Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001A0626(01)

Ftehim bejn il-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-kordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettjar b'enerġija effiċjenti għal tagħmir ta' l-uffiċċju

OJ L 172, 26.6.2001, p. 3–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 038 P. 5 - 34
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 038 P. 5 - 34
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 038 P. 5 - 34
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 038 P. 5 - 34
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 038 P. 5 - 34
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 038 P. 5 - 34
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 038 P. 5 - 34
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 038 P. 5 - 34
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 038 P. 5 - 34

No longer in force, Date of end of validity: 06/06/2006

22001A0626(01)

Ftehim bejn il-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-kordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettjar b'enerġija effiċjenti għal tagħmir ta' l-uffiċċju

Official Journal L 172 , 26/06/2001 P. 0003 - 0032
CS.ES Chapter 11 Volume 38 P. 5 - 34
ET.ES Chapter 11 Volume 38 P. 5 - 34
HU.ES Chapter 11 Volume 38 P. 5 - 34
LT.ES Chapter 11 Volume 38 P. 5 - 34
LV.ES Chapter 11 Volume 38 P. 5 - 34
MT.ES Chapter 11 Volume 38 P. 5 - 34
PL.ES Chapter 11 Volume 38 P. 5 - 34
SK.ES Chapter 11 Volume 38 P. 5 - 34
SL.ES Chapter 11 Volume 38 P. 5 - 34


Ftehim

bejn il-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-kordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettjar b'enerġija effiċjenti għal tagħmir ta' l-uffiċċju

Il-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Kumintà Ewropea hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "l-Partijiet", xewqana li jimmassimizzaw l-iffrankar ta' enerġija u benefiċċi ambjentali billi jistimulaw il-provvista ta' u t-talba għall-prodotti b'enerġija effiċjenti, ftehmu dan li ġej:

Artikolu I

Prinċipji ġenerali

1. Sett komuni ta' speċifikazzjonijiet ta' ffrankar ta' enerġija u logo komuni għandu jintuża mill-Partijiet għall-fini li jiġu stabbiliti miri konsistenti għall-manifatturi, u b'hekk jimmassimizzaw l-effett ta' l-isforzi individwali tagħhom fuq il-provvista ta' u t-talba għal dawk it-tipi ta' prodotti.

2. Il-Partijiet għandhom jużaw il-Logo Komuni għall-finijiet ta' l-identifikazzjoni tat-tipi ta' prodotti kwalifikati ta' iffrankar ta' enerġija elenkati fl-Anness C.

3. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet komuni jħajru titjib li jitkompla fl-effiċjenza, waqt li jagħtu kont tal-prattiċi tekniċi l-aktar avvanzati fis-suq.

4. Il-Partijiet għandhom jassiguraw li l-konsumaturi jkollhom l-opportunità li jidentifikaw prodotti effiċjenti billi jsibu t-tikketta fis-suq.

Artikolu II

Definizzjonijiet

1. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a) "Stilla ta' l-Enerġija" tfisser il-marka tas-servizz reġistrata fl-Istati Uniti murija fl-Anness A u Logo Internazzjonali hija l-proprjetà ta' l-Aġenzija ta' Protezzjoni AmbjentaLogo Internazzjonali ta' l-Istati Uniti ("US EPA");

(b) "Logo Komuni" tfisser il-marka tar-reġistrazzjoni reġistrata fl-Istati Uniti indikata fl-Anness A u li huwa l-proprjetà ta' l-US EPA;

(ċ) "Marki ta' l-Istilla ta' Enerġija" tfisser l-isem ta' l-"Istilla ta' Enerġija" u l-Logo Komuni, kif ukoll kull verżjoni ta' dawn il-marki li jistgħu jiġu żviluppati jew immodifikati mill-Entitajiet ta' Amministrazzjoni jew il-Parteċipanti tal-Programm, kif definiti hawnhekk, inkluż is-sinjal jew marka li tinsab fl-Anness A, li għandha tiġi adottata mill-Komunità Ewropea biex timplimenta dan il-Ftehim;

(d) "tuża speċifikazzjonijiet komuni ta' effiċjenza ta' l-enerġija" marki u l-linji gwida li għandhom jiġu applikati għal tipi indikati ta' prodott;

(e) "Parteċipanti fil-Programm" tfisser manifatturi, bejjiegħa, aġenti li jergħu jbiegħu li jbiegħu prodotti indikati ta' effiċjenza ta' l-enerġija Logo Internazzjonali jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta' u li għażlu li jipparteċipaw fil-Programm ta' l-Ittikkettjar ta' l-Istilla ta' Enerġija billi jirreġistraw jew jidħlu fi ftehim ma’ l-Entità ta' l-Amministrazzjoni ta' xi waħda mill-Partijiet;

(f) "Speċifikazzjonijiet" huma l-ħtiġiet ta' effiċjenza ta' enerġija u twettieq, inklużi l-metodi ta' ittestjar elenkati fl-Annes Ċ, użati mill-entitajiet ta' Amministrazzjoni u Parteċipanti fil-Programm biex jistabbilixxu l-kwalifikazzjoni ta' prodotti effiċjenti fl-enerġija għal-Logo Komuni.

Artikolu III

Entitajiet ta' Amministrazzjoni

Kull Parti b'dan taħtar entità ta' amministrazzjoni responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim ("l-Entitajiet ta' Amministrazzjoni"). Il-Komunità Ewropea tinnomina lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ("il-Kummissjoni") bħala l-Entità tagħha ta' Amministrazzjoni. Il-Gvern ta' l-Istati Uniti jinnomina lill-US EPA bħala l-Entità tiegħu ta' Amministrazzjoni..

Artikolu IV

Amministrazzjoni tal-Programm tat-Tikkettjar ta' l-Istilla ta' Enerġija

1. Kull Entità Amministrattiva għandha tamministra l-Programm tat-Tikkettjar ta' l-Istilla ta' Enerġija għat-tipi ta' prodotti effiċjenti fl-enerġija elenkati fl-Anness Ċ, bla ħsara għat-termini u l-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim. L-amministrazzjoni tal-programm tinkludi r-reġistrazzjoni tal-Parteċipanti tal-Programm fuq bażi volontarju, iż-żamma tal-Programm tal-Parteċipanti u listi tal-prodotti li jikkonformaw, u l-infurzar tat-termini tal-linji gwida għall-użu tal-logo stipulati fl-Anness B.

2. Il-Programm tat-tikkettjar ta' l-Istilla ta' l-Enerġija għandu juża l-Ispeċifikazzjonijiet elenkati fl-Anness Ċ.

3. Kull Entità ta' Amministrazzjoni għandha tieħu miżuri efettivi biex teduka lill-konsumaturi dwar il-marki ta' l-Istilla ta' Enerġija, skond il-linji gwida għall-użu tal-logo stipulati fl-Anness B. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu li tingħata informazzjoni lill-konsumaturi dwar il-benefiċċji tax-xiri ta' prodotti effiċjenti fl-enerġija li jikkonformaw ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet, u jwettqu marketing jew sforzi edukattivi biex jistimulaw id-domanda tas-suq għall-prodotti ttikkettjati.

4. Kull Entità ta' Amministrazzjoni għandha tieħu ħsieb l-ispejjeż għall-attivitajiet kollha tagħha taħt dan il-Ftehim.

Artikolu V

Parteċipazzjoni fil-Programm ta' l-Ittikkettjar ta' l-Istilla ta' Enerġija

1. Kull manifattur, bejjiegħ jew aġent li jerġa' jbiegħ jista' jidħol fil-Programm ta' Tikkettjat ta' l-Istilla ta' Enerġija billi jirreġistra bħala Parteċipant fil-Programm ma’ l-Entità ta' Amministrazzjoni ta' xi waħda mill-Partijiet.

2. Il-Parteċipanti fil-Programm jistgħu jużaw il-Logo Komuni biex jidentifikaw prodotti kkwalifikati li jkunu ġew ittestjati fil-faċilitajiet tagħhom stess jew minn laboratorju indipendenti tat-test li jikkonformaw ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness Ċ, u jistgħu jiċċertifikaw huma stess il-kwalifikazzjoni tal-prodott.

3. Ir-reġistrazzjoni ta' Parteċipant fil-Programm fil-Programm ta' l-Ittikkettjar ta' l-Istilla ta' Enerġija minn Entità ta' Amministrazzjoni ta' Parti waħda għandha tkun rikonoxxuta mill-Entità ta' Amministrazzjoni tal-Parti l-oħra.

4. Biex jiġi faċilitat l-għarfien tal-Parteċipanti fil-Programm fil-Programm ta' Tikkettjar ta' l-Istilla ta' Enerġija skond il-paragrafu 3 hawn fuq, l-Entitajiet ta' Amministrazzjoni għandhom jikkoperaw sabiex iżommu listi komuni tal-Parteċipanti fil-Programm u l-prodotti Logo Internazzjonali jikkwalifikaw għall-Logo Komuni.

5. Minkejja l-proċeduri ta' ċertifikazzjoni minnhom stess speċifikata fil-paragrafu 2 ta' hawn fuq, kull Entità ta' Amministrazzjoni tirriżerva d-dritt Logo Internazzjonali tittestja jew mod ieħor tirrevedi prodotti li huma jew li jkunu nbiegħu ġewwa t-territorji tagħha (fit-territorji ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea fil-każ tal-Kummissjoni) biex jiġi stabbilit jekk il-prodotti humiex ċertifikati skond l-Ispeċifikazzjonijiet stipualti fl-Anness Ċ. L-Entitajiet ta' Amministrazzjoni għandhom jikkomunikaw u jikkoperaw bis-sħiħ ma’ xulxin biex jassiguraw li l-prodotti kollha li jkunu jġorru l-Logo Komuni ikunu jikkonformaw ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness Ċ.

Artikolu VI

Kordinazzjoni tal-Programm bejn il-Partijiet

1. Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kummissjoni Teknika biex tirrevedi l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, kompost minn rappreżentanti ta' l-Entitajiet Amministrattivi tagħhom.

2. Il-Kummissjoni Teknika għandha tiltaqa’ darba fis-sena u għandha tikkonsulta fuq it-talba ta' xi waħda mill-Entitajiet Amministrattivi biex tirrevedi l-operat u l-amministrazzjoni tal-Programm ta' Tikkettjar ta' l-Istilla ta' Enerġija, l-Ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-anness Ċ, il-kopertura tal-prodott, l-isforzi ta' edukazzjoni lill-konsumatur u l-progress fil-ksib ta' l-objettivi ta' dan il-Ftehim.

3. Non-partijiet (inklużi gvernijiet oħra u rappreżentanti ta' l-industrija) jistgħu jattendu għal-laqgħat tal-Kummissjoni Teknika bħala osservaturi, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Entitajiet ta' Amministrazzjoni.

Artikolu VII

Reġistrazzjoni tal-Marki ta' l-Istilla ta' Enerġija

1. Il-US EPA, bħala l-proprjetarja tal-marka ta' l-Istilla ta' Enerġija, għandha tfittex li tirreġistra l-marki fil-Komunità Ewropea. Il-Kummissjoni ma għandhiex tfittex jew tikseb xi reġistrazzjoni tal-marki ta' l-Istilla ta' Enerġija jew xi varjazzjonijiet tal-marki f'xi pajjiż.

2. Jekk l-US EPA tirreġistra l-marki fil-Komunità Ewropea jew f'xi wieħed mill-Istati Membri tagħha, l-US EPA timpenja ruħha li ma tikkonsidrax bħala ksur ta' dawn il-marki l-użu, mill-Kummissjoni jew minn xi Parteċipant fil-Programm reġistrat mill-Kummissjoni, tas-sinjal jew l-immarkar li jinsab fl-Anness A skond it-termini ta' dan il-Ftehim.

Artikolu VIII

Infurzar u non-konformità

1. Sabiex jiġu protetti l-marki ta' l-Istilla ta' Enerġija, kull Entità ta' Amministrazzjoni għandha tassigura l-użu kif imiss tal-marki ta' l-Istilla ta' Enerġija fit-territorju tagħha (ġewwa t-territorji ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea fil-każ ta' Kummissjoni. Kull Entità ta' amministrazzjoni għandha tiżgura li l-marki ta' l-Istilla ta' Enerġija jintużaw biss fil-forma li tidher fl-Anness A. Kull Entità ta' Amministrazzjoni għandha tiżgura li l-marki ta' l-Istilla ta' Enerġija jintużaw unikament bil-mod speċifikat fil-linji gwida ta' l-użu tal-logo stipulati fl-Anness B.

2. Kull Entità ta' Amministrazzjoni għandha tiżgura li tittieħed azzjoni ta' malajr u xierqa kontra Parteċipanti fil-Programm, meta hija ssir taf li Parteċipant fil-Programm ikun uża marka kontra l-liġi jew ikun waħħal marki ta' l-Istilla ta' Enerġija fuq prodott li ma jikkonformax ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness Ċ. Dawk l-azzjonijiet għandhom jinkludu, iżda mhux limitati għal:

(a) l-informazzjoni bil-miktub lill-Parteċipant fil-Programm bin-nuqqas ta' konformità tiegħu mat-termini tal-Programm ta' l-Ittikkettjar ta' l-Istilla ta' l-Enerġija;

(b) permezz ta' konsultazzjonijiet jiġi żviluppat pjan biex tinkiseb il-konformità; u

(ċ) jekk il-konformità ma tistax tinkiseb, it-terminazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-Parteċipant fil-Programm, kif xieraq.

3. Kull Entità ta' Amministrazzjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet kollha raġonevoli jittieħdu biex jiġi mwaqqaf l-użu mhux awtorizzat tal-marki ta' l-Istilla ta' Enerġija jew l-użu ta' marka li tikser il-liġi minn entità li ma tkunx Parteċipant fil-Programm. Dawk l-azzjonijiet għandhom jinkludu, iżda ma għandhomx ikunu limitati għal:

(a) l-infurmar lill-entità bil-ħtiġiet ta' l-użu tal-marki ta' l-Istilla ta' Enerġija ta' Programm ta' Ittekkettjar ta' l-Istilla ta' Enerġija u l-linji gwida dwar l-użu xieraq tal-logo; u

(b) inkoraġġiment lill-entità biex issir Parteċipant fil-Programm u tirreġistra prodotti kwalifikati.

4. Kull Entita ta' Amministrazzjoni għandha minnufih tinnotifika lill-Entità ta' Amministrazzjoni tal-Parti l-oħra b'kull ksur tal-marki ta' l-Istilla ta' Enerġija li tkun saret taf bihom kif ukoll bl-azzjoni meħuda biex ittemm dak il-ksur.

Artikolu IX

Proċeduri biex jiġi emendat il-Ftehim u l-Annessi A u B li jinsabu miegħu, u biex jiżdiedu l-Annessi ġodda

1. Kull Entità ta' Amministrazzjoni tista’ tipproponi emenda għal dan il-Ftehim u għall-Annessi A u B li jinsabu miegħu u tista’ tipproponi annessi ġodda għall-Ftehim.

2. Emenda proposta għandha ssir bil-miktub u għandha tiġi diskussa fil-laqgħa li jkun imiss tal-Kummissjoni Teknika, kemm-il darba tkun ġiet ikkomunikata lill-Entità Amministrattiva l-oħra ta' l-anqas 60 jum bil-quddiem ta' dik il-laqgħa.

3. Emendi għal dan il-Ftehim, għall-Annessi A u B li jinsabu miegħu, u deċiżjonijiet biex jiżdiedu annessi ġodda għandhom jittieħdu bi ftehim komuni bejn il-Partijiet.

Artikolu X

Proċeduri biex jiġi emendat l-Anness Ċ

1. Entità ta' Amministrazzjoni li tfittex li temenda l-Anness Ċ biex jiġu riveduti l-Ispeċifikazzjonijiet eżistenti, jew biex jiżdied tip ta' prodott ġdid ("l-Entità ta' Amministrazzjoni li Tipproponi") għandha ssegwi l-proċeduri stipulati fil-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu IX, u għandha tinkludi fil-proposta tagħha:

(a) prova li ffrankar sinifikanti ta' enerġija jirriżulta mir-reviżjoni ta' l-Ispeċifikazzjonijiet jew biż-żieda tat-tip ta' prodott ġdid;

(b) evidenza ta' teknoloġija eżistenti li tagħmel possibbli ffrankar ta' l-enerġija li tkun effettiva skond il-prezz mingħajr ma taffettwa ħażin il-komportament tal-prodott;

(ċ) informazzjoni dwar in-numru stmat ta' mudelli tal-prodott li jkunu jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjoni proposta u s-sehem bejn wieħed u ieħor tas-suq rappreżentat;

(d) informazzjoni dwar l-ideat tal-gruppi ta' l-industrija potenzjalment affettwati bl-emendi proposti; u

(e) id-data effettiva proposta għall-Ispeċifikazzjonijiet il-ġodda, waqt li tingħata konsiderazzjoni taċ-ċikli tal-ħajja tal-prodott u l-iskedi ta' produzzjoni.

2. L-emendi proposti li jkunu aċċettati miż-żewġ Entitajiet ta' Amministrazzjoni għandhom jidħlu fis-seħħ f'data komunement miftiehma mill-Entitajiet ta' Amministrazzjoni.

3. Jekk, wara li tiġi riċevuta proposta magħmula skond il-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu IX, l-Entità l-oħra ta' Amministrazzjoni ("l-Entità ta' Amministrazzjoni li Toġġezzjoni") tkun ta' l-opinjoni li l-proposta ma tkunx tikkonforma mal-ħtiġiet speċifikati fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq jew mod ieħor toġġezzjona għall-proposta hija għandha minnufih (normalment fil-Laqgħa tal-Kummissjoni Teknika li jkun imiss) tinnotifika lill-Entità ta' Amministrazzjoni li Tipproponi bil-miktub bl-oġġezzjoni tagħha u għandha tinkludi kull informazzjoni disponibbli li ssostni l-oġġezzjoni tagħha; per eżempju, informazzjoni li tagħti prova li l-proposta, jekk tiġi adottata, x'aktarx li:

(a) disproporzjonatament u b'mod inġust tagħti setgħa fis-suq lil kumpanija waħda jew grupp industrijali;

(b) timmina l-parteċipazzjoni kollox ma’ kollox fil-programm ta' tikkettjar ta' l-Istilla ta' Enerġija;

(ċ) tkun ta' konflitt mal-liġijiet u r-regolamenti tagħha; jew

(d) timponi ħtiġiet tekniċi ta' piż.

4. L-Entitajiet ta' Amministrazzjoni għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jilħqu ftehim dwar l-emenda proposta fl-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni Teknika wara l-proposta. Jekk l-Entitajiet ta' Amministrazzjoni ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar l-emenda proposta f'din il-laqgħa tal-Kummissjoni Teknika, huma għandhom ifittxu li jilħqu ftehim bil-miktub qabel il-laqgħa sussegwenti tal-Kummissjoni Teknika.

5. Jekk, sa l-aħħar tal-laqgħa sussegwenti tal-Kummissjoni Teknika, il-Partijiet ma jkunux jistgħu jaslu għal ftehim, l-Entità ta' Amministrazzjoni li Tipproponi għandha tirtira l-proposta tagħha; u fir-rigward ta' proposti għar-reviżjoni ta' l-Ispeċifikazzjonijiet eżistenti, it-tip ta' prodott li jikkorrispondi għandu jitneħħa mill-Anness Ċ sa data li għandha tiġi miftiehma bil-miktub mill-Entitajiet ta' Amministrazzjoni. Il-Parteċipanti kollha fil-Programm għandhom ikunu informati b'din il-bidla u bil-proċeduri kollha li għandhom jiġu segwiti biex tiġi implimentata din il-bidla.

Artikolu XI

Disposizzjonijiet ġenerali

1. Programmi oħra ambjentali ta' tikkettjar ma humiex koperti b'dan il-Ftehim u jistgħu jiġu żviluppati u adottati minn kull waħda mill-Partijiet.

2. L-attivitajiet kollha mwettqa taħt dan il-Ftehim għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet u regolamenti applikabbli ta' kull Parti u għad-disponibilità ta' fondi xierqa u riżorsi.

3. Ebda ħaġa f'dan il-Ftehim ma għandha taffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta' xi Parti li joħorġu minn xi ftehim bilaterali, reġjonali jew multilaterali li tkun daħlet fih qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

4. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan il-Ftehim, kull entità ta' Amministrazzjoni tista’ torganizza programmi ta' tikkettjar fir-rigward ta' tipi ta' prodotti mhux inklużi fl-Anness Ċ. Minkejja kull disposizzjonijiet oħra ta' dan il-Ftehim, ebda Parti ma għandha tfixkel l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ jew id-distribuzzjoni ta' xi prodott minħabba li jkun iġorr marki ta' effiċjenza ta' l-enerġija ta' l-Entità ta' Amministrazzjoni tal-Parti l-oħra.

Artikolu XII

Dħul fis-seħħ u kemm idum

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha kull Parti tkun innotifikat lill-oħra bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħha għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew.

2. Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal perjodu inizjali ta' ħames snin. Ta' l-anqas sena qabel ma jintemm dan il-perjodu inizjali, il-Partijiet għandhom jiltaqgħu biex jiddiskutu t-tiġdid ta' dan il-Ftehim.

Artikolu XIII

Terminazzjoni

1. Kull Parti tista’ tittermina dan il-Ftehim f'kull żmien billi tipprovdi avviż bil-miktub ta' tliet xhur lill-Parti l-oħra.

2. Fil-każ tat-terminazzjoni jew in-nuqqas ta' tiġdid ta' dan il-Ftehim, l-Entitajiet ta' Amministrazzjoni għandhom jinformaw lill-Parteċipanti fil-Programm li huma jkunu rreġistraw bit-terminazzjoni tal-programm konġunt. B'żieda l-Entitajiet ta' amministrazzjoni għandhom jinformaw lill-Parteċipanti fil-Programm li huma jkunu rreġistraw li kull Entità ta' Amministrazzjoni tista’ tkompli l-attivitajiet ta' tikkettjar taħt żewġ programmi separati individwali. F'dan il-każ, il-programm ta' tikkettjar tal-Komunità Ewropea ma għandux juża l-marki ta' l-Istilla ta' Enerġija. Il-Kummissjoni għandha tassigura li hi stess, l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u kull Parteċipanti fil-Programm li tkun irreġistrat jieqfu milli jużaw il-marki ta' l-Istilla ta' Enerġija sa data miftiehma bil-miktub mill-Entitajiet ta' Amministrazzjoni. L-obbligi li jinsabu fl-Artikolu XIII(2) għandhom jibqgħu jgħoddu wara t-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Magħmul f'żewġ kopji f'Washington DC fid-dsatax-il jum ta' Diċembru tas-sena elfejn.

Għall-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika

+++++ TIFF +++++

Għall-Komunità Ewropea

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS A

LOGO INTERNAZZJONALI TA' L-ISTILLA TA' ENERĠIJA

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

LINJI GWIDA GĦALL-UŻU XIERAQ TA' L-ISEM TA' L-ISTILLA TA' ENERĠIJA U L-LOGO INTERNAZZJONALI

L-isem Stilla ta' l-Enerġija u l-Logo Internazzjonali huma marki rreġistrati fil-US fil-US EPA. Bħala tali, l-isem u l-logo jistgħu jintużaw biss skond il-linji gwida li ġejjin u l-Memoranda ta' Ftehim (MOU) jew il-Formola tar-Reġistrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ffirmata mill-Prateċipanti tal-Programm fil-programm ta' tikkettjar ta' l-Istilla ta' Enerġija. Jekk jogħġbok qassam dawn il-linji gwida lil dawk li huma reponsabbli biex jippreparaw il-materjali ta' l-Istilla ta' Enerġija għan-nom tiegħek.

Il-US EPA (u l-Kummissjoni Ewropea fit-territorju ta'l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea) jissorveljaw l-użu xieraq ta' l-isem ta' l-Istilla ta' Enerġija u l-Logo Internazzjonali. Dan jinkludi l-immonitorjar ta' l-użu tal-marki fis-suq, u l-ikkuntatjar dirett ta' dawk l-organizzazzjonijiet li jkunu qed jużawhom ħażin jew mingħajr awtorizzazzjoni. Il-konsegwenzi ta' l-użu ħażin tal-marki jistgħu jinkludu t-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Parteċipant fil-Programm fil-programm ta' l-ittikkettjar ta' l-Istilla ta' Enerġija, u għall-prodotti importati fl-IU li jużaw ħażin dawk il-marki, il-konfiska possibbli mis-Servizz Doganali ta' l-IU ta' dawk l-oġġetti.

I. INTRODUZZJONI

L-isem Stilla ta' Enerġija jista’ jintuża għal finijiet ġenerali edukattivi. L-isem jista’ jiġi espost meta jiġi deskritt il-programm ta' l-ittikkettjar Stilla ta' Enerġija, bħal f'fuljetti speċjali edukattivi, ċirkolarijiet, rapport annwali, jew xi oġġett ieħor li jipprovdi d-dettalji tal-pragramm u l-ħtiġiet tal-programm. Ara t-Taqsima II hawn taħt għal aktar informazzjoni.)

Il-Logo Internazzjonali jista’ jintuża bħala tikketta ta' prodott biex juri prodotti speċifiċi li jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet li jinsabu fl-MOUs ta' l-Istilla ta' Enerġija jew fil-formola ta' reġistrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. (Ara t-Taqsima III hawn taħt għal aktar informazzjoni.)

II. UŻU ĠENERALI EDUKATTIV TA'L-ISEM STILLA TA' ENERĠIJA

Il-Parteċipanti fil-Programm huma permessi li jinkludu l-isem Stilla ta' Enerġija f'materjali ġenerali edukattivi jew ta' informazzjoni li jiddiskutu l-programm ta' l-ittikkettjar ta' l-Istilla ta' Enerġija. Dan jinkludi fuljetti, artikoli f'ċirkolarijiet, rapporti annwali, eċċ.

III. L-UŻU TAL-LOGO INTERNAZZJONALI MINN PARTEĊIPANTI FIL-PROGRAMM BĦALA TIKKETTA TAL-PRODOTT

A. L-applikazzjoni tal-Logo Internazzjonali għall-prodotti

Il-Logo Internazzjonali huwa marka ta' ċertifikazzjoni u jista’ jintuża biss biex jiċċertifika prodotti speċifiċi li jkunu ġew stabbiliti li jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-programm ta' tikkettjar ta' l-Istilla ta' Enerġija Għal dawk il-prodotti speċifiċi, il-Logo Internazzjonali jista’ jintuża direttament fuq il-prodott jew fuq materjali assoċjati mal-prodott, bħal pakkeġġar jew inseriti fil-prodott. Sabiex tinżamm l-integrità tal-Logo Internazzjonali, u l-kredibilità tal-programm ta'l-ittikkettjar Stilla ta' Enerġija huwa imperattiv li din ir-regola bażika ma tinkisirx.

Kull Parteċipant fil-Programm ta' l-Istilla ta' Enerġija iffirma MOU jew il-formola tar-Reġistrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li jagħmlu responsabbli għall-użu xieraq tal-Logo Internazzjonali. Dan jinkludi l-użu proprju tiegħu tal-Logo Internazzjonali, kif ukoll l-użu minn rappreżentanti awtorizzati tiegħu, per eżempju, aġenziji tar-reklamar, negozjanti, eċċ. Għalhekk, il-Parteċipant fil-Programm għandu jagħmel disponibbli dawn il-linji gwida dwar l-użu tal-logo lil kull parti li tkun qed tħejji materjali għan-nom tal-Parteċipant fil-Programm.

B. L-użu tal-Logo Internazzjonali f'reklamar tal-prodott

Meta jkunu qed jitħejjew reklami stampati jew fuljetti, il-Logo Internazzjonali għandu jitqiegħed fuq jew direttament biswit il-prodott konformi. Jekk ikun hemm stampa ta' prodott wieħed biss fir-reklam (u dak il-prodott ikun jikkonforma) il-Logo Internazzjonali jista’ jitqiegħed kullimkien fuq il-paġna. Iżda jekk ikun hemm diversi prodotti fl-istampa, il-Logo Internazzjonali għandu jitqiegħed biss ħdejn dawk il-prodotti li jkunu jikkonformaw. Il-Logo Internazzjonali ma jistgħax jitqiegħed fil-qiegħ jew mal-ġenb tar-reklam ħdejn stampi oħra ġenerali sakemm kull prodott muri fir-reklam ma’ jkunx jikkonforma ma’ l-Istilla ta' Enerġija.

Jekk il-Logo Internazzjonali jintuża f'reklam ġenerali għal linja ta' prodotti fejn ċerti mudelli biss ikunu jikkonformaw, il-Parteċipant fil-Programm għandu jinkludi kliem li jikkjarifikaw is-sistwazzjoni (per eżempju "Il-(l-isem tal-mudell tal-prodott) jikkonforma mal-ħtiġiet ta' l-Istilla ta' Enerġija") jew il-Parteċipant fil-Programm jista’ jinkludi kliem speċifiċi taħt kull wieħed mill-mudelli li jikkonformaw (per eżempju inkludi marka "Koformi ma’ l-Istilla ta' Enerġija" fil-lista ta' l-attribwiti tal-prodott).

L-unika darba li Parteċipant fil-Programm jista’ juża l-Logo Internazzjonali mingħajr ma jagħmel referenza għall-prodott speċifiku hija meta l-Parteċipant fil-Programm ikun qed jinforma lill-pubbliku bil-fini taċ-ċertifikazzjoni tal-marka. Per eżempju, il-Parteċipant fil-Programm jista’ jinkludi dikjarazzjoni li tgħid, "Fittex għall-(Logo Internazzjonali) fuq il-prodotti tagħna. Huwa jikkonferma li l-prodott jikkonforma mal-linji gwida ta' l-Istilla ta' Enerġija għal effiċjenza ta' enerġija." B'żieda, taħt ebda ċirkostanza ma għandu l-isem jew il-logo jintuża b'mod li jkun jimplika konferma mill-US EPA u/jew il-Kummissjoni Ewropea tal-kumpanija, il-prodotti tagħha jew is-servizzi tagħha.

C. Dikjarazzjoni ta' rinunzja tal-Logo Internazzjonali

Kif deskritt fl-MOU u l-Formola tar-Reġistrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, fejn il-Logo Internazzjonali jintuża minn Parteċipant fil-Programm, huwa għandu dejjem ikun akkumpanjat bid-dikjarazzjoni li ġejja: "Bħala Parteċipant fil-Programm ta' l-Istilla ta' Enerġija, (l-isem tal-kumpanija tiegħek) ġie stabbilit li dan il-prodott jikkonforma mal-linji gwida ta' l-Istilla ta' Enerġija għall-effiċjenza ta' enerġija." Id-dikjarazzjoni tar-rinunzja għandha takkumpanja l-logo, iżda ma għandhiex għalfejn tidher biswit; il-frażi tista’ titqiegħed fejn tkun normalment tinsab l-informazzjoni ta' spjegazzjoni. Per eżempju:

- Reklami stampati jew kartelluni: Id-dikjarazzjoni ta' rinunzja tista’ titqiegħed flimkiem ma’ marki tal-kummerċ standard oħra u l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni fil-qiegħ tar-reklam fejn prodotti oħra tal-kumpanija huma rikonoxxuti (per eżempju, "Il-prodott X huwa marka reġistrata tal-Kummerċ tal-Korp. XYZ; Bħala Parteċipant fil-Programm ta' l-Istilla ta' Enerġija, il-Korp. XYZ stabbilit li dan il-prodott jikkonforma mal-linji gwida ta' l-Istilla ta' Enerġija għall-effiċjenza ta' enerġija").

- Fuq fuljetti u manwali, il-frażi għandha tidher ma’ l-ewwel użu u/jew fit-taqsima ta' quddiem ma’ l-għarfien ta' marki oħra tal-kummerċ.

- Fejn il-logo jiġi applikat direttament fuq il-prodott, il-Parteċipant fil-Programm jista’ jqiegħed din id-dikjarazzjoni fil-manwal ta'l-utent jew fuq il-pjanċa ta' l-isem.

- Jekk il-logo jidher fuq l-ippakkeġġar tal-prodott, il-Parteċipant fil-Programm ma huwiex meħtieġ li jinkludi d-dikjarazzjoni ta' rinunzja fuq l-ippakkeġġar; pjuttost, il-Parteċipant fil-Programm jista’ juża d-dikjarazzjoni ta' rinunzja fil-manwal ta' l-utent, jew f'materjali oħra kollaterali ta' bejgħ jew marketing.

- Bħala regola ġenerali, it-tipa għandha tkun tidher – f'minimu ta' daqs ta' tipa ta' punt 2,5.

IV. REPRODUZZJONI TAL-LOGO INTERNAZZJONALI

Il-Logo Internazzjonali huwa disponibbli bil-kulur u fl-iswed u abjad fuq diska f’żewġ formati grafiċi:.EPS (Postscript Enkapsulat) u .BMP (Bitmap). Dawn il-fajls huma għat-tqassim lid-dipartiment tiegħek tal-grafika tal-konsumatur. Il-verżjoni .EPS tista' tintuża kemm fuq kompjuters PC u Mac. (il-format .TIF huwa wkoll disponibbli fuq talba.)

Kif deskritt fl-MOUs kollha ta' l-Istilla ta' Enerġija u l-Formola tar-Reġistrazzjoni, il-Logo Internazzjonali ma għandux jitbiddel, jinqata’ jew jiġi b'xi mod ieħor separat. Dawn li ġejjin huma linji gwida aktar dettaljati:

- Il-logo jista’ jinbidillu d-daqs, iżda jekk jogħġbok żomm l-istess proporzjonijiet.

- Il-kuluri tal-logo b'erba’ kuluri għandhom jiġu riprodotti fedelment (proċess b'erba’ kuluri).

- Il-logo b'erba kuluri jista’ jiġi riprodott fi skali differenti ta' iswed u abjad.

- Il-kontorni simplifikati jew "il-linja ta' l-arti" tal-logo jistgħu jiġu riprodotti bil-mod li ġej:

- iswed jew abjad fuq kuluri solidi,

- verżjoni ta' kulur wieħed fil-kulur ta' l-għażla tiegħek,

- verżjoni b'żewġ kuluri, mill-kuluri tal-verżjoni b’erba’ kuluri, per eżempju, blu u isfar, aħdar u blu, isfar u blu.

V. MARKA REĠISTRATA

Kif innutat hawn fuq, l-isem Stilla ta' Enerġija u l-Logo Internazzjonali huma marki reġistrati tal-US tal-US EPA. Fejn jintuża l-isem Stilla ta' Enerġija jew il-Logo Internazzjonali f'materjali ta' komunikazzjoni u marketing, il-Parteċipant fil-Programm għandu jagħmel dan li ġej:

- Fejn jirreferi għall-programm ta' tikkettjar Stilla ta' Enerġija jew il-Parteċipanti fil-Programm tiegħu, l-isem Stilla ta' Enerġija għandu dejjem jiġi espress f'ittri kbar.. Huwa wkoll xieraq li jintuża daqs daqxejn akbar tal-punt għall-ewwel ittra ta' kull kelma, per eżempju, punt 12 għall-S u l-E u punt 10 għall-ittri l-oħra –Stilla ta' Enerġija.

- Il-Parteċipant fil-Programm għandu juri l-istatus reġistrat tal-marki billi jinkludi s-simboli reġistrat (®) kull darba li l-isem Stilla ta' Enerġija jew il-Logo Internazzjonali jidher fis-suq tal-US f'fuljett, reklam, kartellun, pakkeġġar ta' prodott, eċċ. (jiġifieri STILLA TA' ENERĠIJA®). (Jekk jogħġbor innota li fil-materjali żviluppati US EPA fejn il-frażi Stilla ta' Enerġija tintuża ripetutament, bħal per eżempju fil-linji gwida ta' l-użu tal-logo, is-simbolu reġistrat għandu jidher darba biss sabiex ma jaljenax lill-qarrej.)

- U -

Il-Parteċipant fil-Programm jista’ jipprovdi lis-suq tal-US id-dikjarazzjoni tal-marka reġistrata: "STILLA TA' ENERĠIJA hija marka reġistrata fl-US". Similarment għad-dikjarazzjoni ta' rinunzja, id-dikjarazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-marka tista' titqiegħed fejn normalment tkun tinsab l-informazzjoni ta' spjegazzjoni (per eżempju, fil-qiegħ tar-reklam jew kartellun, fil-qiegħ tal-paġna relevanti fil-manwal jew fil-fuljett, jew fuq l-ippakkeġġar tal-prodott).

VI. LOGOS OĦRA TA' L-ISTILLA TA' ENERĠIJA (MHUX GĦALL-UŻU MIL-PARTEĊIPANTI TAL-PROGRAMM F'TAGĦMIR TA'L-UFFIĊĊJU)

Il-Logo Internazzjonali huwa l-uniku logo li l-Parteċipanti fil-Programm għandhom jużaw fuq il-prodotti tagħhom. Din il-verżjoni tal-logo ma tinkludix xi test jew akronimi. Jekk jogħġbok ċempel lill-US EPA (jew lill-Kummissjoni Ewropea fit-territorju ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea jekk tkun trid diskette ta' kopja tal-logo impustata lilek.

X'aktarx li rajt verżjonijiet oħra tal-logo fis-suq. Dawn il-logos jew ma għandhomx jintużaw jew huma għall-użu f'oqsma oħra ta' prodotti ta' l-Istilla ta' Enerġija. Jekk jogħġbok TUŻAX il-logos li ġejjin:

LOGO LI MA GĦADUX JINTUŻA | LOGO GĦALL-UŻU MINN PARTEĊIPANTI FI PROGRAMMI OĦRA (HVAC, HOMES EĊĊ.) |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

| |

VII. DOMANDI ADDIZZJONALI FIR-RIGWARD TA' L-UŻU TAL-LOGO

Linja diretta ta' l-Istilla ta' Enerġija fl-IU ċemple

freephone: 1-888-STILLA-IVA (1-888-782-7937)

Barra l-IU ċempel: 202775-6650

Fax 202775-6680

KUMMISSJONI EWROPEA

Direttorat Ġenerali TREN

Telefon: (32-2) 295 22 04

Fax (32-2) 296 42 54

--------------------------------------------------

ANNESS Ċ

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-PRODOTTI

I. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-KOMPJUTER

A. Definizzjonijiet

1. Kompjuter: Desktop, torri jew mini-torri, jew unità li tista' tinġarr, inklużi kompjuters high-end desktop, kompjuters personali, stazzjonijiet tax-xogħol, desktops bin-network tal-kompjuter, kontrolluri X terminal, u terminals tal-punti ta' bejgħ bl-imnut bażati fuq il-kompjuter. Biex tikkwalifika, l-unità għandha tkun kapaċi tieħu l-enerġija minn sors fil-ħajt, iżda dan ma jipprekludix unitajiet li huma kapaċi li jieħdu l-enerġija minn sors fil-ħajt kif ukoll minn batterija. Din id-definizzjoni hija maħsuba primarjament biex tkopri kompjuters mibjugħa għall-użu fin-negozji jew fid-dar. Din id-definizzjoni ta' kompjuter ma tinkludix kompjuters mibjugħa jew mod ieħor marketed bħala "File Server" jew "Server".

2. Monitor: Tubu cathode-ray (CRT), wiri fuq panew ċatt (per eżempju wiri permezz ta' kristalli likwidi) jew mekkaniżu ieħor ta' wiri u l-elettronika assoċjata miegħu. Il-monitor jista’ jinbiegħ separatament jew ikun integrat fil-qafas tal-kompjuter. Din id-definizzjoni hija maħsuba primarjament biex tkopri monitors standard maħsuba għall-użu ma' kompjuters. Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, iżda, dan li ġej jista’ jitqies ukoll bħala monitor: mainframe terminals, u unitajiet ta' wiri fiżikament separati.

3. Sistema integrata tal-kompjuter: Sistemi li fihom il-kompjuter u l-monitor tal-wiri viżwali huma kombinati f'unità waħda. Dawk is-sistemi għandhom jikkonformaw mal-kriterji kollha li ġejjin: li ma jkunx possibbli li jitkejjel il-konsum ta' l-enerġija taż-żewġ komponenti separatament; u s-sistema tkun konnessa ma’ sors fil-ħajt permezz ta' kejbil wieħed ta' enerġija.

4. Inattività: Perjodu ta' żmien li matulu l-kompjuter ma jkunx qiegħed jintuża mill-utent (per eżempju, tħaddim tat-tastiera jew ċaqliq tal-maws).

5. Enerġija baxxa jew mod ta' "irqad": L-istat ta' enerġija mnaqqsa li l-kompjuter jidħol fih wara perjodu ta' inattivita.

6. Meta jerġa’ jibda jaħdem: Ġrajja ta' l-utent, programmata jew esterna jew stimulu li jġiegħel lill-kompjuter li jaqleb mill-mod ta' enerġija baxxa/"ta’ rqad" għall-mod attiv tiegħu ta' operat. Eżempji ta' meta jerġa’ jibda jaħdem jinkludu, iżda m'humiex limitati għal, ċaqliq tal-maws, attività tat-tastiera jew it-tafis ta' buttuna fuq il-qafas u, fil-każ ta' ġrajjiet esterni, stimulu li jitwassal permezz tat-telefon, kontroll mill-bogħod, network, modem tal-kejbil, satellita, eċċ.

B. Kif prodott jikkwalifika għall-logo ta' l-Istilla ta' Enerġija

1. Speċifikazzjonijiet tekniċi

(a) Kompjuters: Kompjuter li jikkonforma ma’ l-Istilla ta' Enerġija għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) Grad I – Mudelli ta' kompjuter mibgħuta l-ewwel darba fl-1 ta' Lulju 1999 jew wara dik id-data iżda qabel 1 ta' Lulju 2000:

(a) Il-kompjuter għandu jidħol fil-mod ta' rqad wara perjodu ta' inattività.

(b) Jekk il-kompjuter ikun intbagħat bil-kapaċità li jkun fuq network, huwa għandu jkun jista’ jidħol fil-mod ta' rqad meta jkun imqabbad man-network.

(ċ) Jekk il-kompjuter ikun intbagħat bil-kapaċità li jkun fuq network, huwa għandu jżomm fil-mod ta' rqad il-kapaċità li jirrispondi għal ġrajjiet li jqajmuh diretti jew immirati lejn il-kompjuter meta jkun imqabbad man-network. Jekk il-ġrajja biex jitqajjem teħtieġ li l-kompjuter joħroġ mill-mod ta' rqad u jwettaq kompitu, il-kompjuter għandu jerġa’ jidħol fil-mod ta' rqad wara perjodu ta' inattività wara t-tlestija tal-kompitu mitlub.

Kompjuters li jużaw mezzi alternati biex iżommu din il-funzjonalità meta jkunu reqdin meta mqabbda ma’ network, jikkwalifikaw ukoll. Il-Parteċipant fil-Programm jista’ juża kull mezzi disponibbli biex jikseb il-komportament deskritt f'din is-subtaqsima.

(d) Kompjuter li l-provvista ta' enerġija tiegħu għandha rata massima ta' ħruġ ta' enerġija [1] anqas minn jew ugwali għal 200 watts (< = 200 W) għandu awtomatikament idaħħal mod ta' enerġija baxxa/"irqad" ta' 30 watts jew anqas wara perjodu speċifikat ta' inattività. Kompjuter li l-provvista ta' enerġija tiegħu għandha rata massima ta' ħruġ ta' enerġija ta' aktar minn 200 watts (< = 200 W) għandu awtomatikament idaħħal mod ta' enerġija baxxa/"irqad" ta' mhux aktar minn ħmistax fil-mija (15 %) tar-rata massima ta' enerġija tiegħu tal-konsum wara perjodu speċifikat ta' inattività.

Kompjuters li dejjem iżommu livell ta' konsum ta' enerġija ta' 30 watts jew anqas jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' konsum ta' enerġija tal-Grad I ta' dan il-Ftehim u ma humiex meħtieġa li jinkorporaw il-mod ta' rqad deskritt fit-Taqsima A.

(ii) Grad II – Mudelli ta' kompjuters mibgħuta għall-ewwel darba fl-1 ta' Lulju 2000 jew wara din id-data:

Hemm żewġ linji gwida - A u B – li taħthom il-kompjuter jista’ jiġi kwalifikat bħala konformi ma’ l-Istilla ta' Enerġija. Iż-żewġ linji gwida ġew żviluppati biex jipprovdu lill-Parteċipanti fil-Programm bl-għażla li jersqu lejn l-immaniġġar ta' l-enerġija u l-effiċjenza ta' enerġija f'modi differenti.

It-tipi ta' kompjuters li ġejjin għandhom jikkwalifikaw taħt il-Linja Gwida A.

- Kompjuters li jintbagħtu bil-kapaċità li jkunu fuq networks b'dak il-mod li jistgħu jibqgħu fil-mod ta' enerġija baxxa/irqad waqt li l-interkonnessjoni tagħhom man-network iżżomm l-abbiltà li twieġeb għad-domandi tan-network.

- Kompjuters li ma jintbagħtux b'kapaċita ta' interkonnessjoni man-network.

- Kompjuters li jintbagħtu għal ambjent li ma jitqabbdux man-network.

L-EPA tippretendi li kompjuters mibjugħa jew mod ieħor marketed bħala kompjuters personali li jikkwalifikaw biss taħt il-Linja Gwida A.

Kompjuters li jintbagħtu bil-kapaċità li jkunu fuq networks li fil-preżent jeħtieġu li l-proċessur tal-kompjuter u/jew il-memorja jkunu nvoluti biex iżommu l-konnessjoni man-network tiegħu waqt li jkun fil-mod ta' rqad jistgħu jikkwalifikaw taħt il-Linja Gwida B. Kompjuters li jikkwalifikaw taħt il-Linja Gwida B huma mistennija li jżommu funzjonalità identika ta' network kemm fil-mod ta' rqad u barra minnu.

(a) Linja Gwida A

1. Il-kompjuter għandu jidħol fil-mod ta' rqad wara perjodu ta' inattività.

2. Jekk il-kompjuter jintbagħat bil-kapaċità li jkun fuq network, huwa għandu jkollu l-abbiltà li jidħol fil-mod ta' rqad waqt li jkun fuq in-network.

3. Jekk il-kompjuter jintbagħat bil-kapaċità li jkun fuq network, huwa għandu jżomm fil-mod ta' rqad l-abbiltà li jirrispondi għal ġrajja li jqum diretta jew immirata lejn il-kompjuter waqt li jkun fuq in-network. Jekk il-ġrajja biex jitqajjem teħtieġ li l-kompjuter joħroġ mill-mod ta' rqad u jwettaq kompitu, il-kompjuter għandu jerġa’ jidħol fil-mod ta' rqad wara perjodu ta' inattività wara t-tlestija tal-kompitu mitlub. Il-Parteċipant fil-Programm jista' juża kull mezzi disponibbli biex jikseb il-komportament deskritt f'din is-subtaqsima.

4. Fil-mod ta' rqad il-kompjuter għandu jikkonsma enerġija skond it-Tabella 1.

Tabella 1

Rata massima ta' enerġija kontinwa tal-provvista ta' enerġija [2] | Watts fil-mod ta' rqad |

≤ 200 W | ≤ 15 W |

> 200 W ≤ 300 W | ≤ 20 W |

> 300 W ≤ 350 W | ≤ 25 W |

> 350 W ≤ 400 W | ≤ 30 W |

> 400 W | 10 % tar-rata massima kontinwa ta' konsum |

Kompjuters li dejjem iżommu livell ta' enerġija ta' 15-il watts jew anqas jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-konsum ta' enerġija tal-Grad II ta' din l-Ispeċifikazzjoni, u ma humiex meħtieġa li jinkorporaw il-mod ta' rqad deskritt fit-Taqsima A.

(b) Linja Gwida B

1. Il-kompjuter għandu jidħol fil-mod ta' rqad wara perjodu ta' inattività.

2. Jekk il-kompjuter jintbagħat bil-kapaċità li jkun fuq network, huwa għandu jkollu l-abbiltà li jidħol fil-mod ta' rqad irrispettivament mit-teknoloġija tan-network.

3. Fil-mod ta' rqad il-kompjuter għandu jżomm l-abbiltà li jirrispondi għat-tipi kollha ta' talbiet min-network. Ma għandu jkun hemm ebda telf fil-funzjonalità tan-network għall-utent (per eżempju, l-funzjonalità disponibbli tan-network lill-utent matul il-mod ta' rqad għandha tkun l-istess bħal dik disponibbli qabel ma’ l-kompjuter daħal fil-mod ta' rqad.

4. Il-kompjuter għandu jikkonsma fil-mod ta' rqad, mhux aktar minn 15 % tar-rata massima kontinwa ta' enerġija tal-provvista ta' enerġija tiegħu.

(b) Sistemi Integrati tal-Kompjuter: Sistema integrata tal-kompjuter li tikkonforma ma’ l-Istilla ta' Enerġija għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) Is-sistema integrata tal-kompjuter għandha tidħol fil-mod ta' rqad wara perjodu ta' inattività.

(ii) Jekk is-sistema integrata tal-kompjuter tintbagħat bil-kapaċita li tkun fuq network, hija għandu jkollha l-abbiltà li tidħol fol-mod ta' rqad waqt li tkun fuq in-network.

(iii) Jekk is-sistema integrata tal-kompjuter tintbagħat bil-kapaċità li tkun fuq network, hija għandha żżomm waqt li tkun fuq il-mod ta' rqad l-abbiltà li tirrispondi għal ġrajja biex tqum diretta jew immirata lejn il-kompjuter waqt li jkun fuq in-network. Jekk is-sistema tal-qawmien teħtieġ li l-kompjuter joħroġ mil-mod ta' rqad u jwettaq kompitu, is-sistema integrata tal-kompjuter għandha terġa’ tidħol fil-mod ta' rqad wara perjodu ta' inattività wara t-tlestija tal-kompitu mitlub.

Il-Parteċipant fil-Programm jista’ juża kull mezzi disponibbli biex jikseb il-komportament deskritt f'din is-subtaqsima.

(iv) Grad I: Sistema integrata tal-kompjuter mibgħuta għall-ewwel darba qabel 1 ta' Lulju 2000, ma għandhiex tikkonsma aktar minn 45 watt fil-mod ta' rqad. Sistemi integrati tal-kompjuter li dejjem iżommu livell ta' konsum ta' enerġija ugwali għal jew anqas minn 45 watt jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-konsum ta' enerġija ta' dan il-Ftehim u ma humiex meħtieġa li jinkorporaw il-mod ta' rqad deskritt fit-Taqsima A.

Grad II: Sistema integrata tal-kompjuter mibgħuta għall-ewwel darba fl-1 ta' Lulju 2000 jew wara dik id-data, għandha tikkonsma mhux aktar minn 35 watt fil-mod ta' rqad. Sistemi integrati tal-kompjuter li dejjem iżommu livell ta' konsum ta' enerġija ugwali għal jew anqas minn 35 watt jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-konsum ta' enerġija ta' dan il-Ftehim u ma humiex meħtieġa li jinkorporaw il-mod ta' rqad deskritt fit-Taqsima A.

2. Issettjar ta' merkanzija mibgħuta bil-baħar: Sabiex jiġi żgurat li l-akbar numru ta' utenti jieħdu vantaġġ mill-istat ta' enerġija baxxa/"irqad", il-Parteċipant fil-Programm għandu jibgħat il-kompjuters tiegħu u/jew is-sistemi integrati tal-kompjuter bil-karatteristika ta' l-amministrazzjoni ta' l-enerġija funzjonabbli. Il-ħin li fih għandu jopera għandu jkun issettjat minn qabel għal anqas minn 30 minuta. (L-EPA tirrakkomanda li l-ħin issettjat minn qabel għandu jkun bejn 15 u 30 minuta). L-utent għandu jkun jista’ jibdel l-issettjar tal-ħin jew li jiskonnettja l-mod ta' rqad/enerġija baxxa.

3. Sistemi ta' operat: L-attivazzjoni xierqa tal-mod tal-kompjuter enerġija baxxa/"irqad" hija tipikament kontinġenti fuq l-istallazzjoni u l-użu ta' verżjoni partikolari ta' sistema ta' operat. Jekk kompjuter jintbagħat minn Parteċipant fil-Programm b'sistema waħda ta' operat jew aktar, il-kompjuter għandu jkun kapaċi li jdaħħal u li jirkupra għal kollox mill-mod ta' rqad enerġija baxxa/"irqad" waqt li jkun qed jaħdem f'ta’ l-anqas f'waħda minn dawk is-sistemi ta' operat. Jekk il-kompjuter ma jintbagħatx b’software ta' sistema ta' operat, il-Parteċipant fil-Programm għandu jispeċifika b'mod ċar liema mekkaniżmu jagħmel il-kompjuter konformi ta' l-Istilla ta' Enerġija. B'żieda, jekk xi software speċjali, hard drivers, jew utilitajiet huma meħtieġa għall-attivazzjoni xierqa u l-irkupru tal-mod ta' l-irqad, dawn għandhom ikunu installati fil-kompjuter. Il-Parteċipant fil-Programm għandu jinkludi din l-informazzjoni fil-lettaratura tal-prodott (per eżempju, il-manwal ta'l-utent jew il-paġni tad-data) u jew fuq il-websajt tiegħu ta' l-Internet. Il-kliem tal-fuljetti u r-reklami għandhom ikunu b'tali mod li jiġu evitati dikjarazzjonijiet li jqarrqu.

4. Kontroll tal-Monitor: Il-kompjuter għandu jinkludi mekkaniżmu wieħed jew aktar li minnhom huwa jista’ jattiva l-modi ta' enerġija baxxa ta' monitor li jikkonforma ma’ l-Istilla ta' Enerġija. Il-Parteċipant fil-Programm għandu jispeċifika b'mod ċar fil-letteratura tal-prodott il-mod li bih il-kompjuter tiegħu jista’ jikkontrolla l-monitors li huma konformi ma’ l-Istilla ta' Enerġija, u kull ċirkostanzi speċjali li għandhom jeżistu sabiex jitwettaq l-immaniġġar ta' l-enerġija tal-monitor. Il-Parteċipant fil-Programm għandu jissettja l-kompjuter biex jattiva l-ewwel enerġija baxxa tal-monitor jew il-mod ta' rqad fi żmien 30 minuta ta' inattività ta' l-utent. Il-Parteċipant fil-Programm għandu wkoll jissettja l-ħin għal-livell li jmiss ta' l-imaniġġar ta' l-enerġija b'dak il-mod li l-monitor jidħol fit-tieni mod ta' enerġija baxxa jew "raqda fil-fond" fi żmien 60 minuta ta' inattività. It-total magħdud tal-ħinijiet għaż-żewġ modi ta' enerġija baxxa ma għandux jeċċedi s-sittin minuta. Il-Parteċipant fil-Programm jista’ jagħżel li jissetta l-kompjuter biex jattiva l-monitor sabiex jidħol fit-tieni mod ta' enerġija baxxa jew "irqad fil-fond" direttament fi żmien 30 minuta ta' inattività.

L-utent għandu jkun jista’ jbiddel l-issettjar tal-ħin jew iwaqqaf il-modi ta' enerġija baxxa għall-kontroll tal-monitor. Din il-ħtieġa għall-kontroll tal-monitors ma tgħoddx għal sistemi integrati ta' kompjuter. Iżda, sistemi integrati ta' kompjuter li huma marketed u mibjugħa bħala parti minn sistema ta' docking għandu jkollhom il-kapaċità li jikkontrollaw awtomatikament l-enerġija ta' monitor konness esternament.

II. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-MONITOR

A. Definizzjonijiet

1. Monitor: Tubu cathode-ray (CRT), wiri fuq panew ċatt (per eżempju wiri permezz ta' kristalli likwidi) jew mekkaniżu ieħor ta' wiri u l-elettronika assoċjata miegħu. Din id-definizzjoni hija maħsuba primarjament biex tkopri monitors standard maħsuba għall-użu ma’ kompjuters. Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, iżda, dan li ġej jista’ jiġi kkunsidrat bħala monitor: mainframe terminals, u unitajiet ta' wiri fiżikament separati.

2. L-ewwel mod ta' enerġija baxxa jew "irqad": L-istat ta' enerġija mnaqqsa li l-mudell tal-monitor jidħol fih wara li jirċievi istruzzjonijiet minn kompjuter jew permezz ta' funzjonijiet oħra.. Skrijn vojt u tnaqqis fil-konsum ta' enerġija jikkaratterizzaw dan il-mod. Il-monitor jiġi lura għall-mod ta' enerġija sħiħa malli jħoss talba mill-utent.

3. It-tieni mod ta' enerġija baxxa jew "irqad fil-fond": It-tieni stat ta' enerġija mnaqqsa li l-monitor jidħol fih wara li jirċievi struzzjonijiet minn kompjuter jew permezz ta' funzjonijiet oħra. Tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta' enerġija jikkaratterizza dan il-mod. Il-monitor jiġi lura għall-mod ta' enerġija sħiħa malli jħoss talba mill-utent.

B. Kwalifikazzjoni tal-prodott għall-Logo ta' l-Istilla ta' Enerġija

1. Speċifikazzjonijiet Tekniċi

Monitor li jikkonforma ma’ l-Istilla ta' Enerġija għandu jkollu l-kapaċità li jdaħħal awtomatikament żewġ modi suċċessivi ta' enerġija baxxa. Fl-ewwel mod ta' "rqad" ta' enerġija baxxa, il-monitor għandu jikkonsma 15-il watt jew anqas wara li jkun irċieva struzzjonijiet minn kompjuter jew permezz ta' funzjonijiet oħra. Jekk il-monitor jibqa’ ma jitħaddimx, fuq struzzjonijiet mis-CPU jew permezz ta' funzjonijiet oħra, huwa għandu jdaħħal mod ta' "irqad fil-fond" ta' enerġija baxxa. Monitor li jikkonforma ma’ l-Istilla ta' Enerġija għal dan it-tieni mod ta' enerġija baxxa għandu jikkonsma 8 watts ta' elettriku jew anqas. Il-monitors li għandhom il-kapaċità li jipproċedu awtomatikament mill-mod attiv għall-mod ta' enerġija baxxa ta' 8 watts jew anqas jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' konsum ta' enerġija ta' dan il-Ftehim. Malli terġa’ tibda l-attività ta' l-utent, il-monitor għandu awtomatikament imur lura għall-kapaċità sħiħa ta' operat. Huwa rakkomandat li għal attività mhux mibdija mill-utent, il-monitor għandu jibqa’ fil-mod ta' enerġija baxxa.

Jekk il-monitor jinkludi USB hub/ports, huwa għandu jiġi ttestjat mingħajr ebda mekkaniżmi jew upstream cord imqabbda mal-hub/ports.

III. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' L-ISTAMPATUR, MAKNA TAL-FAX U MAKNA LI TIMPOSTA

A. Definizzjonijiet

1. Stampatur: Apparat li jistampa manifatturat bħala mudell standard li jservi bħala mekkaniżmu li joħroġ il-kopji stampati u huwa kapaċi li jirċievi informazzjoni minn utent wieħed jew minn kompjuters imqabbda ma’ networks. B'żieda, l-unità għandha tkun kapaċi li titqabbad ma’ sors ta' l-elettirku fil-ħajt. Din id-definizzjoni hija maħsuba biex tkopri prodotti li huma reklamati u mibjugħa bħala stampaturi inklużi stampaturi li jistgħu jiġu imtejba fil-kwalità għal mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet (MFD) [3].

2. Makna tal-fax: Apparat li jistampa manifatturat bħala mudell standard li jservi bħala mekkaniżmu li joħroġ il-kopji stampati u li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jibgħat u li jirċievi informazzjoni. Makni tal-fax li jużaw karta normali huma koperti taħt din l-Ispeċifikazzjoni (per eżempju ink jet/bubble jet, laser/LED, u trasferimenti termali). L-unità għandha tkun kapaċi li tieħu l-energija tagħha minn sors ta' l-elettriku fil-ħajt. Din id-definizzjoni hija maħsuba biex tkopri prodotti li huma reklamati u mibjugħa bħala makni tal-fax.

3. Kombinazzjoni ta' stampatur/makna tal-fax Apparat li jistampa manifatturat bħala mudell standard li jservi kemm bħala stampatur li jiffunzjona kollu kemm hu u bħala makna tal-fax, kif definiti hawn fuq. Din id-definizzjoni hija maħsuba biex tkopri prodotti li huma marketed u mibjugħa bħala mekkaniżmu kombinat stampatur/fax.

4. Makna li timposta: Apparat li jagħti stampa li jservi biex jistampa l-bolli fuq bċejjeċ tal-posta. L-unità għandha tkun kapaċi li tieħu l-energija tagħha minn sors ta' l-elettriku fil-ħajt. Din id-definizzjoni hija maħsuba biex tkopri prodotti li huma reklamati jew mibjugħa bħala makni tal-posta.

5. Veloċità ta' l-istampar: Il-paġni kull minuta (ppm) jkejjel il-veloċità ta' l-istampar ta' mudell. Il-veloċità ta' l-istampar tikkorrispondi mal-veloċità li biha jistampa l-prodott kif reklamata mill-Parteċipant fil-Programm. Għall-istampaturi bil-linja (per eżempju stampaturi dot matrix/impact), il-veloċità ta' l-istampar hija bbażata fuq il-metodu stabbilit fl-ISO 10561.

Għal stampaturi b'format wiesa’ maħsuba primarjament biex jimmaniġġaw karta A2 jew 17″ × 22″ jew akbar, il-veloċità ta' l-istampar hija speċifikata f'termini ta' ħruġ b'kulur wieħed b'riżoluzzjoni default. Il-veloċità ta' l-istampar imkejla bħala paġni kull minuta ta' daqs A2 jew A0 għandha tiġi konvertita f'veloċita ta' stampar ta' paġni ta' daqs A4 kif ġej: (a) Paġna A2 kull minuta hija ekwivalenti għal erba’ paġni A4 kull minuta; (b) paġna AO kull minuta hija ekwivalenti għal 16-il paġna A4 kull minuta.

Għall-makni ta' l-impostar, il-paġni kull minuta (ppm) huma meqjusa ekwivalenti għal bċejjeċ tal-posta kull minuta (mppm).

6. Aċċessorju: Biċċa apparat addizzjonali li ma hijiex meħtieġa għall-operat standard ta' l-unità bażi iżda li tista’ tiżdied qabel jew wara li jintbagħat sabiex ittejjeb jew tibdel it-twettieq ta' l-istampatur. Eżempji ta' aċċessorji jinkludu finishers, sorters, mekkaniżmi addizzjonali għall-provvista tal-karta u unitajiet doppji. Aċċessorju jista’ jinbiegħ separatament taħt in-numru tiegħu stess tal-mudell, jew jinbiegħ b'unità bażi bħala parti mill-istampatur.

7. Mod attiv: Il-kondizzjoni (jew mod) li fiha l-prodott jipproduċi ħruġ ta' kopji jew jirċievi dħul ta' kopji. Il-ħtieġa ta' enerġija f'dan il-mod hija tipikament akbar mill-ħtieġa ta' l-enerġija fil-mod standby.

8. Mod standby: Il-kondizzjoni li teżisti meta l-prodott ma jkunx qed jipproduċi ħruġ ta' kopji jew jirċievi dħul ta' kopji u jkun qiegħed jikkonsma anqas enerġija minn meta jkun jipproduċi dak il-ħruġ jew jirċievi dak id-dħul. it-transizzjoni mill-mod standby għall-mod attiv ma għandha toħloq ebda dewmien notevoli fil-poduzzjoni tal-ħruġ tal-kopji.

9. Mod ta' rqad: Il-kondizzjoni li teżisti meta l-prodott ma jkunx qiegħed jipproduċi ħruġ ta' paġni jew jirċievi dħul ta'paġni u jkun jikkonsma anqas enerġija minn meta jkun fil-mod standby. Fit-transizzjoni mill-mod ta' rqad għall-mod attiv, jista’ jkun hemm xi dewmien fil-produzzjoni ta' ħruġ ta' kopji, iżda ma għandu jkun hemm dewmien fl-aċċettazzjoni ta' l-informazzjoni min-network jew sorsi oħra ta' dħul. Il-prodott jidħol f'dan il-mod f'perjodu speċifiku ta' żmien wara li tkun ġiet prodotta u ħarġet l-aħħar kopja.

10. Żmien ta' default fil-mod ta' rqad: Huwa l-perjodu ta' żmien issettjat mill-Parteċipant fil-Programm qabel ma jibgħatu li jistabbilixxi meta l-prodott għandu jidħol fil-mod ta' rqad. Dan iż-żmien għandu jitkejjel miż-żmien li l-aħħar kopja ta' ħruġ kienet prodotta.

11. Stampar doppju: Il-proċess li jipproduċi, test, immaġini jew kombinazzjoni ta' test u immaġini fuq iż-żewġ naħat ta' paġna waħda ta' karta.

12. Mudell standard: It-terminu użat biex jiddeskrivi prodott u l-karatteristiċi tiegħu bundled kif marketed u mibjugħ mill-Parteċipant fil-Programm u kif manifatturat għall-użu maħsub tiegħu.

13. Grajja ta' qawmien: Kif użata f'dan il-Ftehim, "ġrajja ta' qawmien" hija definita bħala ġrajja mibdija mill-utent, programmata jew esterna jew stimulu li jġiegħel lill-unità biex tittransiġi mill-mod standby jew ta' rqad tagħha għall-mod attiv tagħha ta' operat. "Ġrajja ta' qawmien" kif definita f'din l-Ispeċifikazzjoni ma tinkludix network irrelatat ma’ polling queries jew "pings" li jseħħu komunement f'ambjenti ta' network.

B. Kif prodott jikkwalifika għal-logo ta' l-Istilla ta' Enerġija

1. Speċifikazzjoni tekniċi

(a) Mod ta' rqad: Parteċipant fil-Programm ta' Stilla ta' Enerġija jiftiehem li biss dawk il-prodotti li huma kapaċi li jidħlu fil-mod ta' rqad wara perjodu ta' inattività jew li jżommu livell ta' konsum ta' enerġija fi jew taħt il-livelli ta' enerġija speċifikati fit-Tabelli 2 sa 11 (li jidħru hawn taħt) jistgħu jikkwalifikaw bħala konformi ta' Stilla ta' Enerġija.

(b) Żmien default: Il-Parteċipant fil-Programm ta' l-Istilla ta' Enerġija jaqbel li jissetta ż-żmien tal-prodott biex jattiva l-mod ta' rqad fiż-żmien speċifikat fit-Tabelli 2 sa 11 (li jidhru hawn taħt) mit-tlestija ta' l-aħħar biċċa xogħol (per eżempju, miż-żmien li tkun ħarġet l-aħħar kopja prodotta). Il-Parteċipant fil-Programm għandu wkoll jibgħat il-prodotti biż-żmien tad-default għall-mod ta' rqad issettjat għall-livelli speċifikati fit-Tabelli minn 2 sa 11 (li jidhru hawn taħt).

(ċ) Funzjonalità tan-network: Parteċipant fil-Programm Stilla ta' Enerġija jaqbel li jikkwalifika l-prodotti skond kif inhuma maħsuba li jintużaw (Taqsima II.A.12 ta' hawn fuq) mill-utent finali, partikolarment prodotti maħsuba li jkunu konnessi ma’ network. Parteċipant fil-Programm Stilla ta' Enerġija jaqbel li l-prodotti kollha marketed, reklamati, jew mibjugħa bħala kapaċi għan-network għandhom jikkonformaw ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet ta' Stilla ta' Enerġija (ta' hawn taħt) meta konfigurati bħala lesti għan-network (jiġifieri b'funzjonalità tan-network).

1. Jekk il-prodott jintbagħat bil-kapaċità li jkun fuq network, huwa għandu jkollu l-abbiltà li jidħol fil-mod ta' rqad waqt li jkun fuq in-network.

2. Jekk il-prodott għandu l-kapaċità li jkun fuq network, huwa għandu jżomm fil-mod ta' rqad l-abbiltà tiegħu li jirrispondi ġrajjiet ta' qawmien diretti jew immirati lejn il-prodott waqt li jkun fuq in-network.

(d) Stampar doppju: Għall-istampaturi kollha ta' daqs standard ta' ‘l fuq minn 10 ppm li fihom hija installata unità duplexing, huwa rakkomandat li l-Parteċipant fil-Programm Stilla ta' Enerġija jeduka l-klijenti tiegħu dwar l-użu ta' l-istampaturi tagħhom b'settijiet ta' stampar doppju fil-mod ta' stampar. L-edukazzjoni tista’ tikkonsisti f'informazzjoni dwar id-driver xieraq għall-istampatur u l-issettjar tal-menu ta'l-istampar fil-manwali tal-prodott, jew billi jiġu pprovduti struzzjonijiet speċifiċi dwar id-driver ta' l-istampatur meta tiġi installata unità ta' stampar doppju.

(e) Speċifikazzjonijiet dettaljati: Il-Parteċipant fil-Programm Stilla ta' Enerġija jaqbel li jikkwalifika l-prodotti skond l-Ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

Tabella 2: Grad 1

Stampaturi ta' daqs standard u kombinazzjonijiet ta' stampatur/fax [4] (ta' l-1.11.2000-31.10.2001)

(maħsub primarjament biex jakkomoda daqs ta' karta A3, A4 jew 8,5″ × 11″)

Veloċità ta' produzzjoni f'paġni kull minuta (ppm) | Mod ta' rqad (watts) [5] | Żmien ta' default fil-mod ta' rqad |

0 < ppm ≤ 10 | ≤ 10 [6] | ≤ 5 minuti |

10 < ppm ≤ 20 | ≤ 20 [6] | ≤ 15 minuti |

20 < ppm ≤ 30 | ≤ 30 | ≤ 30 minuti |

30 < ppm ≤ 44 | ≤ 40 | ≤ 60 minuti |

44 < ppm | ≤ 75 | ≤ 60 minuti |

Tabella 3: Grad 1

Stampaturi ta' impatt maħsuba primarjament biex jakkomodaw karta A3 (ta' l-1.11.2000-31.10.2001)

Mod ta' rqad (watts) | Żmien ta' default fil-mod ta' rqad |

≤ 30 | ≤ 30 minuti |

Tabella 4: Grad 1

Stampaturi b'format kbir/wiesa (ta' l-1.11.2000-31.10.2001)

(maħsuba biex jakkomodaw primarjament karta A2 jew17″ × 22″ jew akbar)

Veloċità tal-prodott f'paġni kull minuta | Mod ta' rqad (watts) [7] | Żmien ta' default fil-mod ta' rqad |

0 < ppm ≤ 10 | ≤ 35 | ≤ 30 minuta |

10 < ppm ≤ 40 | ≤ 65 | ≤ 30 minuta |

40 < ppm | ≤ 100 | ≤ 90 minuta |

Tabella 5: Grad 1

Stampaturi tal-kulur [8](ta' l-1.11.2000-31.10.2001)

(maħsuba biex jakkomodaw primarjament daqs ta' karta A3, A4 jew 8,5″ × 11″)

Veloċità tal-prodott f'paġni kull minuta | Mod ta' rqad (watts) [9] | Żmien ta' default fil-mod ta' rqad |

0 < ppm≤ 10 | ≤ 35 [10] | ≤ 30 minuta |

10 < ppm ≤ 20 | ≤ 45 | ≤ 60 minuta |

20 < ppm | ≤ 70 | ≤ 90 minuta |

Tabella 6

Makni tal-fax weħidhom (ta' l-1.11.2000-31.10.2002)

(maħsuba rpimarjament biex jakkomodaw daqs ta' karta A4, or 8,5″ × 11″)

Veloċità tal-prodott f'paġni kull minuta | Mod ta' rqad (watts) | Żmien ta' default fil-mod ta' rqad |

0 < ppm ≤ 10 | ≤ 10 | ≤ 5 minuti |

10 < ppm | ≤15 | ≤ 5 minuti |

Tabella 7

Makni li jimpostaw (ta' l-1.11.2000-31.10.2002)

Veloċità tal-prodott f'paġni kull minuta | Mod ta' rqad (watts) | Żmien ta' default fil-mod ta' rqad |

0 < mppm ≤ 50 | ≤ 10 | ≤ 20 minuta |

50 < mppm ≤ 100 | ≤ 30 | ≤ 30 minuta |

100 < mppm ≤ 150 | ≤ 50 | ≤ 40 minuta |

150 < mppm | ≤ 85 | ≤ 60 minuta |

Tabella 8: Grad 2

Stampaturi ta' daqs standard u kombinazzjonijiet ta' stampaturi/fax [11](ta' l-1.11.2001-31.10.2002)

(maħsub primarjament biex jakkomoda daqs ta' karta A3, A4 jew 8,5″ × 11″)

Veloċità tal-prodott f'paġni kull minuta | Mod ta' rqad (watts) | Żmien ta' default fil-mod ta' rqad |

0 < ppm ≤ 10 | ≤ 10 | ≤ 5 minuti |

10 < ppm ≤ 20 | ≤ 20 | ≤ 15 minuta |

20 < ppm ≤ 30 | ≤ 30 | ≤ 30 minuta |

30 < ppm ≤ 44 | ≤ 40 | ≤ 60 minuta |

44 < ppm | ≤ 75 | ≤ 60 minuta |

Tabella 9: Grad 2

Stampaturi ta' impatt maħsuba primarjament biex jakkomodaw karta A3 (01.11.01-31.10.2002)

Mod ta' rqad (watts) | Żmien ta' default fil-mod ta' rqad |

≤ 28 | ≤ 30 minuta |

Tabella 10: Grad 2

Stampaturi b'format kbir/wiesa (01.11.01-31.10.2002)

(maħsuba biex jakkomodaw primarjament karta A2 jew17″ × 22″ jew akbar)

Veloċità tal-prodott f'paġni kull minuta (ppm) | Mod ta' rqad (watts) | Żmien ta' default fil-mod ta' rqad |

0 < ppm ≤ 10 | ≤ 35 | ≤ 30 minuta |

10 < ppm ≤ 40 | ≤ 65 | ≤ 30 minuta |

40 < ppm | ≤100 | ≤ 90 minuta |

Tabella 11: Grad 2

Stampaturi bil-kulu [12] (ta' l-1.11.2001-31.10.2002)

(maħsub primarjament biex jakkomoda daqs ta' karta A3, A4 jew 8,5″ × 11″)

Veloċità tal-prodott f'paġni kull minuta | Mod ta' rqad (watts) | Żmien ta' default fil-mod ta' rqad |

0 < ppm ≤ 10 | ≤ 35 | ≤ 30 minuta |

10 < ppm ≤ 20 | ≤ 45 | ≤ 60 minuta |

20 < ppm | ≤ 70 | ≤ 60 minuta |

2. Eċċezzjonijiet u Kjarifiki:

Wara li jintbagħtu l-oġġetti, il-Parteċipant fil-Programm Stilla ta' Enerġija jew ir-rappreżentant tas-servizz nominat tiegħu ma għandux ibiddel il-mudelli koperti b'din l-Ispeċifikazzjoni b'xi mod li jeffettwa l-abbiltà tal-prodott li jikkonforma ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet imniżżla hawn fuq. Isegwu erba eċċezzjonijiet.

(a) Sistemi integrati ta' kompjuter: Għal perjodu wieħed biss ta' sena, u għal dawk il-prodotti li jinkorporaw kompjuter integrat, il-konsum ta' l-enerġija tal-kompjuter integrat ma jiġix inkluż meta l-prodott jiġi kkwalifikat bħala konformi ma’ l-Istilla ta' Enerġija. Iżda, il-manifattur huwa meħtieġ li jispjega lill-utent finali li l-konsum ta' l-enerġija ta' l-istampatur ma jinkludix il-konsum ta' l-enerġija tal-kompjuter integrat (jiġifieri l-konsum ta' l-enerġija tal-kompjuter huwa b'żieda mal-konsum ta' l-enerġija ta' l-istampatur - inkluż meta l-istampatur ikun fil-mod ta' rqad). Din l-eċċezzjoni hija limitata għal dawk is-sitwazzjonijiet fejn il-manifattur jintegra kompjuter li joqgħod waħdu u ma tgħoddx għall-kontrolli ta' l-istampatur. (Ara n-nota 1 fl-aħħar tal-paġna tat-Tabella 5).

(b) Funzjonalità tan-network: Għal perjodu wieħed biss ta' sena, konċessjoni addizzjonali ta' darba biss ta' 5 watts għall-funzjonalità tan-network għandha tkun permessa għal dawk il-prodotti fl-ewwel żewġ firxiet tal-veloċità (0ppm < = 10 u 10 ppm < = 20) tat-Tabella 2 u l-ewwel firxa tal-veloċità (0 < ppm < = 10) tat-Tabella 5. Din l-eċċezzjoni tgħodd biss għal dawk il-prodotti fit-tabelli msemmija hawn fuq u l-partijiet tal-veloċità) li jintbagħtu bin-"network lest" (jiġifieri inkluża l-kartuna tan-network jew funzjonalità "barra mill-kaxxa"). Għal dawk il-prodotti mibgħuta bħala "bin-network mhux lest", il-konċessjoni addizzjonali ta' darba ta' 5 watts ma tgħoddx. (Ara n-nota 2 fl-aħħar tal-paġna tat-tabelli 2 u 5).

(ċ) Ħinjiet default: Wara li jintbagħtu, il-Parteċipant fil-Programm Stilla ta' Enerġija, ir-rappreżentant tas-servizz nominat jew il-klijent jistgħu jibdlu l-ħinijiet tad-default għall-mod ta' rqad, sa massimu ssettjat mill-fabbrika ta' 240 minuta. Jekk il-manifattur jagħżel li jiddisinja prodotti b'aktar minn mod wieħed ta' mmaniġġar ta' enerġija, allura t-total flimkien tal-ħinijiet default ma għandhom jeċċedu l-240 minuta.

(d) Tneħħija tal-mod ta' rqad: Jekk f'każ individwali fejn il-mod ta' rqad ikun qed joħloq lix-xerrej inkonvenjent pjuttost kbir minħabba l-mod ta' użu partikolari tiegħu/tagħha, il-Parteċipant fil-Programm, ir-rappreżentant tas-servizz nominat jew il-klijent jistgħu jneħħu l-karatteristika tal-mod ta' rqad. Jekk il-Parteċipant fil-Programm jagħżel li jiddisinja mudelli li jippermettu lix-xerrej li jneħħi l-karatteristika tal-mod ta' rqad, allura l-għażla ta' tneħħija għandha tiġi aċċessata b'mod differenti mill-issettjar tal-ħinijiet (jiġifieri jekk menu tas-software jipprovdi mod ta' rqad b’ħinijiet ta' dewmien ta' 15, 30, 60, 90, 120 u 240 minuta, allura "it-tneħħija" jew "it-tifi" ma għandhomx ikunu għażla f'dan il-menu. Hija għandha tkun għażla moħbija (jew anqas ovvja) jew inkluża f'menu differenti).

IV. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-KOPJATUR

A. Definizzjonijiet

1. Kopjatur: Unità ta' immanġini kummerċjali reprografika li l-funzjoni unika tagħha hija l-produzzjoni ta' kopji minn kopja grafika oriġinali. Il-kopjatur għandu jinkludi sistema ta' mmarkar, sistema ta' immaġini u modula ta' maniġġar tal-karta. It-teknoloġiji kollha ta' kopjaturi fuq karti normali f'iswed u abjad huma koperti taħt din l-Ispeċifikazzjoni, għalkemm il-ħsieb huwa li wieħed jiffoka fuq apparat standard ta' kupjar bħal kupjaturi b'lenti ta' dawl. L-Ispeċifikazzjonijiet mogħtija hawn taħt jgħoddu għal kopjaturi ta' daqs standard biex jimmaniġġjaw karta A4 jew 8,5″ × 11″ u kopjaturi b'format kbir biex jimmaniġġjaw karta A2 jew 17″ × 22″ jew akbar.

Veloċita tal-kopjaturi: Kopji kull minuta (cpm) ikejjel il-veloċita ta' produzzjoni tal-kopjatur. Kopja waħda hija definita bħala paġna waħda ta' daqs 8,5″ jew 11″ jew A4. Kopji b'żewġ faċċati huma meqjusa bħala żewġ immaġini u għalhekk żewġ kopji għalkemm jiġu kkupjati fuq l-istess paġna. Għall-mudelli kollha ta' kopjaturi mibjugħa fis-suq tal-US, il-kejl tal-veloċita tal-kopjatur għandu jkun ibbażat fuq karta ta' l-ittri ta' daqs 8,5″ × 11″. Għal kopjaturi mibjugħa fi swieq oħra minbarra fil-US, il-veloċita tal-kopjatur għandha tkun ibbażata jew fuq karta ta' daqs 8,5″ × 11″ jew A4, skond liema tkun standard f'suq partikolari.

Għal kopjaturi b’format kbir maħsuba biex jimmaniġġaw primarjament karta A2 jew 17″ × 22″ jew akbar, il-veloċità tal-kopjatur imkejla bħala kopji ta' daqs A2 jew A0 kull minuta għandha tiġi kkonvertita għall-veloċitajiet ta' kopjatur ta' daqs A4 kif ġej: (a) Kopja A2 waħda kull minuta hija ekwivalenti għal erba’ kopji A4 kull minuta, u (b) kopja waħda A0 kull minuta hija ekwivalenti għal 16-il kopja A4 kull minuta.

Il-kopjaturi li jikkwalifikaw bħala Stilla ta' Enerġija għandhom jiġu diviżi f’ħames kategoriji: kopjaturi ta' daqs standard b'veloċità baxx, kopjaturi ta' daqs standard b'veloċità medja, kopjaturi ta' dqas standard b'veloċità għolja, kopjaturi ta' format kbir b'veloċità baxxa, u kopjaturi ta' format kbir b'veloċità medja jew għolja.

A. Kopjaturi ta' daqs standard b'veloċita baxxa: Kopjaturi b'veloċità tal-makna biex tipproduċi immaġini moltipliċi ta' 20 kopja kull minuta jew anqas.

B. Kopjaturi ta' daqs standard b'veloċità medja: Kopjaturi b'veloċità tal-makna biex tipproduċi immaġini moltipliċi ta' aktar minn 20 kopja jew anqas jew ugwali għal 44 kopja kull minuta.

C. Kopjaturi ta' daqs standard b'veloċità għolja: Kopjaturi b'veloċità tal-makna biex tipproduċi immaġini moltipliċi ta' aktar minn 44 kopja kull minuta.

D. Kopjaturi ta' format kbir b'veloċità baxxa: Kopjaturi b'veloċità tal-makna biex tipproduċi immaġini moltipliċi ta' 40 kopja kull minuta jew anqas (expressi bħala kopji ta' daqs A4 kull minuta).

E. Kopjaturi b'format kbir ta' veloċità medja u għolja: Kopjaturi b'veloċità tal-makna biex tipproduċi immaġini moltipliċi ta' aktar minn 40 kopja kull minuta (espressi bħala kopji ta' daqs A4 kull minuta).

2. Unità bażi: Għall-veloċoita partikolari ta' makna,l-unità bażi hija definita bħala l-verżjoni l-aktar bażika ta' kopjatur li huwa attwalment mibjugħ bħala mudell li jaħdem kollu kemm hu. L-unità bażi hija tipikament disinjata u mibgħuta f'biċċa waħda u ma tinkludix xi aċċessorji esterni li jikkunsmaw l-enerġija li jistgħu jinbiegħu separatament.

3. Aċċessorju: Biċċa apparat addizzjonali li mhix meħtieġa għall-operat standard ta' l-unità bażi, iżda li tista’ tiżided qabel jew wara li jintbagħat sabiex ittejjeb jew tbiddel it-twettieq tal-kopjatur. Aċċessorju jista’ jinbiegħ separatament taħt in-numru proprju tiegħu tal-mudell jew mibjugħ ma’ unità bażi bħala pakkett jew konfigurazzjoni ta' kopjatur. Eżempji ta' aċċessorji jinkludu: li jissortjaw, li jitimgħu kapaċità kbira ta' karta, eċċ. Huwa assunt li ż-żieda ta' aċċessorju, irrispettivament mill-konsum proprju tiegħu ta' enerġija, ma għandhiex iżżid sostanzjalment (b'aktar minn 10 fil-mija) il-konsum ta' l-enerġija meta jkun mitfi ta' l-unità bażi. Kull aċċessorji ma għandhomx jimpedixxu l-operat normali tal-karatteristiċi ta' tifi awtomatiku jew ta' enerġija baxxa.

4. Mudell ta' kopjatur: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, mudell ta' kopjatur huwa definit bħala unità bażi u aċċessorju speċifiku wieħed jew aktar li huma reklamati u mibjugħa lil xerrejja numru wieħed ta' mudell. Meta reklamati u mibjugħa lil xerrejja mingħajr xi aċċessorji addizzjonali, unità bażi hija wkoll ikkunsidrata bħala mudell ta' kopjatur.

5. Mod ta' enerġija baxxa: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, il-mod ta' enerġija baxxa huwa l-istat ta' enerġija l-aktar baxxa li l-kopjatur jista’ jidħol fih awtomatikament fi żmien xi perjodu ta' inattività tal-kopjatur, mingħajr ma attwalment jintefa. Il-kopjatur jidħol f'dan il-mod f'perjodu speċifikat ta' żmien wara li tkun saret l-aħħar kopja. Għall-finijiet ta' l-istabbiliment tal-konsum ta' enerġija f'dan il-mod ta' enerġija baxxa, il-kumpanija tista’ tagħżel li tkejjel l-aktar baxx jew tal-mod li jiffranka l-enerġija jew tal-mod stand-by.

6. Mod ta' ffrankar ta' enerġija: Din il-kondizzjoni teżisti meta l-makna ma tkunx qed tagħmel kopji, tkun qabel laħqet il-kondizzjonijiet ta' operat iżda tkun qed tikkonsma anqas enerġija minn meta l-makna tkun fil-mod stand-by. Meta l-kopjatur ikun f’dan il-mod, jista’ jkun hemm xi dewmien qabel ma l-kopjatur ikun kapaċi jagħmel il-kopja li jmiss.

7. Mod standby: Il-kondizzjoni li teżisti meta l-makna ma tkunx qed tagħmel kopji, tkun laħqet il-kondizzjonijiet ta' operat u tkun lesta li tagħmel kopja, iżda tkun għada ma daħlitx fil-mod ta' l-iffrankar ta' l-enerġija. Meta l-kopjatur ikun f'dan il-mod, virtwalment ma jkun hemm ebda dewmien qabel ma l-kopjatur ikun kapaċi li jagħmel il-kopja li jmiss.

8. Mitfi: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, il-mod mitfi huwa definit bħala l-kondizzjoni li teżisti meta l-kopjatur ikun konness ma’ sors adattat ta' l-elettriku, u jkun reċentement intefa permezz tal-karatteristika tat-tifi awtomatiku [13], Meta titkejjel l-enerġija b’dan il-mod, apparat tal-kontroll għas-servosjar remot jista’ jiġi eskluż.

9. Karetteristika ta' tifi awtomatiku: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, il-karatteristika ta' tifi awtomatiku hija definita bħala l-abbiltà għall-kopjatur li jitfi lilu nnifsu awtomatikament f'perjodu speċifikat ta' żmien wara li tkun saret l-aħħar kopja. Il-kopjatur għandu awtomatikament jidħol fil-mod tiegħu ta' tifi wara l-esekuzzjoni ta' din il-karratteristika.

10. Mod ipplaggjat: Din il-kondizzjoni teżisti meta l-makna tkun konnessa ma’ sors adattat ta' l-elettriku u ma tkunx mixgħula. Biex jixgħel il-kopjatur, l-utent tipikament jeħtieġ li manwalment jistartja l-kopjatur permezz tas-swiċċ li jixgħel u jitfi.

11. Ħinijiet default: Huwa l-perjodu ta' żmien issettjat mill-Parteċipant fil-Programm qabel ma jintbagħat li jistabbilixxi meta l-kopjatur għandu jidħol fil-modi varji tiegħu, jiġifieri l-mod ta' enerġija baxxa, il-mod mitfi, eċċ. Kemm il-ħinijiet default tal-mod mitfi u l-ħinijiet default tal-mod ta' enerġija baxxa għandhom jitkejlu mill-ħin minn meta tkun saret l-aħħar kopja.

12. Ħin ta' rkupru: L-ammont ta' ħin meħtieġ biex iġib il-kopjatur minn mod ta' enerġija baxxa għall-mod ta' stand-by.

13. Mod awtomatiku doppju: Il-mod li fih il-kopjatur iqiegħed awtomatikament l-immaġini fuq iż-żewġ naħat ta' folja tal-kopja, billi awtomatikament jibgħat kemm il-folja tal-kopja u l-grafika oriġinali permezz tal-mudell tal-kopjatur. Eżempji ta' dan huwa ikkopjar fuq naħa waħda u fuq żewġ naħat, jew kupjar minn żewġ naħat għal żewġ naħat. Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, mudell ta' kopjatur huwa meqjuż li jkollu mode doppju biss jekk il-mudell tal-kopjatur jinkludi l-aċċessorji kollha meħtieġa biex jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' hawn fuq, per eżempju, tmiegħ awtomatiku tad-dokument u aċċessorji għal kapaċitajiet awtomatiċi ta' stampar doppju.

14. Tajmer ta' kull gimgħa: Mekkaniżmu intern li jixgħel u jitfi l-kopjatur f’ħinijiet stabbiliti minn qabel kull jum tax-xogħol. Meta jkun qed jipprogramma t-tajmer, ix-xerrej għandu jkun jista’ jiddistingwi bejn jiem tax-xogħol u jiem ta' tmiem-il ġimgħa/vaganzi (jiġifieri t-tajmer ma għandux jixgħel il-kopjatur is-Sibt jew il-Ħadd filgħodu jekk l-impjegati ma jkunux normalment fl-uffiċċju fil-jiem ta' tmiem-il ġimgħa. Ix-xejjer għandu wkoll ikun jista’ jiskonnettja t-tajmer. Tajmers ta' kull ġimgħa huma karatteristiċi mhux obbligatorji u għalhekk ma humiex meħtieġa fuq kopjaturi li jikkonformaw ma’ l-Istilla ta' Enerġija. Jekk ikunu nklużi fil-mudelli tal-kopjatur, it-tajmers ta' kull ġimgħa ma għandhomx ikunu f'konflitt ma’ l-iffunzjonar tal-karatteristiċi ta' l-enerġija baxxa u tat-tifi awtomatiku.

B. Kif prodott jikkwalifika għal-logo ta' l-Istilla ta' Enerġija

1. Speċifikazzjonijiet tekniċi

Biex jikkwalifika għal-logo ta' l-Istilla ta' Enerġija, il-kopjatur għandu jikkonforma ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet mogħtija hawn taħt:

Tabella 12

Kriterji għal kopjaturi ta' l-Istilla ta' Enerġija

Veloċità tal-kopjatur (kopji kull minuta) | Mod ta' enerġija baxxa (watts) | Ħin default ta' l-enerġija baxxa | Ħin ta' rkupru ta' 30 sekonda | Mod mitfi (Watts) | Ħin ta' default fil-mod mitfi | Mod awtomatiku ta' kupjar doppju |

0 < cpm < 20 | Xejn | NA | NA | < 5 | < 30 min | Nru |

20 < cpm < 44 | 3,85 × cpm + 5 | 15-il minuta | Iva | < 15 | < 60 min | Mhux obbligatorju |

44 < cpm | 3,85 × cpm + 5 | 15-il minuta | Rakkomandat | < 20 | < 90 min | Mhux obbligatorju |

KOPJATURI TA' FORMAT KBIR |

0 < cpm < 40 | NA | NA | NA | < 10 | < 30 min | Nru |

40 < cpm | 3,85 × cpm + 5 | 15-il minuta | Rakkomandat | < 20 | < 90 min | Nru |

Il-Parteċipant fil-Programm għandu jissettja l-ħinijiet ta' default għall-karatteristika awtomatika għal-livelli speċifikati fit-tabella ta' hawn fuq. Il-ħinijiet default għall-mod mitfi u l-mod ta' enerġija baxxa għandhom ikejlu mill-ħin li tkun saret l-aħħar kopja.

Għall-veloċitajiet kollha tal-kopjatur fejn ma huwiex obbligatorju li l-mod doppju jkun issettjat bħala default, jekk il-mudell jintbagħat b’kapaċitajiet awtomatiċi ta' kupjar doppju, allura huwa rakkomandat li l-ikkupjar doppju jkun issettjat bħala mod default. Il-Parteċipant fil-Programm jista’ jipprovdi lill-utenti l-kapaċità li jiskarta dan il-mod tad-default doppju għal kopjaturi li jikkupjaw fuq naħa waħda biss.

2. Eċċezzjonijiet u kjarifiki

Wara li jintbagħat, il-Parteċipant fil-Programm jew ir-rappreżentant tas-servizz nominat tiegħu ma għandux jibdel il-mudell tal-kopjatur b’xi mod li jaffettwa l-abbiltà tal-kopjatur li jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet imniżżla hawn fuq. Ċerti eċċezzjonijiet huma permessi fil-bdil tal-ħinijiet default, l-ispeċifikazzjonijiet tal-mod mitfi u l-mod doppju. Dawn l-eċċezzjonijiet huma kif ġej:

(a) Ħinijiet ta' default: Wara li jintbagħat, il-Parteċipant fil-Programm, ir-rappreżentant nominat tas-servizz jew ix-xerrej jistgħu jibdlu l-ħinijiet default jew għall-mod f'enerġija baxxa u l-mod mitfi iżda biss sa massimu ssettjat minn Parteċipant fil-Programm ta' 240 minuta (jiġifieri, it-total kombinat għall-ħinijiet ta' default tal-mod mitfi u l-mod ta' enerġija baxxa ma għandhomx jeċċedu l-240 minuta).

(b) konsum ta' enerġija fil-mod mitfi: F'xi każi, il-Parteċipant fil-Programm jista’ jkollu l-ħtieġa li jibgħat mudell ta' kopjatur bil-mekkaniżmu ta' kontra l-umdità mhux imqabbad sabiex jikkonforma mal-ħtiġiet ta' l-enerġija fil-mod mitfi. Jekk din is-sitwazzjoni twassal għal inkonvenjent ta' ċertu daqs għal xi xerrej speċifiku, il-Parteċipant fil-Programm (jew ir-rappreżentant maħtur tas-servizz) jista’ jqabbad il-mekkaniżmu ta' kontra l-umdità. Jekk il-Parteċipant fil-Programm jistabbilixxi li f'ċerta żona ġeografika jkun hemm problemi kroniċi ta' effiċjenza assoċjati ma’ livelli għolja ta' umdità, il-Parteċipant fil-Programm jista’ jikkuntattja lill-amministratur tal-programm EPA u jiddiskuti soluzzjonijiet alternattivi. Il-Parteċipanti fil-Programm fit-Teerritorju ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni Ewropea. Per eżempju, l-EPA jew il-Kummissjoni Ewropea jistgħu jippermettu lill-Parteċipant fil-Programm li jqabbad il-mekkaniżmi ta' kontra l-umdità f'mudelli ta' kopjaturi li jintbagħtu lejn żona ġeografika umda ħafna.

(ċ) Skonnettjar tal-karatteristika ta' tifi awtomatiku: F'każi individwali fejn il-karatteristika ta' tifi awtomatiku tista’ toħloq inkonvenjenza ta' ċertu daqs lix-xerrej minħabba l-mod partikolari tiegħu/tagħha ta' użu, il-Parteċipant fil-Programm, ir-rappreżentant nominat tas-servizz, jew ix-xerrej jistgħu jiskonnettjaw din il-karatteristika ta' tifi awtomatiku. Jekk il-Parteċipant fil-Programm jagħżel li jiddisinja l-mudelli ta' kopjar tiegħu biex jippermettu lix-xerrej li jiskonnettja l-karatteristika tat-tifi awtomatiku, allura l-għażla ta'l-iskonnettjar għandha tkun aċċessata b'mod differenti mill-issettjar tal-ħin (per eżempju, jekk il-menu tas-software jipprovdu għall-ħinijiet ta' dewmien tal-mod tat-tifi ta' 30, 60, 90, 120 u 240 minuta, allura "l-iskonnettjat" jew "it-tifi" ma għandhomx ikunu għażla f'dan il-menu. Hija għandha tkun għażla moħbija (jew anqas ovvja) jew inkluża f'menu differenti).

V. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' L-ISKANER

A. Definizzjonijiet

1. Skaner: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, skaner huwa definit bħala mekkaniżmu elettro ottiku biex jaqleb informazzjoni bil-kulur jew bl-iswed u l-abjad f'immaġini elettroniċi li jistgħu jinħażnu, jiġu editjati, konvertiti jew trasmessi primarjament f'ambjent ta' komputerizzar personali. Skaners definiti bħala tali jintużaw tipikament għad-diġitizzar ta' immaġini f'kopji fuq karta. Il-ħsieb ta' din l-Ispeċifikazzjoni huwa li jiffoka fuq l-iskaners ta' fuq l-iskrivaniji li jintużaw ħafna (per eżempju, wiċċ ċatt, li jiġu mitmugħa l-folji u skaners tal-film); iżda, skaners high-end ta' l-immaniġġar ta' dokumenti ta' l-uffiċċju li jikkonformaw ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet mogħtija hawn taħt jistgħu jikkwalifikaw għal-logo Stilla ta' Enerġija. Din l-Ispeċifikazzjoni hija għal skaners li f'mudell għalihom; hija ma tkoprix prodotti b'diversi funzjonijiet ta' kapaċitajiet ta' skaning, skaners tan-network (jiġifieri skaners li jikkonettjaw esklussivament ma’ network u huma kapaċi li jimmaniġġjaw l-informazzjoni skanjata għal trasmissjonijiet lejn lokazzjonijiet moltipliċi tan-network) jew skaners li ma jeħdux l-enerġija direttament mill-provvista ta' l-enerġija tal-bini.

2. Unità bażi: L-unità bażika hija definita bħala l-verżjoni l-aktar bażika ta' skaner li jiġi attwalment mibjugħ bħala mudell li jaħdem kollu kemm hu. L-unità bażi hija tipikament disinjata u mibgħuta f'biċċa waħda, u ma tinkludix aċċessorji b'konsum estern ta' enerġija li jistgħu jinbiegħu separatament.

3. Mudell ta' skaner: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, mudell ta' skaner huwa definit bħala unità bażi u aċċessorju speċifiku wieħed jew aktar li huma reklamati u mibjugħa lix-xerrejja taħt taħt numru wieħed ta' mudell. Meta reklamata u mibjugħa lill-konsumaturi mingħajr aċċessorji addizzjonali, unità bażi hija wkoll meqjusa mudell ta' skaner.

4. Aċċessorju: Kull biċċa ta' apparat addizzjonali li ma hijiex meħtieġa għall-operat standard ta'l-iskaner, iżda li tista’ tiżdied sabiex jittejjeb jew jinbidel it-twettieq ta' l-iskaner. Aċċessorju li jista’ jinbiegħu separatament taħt in-numru tal-mudell tiegħu, jew mibjugħ bħala unità bażi bħala parti minn pakkett ta' l-iskaner jew konfigurazzjoni. Eżempji ta' aċċessorji jinkludi mekkaniżi għat-tmiegħ awtomatiku ta' dokumenti u adapters tat-trasparenza.

5. Mod ta' enerġija baxxa: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, il-mod ta' enerġija baxxa huwa l-istat ta' enerġija l-aktar baxxa li l-iskaner huwa ddisinjat li jidħol fih wara perjodu ta' inattività, mingħajr ma jiġi attwalment mitfi. L-iskaner jidħol f'dan il-mod f'perjodu speċifikat ta' żmien wara li tkun ġiet skanjata l-aħħar immaġini.

6. Ħin default: Il-perjodu ta' żmien issettjat mill-Parteċipant fil-Programm qabel ma jintbagħat li jistabbilixxi meta l-iskaner jidħol fil-mod ta' enerġija baxxa. Il-ħin default tal-mod ta' enrġija baxxa għandu jitkejjel mill-ħin meta tiġi skanjata l-aħħar immaġini.

B. Kif prodott jikkwalifika għall-logo ta' l-Istilla ta' Enerġija

1. Speċifikazzjonijiet Tekniċi

Il-Parteċipant fil-Programm jaqbel li jintroduċi unità bażi speċifika waħda jew aktar li jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija hawn taħt.

Tabella 13

Kriterji għall-iskaners Stilla ta' Enerġija

Mod enerġija baxxa | Ħin default għal mod enerġija baxxa |

≤ 12-il watts | ≤ 15-il minuta |

VI. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' MEKKANIŻMU B'DIVERSI FUNZJONIJIET

A. Definizzjonijiet

1. Mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet: Mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet (MFD) li huwa mekkaniżmu fiżikament integrat jew f'kombinazzjoni ma’ komponenti funzjonalment integrati (l-"unità bażi", ara d-definizzjoni ta' hawn taħt) li jipprovdi kopji fiżiċi duplikati minn oriġinali grafiċi ta' kopji fiżiċi (distint minn ikkupjar ta' konvenjenza ta' kopja waħda, ara l-paragrafu li jmiss) kif ukoll li jwettaq funzjoni prinċipali waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: stampar ta' dokumenti (minn informazzjoni diġitali riċevuta minn kompjuters konnessi direttament, kompjuters f’networks, servers tal-fajl u trasmissjonijiet bil-fax) jew iffaxjar (jibgħat u jirċievi). MFD jista’ jinkludi wkoll skanjar għal fajl tal-kompjuter jew kapaċitajiet oħra mhux elenakti f'din l-Ispeċifikazzjoni. Il-mekkaniżmu jista’ jiġi konness ma’ network u jista’ joħroġ immaġini suwed u bojod, skala ta' griż, jew bil-kulur. L-EPA tantiċipa li Speċifikazzjoni separata tista’ fl-aħħar mill-aħħar tkun meħtieġa biex tkopri mekkaniżmi tal-kulur minħabba żviluppi teknoloġiċi possibbli rrelatati ma’ immaġini tal-kulur, iżda għal issa dawn il-mekkaniżmi huma inklużi f'din l-Ispeċifikazzjoni.

Din l-Ispeċifikazzjoni tkopri prodotti li huma marketed u mibjugħa bħala apparat b'funzjonijiet diversi li l-funzjoni primarja tagħhom hija li jikkopjaw iżda li huma kapaċi li jwettqu ż-żewġ funzjonijiet prinċipali addizzjonali ta' stampar u faxjar. Il-mekkaniżmi li l-funzjoni primarja tagħhom hija li jiffaxjaw u li joffri kapaċitajiet limitati ta' kkopjar ta' folji (’l hekk imsejħa "kopjar ta' konvenjenza" ta' folja waħda) huma koperti taħt l-Ispeċifikazzjoni stampatur/fax.

Jekk l-MFD ma jkunx unità waħda integrata iżda sett ta' komponenti funzjonalment integrati, allura l-manifattur għandu jiċċertifika li meta jiġu installati korrettement fil-qasam is-somma ta' l-użu kollu ta' l-enerġija għall-komponenti kollha MFD li jikkomprendu l-unità bażi għandha tilħaq il-livelli aktar baxxi elenkati hawn taħt biex jikkwalifika bħala MFD konformi Stilla ta' Enerġija.

Xi kopjaturi diġitali jistgħu jiġu imtejba għall-MFD fil-qasam bl-istallazzjoni ta' mekkaniżmi miżjuda li jippermettu l-kapaċitajiet ta' stampar jew iffaxjar. Il-Parteċipant fil-Programm jista’ jqies li din is-sistema ta' komponenti tkun MFD, u tista’ tikkwalifika skond l-Ispeċifikazzjonijiet fit-Tabelli 13 u 14. Iżda, meta l-kopjatur diġitali jinbiegħ indipendentement ta' mekkaniżmi li jistgħu jiżdiedu, il-kopjatur għandu jikkwalifika skond l-Ispeċifikazzjonijiet għal kopjatur diġitali mtejjeb fit-Tabelli 15 u 16.

Xi stampaturi jistgħu jittejbu f'MFD fil-qasam bl-istallazzjoni ta' mekkaniżmi miżjuda li jippermettu l-ikkupjar (mhux biss ikkupjar ta' konvenjenza ta' folja waħda) iżda wkoll li jippermettu kapaċitajiet ta' ffaxjar. Il-Parteċipanti fil-Programm jistgħu jqisu din is-sistema ta' komponenti li tkun MFD, u tista’ tikkwalifika skond l-Ispeċifikazzjonijiet MFD. Iżda, meta mibjugħ indipendentement, l-istampatur ma jistax jiġi rappreżentat bħala mekkaniżmu konformi ma’ l-Istilla ta' Enerġija sakemm ma jkunx jikkonforma ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet ta' stampatur ta' l-Istilla ta' Enerġija.

2. Veloċità tar-riproduzzjoni ta' l-immaġini: L-immaġini kull minuta (ipm) tkejjel il-veloċità tar-riproduzzjoni ta' l-immaġini speċifikata f'termini ta' ħruġ ta' test b'kulur wieħed kull minuta fir-riżoluzzjoni default ta'l-MFD. Immaġini waħda hija definita bħala paġna stampata ta' daqs 8,5″ × 11″ jew ta' daqs A4 ta' ħruġ ta' test b'kulur wieħed bi spazju wieħed bejn il-linji, tipa punt 12, font Times, marġini ta' 1″ (2,54 cm) fin-naħat kollha tal-paġna. Folji jew kopji stampati fuq iż-żewġ naħat jgħoddu bħala żewġ immaġini allavolja jiġu stampati fuq paġna waħda. Jekk f'data aktar tard l-EPA toħloq proċedura ta' test speċifikament maħsuba biex tkejjel il-veloċità ta' l-istampar, allura l-proċedura tat-test għandha tissoprasjedi l-ispeċifikazzjonijiet tal-veloċità tal-ħruġ elenkati f'din it-taqsima.

Għall-mudelli kollha ta' mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet il-veloċità tal-makna għandha tkun ibbażata jew fuq daqs ta' karta 8,5″ jew 11″ jew daqs A4, skond liema huwa standard fis-suq partikolari. Jekk il-veloċità tal-kopjatur u l-istampatur ikunu differenti, skond liema veloċità tkun l-ogħla għandha tintuża biex tistabbilixxi l-kategorija tal-veloċità li għaliha jappartjeni l-mekkaniżmu.

Għall-mudelli ta' mekkaniżmi għall-format kbir b'diversi funzjonijiet maħsuba primarjament biex jużaw karta A2 jew 17″ × 22″ jew akbar, il-veloċità tar-riproduzzjoni mkejla bħala mmaġini ta' daqs A2 jew A0 kull minuta għandha tiġi kkonvertita f'veloċitajiet ta' riproduzzjoni ta' immaġini ta' daqs A4, kif ġej:

(a) immaġini waħda A2 kull minuta hija ekwivalenti għal erba’ immaġini A4 kull minuta;

(b) immaġini waħda A0 kull minuta hija ekwivalenti għal 16-il immaġini A4 kull minuta.

Il-mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin.

Mekkaniżmi personali b'diversi funzjonijiet: Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità tal-makna għall-produzzjoni ta' immaġini moltipliċi ta' 10 immaġini fil-minuta jew anqas.

Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità baxxa: Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità tal-makna għall-produzzjoni ta' immaġini moltipliċi ta' aktar minn 10 immaġini jew anqas jew ugwali għal 20 immaġini fil-minuta.

Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità medja: Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità tal-makna għall-produzzjoni ta' immaġini moltipliċi ta' aktar minn 20 immaġini jew anqas jew ugwali għal 44 immaġini fil-minuta.

Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità medja/għolja: Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità tal-makna għall-produzzjoni ta' immaġini moltipliċi ta' aktar minn 44 immaġini jew anqas jew ugwali għal 100 immaġini fil-minuta.

Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità għolja [14]: Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità tal-makna għall-produzzjoni ta' immaġini moltipliċi ta' aktar minn 100 immaġini fil-minuta.

3. Unità Bażi: Għall-veloċità partikolari ta' makna, l-unità bażi hija definita bħala l-verżjoni l-aktar bażika ta' mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet li huwa attwalment mibjugħ bħala mudell operazzjonali kollu kemm hu. L-unità bażi tista’ tiġi disinjata u mibgħuta bħala biċċa waħda jew bħala kombinazzjoni ta' komponenti funzjonalment integrati. L-unità bażi għandha tippermetti l-ikkopjar u waħda jew iż-żewġ funzjonijiet prinċipali addizzjonali ta' stampar jew iffaxjar. L-unità bażi ma tinkludix xi aċċessorji esterni li jikkunsmaw l-enerġija li jistgħu jinbiegħu separatament.

4. Aċċessorji: Biċċa apparat addizzjonali li ma hijiex meħtieġa għall-operat standard ta' l-unità bażi iżda li tista’ tiżdied qabel jew wara li tintbagħat sabiex ittejjeb jew tibdel it-twettieq tal-mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet. Eżempji ta' aċċessorji jinkludu: makkinarju li jagħżel, makkinarju ta' tmiegħ ta' karta fi kwantità, apparat għar-raffinar tal-karta, mekkaniżi li jipprovdu provvista kbira ta' karta, organizzaturi tal-karti li joħorġu u key counters. Aċċessorju jista jinbiegħ separatament taħt in-numru tiegħu tal-mudell, jew jinbiegħ bħala unità bażi bħala parti minn pakkett ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji jew konfigurazzjoni. Huwa assunt li ż-żieda ta' xi aċċessorja ma għandhiex iżżid sostanzjalment (aktar minn 10 % għall-aċċessorji kollha) il-konsum ta' enerġija fil-mod ta' enrġija baxx jew ta' rqad ta' l-unità bażi (irrispettivament mill-konsum ta' enerġija ta'l-aċċessorji). Kull aċċessorji ma għandhomx jimpedixxu l-operat normali tal-karatteristiċi tal-mod ta' enerġija baxxa jew ta' rqad.

5. Mudell ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, mudell ta' mekkaniżmu f'funzjonijiet varji huwa definit bħala unità bażi u aċċessorju speċifiku wieħed jew aktar li huma reklamati u mibjugħa lill-konsumaturi taħt numru ta' mudell wieħed. Meta reklamati u mibjugħa lill-konsumaturi mingħajr aċċessorji addizzjonali, unità bażi tista’ titqies ukoll bħala mudell b'funzjonijiet varji.

6. Mod standby: Il-kondizzjoni li teżisti meta l-makna ma tkunx qed tipproduċi ħruġ, tkun laħqet il-kondizzjonijiet ta' operat u tken lesta biex toħroġ kopji stampati, iżda tkun għada ma daħlitx fil-mod ta' enerġija baxxa. Meta l-mekkaniżmu ta' funzjonijiet varji jkun f'dan il-mod, ma jkun hemm virtwalment ebda dewmien qabel ma’ l-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji jkun kapaċi li jibda joħroġ il-kopja li jmiss.

7. Mod ta' enerġija baxxa: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, il-mod b'enerġija baxxa hija l-kondizzjoni li teżisti meta l-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji ma jkunx qed jipproduċi ħruġ ta' kopji u jkun qed jikkonsma anqas enerġija minn meta jkun fil-mod stand-by. Meta l-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji jkun f'dan il-mod jista’ jkun hemm xi dewmien fil-produzzjoni tal-ħruġ ta' kopji. F'dan il-mod ma għandu jkun hemm ebda dewmien fl-aċċettazzjoni ta' informazzjoni minn sorsi ta' dħul tal-fax jew stampar jew skanjar. Il-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji jidħol f'dan il-mod f'perjodu speċifikat ta' żmien wara l-ħruġ ta' l-aħħar kopja jkun x'ikun is-sors ta' dħul. Għall-prodotti li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' l-enerġija ta' mod ta' enerġija baxxa fil-mod stand-by, ebda tnaqqis fl-enerġija ma huwa meħtieġ biex ikun jikkonforma.

8. Mod ta' rqad: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, il-mod ta' rqad huwa l-istat ta' l-anqas enerġija li l-mekkaniżmu ta' funzjonijiet diversi jista’ awtomatikament jidħol fih mingħajr ma attwalment jintefa. B'dan il-mod kemm id-dħul ta' kopji fiżiċi u l-aċċettazzjoni ta' informazzjoni fi stampi minn xi sorsi ta' dħul jistgħu jittardjaw. Il-mekkaniżmu b'funzjonijiet diversi jidħol fil-mod ta' rqad f'perjodu speċifikat ta' żmien wara l-ħruġ ta' l-aħħar kopja stampata jew wara li jkun daħal fil-mod ta' enerġija baxxa jekk dan il-mod ta' enerġija baxxa jkun provdut.

9. Ħinijiet default: Il-perjodu ta' żmien issettjat mill-Parteċipant fil-Programm qabel ma jintbagħat li jistabbilixxi meta l-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji għandu jidħol fil-modi varji (jiġifieri l-mod ta' enerġija baxxa, il-mod ta' rqad, eċċ. Kemm il-ħinijiet default tal-mod ta' rqad u l-ħinijiet default tal-mod ta' enerġija baxxa għandhom jitkejlu miż-żmien meta tkun ħarġet l-aħħar kopja stampata.)

10. Ħin ta' rkupru: L-ammont ta' żmien li huwa meħtieġ biex il-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji jinġieb mill-mod ta' enerġija baxxa għall-mod stand-by.

11. Mod awtomatiku doppju: Il-mod li fih il-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji awtomatikament iqiegħed l-immaġini fuq iż-żewġ naħat ta' karta billi jibgħat awtomatikament kemm il-karta kif ukoll l-oriġinal grafiku minn ġo l-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji. Eżempji ta' dan huma l-ikkupjar fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat, ikkupjar minn żewġ naħat għal żewġ naħat, jew stampar fuq iż-żewġ naħat. Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, mudell ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji jitqies li jkollu mod awtomatiku doppju jekk il-mudell tal-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji jinkludi l-aċċessorji kollha meħtieġa biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' hawn fuq (jiġifieri apparat għat-tmiegħ awtomatiku tad-dokument u aċċessorji għall-kapaċitajiet awtomatiċi ta' kupjar doppju).

12. Tajmer ta' kull gimgħa: Mekkaniżmu intern li jixgħel u jitfi mekkaniżmu b'funzjonijiet varji f’ħinijiet stabbiliti minn qabel ta' kull jum. Meta jkun qed jipprogramma t-tajmer, ix-xerrej għandu jkun jista jiddistingwi bejn jiem tax-xogħol u jiem ta' tmiem-il ġimgħa/vaganzi (jiġifieri t-tajmer ma għandux jixgħel il-kopjatur is-Sibt jew il-Ħadd filgħodu jekk l-impjegati ma jkunux normalment fl-uffiċċju fil-jiem ta' tmiem il-ġimgħa. Ix-xejjer għandu wkoll ikun jista’ jiskonnettja t-tajmer. It-tajmers ta' kull ġimgħa huma karatteristiċi mhux obbligatorji, u għalhekk ma humiex meħtieġa għall-MFDs konformi ma l-Istilla ta' Enerġija. Jekk ikun inkluż f'mudelli ta' mekkaniżmi b'funzjonijiet varji, it-tajmers ta' kull ġimgħa ma għandhomx ifixklu l-funzjoni tal-karatteristiċi tal-mod ta' enerġija baxxa u ta' rqad.

13. Kopjatur diġitali li jista’ jsirlu titjib: Unità kummerċjali ta' immaġini reporgrafika li l-funzjoni unika tagħha hija l-produzzjoni ta' kopji minn kopja grafika oriġinali li tuża teknoloġija diġitali għall-immaġini, iżda li tipprovdi l-għażla li tkun imtejba biex toffri funzjonijiet moltipliċi, bħala kapaċitajiet ta' stampar jew iffaxjar, permezz ta' l-istallazzjoni ta' mekkaniżmi miżjuda. Sabiex ikun klassifikat bħala kopjatur diġitali li jista jittejjeb taħt l-Ispeċifikazzjoni MFD, l-għażliet għat-titjib għandhom ikunu disponibbli fis-suq jew maħsub għad-disponibbiltà tagħhom fi żmien sena wara l-illanċjar ta' l-unità bażi. Kopjaturi diġitali li ma humiex maħsuba għal titjib funzjonali għandhom jikkwalifikaw għal-logo Stilla ta' Enerġija taħt l-Ispeċifikazzjoni tal-kopjatur.

B. Kif prodott jikkwalifika għal-logo ta' l-Istilla ta' Enerġija

1. Speċifikazzjonijiet Tekniċi

Il-Parteċipant fil-Programm Stilla ta' Enerġija jaqbel li jintroduċi mudell wieħed jew aktar ta' mekkaniżmi speċifiċi b'funzjonijiet varji li jikkonformaw ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet murija fit-Tabelli ta' hawn taħt.

(a) Mekkaniżmi b'funzjonijiet diversi ta' daqs standard: Biex jikkwalifika bħala konformi ma’ l-Istilla ta' Enerġija, mudelli ta' mekkaniżmi b'funzjonijiet varji maħsuba biex jimmaniġġjaw primarjament karta ta' daqs ta' 8,5 × 11 jew ta' daqs A4 għandhom jikkonformaw ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet ipprovduti fit-Tabella 14. Il-veloċitajiet kollha tal-mekkaniżmi għandhom jitkejlu fir-rigwrad ta' numru ta' immaġini ta' daqs 8,5″ × 11″ jew ta' daqs A4 li jgaħddu kull minuta, kif deskrit fit-Taqsima VI.A.2, hawn fuq.

Tabella 14

Kriteji għall-mekkaniżmi b'funzjonijiet varji Stilla ta' Enerġija

Veloċità ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji (immaġini kull minuta) | Mod enerġija baxxa (watts) | Ħin ta' rkupru ta' 30 sekond | Mod ta' rqad (watts) | Ħin ta' default fil-mod ta' rqad | Mod awtomatiku ta' kupjar doppju |

0 < ipm ≤ 10 | NA | NA | ≤ 25 | ≤ 15-il min | Nru |

10 < ipm ≤ 20 | NA | NA | ≤ 70 | ≤ 30 min | Nru |

20 < ipm ≤ 44 | 3,85 × ipm + 50 | Iva | ≤ 80 | ≤ 60 min | Mhux obbligatorju |

44 < ipm ≤ 100 | 3,85 × ipm + 50 | Rakkomandat | ≤ 95 | ≤ 90 min | Mhux obbligatorju |

100 < ipm | 3,85 × ipm + 50 | Rakkomandat | ≤ 105 | ≤ 120 min | Mhux obbligatorju |

(b) Mekkaniżmi b'format kbir: Biex jikkwalifikaw bħala konformi ma’ l-Istilla ta' Enerġija, mudelli ta' mekkaniżmi b'funzjonijiet varji ta' format kbir maħsuba biex jimmaniġġaw primarjament karta A2 jew 17 ″× 22″ jew akbar għandhom jikkonformaw ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet ipprovduti fit-Tabella 15. Il-veloċitajiet ta' mekkaniżmu ta' format kbira għandhom jitkejlu fir-rigward tan-numru ta' immaġini ta' daqa A4 li jgħaddu kull minuta, kif deskritt fit-Taqsima IV.A.2, hawn fuq.

Tabella 15

Kriteji għall-mekkaniżmi b'funzjonijiet varji Stilla ta' Enerġija

MEKKANIŻMI B'FORMAT KBIR

Veloċità ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji (immaġini kull minuta) | Mod enerġija baxxa (watts) | Ħin ta' rkupru ta' 30 sekond | Mod ta' rqad (watts) | Ħin ta' default fil-mod ta' rqad | Mod awtomatiku ta' kupjar doppju |

0 < ipm ≤ 40 | NA | NA | ≤ 70 | ≤ 30 min | Nru |

40 < ipm | 4,85 x ipm + 50 | Rakkomandat | ≤ 105 | ≤ 90 min | Nru |

(ċ) Kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu: Biex jikkwalifikaw bħala konformi ma’ l-Istilla ta' Enerġija taħt l-Ispeċifikazzjoni għall-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji, kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu maħsuba biex jimmaniġġaw primarjament daqs ta' karta 8,5″ × 11″ jew ta' daqs A-4 għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet ipprovduti fit-Tabella 16. Il-veloċitajiet kollha tal-mekkaniżmu għandhom jitkejlu fir-rigward tan-numru ta' immaġini ta' daqs 8,5″ × 11″ jew ta' daqs A-4 li jgħaddu kull minuta, kif deskritt fit-Taqsima IV.A.2, hawn fuq.

Tabella 16

Kriteji għall-mekkaniżmi b'funzjonijiet varji Stilla ta' Enerġija

KOPJATURI DIĠITALI LI JISTGĦU JITTEJBU

Veloċità ta' kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu (immaġini kull minuta) | Mod enerġija baxxa (watts) | Ħin ta' rkupru ta' 30 sekond | Mod ta' rqad [15] (watts) | Ħin ta' default fil-mod ta' rqad |

0 < ipm ≤ 10 | NA | NA | ≤ 5 | ≤ 15-il min |

10 < ipm ≤ 20 | NA | NA | ≤ 5 | ≤ 30 min |

20 < ipm ≤ 44 | 3,85 × ipm + 5 | Iva | ≤ 15 | ≤ 60 min |

44 < ipm ≤ 100 | 3,85 × ipm + 5 | Rakkomandat | ≤ 20 | ≤ 90 min |

100 < ipm | 3,85 × ipm + 5 | Rakkomandat | ≤ 20 | ≤ 120 min |

Innota li l-kriterji għall-kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu huma identiċi għal dawk ta' l-Ispeċifikazzjoni tal-kopjatur, Grad 2.

(d) Kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu b'format kbir: Biex jikkwalifikaw bħala konformi ma’ l-Istilla ta' Enerġija taħt l-Ispeċifikazzjoni għall-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji, kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu maħsuba biex jimmaniġġaw primarjament daqs ta' karta A2 or 17″ × 22″ għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet ipprovduti fit-Tabella 17. Il-veloċitajiet kollha tal-mekkaniżmu għandhom jitkejlu fir-rigward tan-numru ta' immaġini ta' daqs 8,5″ × 11″ jew ta' daqs A-4 li jgħaddu kull minuta, kif deskritt fit-Taqsima IV.A.2, hawn fuq.

Tabella 17

Kriteji għall-mekkaniżmi b'funzjonijiet varji Stilla ta' Enerġija

KOPJATURI DIĠITALI LI JISTGĦU JITTEJBU B'FORMAT KBIR

Veloċità ta' kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu (immaġini kull minuta) | Mod enerġija baxxa (watts) | Ħin ta' rkupru ta' 30 sekond | Mod ta' rqad (watts) | Ħin ta' default fil-mod ta' rqad |

0 < ipm ≤ 40 | NA | NA | ≤ 65 | ≤ 30 min |

40 < ipm | 4,85 × ipm + 45 | NA | ≤ 100 | ≤ 90 min |

2. Ħtiġiet addizzjonali

B'żieda mal-ħtiġiet murija fit-Tabella 14 sa 17, il-ħtiġiet addizzjonali li ġejjin għandhom ukoll jitħarsu.

(a) Ħin default għall-mod ta' enerġija baxxa: Għal MFDs u kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu, il-Parteċipant fil-Programm għandu jibgħat mudelli ta' mekkaniżmi b'funzjonijiet varji bil-ħin default għall-mod f'enerġija baxxa issettjat bħala ta' 15-il minuta. Il-Parteċipant fil-Programm għandu jissettja l-ġinijiet default għall-mod ta' rqad fil-livelli speċifikati fit-Tabelli 14 sa 17. Il-ħinijiet default għall-mod f'enerġija baxxa u l-mod ta' rqad għandhom jitkejlu mill-ħin li tkun ħarġet l-aħħar kopja jew li fih kienet stampata l-aħħar paġna.

(b) Ħin ta' rkupru mill-mod ta' enerġija baxxa: Il-ħin attwali ta' rkupru mill-mod ta' enerġija baxxa għandu jitqiegħed fil-letteratura tal-prodott għal dawk il-prodotti li għandhom mod ta' enerġija baxxa.

(ċ) Tajmers ta' kull ġimgħa: Innota li tajmers ta' kull ġimgħa jistgħu jiġu nkorporati, iżda ma għandhomx jolqtu ħażin jew ifixklu l-operat normali tal-modi ta' enerġija baxxa jew ta' rqad. Hija l-intenzjoni ta' l-EPA li kull karatteristiċi miżjuda li jikkumplimentaw il-modi ta' enerġija baxxa ma għandhomx jinnewtralizzaw dawk l-effetti.

(d) Karatteristiċi ta' kupjar doppju: L-ikkupjar doppju mhux meħtieġ li jkollu ssettjar ta' default għall-mekkaniżmi b'funzjonijiet varji. Iżda, huwa meħtieġ li dan ikun offrut għall-mekkaniżmi b'funzjonijiet varji ta' daqs standard b'veloċità ta' aktar minn 20 ipm. B'żieda, huwa rakkomandat li l-mekkaniżmi b'funzjonijiet varji jintbagħtu b'kupjar doppju awtomatiku ssettjat b'mod default għall-ikkupjar u kull funzjonijiet oħra possibbli u deskritti lix-xerreja waqt l-istallazzjoni.

3. Eċċezzjonijiet u kjarifiki: Wara li jintbagħat, il-Parteċipant fil-Programm jew ir-rappresentant nominat tiegħu tas-servizz ma għandux jibdelil-mudell tal-mekkaniżmu b'dak il-mod li jeffettwa l-abbiltà tal-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji li jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija hawn fuq. Ċerti eċċezzjonijiet huma permessi fil-bdil tal-ħinijiet default u l-mod ta' kkupjar doppju. Dawn l-eċċezzjonijiet huma kif ġej:

(a) Ħinijiet ta' default: Wara li jintbagħat, il-Parteċipant fil-Programm, ir-rappreżentant maħtur fis-servizz jew ix-xerrej jistgħu jibdlu l-ħinijiet default għal kull waħda mil-karatteristiċi ta' mod ta' enerġija baxxa jew ta' rqad, iżda biss sa massimu ssettjat mill-fabbrika ta' 240 minuta (jiġifieri l-ħin kombinat totali tal-ħinijiet default ma għandux jeċċedi l-240 minuta).

(b) Mekkaniżmi għal kontra l-umdità: F'xi każi l-Parteċipant fil-Programm jista’ jeħtieġ li jibgħat mudell ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji bil-mekkaniżmu kontra l-umdità mhux konness sabiex iħares il-ħtiġiet ta'l-enerġija fil-mod ta' rqad. Jekk din is-sitwazzjoni twassal għal inkonvenjent ta' ċertu daqs għal xi xerrej speċifiku, il-Parteċipant fil-Programm (jew ir-rappreżentant maħtur tas-servizz) jista’ jqabbad il-mekkaniżmu ta' kontra l-umdità. Jekk il-Parteċipant fil-Programm jistabbilixxi li f'ċerta żona ġeografika jkun hemm problemi kroniċi ta' effiċjenza assoċjati ma’ livelli għolja ta' umdità, il-Parteċipant fil-Programm jista’ jikkuntattja lill-maniġer tal-programm EPA [16] (kif insemmi fid-Dokument A meħmuż) u jiddiskuti soluzzjonijiet alternattivi. Per eżempju, l-EPA jista’ jippermetti lill-Parteċipant fil-Programm li jikkonnettja l-mekkaniżmi għal kontra l-umdità f'mudelli ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji li jintbagħtu lejn żona ġeografika umda ħafna.

(ċ) Skonnettjar tal-mod ta' rqad: Jekk f'każ individwali fejn il-mod ta' rqad ikun qed joħloq lill-klijent inkonvenjent pjuttost kbir minħabba l-mod ta' użu partikolari tiegħu/tagħha, il-Parteċipant fil-Programm, ir-rappreżentant tas-servizz nominat jew il-klijent jistgħu jneħħu l-karatteristika tal-mod ta' rqad. Jekk il-Parteċipant fil-Programm jagħżel li jiddisinja mudelli ta' mekkaniżmi b'funzjonijiet varji biex jippermetti lix-xerrej li jiskonnettja l-karatteristika tal-mod ta' raqd, allura l-għażla ta' l-iskonnettjar għandha tiġi aċċessata b'mod differenti mill-issettjar tal-ħin (per eżempju, jekk menu tas-software jipprovdi ħinijiet ta' dewmien tal-mod ta' rqad ta' 15, 30, 60, 90, 120, u 240 minuta allura "skonnettja" jew "itfi" ma għandhomx ikunu għażla f'dan il-menu. Hija għandha tkun għażla moħbija (jew anqas ovvja) jew inkluża f'menu differenti).

VII. LINJI GWIDA TAT-TEST GĦAL TAGĦMIR TA' L-UFFIĊĊJU TA' L-ISTILLA TA' ENERĠIJA

1. Kondizzjonijiet tat-test: Imniżżla hawn taħt hemm il-kondizzjonijiet ambjentali tat-test li għandhom jiġu stabbiliti meta jitwettaq il-kejl ta' l-enerġija. Dawn huma meħtieġa biex jiġi assigurat li fatturi barranin ma jeffettwawx ir-riżultati tat-test, u li r-riżultati tat-test ikun jistgħu jiġu riprodotti aktar tard.

(a) Kompjuters, monitors, stampaturi/makni tal-fax u skaners

Impedenza tal-linja: < 0,25 ohm

Tgħawwiġ armoniku totali: < 5 %

(Vultaġġ)

Vultaġġ tad-dħul AC [17] 115 VAC RMS ± 5 V RMS

Frekwenza tad-dħul AC [18]: 60 Hz ± 3 Hz

Temperatura ambjentali: 25 °C ± 3 °C

(b) kopjaturi u mekkaniżmi b'funzjonijiet varji

Impedenza tal-linja: < 25 ohm

Tgħawwiġ armoniku totali: < 3 %

(Vultaġġ)

Temperatura ambjentali: 21 °C ± 3 °C

Umdità relattiva: 40-60 %

Distanza mill-ħajt: 2 ft min.

Kriterji oħra speċifiċi għas-suq:

Suq | Daqs tal-karta | Vultaġġ/frekwenza |

Stati Uniti | 8,5’’ x 11’’ | 115 V RMS – 5 V 60 Hz – 3 Hz |

Ewropa | A4 | 230 V RMS – 10 V 50 Hz – 3 Hz |

Ġappun | A4 | 100 V RMS – 5 V 50 Hz – 3 Hz and 60 Hz – 3 Hz 200 V RMS – 10 V 50 Hz – 3 Hz and 60 Hz – 3 Hz |

2. Tagħmir ta' l-Ittestjar: Il-mira hija li jitkejjel eżattament il-konsum veru ta' enerġija [19] tal-mekkaniżmu jew monitor. Dan iqanqal il-ħtieġa ta'l-użu ta' watt-meter veru RMS. Hemm ħafna watt-meters mnejn wieħed jagħżel, iżda l-manifatturi huma meħtieġa li jużaw attenzjoni fl-għażla tal-mudell xieraq. Il-fatturi li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati meta wieħed jixtri meter u jarmah għat-test attwali.

Fattur crest

Verżjoni ta' qabel tal-proċedura ta' l-ittestjar ta' l-Istilla ta' Enerġija kienet tinkludi l-ħtieġa li l-manifatturi jutilizzaw watt-meter b'fattur crest akbar minn 8. Kif ġibdu l-attenzjoni diversi Parteċipanti fil-Programm, dan ma kienx utli jew ħtieġa relevanti. Il-paragrafi li ġejjin huma maħsuba biex jiddiskutu l-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fattur crest u biex jiċċaraw l-intenzjoni tad-dikjarazzjoni inizjalment inkorretta. Sfortunatament, sabiex jiġi rimedjat l-iżball, il-programm Stilla ta' Enerġija ma jistax jipprovdi l-ħtieġa ta' apparat speċifiku. L-ittestjar huwa arti daqs kemm huwa xjenza, u l-manifatturi u dawk li jittestjaw għandhom jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom u jużaw nies li huma kapaċi sew fil-kwistjonijiet ta' l-ittestjar, biex jagħżlu l-meter adattat.

+++++ TIFF +++++

Figura 1

L-ewwelnett, huwa importanti li wieħed jifhem li l-mekkaniżmi li fihom provvista ta' enerġija bis-swiċċ jiġbdu l-kurrent f'forma ta' mewġa differenti minn kurrent tipiku sinusojdali [20]. Il-Figura 1 turi l-forma ta' mewġa tipika tal-kurrent għal mekkaniżmu elettroniku tipiku li jaħdem bis-swiċċ. waqt li kważi kull watt-meter jista’ jkejjel forma ta' mewġa standard ta' kurrent, huwa aktar diffiċili li tagħżel watt-meter kurrent f'forom ta' mewġ irregolari jkun involut.

Huwa kritiku li l-watt-meter magħżul ikun kapaċi li jaqra kurrent miġbud minn mekkaniżmu mingħajr ma joħloq tgħawwiġ intern fil-quċċata (jiġifieri jaqta’ l-quċċata tal-mewġa tal-kurrent. Dan jeħtieġ reviżjoni tal-fattur crest tal-meter [21], u l-firxiet ta' kurrent disponibbli fuq il-meter. Meters aħjar ikollhom fatturi crest għola u aktar għażliet ta' firxiet tal-kurrent.

Meta tipprepara t-test, l-ewwel pass huwa li tistabbilixxi l-quċċata tal-kurrent (amps) assoċjat mal-mekkaniżmu li jkun qed jitkejjel. Dan jista’ jitwettaq bl-użu ta' ossilloskopju. Imbagħad għandha tingħażel firxa ta' kurrent li tippermetti lill-meter jirreġistra l-quċċata tal-kurrent. Speċifikament il-valur sħiħ ta' l-iskala tal-firxa tal-kurrent magħżula moltiplikata bil-fattur crest tal-meter (għall-kurrent) għandu jkun għola mill-qari tal-quċċata tal-kurrent mill-ossilloskopju. Per eżempju, jekk il-watt-meter ikollu fattur crest ta' 4, u l-firxa tal-kurrent tiġi ssettjata fi 3 amps, il-meter jista jirreġistra spikes sa 12-il amp. Jekk il-quċċata mkejla tal-kurrent tkun biss 6 amps, il-meter għandu jkun sodisfaċenti. It-tħassib l-ieħor li wieħed għandu jkun konxju minnu huwa li jekk il-firxa tal-kurrent tiġi ssettjata għolja wisq sabiex tirreġistra quċċata tal-kurrent, hija tista’ titlef l-eżattezza fil-kejl tal-kurrent mhux fil-quċċata. Għalhekk, huwa meħtieġ xi bilanċjar delikat. Għal darba oħra, b'aktar għażliet ta'firxa ta' kurrent u fatturi crest għola jkollok riżultati aħjar.

Reazzjoni għall-frekwenza

Kwistjoni oħra li għandek tikkosidra meta tagħżel watt-meter hija rata tar-reazzjoni għall-frekwenza tal-meter. Apparat elettroniku li fih provvisti ta' enerġija bis-swiċċ joħloq armonika (armonika bil-fart tipikament sal-21). Din l-armonika għandu jingħata kont tagħha fil-kejl ta' l-enerġija nkella l-konsum ta' watts ma jkunx eżatt. Għalhekk, il-programm Stilla ta' Enerġija jirrakkomanda lill-manifatturi jixtru watt-meters li għandhom reazzjoni għall-frekwenza ta' l-anqas ta' 3 kHz. Dan jagħti kont għall-armonika sal-50 u huwa rakkomandat mill-IEC 555.

Riżoluzzjoni

Probabbilment il-manifatturi jkunu jridu meter li jista’ jipprovdi riżoluzzjoni ta' 0,1 W.

Eżattezza

Fattur ieħor li wieħed għandu jikkonsidra huwa l-eżattezza li tirriżulta li inti tkun kapaċi tikseb. Il-katalogi u l-folji ta' speċifikazzjoni għall-watt-meters tipikament jipprovdu informazzjoni dwar l-eżattezza tal-qari ta' l-enerġija li tista’ tinkiseb f'firxiet differenti ta' ssettjar. Jekk tkun qed tkejjel prodott li huwa viċin ħafna għall-konsum massimu ta' enerġija għall-mod li jkun qed jiġi ttestjat, ikollok bżonn li tistabbilixxi test li jipprovdi eżattezza akbar.

Kalibrazzjoni

Il-watt-meters għandhom ikunu kalibrati kull sena biex iżommu l-eżattezza tagħhom.

3. Metodu tat-test: Il-manifatturi għandhom ikejlu l-konsum medju ta' enerġija tal-mekkaniżmi meta jkunu fil-modi mitfija jew ta' enerġija baxxa. Dan għandu jsir billi jitkejjel il-konsum ta' enerġija matul perjodu ta' siegħa. Il-konsum ta' enerġija li jirriżulta jista’ jiġi diviż b'siegħa biex tiġi kkalkolata l-medja ta' watts.

Kejl ta' l-enerġija għall-modi ta' ffrankar ta' enerġija: Dan it-test għandu jitwettaq għal kull wieħed mill-modi ta' ffrankar ta' enerġija (per eżempju, enerġija baxxa, mitfi, stand-by, rqad) applikabbli għal mekkaniżmu partikolari għall-kwalifikazzjoni Stilla ta' Enerġija. Qabel ma jibda dan it-test, il-makna għandha tkun ġiet ipplaggjata f'linja ħajja ta' enerġija iżda mitfija u stabbilizzata f'kondizzjonijiet ambjentali tal-kamra għal ta' l-anqas 12-il siegħa. Watt-meter adattat għandu jkun f'linja mal-makna, lest biex jagħti indikazzjoni eżatta tal-konsum ta' enerġija tal-makna mingħajr tfixkil tas-sors ta' enerġija. Dan il-kejl jista’ jsir sekwenzjalment mal-kejl ta' enerġija fil-mod mitfi; iż-żewġ testijiet flimkien ma għandhomx jieħdu aktar minn 14-il siegħa biex jitwettqu, inkluż il-ħin meħtieġ għall-makna biex tiġi pplaggjata u mitfija.

Tixgħel il-mekkaniżmu, u ħallieh għaddej miċ-ċiklu biex jisħon. Wara li l-ħin default tal-mod ta' ffrankar ta' enerġija jkun għadda, aqra u rrekordja l-indikazzjoni tal-meter tal-watts fis-siegħa u l-ħin (jew ibda l-istop watch jew it-tajmer). Wara siegħa, erġa’ aqra u rrekordja l-indikazzjoni ta' watts fis-siegħa. Id-differenza bejn iż-żewġ qari tal-meter ta' watts fis-siegħa hija l-użu ta' enerġija tal-mod f'enerġija baxxa; iddividi b'siegħa biex tikseb il-medja tar-rata ta' l-enerġija.

[1] Ir-rata massima kontinwa ta’ ħruġ ta’ enerġija ta’ provvista ta’ enerġija hija l-valur definit mill-manifattur tal-provvista ta’ enerġija fl-istruzzjonijiet ta’ tħaddim ipprovduti mal-prodott.

[2] Ir-rata massima kontinwa ta' konsum tal-provvista ta' enerġija hija l-valur definit mill-manifattur tal-provvista ta' l-enerġija fl-istruzzjonijiet tat-tħaddim provduti mal-prodott.

[3] Innota li ġaladarba unità bażi ta' stampatur tiġi mtejba għal MFD (per eżempju tiżdied unità ta' kopjatur) allura l-prodott ġenerali għandu jikkwalifika skond l-Ispeċifikazzjoni MFD ta' Stilla ta' Enerġija sabiex il-prodott jibqa’ konformi ma’ l-Istilla ta' Enerġija.

[4] Inkluża elettrofotografija b'kulur wieħed, trasferiment termali b'kulur wieħed u kulur wieħed u ink jet bil-kulur.

[5] Għal stampaturi li jużaw kompjuter funzjonalment integrat, sew jekk ikun jinsab fil-kaxxa ta' l-istampatur jew barra, il-konsum ta' l-enerġija tal-kompjuter ma għandux għalfejn jiġi inkluż meta jiġi stabbilit il-valur tal-mod ta' rqad ta' l-unità ta' l-istampatur. Iżda, l-integrazzjoni tal-kompjuter ma għandhiex tfixkel l-abbiltà ta' l-istampatur li jidħol jew joħroġ fl-istat tiegħu tal-mod ta' rqad. Din id-disposizzjoni hija bil-kondizzjoni li l-manifattur jaqbel li jipprovdi lix-xerrejja potenzali b'letteratura tal-prodott li tiddikjara b'mod ċar li l-enerġija kkunsmata mill-kompjuter integrat hija b'żieda ma’ l-enerġija kkunsmata mill-unità, speċjalment meta l-unità ta' l-istampatur tkun fil-mod ta' rqad.

[6] Għall-Grad I, konċessjoni ta' darba ta' 5 watts hija permessa għal dawk il-prodotti li jintbagħtu bin-network lest (jiġifieri bil-funzjonalità tan-network inkluża.barra l-kaxxa.). Għal dawk il-prodotti mibgħuta bin-network mhux lest, il-konċessjoni addizzjonali ta' darba ta' 5 watts ma tgħoddx.

[7] Għal stampaturi li jużaw kompjuter b'funzjonalità integrata, sew jekk tkun tinsab fil-kaxxa tiegħu jew barra l-konsum ta' enerġija tal-kompjuter ma għandux għafejn ikun inkluż meta jiġi stabbilit il-valur tal-mod ta' rqad ta' l-unità ta' l-istampatur. Iżda, l-integrazzjoni tal-kompjuter ma għandhiex tfixkel l-abbiltà ta' l-istampatur li jidħol jew joħroġ fl-istat tiegħu tal-mod ta' rqad. Din id-disposizzjoni hija kondizzjonati billi l-manifattur jaqbel li jipprovdi lix-xerrejja potenzali b'letteratura tal-prodott li tiddikjara b'mod ċar li l-enerġija kkunsmata mill-kompjuter integrat hija b'żieda ma’ l-enerġija kkunsmata mill-unità ta' l-istampatur, speċjalment meta l-unità ta'l-istampatur tkun fil-mod ta' rqad.

[8] Inkluża elettrofotografija bil-kulur u trasferiment termali bil-kulur.

[9] Għal stampaturi li jużaw kompjuter funzjonalment integrat, sew jekk ikun jinsab fil-kaxxa ta' l-istampatur jew barra, il-konsum ta' l-enerġija tal-kompjuter ma għandux għalfejn jiġi inkluż meta jiġi stabbilit il-valur tal-mod ta' rqad ta' l-unità ta' l-istampatur. Iżda, l-integrazzjoni tal-kompjuter ma għandhiex tfixkel l-abbiltà ta' l-istampatur li jidħol jew joħroġ fl-istat tiegħu tal-mod ta' rqad. Din id-disposizzjoni hija bil-kondizzjoni li l-istampatur jaqbel li jipprovdi lix-xerrejja potenzali b'letteratura tal-prodott li tiddikjara b'mod ċar li l-enerġija kkunsmata mill-kompjuter integrat hija b'żieda ma’ l-enerġija kkunsmata mill-unità ta' l-istampatur, speċjalment meta l-istampatur ikun fil-mod ta' rqad.

[10] Għall-Grad I, konċessjoni ta' darba ta' 5 watts hija permessa għal dawk il-prodotti li jintbagħtu bin-network lest (jiġifieri bil-funzjonalità tan-network inkluża barra l-kaxxa.). Għal dawk il-prodotti mibgħuta bin-network mhux lest, il-konċessjoni addizzjonali ta' darba ta' 5 watts ma tgħoddx.

[11] Inkluża elettrofotografija b'kulur wieħed, trasferiment termali b'kulur wieħed u kulur wieħed u ink jet bil-kulur.

[12] Inkluża elettrofotografija bil-kulur u trasferiment termali bil-kulur.

[13] It-Taqsima B.1 ta' din l-Ispeċifikazzjoni fiha l-miri ta' konsum massimu ta' enerġija fil-mod mitfi. Huwa mistenni li l-parti l-kbira tal-kumpaniji li jikkonformaw ma’ dawn il-miri ta' konsum ta' enerġija fil-mod mitfi billi jinkorporaw karatteristika ta' tifi awtomatiku fil-kopjatur. Iżda, huwa possibbli u permissibbli taħt din l-Ispeċifikazzjoni għall-manifattur li jutilizza mod ta' enerġija baxxa, pjuttost milli karatteristika ta' tifi awtormatiku jekk il-konsum ta' enerġija tal-mod enerġija baxxa jkun ugwali jew anqas mill-miri tal-konsum ta' enerġija tal-mod mitfi li jinsabu f'din l-Ispeċifikazzjoni. (Ara l-Linji Gwida tat-test għal aktar informazzjoni dwar din il-kwistjoni).

[14] Għal mekkaniżmu b'funzjonijiet varji, fejn il-metodu ta' hawn fuq jagħti riżultat mhux eżatt (għaliex il-mekkaniżmu ma jkunx issaħħan għal kollox wara l-ewwel ċiklu ta' tisħin miżjud bi 15-il minuta ħin stand-by), il-proċedura li ġejja (b'konformità ma’ l-istandard ASTM F757-94) tista’ tintuża:Tixgħel l-MFD u ħalli l-makna tisħon u tistabbilizza fil-mod lest (= mod stand-by) għal sagħtejn. Matul l-ewwel 105 minuti, tħallix lill-MFD li jidħol fil-mod ta' enerġija baxxa (per eżempju billi tagħmel kopja kull 14-il minuta matul dan il-perjodu). Għamel l-aħħar kopja fil-105 minuta wara li l-MFD jkun inxtegħel. Imbagħad stenna eżattament 15-il minuta. Wara li jkunu għaddew 15-il minuta, aqra u rrekordja l-indikazzjoni tal-meter ta' watts fis-siegħa u l-ħin (jew ibda l-istopwatch jew il-ħin). Wara siegħa erġa’ aqra u rrekordja l-indikazzjoni ta' watts fis-siegħa. Id-differenza bejn iż-żewġ qari tal-meter ta' watts fis-siegħa hija l-użu ta' enerġija fil-mod ta' enerġija baxxa; iddividi b'siegħa biex tikseb ir-rata medja ta' enerġija.

[15] Għal MEDs li jikkonsistu f'unitajiet integrati funzjonalment, iżda li huma fiżikament separati li jikkonsitu fi stampatur separat, skan, komponenti tal-kompjuter, il-watts fil-mod ta' rqad għas-sistema totali jistgħu jiżdiedu b'ammont ugwali għall-watts permissi għall-mod ta' rqad għal kompjuter Stilla ta' Enerġija.

[16] Għall-prodotti rreġistrati mal-Kummissjoni Ewropea, il-Parteċipanti fil-Programm jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni Ewropea.

[17] Jekk il-prodotti għandhom jinbiegħu fl-Ewropa jew l-Asja, l-ittestjar għandu jitwettaq ukoll fil-vultaġġ u l-frekwenza xierqa tar-rata tal-makna. Per eżempju, prodotti maħsuba għal swieq Ewropej jistgħu jiġu ttestjati f'230 V u 50 Hz. Il-logo ma għandux jintwera fuq prodotti mibgħuta lejn l-Ewropa jew l-Asja jekk l-apparat ma jkunx jikkonforma mal-ħtiġiet ta' enerġija tal-Programm fil-kondizzjonijiet ta' vultaġġ u frekwenza lokali.

[18] Jekk il-prodotti għandhom jinbiegħu fl-Ewropa jew l-Asja, l-ittestjar għandu jitwettaq ukoll fil-vultaġġ u l-frekwenza xierqa tar-rata tal-makna. Per eżempju, prodotti maħsuba għal swieq Ewropej jistgħu jiġu ttestjati f'230 V u 50 Hz. Il-logo ma għandux jintwera fuq prodotti mibgħuta lejn l-Ewropa jew l-Asja jekk l-apparat ma jkunx jikkonforma mal-ħtiġiet ta' enerġija tal-Programm fil-kondizzjonijiet ta' vultaġġ u frekwenza lokali.

[19] Enerġija reali hija definita bħala (volts) × (amps) × (fattur ta' enerġija) u hija tipikament irrapportata bħala watts. Enerġija apparenti hija definita bħala (volts) × (amps) u hija normalment espressa f'termini ta' VA jew volt-amps. Il-fattur ta' enerġija għal apparat bi provvisti ta' enerġija li tinxtegħel huwa dejjem anqas minn 1,0, għalhekk l-enerġija reali hija dejjem anqas mill-enerġija apparenti.

[20] Il-fattur crest għal forma ta' mewġa ta' kurrent sinusojdali ta' 60 Hz huwa dejjem 1,4. Il-fattur crest għall-forma ta' mewġa ta' kurrent assoċjat ma’ PC jew monitor li jkun fih provvista ta' enerġija li tinxtegħel ikun dejjem aktar minn 1,4 (għalkemm tipikament mhux għola minn 8). Il-fattur crest tal-forma ta' mewġa ta' kurrent huwa definit bħala l-proporzjon tal-quċċata tal-kurrent (amps) għall-kurrent RMS (amps).

[21] Il-fattur crest ta' watt-meter huwa ta' spiss ipprovdut kemm għall-kurrent kif ukoll għall-vultaġġ. Għall-kurrent huwa l-proporzjon tal-quċċata tal-kurrent għall-kurrent RMS f'firxa speċifika ta' kurrent. Meta jingħata biss fattur crest wieħed, dan huwa normalment għall-kurrent. Il-medja tal-watt-meter erali RMS għandu fattur crest fil-firxa ta' 2:1 sa 6:1.

--------------------------------------------------

Skambju ta' Noti diplomatiċi

Nota Nru 1

Nota Diplomatika mill-KE għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

Eċċellenza,

Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim bejn il-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar dwar il-kordinazzjoni ta' Programmi ta' Ittikkettjar ta' Effiċjenza ta' Enerġija għal Apparat ta' l-Uffiċċju (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim"), magħmul f'Washington DC fid-19 ta' Diċembru 2000.

B'żieda għandi l-unur li nirrekordja l-ftehim li għandu x’jaqsam ma’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

1. Biex jiġi massimizzat l-impatt tal-programmi individwali tagħhom ta' l-effiċjenza fl-enerġija ta' apparat ta' l-uffiċċju, il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandhom jużaw sett wieħed ta' speċifikazzjonijiet ta' effiċjenza ta' enerġija u Logo Komuni, skond l-Anness A li jinsab mal-Ftehim.

2. Il-Komunità Ewropea għandha l-ħsieb li tuża l-Logo Komuni definit fil-Ftehim bħala tikketta mal-Komunità kollha biex jiġi identifikat apparat ta' l-uffiċċju effiċjenti fl-enerġija. L-Istati Membri tal-Komunità Ewropea jistgħu jintroduċu jew ikomplu jużaw programmi oħra ta' tikkettjar għal apparat ta' l-uffiċċju effiċjenti fl-enerġija, ukoll jekk jintużaw mal-Komunità kollha.

3. Il-Komunità Ewropea tifhem li, sabiex tevita kull konflitt potenzali assoċjat mar-reġistrazzjoni tal-marki Stilla ta' Enerġija fl-Istati Membri individwali tal-Komunità, l-Aġenzija dwar Protezzjoni Ambjentali tal-US diġà ffajlat applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-marki Stilla ta' Enerġija bħala marki tal-kummerċ tal-Komunità ma’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fil-Komunità Ewropea.

4. Il-Komunità Ewropea tifhem ukoll li l-użu xieraq tal-Logo Komuni jkun ikkontrollat b'mod differenti minn kull wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. L-Aġenzija dwar Protezzjoni Ambjentali ta' l-US (US EPA) hija l-proprjetarja tal-marki Stilla ta' Enerġija u tikkontrolla l-użu tal-marki billi tidħol f'Memorandum ta' Ftehim ma’ kull Parteċipant fil-Programm li tirreġistra. Il-Komunità Ewropea għandha l-ħsieb li timplimenta u tikkontrolla l-użu xieraq tal-marki Stilla ta' Enerġija fl-Istati Membri tal-Komunità skond il-leġislazzjoni speċifika li għandha tistipula l-kondizzjonijiet għall-użu xieraq tal-logo internazzjonali Stilla ta' Enerġija.

5. Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tinforma lill-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika li l-applikazzjonijiet tagħha għar-reġistrazzjoni tal-marki Stilla ta' Enerġija fl-Istati Membri individwali tal-Komunità jistgħu jiltaqgħu ma’ xi oġġezzjonijiet malli l-imsemmija leġislazzjoni tiġi ppromulgata.

6. Il-Kummissjoni Ewropea b'dan tifhem li l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandu jkompli l-programm ta' tikkettjar domestiku tiegħu Stilla ta' Enerġija u għandu jkompli jirreġistra Parteċipanti fil-Programm fir-rigward ta' tipi ta' prodotti b'żieda ma’ dawk identifikati fl-Anness Ċ li jinsab ma’ dan il-Ftehim.

7. Il-Kummissjoni b'dan tifhem li ebda ħaġa f'dan il-Ftehim ma għandha tiftiehem li tfisser li xi waħda mill-Partijiet tista’ tfixkel l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ jew id-distribuzzjoni ta' xi prodott minħabba li jkun iġorr jew ma jġorrx il-marki ta' l-effiċjenza fl-enerġija ta' Entità Amministrattiva tal-Parti l-oħra.

8. Il-Kummissjoni Ewropea b'dan tinforma li l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika li l-Parlament Ewropew, li għandu jkun il-ko-leġislatur għal inizjattivi simili fil-livell Ewropew, għandu jiġi konsultat mill-Kummissjoni Ewropea dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Għandi l-unur li nitlob li l-Eċċellenza Tiegħu jipprovdi konferma bil-miktub li l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika jaqbel mad-diversi ftehim imsemmija hawn fuq.

Aċċetta, Eċċellenza, it-tiġdid ta' l-assgurazzjonijiet ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

(Firma xierqa)

Nota Nru 2

Nota Diplomatika mill-USA lill-KE

Eċċellenza,

Għandi l-unur nikkonferma li rċevejt in-Nota Nru 1 ta'l-Eċċellenza tiegħek, datata 19 ta' Diċembru 2000, dwar id-diversi ftehim li jirrelataw ma’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-Kordinazzjoni ta' Programmi ta' Tikkettjar Effiċjenti fl-Enerġija għall-Apparat ta' l-Uffiċċju (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "li-Ftehim"), magħmul f'Washington DC fid-19 ta' Diċembru 2000.

B'żieda għandi l-unur li ninforma lill-Komunità Ewropea li l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika jaqsam miegħek id-diversi ftehim li jinsabu fin-nota ta' l-Eċċellenza, tiegħek kif ġej:

"1. Biex jiġi massimizzat l-impatt tal-programmi individwali tagħhom għall-effiċjenza fl-enerġija ta' apparat ta' l-uffiċċju, il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandhom jużaw sett wieħed ta' speċifikazzjonijiet għall-effiċjenza fl-enerġija u Logo Komuni skond l-Anness A li jinsab mal-Ftehim.

2. Il-Komunità Ewropea għandha l-intenzjoni li t'uża l-Logo Komuni definit fil-Ftehim bħala logo komuni għall-Komunità kollha biex tidentifika apparat ta' l-uffiċċju b'enerġija effiċjenti. L-Istati Membri tal-Komunità Ewropea jistgħu jintroduċu jew ikomplu jużaw programmi oħra ta' tikkettjar għall-apparat ta' l-uffiċċju effiċjenti fl-enerġija, ukoll jekk jintużaw mal-Komunità kollha.

3. Il-Komunità Ewropea tifhem li, sabiex jiġi evitat kull konflitt potenzali assoċjat mar-reġistrazzjoni tal-marki Stilla ta' Enerġija fl-Istati Membri individwali tal-Komunità, l-Aġenzija tal-Protezzjoni Ambjentali ta' l-US diġà ffaljat applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-marki Stilla ta' Enerġija bħala marki tal-kummerċ tal-Komunità ma’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fil-Komunità Ewropea.

4. Il-Komunità Ewropea tifhem ukoll li l-użu xieraq tal-Logo Komuni għandu jkun ikkontrollat b'mod differenti minn kull wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. L-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali ta' l-US (US EPA) hija l-proprjetarja tal-marki Stilla ta' Enerġija u tikkontrolla l-użu tal-marki billi tidħol f'Memorandum ta' Ftehim ma’ kull wieħed mill-Parteċipanti fil-Programm li tirreġistra. Il-Komunità Ewropea għandha l-ħsieb li timplimenta u tikkontrolla l-użu xieraq tal-marki Stilla ta' Enerġija fl-Istati Membri tal-Komunità skond il-leġislazzjoni speċifika li għandha tistipula l-kondizzjonijiet għall-użu xieraq tal-logo internazzjonali Stilla ta' Enerġija.

5. Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tinforma lill-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika li l-applikazzjonijiet tagħha għar-reġistrazzjoni tal-marki Stilla ta' Enerġija fl-Istati Membri individwali tal-Komunità jistgħu jiltaqgħu ma’ xi oġġezzjonijiet malli l-imsemmija leġislazzjoni tiġi ppromulgata.

6. Il-Kummissjoni Ewropea tifhem li l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandu jkompli l-programm domestiku tiegħu ta' tikkettjar ta' l-Istilla ta' Enerġija u għandu jkompli jirreġistra Parteċipanti fil-Programm fir-rigward ta' tipi ta' prodotti b’żieda ma’ dawk identifikati fl-Anness Ċ li jinsab mal-Ftehim.

7. Il-Kummissjoni Ewropea tihem li ebda ħaġa f'dan il-Ftehim ma għandha tiftiehem li tfisser li xi waħda mill-Partijiet tista’ tfixkel l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ jew id-distribuzzjoni ta' xi prodott minħabba li jkun iġorr jew ma jġorrx marki ta' effiċjenza fl-enerġija ta' l-Entità ta' amministrazzjoni tal-Parti l-oħra.

8. Il-Kummissjoni Ewropea b'dan tinforma lill-Gvern ta' l-Istati Uniti li l-Parlament Ewropew, li jkun il-ko-leġislatur f'inizjattivi simili fil-livell Ewropew, għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni Ewropea dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi."

Aċċetta, Eċċellenza, mill-ġdid, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

(Għas-Segertarju)

--------------------------------------------------

Top