijiet nazzjonali dwar programmi u attivitajiet magħmula skond dan l-Artikolu skond id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Konferenza tal-Partijiet; u

(g) Jagħtu konsiderazzjoni sħiħa, biex jimplimentaw r-rabtiet taħt dan l-Artikolu, ta’ l-Artikolu 4, paragrafu 8 tal-Konvenzjoni.

Artikolu 11

1. Fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 10, il-Partijiet għandhom jieħdu n-konsiderazzjoni d- dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, paragrafi 4, 5, 7, 8 u 9, tal-Konvenzjoni.

2. Fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 4, paragrafu 1, tal-Konvenzjoni,skond id- dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, paragrafu 3, u l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni, u permess ta’ l-entità jew entitajiet fdati bit-tħaddim tal-mekkaniżmu finanzjarju tal-Konvenzjoni, l-Partijiet tal-pajjiżi żviluppati u Partijiet oħra żviluppati nklużi fl-Anness II tal-Konvenzjoni għandhom:

(a) Jipprovdu riżorsi ta’ finanzi ġodda biex jilħqu l-ispejjeż totali miftehma li jkunu ntefqu mill-Partijiet ta’ pajjiżi żviluppati fl-avanż ta’ l-implimentazzjoni tar-rabtiet esistenti taħt l-Artikolu 4, paragrafu 1(a), tal-Konvenzjoni li huma koperti fl-Artikolu 10, (a); u

(b) Jipprovdu wkoll tali riżorsi finanzjarji, li jinkludu għat-trasferiment tat-teknoloġija, meħtieġ mill-Partijiet tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw biex jilħqu l-ispejjeż taż-żieda kollha miftehma ta’ l-avanz ta’ l-implimentazzjoni tar-rabtiet esistenti taħt l-Article 4, paragrafu 1, tal-Konvenzjoni li huma koperti bl-Artikolu 10 u li hemm ftehim fuqhom bejn il-Partijiet ta’ pajjiż li qed jiżviluppaw u l-entità internazzjonali jew entitajiet imsejħa fl-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni, skond dak l-Artikolu.

L-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rabtiet esistenti għandhom jieħdu n-konsiderazzjoni l-ħtieġa xierqa u li jista’ wieħed jobsorha fil-fluss ta’ fondi u l-importanza tal-qsim tal-pis xieraq fost il-Partijiet tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Il-gwida ta’ l-entità jew entitajiet li huma fdati bit-tħaddim tal-mekkaniżmu finanzjarju tal-Konvenzjoni f’deċiżjonijiet rilevanti tal-Konferenza tal-Partijiet, inklużi dawk li ftehmu fuqhom qabel l-adozzjoni ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

3. Il-Partijiet tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u Partjiiet oħra żviluppati fl-Anness II tal-Konvenzjoni jistgħu jipprovdu wkoll, u l-Partijiet ta’ pajjiżi oħra li għadhom qed jiżviluppaw jistgħu jinqdew bir-riżorsi finanzjarji għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 10, permess ta’ mogħdijiet oħra bilaterali, reġjonali u multilaterali.

Artikolu 12

1. Mekkaniżmu ta’ żvilupp imfassal tajjeb huwa hawnhekk imfisser.

2. L-għan tal-mekkaniżmu mfassal tajjeb huwa biex jassisti l-Partijiet li mhumiex inklużi fl-Anness I, biex jilħqu l-iżvilupp sostenibbli u biex jikkontribwixxu għal għanijiet fondamentali tal-Konvenzjoni, u biex jassistu l-Partijiet inklużi fl-Anness I, li jiksbu l-konformità mal-limitazzjoni ta’ l-emissjoni kwantifikata tagħhom u r-riduzzjoni tar-rabtiet taħt l-Artikolu 3.

3. Taħt il-mekkaniżmu ta’ żvilupp mfassal tajjeb:

(a) Il-Partijiet li ma humiex inklużi fl-Anness I għandhom jibbenefikaw mill-attivitajiet ta’ proġetti li jirriżultaw mir-riduzzjonijiet ta’ l-emissjoni ċertifikata; u

(b) Il-Partijiet inklużi fl-Anness I jistgħu jużaw ir-riduzzjoni ta’ l-emissjoni ċertifikata li tiżdied mill-attivitajiet ta’ tali proġett biex jikkontribwixxu għall-konformità ma’ parti mil-limitazzjoni tar-riduzzjoni ta’ l-emissjoni kwantifikata tagħhom taħt l-Artikolu 3, kif determinati mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi tal-laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll.

4. Il-mekkaniżmu ta’ żvilupp imfassal tajjeb għandu jkun suġġett għall-awtorità u gwida tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi tal-laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll u tkun sorveljata mill-Bord Esekuttiv tal-mekkaniżmu ta’ żvilupp imfassal tajjeb.

5. Ir-riduzzjonijiet ta’ l-emissjoni li jirrizulaw minn kull attività ta’ proġett għandha tkun ċertifikata minn entitajiet li jħaddmu li għandhom ikunu nominati mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll, fuq il-bażi tal-:

(a) Parteċipazzjoni volontarja approvata minn kull Parti nvoluta;

(b) Il-benefiċċji reali, li jistgħu jitkejlu, u fit-tul li għandhom x’jaqsmu mat-tinqis u l-bdil tal-klima; u

(ċ) Ir-riduzzjonijiet fl-emissjonijiet li huma addizjonali għal xi wħud li jiġru fl-assenza ta’ l-attività ċertifikata u proġettata.

6. Il-mekkaniżmu imfassal tajjeb ta’ żvilupp għandu jassisti fl-arrangament ta’ fondi ta’ l-attivitajiet ċertifikati ta’ proġett kif meħtieġ:

7. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ta’ dan il-Protokoll għandha, fl-ewwel sessjoni tagħha, telabora manjieri u proċeduri bl-għan li tassigura t-trasparenza, l-effiċjenza u r-risponsabbiltà permess ta’ reviżjoni ndipendenti u verifika ta’ l-attivitajiet ta’ proġett

8. Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ghal dan il-Protokoll għandha tassigura illi parti mid-dħul ta’ l-attivitajiet ta’ proġett ċertifikati hija użata biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi kif ukoll biex tassisti l-Partijiet ta’ pajjiżi li ghadhom qed jiżviluppaw li huma partikolarment suxxettibbli għall-effetti kuntrarji tal-bdil fil-klima biex iħallsu l-ispejjeż ta’ l-adattamenti.

9. Il-partiċipazzjoni taħt il-mekkaniżmu ta’ żvilupp imfassal tajjeb, li jinkludi l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3(a) ta’ hawn fuq u fl-akkwist ta’ riduzzjonijiet ta’ emizzjoni ċertifikata, jistgħu jinvolvu entitajiet privati u/jew pubbliċi, u għandha tkun suġġetta għal kwalsiasi gwida li tista’ tiġi prevista mill-bord eżekuttiv tal-mekkaniżmu ta’ l-iżvilupp imfassal tajjeb.

10. Ir-riduzzjonijiet ċertifikati ta’ emissjoni miksuba waqt il-perjodu mis-sena 2000 sal-bidu tal-ewwel perjodu tar-rabta jistgħu jiġu wżati biex jassistu biex tiġi akkwistata l-konformità fl-ewwel perjodu tar-rabta.

Artikolu 13

1. Il-Konferenza tal-Partijiet, il-korp suprem tal-Konvenzjoni, għandhom iservu bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll.

2. Il-Partijiet tal-Konvenzjoni li mhumiex Partijiet għal dan il-Protokoll għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi fil-proċeduri ta’ kull sezzjoni tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ghal dan il-Protokoll. Meta l-Konferenza tal-Partijiet isservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll, id-deċiżjonijiet taħt dan il-Protokoll għandhom jittieħdu wkoll minn dawk li huma Partijiet għal dan il-Protokoll.

3. Meta l-Konferenza tal-Partijiet isservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll, kull membru ta’ l-Uffiċċju tal-Konferenza tal-Partijiet li jirrappresenta Parti għall-Konvenzjoni iżda, dak iż-żmien mhux Parti għal dan il-Protokoll, għandu jinbidel b’membru addiżjonali li għandu jiġi magħżul minn u fost il-Partijiet ta’ dan il-Protokoll.

4. The Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa għal dan il-Protokoll għandha iżżomm taħt reviżjoni regolari l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u għandha tieħu, mill-ordni tagħha, d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jippromuovu l-implimentazzjoni effettiva tagħha. Għandha tagħmel il-funzjonijiet assenjati lilha b’dan il-Protokoll u għandha:

(a) Tagħmel stima, fuq bażi ta’ l-informazzjoni disponsibbli skond id-diżposizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll mill-Partijiet, l-effetti tuti tal-miżuri meħuda skond dan il-Protokoll, partikolarment l-effetti ta’ l-ambjent, ekonomiċi u soċjali kif ukoll ta’ l-impatti miġmugħa u l-medda li l-progress għal għan tal-Konvenzjoni qiegħed jinkiseb;

(b) Teżamina perjodikament l-obbligazzjonijiet tal-Partijiet għal dan il-Protokoll, waqt li tagħti l-konsiderazzjoni dovuta lil kull reviżjoni meħtieġa skond l-Artikolu 4, paragrafu 2(d), u l-Artikolu 7, paragrafu 2, tal-Konvenzjoni fid-dawl ta’ l-għan tal-Konvenzjoni, l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tagħha u l-evoluzjoni tat-tagħlim xjentifiku u teknoloġija u f’dan l-għan jikkonsidraw u jadottaw rapport regolari dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll;

(ċ) Tippromuovi u tiffaċċilita l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar il-miżuri adottati mill-Partijiet biex jindirizzaw il-bdil fil-klima u l-effetti tagħha, waqt li jieħdu n-konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi differenti, r-risponsabiltajiet u kapaċitajiet tal-Partijiet u r-rabtiet rispettivi tagħhom taħt dan il-Protokoll;

(d) Tiffaċilita fuq talba ta’ żewġ Partijiet jew iktar, il-koordinazzjoni ta’ miżuri adottati minnhom biex jindirizzaw il-bdil fil-klima u l-effetti tiegħu, waqt li jieħdu n-konsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi li ma jaqblux, risponsabiltajiet u kapaċitajiet tal-Partijiet u r-rabtiet rispettivi, taħt dan il-Protokoll;

(e) Tippromuovi u tiggwida, skond l-għan tal-Konvenzjoni u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, u tieħdu n-konsiderazzjoni sħiħa d-deċiżjonijiet rilevanti mill-Konferenza tal-Partijiet, l-iżvilupp u t-titjieb perjodiku tal-metidologiji komparabbli għall-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Protokoll, li għandha taqbel fuqhom il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll;

(f) Tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet dwar xi kwistjonijiet meħtieġa ghall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll;

(g) Tfittex biex timmobiliżża riżorsi finanzjarji addizjonali skond l-Artikolu 11, paragrafu 2:

(h) Tistabbilixxi tali korpi sussidjarji li jkunu jidhrilha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll;

(i) Tfittex u tuttiliżża, meta approprjat, is-servizzi u l-koperazzjoni ta’, u l-informazzjoni prevista mill-organizzazzjonijiet kompetenti internazzjonali u intergovernmenttivi u korpi mhux governnattivi; u

(j) Teserċita tali funzjonijiet oħra li jistgħu jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, u tikkonsidra kull assenjament li jirriżulta minn deċiżjoni mill-Konferenza tal-Partijiet.

5. Ir-regoli ta’ proċedura tal-Konferenza tal-Partijiet u proċeduri finanzjarji applikati taħt il-Konvenzjoni għandhom jiġu applikabbli mutatis mutandis taħt dan il-Protokoll, ħlief fejn jista’ mod ieħor jiġi deċiż b’konsus tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ghal dan il-Protokoll.

6. L-ewwel sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgha tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha tissejjaħ mis-segretarjat flimkien ma’ l-ewwel sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet li tkun skedata wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. Is-sessjonijiet ordinarji sussegwenti tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha tinżamm kull sena u flimkien ma’ sessjonijiet ordinarji tal-Konferenza tal-Partijiet, kemm-il darba ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll.

7. Sessjonijiet straordinarji tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha tinżamm fi żminijiet oħra kif jidhrilha meħtieġ il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll, jew fuq talba bil-miktub ta’ kull Parti, iżda, fi żmien sitt xhur li t-talba tkun komunikata lill-Partijiet mis-segretarjat, li tkun appoġġata mill-inqas minn terz mill-Partijiet.

8. In-Nazzjonijiet Uniti, l-aġenti speċjalizzati tagħha u l-Agenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, kif ukoll kull Stat Membru ieħor tagħha jew osservaturi għal dak li ma humiex parti għal Konvenzjoni jistgħu jkunu rappresentati waqt is-sessjonijiet tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll bħala osservaturi. Kull korp jew aġenzija kemm jekk huma nazzjonali jew internazzjonali, governattiv jew mhux governattiv li hu kwalifikat f’materji koperti minn dan il-Protokoll u li nforma lis-segretarjat bix-xewqa tiegħu li jkun rappresentat f’sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll bħala osservatur, jista’ jiġi hekk ammess kemm-il darba mill-inqas terz mill-Partijiet presenti joġġezzjonaw. Id-dħul u l-parteċipazzjoni ta’ l-osservaturi għandha tkun suġġetta għar-regoli ta’ proċedura, msejħa fil-paragrafu 5 hawn fuq.

Artikolu 14

1. Is-segretarjat stabbilit bl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għandu jservi bħala s-segretarjat ta’dan il-Protokoll.

2. L-Artikolu 8, paragrafu 2, tal-Konvenzjoni dwar il-funzjonijiet tas-segretarjat u l-Artikolu 8, paragrafu 3, tal-Konvenzjoni dwar l-arranġamenti magħmula għal funzjonar tas-segretarjat għandhom jgħoddu mutatis mutandis għal dan il-Protokoll. Is-segretarjat għandu, barra minn dan, jeserċita l-funzjonijiet assenjati lilu taħt dan il-Protokoll.

Artikolu 15

1. Il-Korp Sussidjarju għal Parir Tekniku u Xjentifiku u l-Korp Sussidjarju għall-implimentazzjoni stabbilit bl-Artikoli 9 u 10 tal-Konvenzjoni għandhom iservu bħala rispettivament, il-Korp Sussidjarju għal-Parir Xjentifiku u Teknoloġiku u l-Korp Sussidjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Id-dispożizzjonijiet dwar il-funzjonament ta’ dawn iż-żewġ korpi taħt il-Konvenzjoni għandhom jgħoddu mutatis mutandis għal dan il-Protokoll. Is-sessjonijiet tal-laqgħat tal-Korp Sussidjarju għal Parir Tekniku u Xjentifiku u l-Korp Sussidjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandhom jinżammu flimkien mal-laqgħat ta’, rispettivament, il-Korp Sussidjarju għal Parir Xjentifiku u Teknoloġiku u l-Korp Sussidjarju għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni.

2. Il-Partijiet għall-Konvenzjoni li ma humiex Parti ghal dan il-Protokoll jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi fil-proċeduri ta’ kull sessjoni tal-korpi sussidjarji. Meta l-korpi sussidjarji jservu bħala l-korpi sussidjarji ghal dan il-Protokoll, id-deċiżjonijiet taħt dan il-Protokoll għandhom jittieħdu minn dawk li huma Partijiet għal dan il-Protokoll.

3. Meta l-korpi sussidjarji stabbiliti bl-Artikoli 9 and 10 tal-Konvenzjoni jeserċitaw il-funzjonijiet tagħhom rigward il-materji li jikkonċernaw dan il-Protokoll, kull membru ta’ l-Uffiċċju ta’ dawk il-korpi sussidjarji li jirrappresentaw Parti għall-Konvenzjoni iżda, f’dak iż-żmien mhux parti għal dan il-Protokoll, għandu jiġi mibdul b’membru addizjonali li jkun magħżul minn u fost il-Partijiet għal dan il-Protokoll.

Artikolu 16

Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ghal dan il-Protokoll għandha, malajr kemm jista’ jkun prattikabbli, tikkonsidra l-applikazzjoni għal dan il-Protokoll ta’, u timmodifika kif xieraq, il-proċess multilaterali konsultattiv msejaħ fl-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni, fid-dawl ta’ xi deċiżjonijiet rilevanti li jistgħu jittieħdu mill-Konferenza tal-Partijiet. Kull proċess multilaterali konsultattiv li jista’ jiġi applikat għal dan il-Protokoll għandu jaħdem mingħajrr preġudizzju għal proċeduri u mekaniżmi stabbiliti skond l-Artikolu 18.

Artikolu 17

Il-Konferenza tal-Partijiet għandha tiddefinixxi l-prinċipji rilevanti, modalitajiet, regoli u linji, partikolarment għal verifikazzjoni, rappurtaġġ u risponsabilità għal kummerċ fl-emissjonijiet. Il-Partijiet inklużi fl-Anness B jistgħu jipparteċipaw fil-kummerċ ta’ l-emissjonijiet bl-għan li jaderixxu r-rabtiet tagħhom taħt l-Artikolu 3. Kummerċ tali għandu jkun supplimentali għall-azzjonijiet domestiċi bl-għan li jilħqu l-limitazzjoni ta’ emissjoni kwantifikata u r-riduzzjoni tar-rabtiet taħt dak l-Artikolu.

Artikolu 18

Il-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ghal dan il-Protokoll għandha, fl-ewwel sessjoni tagħha, tapprova proċeduri xierqa u effettivi u mekkaniżmi biex tiddetermina u biex tindirizza kasi ta’ non-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, inklużi permess ta’ l-iżvilupp ta’ lista tal-konsegwenzi, waqt li tieħu n-konsiderazzjoni l-kawza, t-tip, il-grad u l-frekwenza ta’ non-konformità. Any procedures and mechanismsKull proċedura u mekkaniżmu taħt dan l-Artikolu li tikkonċerna konsegwenzi vinkolanti għandha tiġi adottata permess ta’ emenda ghal dan il-Protokoll.

Artikolu 19

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni dwar id-deċiżjonijiet ta’ kwistjonijiet għandhom jgħoddu mutatis mutandis għal dan il-Protokoll.

Artikolu 20

1. Kull Parti tista’ tipproponi l-emendi għal dan il-Protokoll.

2. L-emendi ghal dan il-Protokoll għandhom jiġu adottati waqt sessjoni ordinarja tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet ghal dan il-Protokoll. It-test ta’ kull emenda proposts ghal dan il-Protokoll għandha tiġi komunikata lill-Partijiet mis-segretarjat ta’ l-inqas sitt xhur qabel il-laqgħa fejn għandha tiġi proposta għall-adozzjoni. Is-segretarjat għandu wkoll jikkomunika t-test ta’ kull emenda proposta lill-Partijiet u lill-firmatarji tal-Konvenzjoni u, ghall-informazzjoni, tad-Depożitarju.

3. Il-Partijiet għandhom jagħmlu kull sforz biex jilħqu ftehim dwar kull emenda proposta għal dan il-Protokoll b’konsensus. Jekk l-isforzi kollha għal konsensus ikun ġew eżawriti, u l-ebda ftehim ma jkun intlaħaq, l-emenda għandha bħala l-aħħar rimedju tiġi adottata b’maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-voti tal-Partijiet presenti u li jivvotaw waqt il-laqgħa. L-emenda adottata għandha tiġi komunikata mis-segretarjat lid-Depożitarju li għandu jiċċirkolaha lill-Partrijiet għall-aċċettazzjoni tagħhom.

4. L-istrumenti ta’ l-aċċettazzjoni dwar emenda għandhom jiġu depożitati mad-Depożitarju. L-emenda adottata skond il-paragrafu 3 hawn fuq għandha tidħol fis-seħħ għal dawk il-Partijiet li jkunu aċċettawha fid-dsatax-il jum wara d-data li jkun irċeviha d-depożitarju ta’ l-istrument ta’ aċċettazzjoni b’mill-inqas tliet kwarti mill-Partijiert ghal dan il-Protokoll.

5. L-emenda għandha tidħol fis-seħħ għal kull Parti oħra fid-dsatax-il jum li fih dik il-Parti tkun iddepożitat mad-Depożitarju l-istrumenti tagħha ta’ aċċettazzjoni ta’ l-emenda msemmija.

Artikolu 21

1. L-annessi għal dan il-Protokoll għandhom jiffurmaw parti integrali tiegħu u, kemm-il darba ma jkunx espressament ipprovdut xort’ oħra, referenza għal dan il-Protokoll tikkostitwixxi fl-istess ħin referenza lil kull anness miegħu. Kull anness adottat wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll għandu jkun ristrett għal-listi, forom u kull materjal ieħor ta’ natura deskrittiva li huwa ta’ karattru xjentifiku, tekniku, proċedurali u amministrattiv.

2. Kull Parti tista’ tagħmel proposti għall-anness għal dan il-Protokoll u tista’ tipproponi emendi għall-annessi għal dan il-Protokoll.

3. L-annessi għal dan il-Protokoll u l-emendi għall-annessi għal dan il-Protokoll għandhom ikunu adottati waqt sessjoni ordinarja tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll. It-test ta’ kull anness propost jew emenda għall-anness għandha tiġi kumnikata mis-segretarjat mill-inqas sitt xhur qabel il-laqgħa li fiha tkun proposta għall-adozzjoni. Is-segretarjat għandu wkoll jikkomunika t-test ta’ kull anness propost jew emenda lill-anness lill-Partijiet u lill-firmatarji għall-Konvenzjoni u, ghall-informazzjoni, lid-Depożitarju.

4. Il-Partijiet għandhom jagħmlu kull sforz biex jilħqu ftehim għal kull anness propost jew emenda lill-anness b’konsensus. Jekk l-isforzi kollha għal konsensus ikunu ezawriti u ma jkun intlaħaq ebda ftehim, l-anness jew l-emenda lill-anness għandha bħala l-aħħar rimedju tkun adottata minn maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-voti tal-Partijiet presenti u li jivvotaw waqt il-laqgħa. L-Anness adottat jew l-emenda lill-anness għandha tkun kumnikata mis-segretarjat lid-Depożitarju, li għandu jiċċirkolaha lill-Partijiet kollha għall-aċċettazzjoni.

5. L-anness, jew l-emenda lill-anness ħlief l-Anness A jew B, li jkun adottat skond il-paragrafi 3 u 4 hawn fuq, għandu jidħol fis-seħħ għall-Partijiet kollha għal dan il-Protokoll sitt xhur wara d-data tal-kumnikazzjoni mid-Depożitarju lil tali Partijiet ta’ l-adozzjoni ta’ l-anness jew l-adozzjoni ta’ l-emenda lill-anness, ħlief għal dawk il-Partijiet li jkunu nnotifikaw lid-Depożitarju bil-miktub, fi żmien dak il-perjodu bin-non-aċċettazzjoni tagħhom ta’ l-anness jew l-emenda ta’ l-anness. L-anness jew l-emenda lill-anness għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Partijiet li jirtiraw in-notifikazzjoni tagħhom ta’ non-aċċettazzjoni fis-dsatax-il jum wara d-data li d-Depożitarju jkun irċeva tali notifikazzjoni ta’ irtirar.

6. Jekk l-adozzjoni ta’ anness jew emenda ta’ anness tinvolvi emenda għal dan il-Protokoll, dak l-anness jew emenda lil dak l-anness ma għandhomx jidħlu fis-seħħ sa tali żmien li l-emenda ghal dan il-Protokoll tidħol fis-seħħ.

7. L-emendi għall-annessi A u B lil dan il-Protokoll għandhom jiġu adottati u għandhom jidħlu fis-seħħ skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20, iżda kull emenda lill-anness B għandha tiġi adottata biss bil-kunsens bil-miktub tal-Parti konċernata.

Artikolu 22

1. Kull Parti għandu jkollha vot wieħed, ħlief kif previst fil-paragrafu 2 hawn taħt.

2. L-oganizzazzjonijiet reġjonali, ekonomiċi ta’ integrazzjoni f’materji fil-kompetenza tagħhom, għandhom jeserċitaw id-dritt tagħhom biex jivvotaw b’numru ta’ voti ugwali għan-numru ta’ l-Istati Membri li huma Partijiet għal dan il-Protokoll. Tali organizzazzjoni ma għandhiex teserċita d-dritt tagħha biex tivvota jekk xi wieħed mill-Istati Membri tagħha jeserċita d-dritt tiegħu, u viċe versa.

Artikolu 23

Is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jkun id-Depożitarju ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 24

1. Dan il-Protokoll għandu jkun miftuħ għal firma u bla ħsara għar-ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni mill-Istati u organizzazzjonijiet reġjonali, ekonomiċi u integrazzjoni li huma Partijiet tal-Konvenzjoni. Għandu jkun miftuħ għal firma fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f’New York mis-16 ta’ Marzu, 1998 sal-15 ta’ Marzu, 1999. Dan il-Protokoll għandu jkun miftuħ għall-adeżjoni mill-jum wara d-data li jkun ingħalaq għal firma. L-istrumenti tar-ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni għandhom jiġu depożitati mad- Depożitarju.

2. Kull organizzazzjoni reġjonali, ekonomika ta’ integrazzjoni li ssir Parti għal dan il-Protokoll mingħajr ma xi wieħed mill-Istati Membri tagħha jkun Parti għandha tkun marbuta bl-obbligazzjonijiet kollha taħt dan il-Protokoll. Fil-kas ta’ tali organizzazzjonijiet, wieħed jew iktar minn dawk l-Istati Membri huwa Parti għal dan il-Protokoll, l-organizzazzjoni u l--Istati Membri tagħha għandhom jiddeċiedu fuq ir-risponsabiltajiet rispettivi għall-esekuzzjoni ta’ l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt dan il-Protokoll. F’tali kasi, l-organizzazzjoni u l-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati li jeserċitaw id-drittijiet b’għan wieħed taħt dan il-Protokoll.

3. Fl-istrumenti tagħhom ta’ ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, l-organizzazzjonijiet reġjonali, ekonomiċi ta’ integrazzjoni għandhom jiddikjaraw il-limitu tal-kompetenza rigward il-materji rregolati minn dan il-Protokoll. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ukoll jinfurmaw lid-Depożitarju li min-naħa tiegħu għandu jinforma lill-Partijiet, dwar kull modifikazzjoni sostanzjali fil-livell tal-kompetenza tagħhom.

Artikolu 25

1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-dsatax-il jum wara d-data li fiha mhux inqas minn ħamsa u ħamsin Parti għal Konvenzjoni, li jinkorporaw il-Partijiet inklużi fl-Anness I li jlaħħqu fit-total għal mill-inqas ħamsa u ħamsin fil-mija ta’ l-emissjonijiet tal-korbonju diossidju ghall-1990 tal-Partijiet inklużi fl-Anness I, ikunu iddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifikazzjoni tagħhom, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

2. Għal għanijiet ta’ dan l-Artikolu, "l-emissjonijiet totali ta’ karbonju diossidju għall-1990 tal-Partijiet inklużi fl-Anness I" ifissru l-ammont kumnikat fid-data jew qabel id-data ta’ l-adeżjoni ta’ dan il-Protokoll mill-Paretijiet inkluzi fl-Anness I fl-ewwel kumnikazzjonijiet nazzjonali tagħhom mogħtija skond l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni.

3. Għal kull Istat Membru jew organizzazzjoni reġjonali ekonomika ta’ integrazzjoni li tirratifika, taċċetta jew tapprova dan il-Protokoll jew taċċedi għalih wara l-kondizzjonijiet mniżżla fil-paragrafu I ta’ hawn fuq għad-dħul fis-seħħ jkunu esegwiti, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-dsatax-il jum wara d-data tad-depożitu ta’ l-istrument tiegħu ta’ ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

4. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, kull istrument depożitat minn organizzazzjoni reġjonali, ekonomika ta’ integrazzjoni ma għandux jiġi magħdud bħala addizjonali għal dawk depożitati mill-Istati Membri ta’ l-organizzazzjoni.

Artikolu 26

L-ebda riservi ma jistgħu jsiru għal dan il-Protokoll.

Artikolu 27

1. Fi kwalunkwe żmien wara tliet snin mid-data li fiha dan il-Protokoll ikun daħal fis-seħħ għal Parti, dik il-Parti tista’ tirtira minn dan il-Protokoll billi tagħti notifikazzjoni bil-miktub lid-Depożitarju.

2. Kull irtirar bħal dan għandu jseħħ wara li tkun għaddiet sena mid-data meta jkun irċeviha d-depożitarju tan-notifikazzjoni ta’ irtirar, jew f’tali data ikar tard kif tista’ tiġi sepċifikata fin-notifikazzjoni ta’ irtirar.

3. Kull Parti li tirtira mill-Konvenzjoni għandha tkun kunsidrata li tkun ukoll irtirat minn dan il-Protokoll.

Artikolu 28

L-oriġinal ta’ dan il-Protokoll, li t-testi tiegħu bl-Arbi, biċ-Ċiniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bir-Russu u bl-Ispanjol huma ugwalment awtentiċi, għandhom jiġu depożitati mas-Segretarju Ġenerali ta’ l-Istati Membri.

MAGĦMUL f’Kyoto il-ħdax-il jum ta’ Diċembru elf disa’mija u sebgħa u disgħin.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

Il-gassijiet tas-serra

Karbonju diossidju (ĊO2)

Methane (CH4)

Ossidju tan-nitrat (N2O)

Hidrofluorocarbonji (HFĊs)

Perfluorocarbonji (PFĊs)

Hexafluoride tal-kubrit (SF6)

Setturi/kategorji ta' l-egħjun

Enerġija

karburanti ta' qbid in-nar

L-industriji ta' l-enerġija

L-industriji ta' fabbrikazzjoni u l-kostruzzjoni

It-trasport

Setturi oħra

Oħrajn

L-emissjonijiet li jaħarbu mill-karburanti

Karburanti solidi

Żejt u gass naturali

Oħrajn

Proċessi ta' l--industrija

Prodotti minerali

L-industrija tal-kimiċi

Prodotti tal-metall

Prodotti oħrajn

Prodotti ta' halocarbonji u hexafluoride tal-kubrit

Konsum ta' halocarbonji u hexafluoride tal-kubrit

Oħrajn

Sustanza li tħoll sustanza oħra u prodotti oħrajn ta' użu

Agrikoltura

Il-fermentazzjoni enterika

L-amministrazzjoni tad-demel

Il-kultivazzjoni tar-ross

Ħamrija ta' l-agrikoltura

Il-ħruq awtorizzat ta meddiet kbar ta' artijiet watja

Il-ħruq fl-għelieqi tal-fdalijiet ta'l-agrikultura

Oħrajn

L-iskart

Ir-rimi ta' l-iskart solidu fuq l-art

L-immaniġġar ta' l-ilma wżat

L-inċinerazzjoni ta' l-iskart

Oħrajn

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

Il-limitazzjoni ta’ parti ta’ emissjoni kwantifikata jew rabta ta’ riduzzjoni

(perċentaġġ ta’ sena ta’ bażi jew perjodu)

L-Awstralja 108

l-Awstrija 92

Belġju 92

il-Bulgarija [1] 92

il-Kanada 94

il-Kroazja [2] 95

ir-Repubblika [3] 92

id-Danimarka 92

l-Estonja [4] 92

Il-Komunità Ewropea 92

il-Finlandja 92

Franza 92

il-Ġermanja 92

Il-Greċja 92

l-Ungerija [5] 94

L-Islanda 110

l-Irlanda 92

l-Italja 92

il-Ġappun 94

il-Latvja [6] 92

Liechtenstein 92

il-Lituwanja [7] 92

il-Lussemburgu 92

Monako 92

l-Olanda 92

in-New Zealand 100

in-Norveġja 101

Il-Polonja [8] 94

Il-Portugall 92

ir-Rumanija [9] 92

Il-Federazzjoni Russa [10] 100

l-Islovakkja [11] 92

l-Islovenja [12] 92

Spanja 92

l-Isvezja 92

L-Iżvizzera 92

Ukranja [13] 100 ir-Renju Unit tal-Gran

Brettanja u l-Irlanda ta’ Fuq 92

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika 93

[1] Il-pajjiżi li huma għadejjin mill-proċess transitorju ta’ ekonomija mqegħedha fis-suq.

[2] Il-pajjiżi li huma għadejjin mill-proċess transitorju ta’ ekonomija mqegħedha fis-suq.

[3] Il-pajjiżi li huma għadejjin mill-proċess transitorju ta’ ekonomija mqegħedha fis-suq.

[4] Il-pajjiżi li huma għadejjin mill-proċess transitorju ta’ ekonomija mqegħedha fis-suq.

[5] Il-pajjiżi li huma għadejjin mill-proċess transitorju ta’ ekonomija megħedha fis-suq.

[6] Il-pajjiżi li huma għadejjin mill-proċess transitorju ta’ ekonomija mqegħedha fis-suq.

[7] Il-pajjiżi li huma għadejjin mill-proċess transitorju ta’ ekonomija mqegħedha fis-suq.

[8] Il-pajjiżi li huma għadejjin mill-proċess transitorju ta’ ekonomija mqegħedha fis-suq.

[9] Il-pajjiżi li huma għadejjin mill-proċess transitorju ta’ ekonomija mqegħedha fis-suq.

[10] Il-pajjiżi li huma għadejjin minn proċess transitorju ta’ ekonomija mqegħedha fis-suq.

[11] Il-pajjiżi li huma għadejjin mill-proċess transitorju ta’ ekonomija mqiegħedha fis-suq.

[12] Il-pajjiżi li huma għadejjin mill-proċess transitorju ta’ ekonomija mqegħedha fis-suq.

[13] Il-pajjiżi li huma għadejjin mill-proċess transitorju ta’ ekonomija mqegħedha fis-suq.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Il-lista ta' emissjoni kwantifikata limitata jew rabtiet ta' riduzzjoni għal għan li jiġu stabbiliti l-livelli rispettivi ta' emissjoni allokati lill-Komunità Ewropea u lill-Istati Membri tagħha skond l-Artikolu 4 tal-Protokoll ta' Kyoto

| Rabtiet ta' riduzzjoni ta' emissjoni kwantifikata skond l-Anness B tal-Protokoll ta' Kyoto Perċentwali ta' sena bażi jew perjodu |

Il-Komunità Ewropea | 92 % |

| Emissjoni kwantifikata limitata jew rabtiet ta' riduzzjoni kif miftiehem skond l-artikolu 4(1) tal-Protokoll ta' Kyoto Perċentwali ta' sena bażi jew perjodu |

Il-Belġju | 92,5 % |

Id-Danimarka | 79 % |

Il-ġermanja | 79 % |

Greċja | 125 % |

Spanja | 115 % |

Franza | 100 % |

L-Irlanda | 113 % |

L-Italja | 93,5 % |

Il-Lussemburgu | 72 % |

L-Olanda | 94 % |

L-Awstrija | 87 % |

Il-Portugall | 127 % |

Il-Finlandja | 100 % |

L-Isvezja | 104 % |

Ir-Renju Unit | 87,5 % |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea magħmula skond l-Artikolu 24(3) tal-Protokoll ta' Kyoto

L-Istati li ġejjin huma fil-present membri tal-Komunità Ewropea: ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, r-Repubblika Griega, r-Renju ta' Spanja, r-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, r-Repubblika Taljana l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, r-Renju ta' l-Olanda, r-Repubblika ta' l-Awstrija, r-Repubblika Portugiża, r-Repubblika tal-Finlandja, r-Renju ta' l-Isvezja, r-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Il-Komunità Ewropea tiddikjara illi skond it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu, hija kompetenti biex tidħol fi ftehim internazzjonali, u biex timplimenta l-obbligazzjonijiet li jirrizultaw minnu li jikkontribwixxu għall-insegwiment ta' l-għanijiet li ġejjin:

- jippreservaw, jipproteġu u jtejbu l-kwalità ta' l-ambjent;

- jipproteġu s-saħħa umana:

- l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali;

- jippromuovu miżuri f'lieva internazzjonali biex jkollhom x'jaqsmu mal-problemi reġjonali jew madwar id-dinja ta' l-ambjent.

Il-Komunità Ewropea tiddikjara li r-riduzzjoni tar-rabta tagħha ta' l-emissjoni kwantifikata taħt il-Protokoll tkun imwettqa permess ta' azzjoni mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha fil-kompetanza rispettiva ta' kull wieħed u li tkun digà adottat l-istrumenti legali, li huma vinkolanti fuq l-Istati Membri tagħha, li jkopru kwistjonijiet li huma regolati mill-Protokoll.

Il-Komunità Ewropea għandha fuq bażi regolari tipprovdi informazzjoni dwar l-istrumenti legali rilevanti tal-Komunità ġewwa l-qafas ta' l-informazzjoni supplimentari inkorporata fil-kumnikazzjoni tagħha mogħtija taħt l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni bl-għan li turi konformità mar-rabtiet tagħha taħt dan il-Protokoll skond l-Artikolu 7(2) tagħha u l-linji ta' ġo fiha.

--------------------------------------------------

Top