EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21994A1223(21)

Ftehim dwar kuntratti tal-gvern

OJ L 336, 23.12.1994, p. 273–289 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 11 Volume 038 P. 275 - OP_DATPRO
Special edition in Swedish: Chapter 11 Volume 038 P. 275 - OP_DATPRO
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 021 P. 372 - 389
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 021 P. 372 - 389
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 021 P. 360 - 377
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 021 P. 372 - 389
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 021 P. 372 - 389
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 021 P. 372 - 389
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 021 P. 372 - 389
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 021 P. 372 - 389
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 021 P. 372 - 389
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 010 P. 273 - 289
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 010 P. 273 - 289
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 074 P. 295 - 312

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/800(20)/oj

Related Council decision

21994A1223(21)



Official Journal L 336 , 23/12/1994 P. 0273 - 0289
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 38 P. 0275
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 38 P. 0275


ANNESS 4

Ftehim dwar kuntratti tal-gvern

PARTIJIET GĦAL DAN IL-FTEHIM (minn hawn il-quddiem msemmi bħala "Partijiet"),

Jagħrfu il-ħtieġa għal qafas multilaterali effettiv tad-drittijiet u obligazzjonijiet b'rispett lejn il-liġijiet, regolazzjonijiet, proċeduri u prattiċi rigward kuntratti tal-gvern bil-ħsieb li jiksbu liberalizzazzjoni u espansjoni akbar tal-kummerċ dinji u jtejjbu il-qafas intternazzjonali għall-kondotta tal-kummerċ dinji;

Jgħarfu li liġijiet, proċeduri u prattiċi rigward kuntratti tal-gvern m'għandhomx jiġu preparati, adottati jew applikati għall-prodotti u servizzi stranġieri jew domestiċi għall-provdituri domestiċi jew stranġieri sabiex jagħtu protezzjoni lil prodotti u servizzi domestiċi jew nies li jfornu affarijiet domestiċi u m'għandomx jiddiskrminaw fost prodotti u servizzi stranġieri jef fost provdituri stranġieri;

JAGĦRFU li huwa ta' xewqa biex jipprovdu trasparenza tal-liġijiet, regolazzjonijiet, proċeduri u prattiċi rigward kuntratti tal-gvern;

JGĦARFU l-bżonn li jwaqfu proċeduri internazzjonali dwar notifikazzjoni, konsultazzjoni, sorveljanza u għeluq ta' kwestjoni bil-fehma li jassiguraw infurzar fil-pront u effettiv tad-dispożizzjonijiet internazzjonali dwar kuntratti tal-gvern u biex iżommu l-bilanċ tad-drittijiet u l-obligazzjonijiet sal-l-aktar livell ogħli possibbli;

Jagħrfu l-bżonn li jikkunsidraw l-iżvilupp, il-bżonn finanzjarju u kummerċjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari l-inqas pajjiżi żviluppati;

XEWQANA, skond paragrafu 6(b) ta' Artikolu IX tal-Ftehim dwar Kuntratti tal-Gvern magħmula fit-12 ta'April 1979, kif emendat fit-2 ta' Frar 1987, biex jiftħu u jtejbu l-Ftehim fuq il-bażi ta' reċiproċita bejn xulxin u li jespandu il-kopertura tal-Ftehim biex jinkludu kuntratti tas-servizzi;

XEWQANA biex jinkoraġġixxu l-aċċettazzjoni u s-sħubija għal dan il-Ftehim mill-gvernijiet mhux parti għalih;

WARA LI TTIEĦDU aktar negozzjati b'konformita ta' dawn l-għanijiet;

HWNHEKK JAQBLU KIF ĠEJ:

Artikolu I

Skop u Kopertura

Dan il-Ftehim japplika għal kwalunkweliġi, regolazzjoni, proċedura jew prattika skond kwalunkwekuntratt minn entitajiet koperti minn dan il-Ftehim, kif speċifikat f'Appendiċi [1].

2. Dan il-Ftehim japplika għall-kuntratti, inkluż permezz ta' metodi bħal dawn bħal xiri jew bħala kera, b' jew mingħajr għażla biex jixtru, inklużi kwalunkwetaħlita ta' prodotti u servizzi.

3. Billi entitajiet, fil-kuntest ta' kuntratti koperti taħt dan il-Ftehim, jeħtieġu intrapriżi mhux inklużi fl-Appendiċi I biex jagħtu kuntratti skond htiġijiet partikolari, Artikolu III għandu japplika mutatis mutandis għal ħtiġijiet bħal dawn.

4. Dan il-Ftehim japplika għal kwalunkwekuntratt ta' valur mhux anqas mil-għatba t'assimilazzjoni relevanti speċifikat f'Appendiċi I.

Artikolu II

Valwazzjoni tal-Kuntratti

1. Id-dispozizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu applikati fid-determinazzjoni tal-valuri tal-kuntratti [2] għal għanijiet ta' l-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2. Valwazzjoni għandha tikkunsidra il-forom kollha ta' remunerazzjoni, inklużi kwalunkwe premium, tariffi, kummissjoni u imgħax dovut.

3. Is-selezzjoni tal-metodu ta' valwazzjoni bl-entita m'għandux jintuża, lanqas m'għandu jinqasam rekwiżit ta' kuntratt, bl-intenzjoni li tiġi evitata l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

4. Jekk rekwiżit individwali għall-kuntratt jirriżulta fl-għotja ta' aktar minn kuntratt wieħed, jew f'kuntratti li huma mogħtija f'partijiet separati, il-bażi għall-valwazzjoni għandha tkun jew:

(a) il-valur attwali ta' kuntratti simili li jbqgħu isiru fuq is-sena fiskali ta' qabel jew 12-il xahar aġġustat, fejn possibbli, għal tibdil antiċipat f'kwantita u valur fuq it-12-il xahar li jiġu wara; jew

(b) il-valur stimat ta' kuntratti li baqgħu isiru fis-sena fiskali jew 12-il xahar li jiġu wara l-kuntratt tal-bidu.

5. F'każ ta' kuntratti għall-kiri, jew xiri bin-nifs ta' prodotti jew servizzi, jew fil-każ ta' kuntratti li ma jispeċifikawx prezz totali, il-bażi tal-valwazzjoni għandha tkun:

(a) fil-każ ta' kuntratti ta' skond fiss, fejn l-iskond tagħhom huwa 12-il xahar jew anqas, il-valur totali tal-kuntratt għad-dewmien tagħhom, jew, fejn l-iskond jaqbeż it-12-il xahar, il-valur totali tagħhom jinkludi l-valur stimat residwali;

(b) f'każ ta' kuntratti għall-perjodu indefinit, il-ħlas fix-xahar multiplikat b' 48.

Jekk hemm xi dubji, it-tieni bażi għall-valwazzjoni, jiġifieri (b), għandu jintuża.

6. F'każijiet fejn kuntratt maħsub jispeċifika l-bżonn għall-klawżoli t'għażla, il-bażi għall-valwazzjoni għandu jkun il-valur totali tal-kuntratt massimu permissibbli, inkluż xiri mhux obligatorju.

Artikolu III

Trattament Nazzjonali u Ma jkunx hemm diskriminazzjoni

1. B'rispett lejn il-liġijiet kollha, regolazzjonijiet,proċeduri u prattiċi rigward kuntratti tal-gvern koperti b'dan il-Ftehim, kwalunkwe Parti għandu jipprovdi immedjatament u mingħajr kondizzjonijiet għall-prodotti, servizzi u provdituri ta' Parti oħra li joffru prodotti jew servizzi tal-Parti, trattament mhux anqas favorevoli minn:

(a) li mogħtija lil-prodotti domestiċi, servizzi u provdituri; u

(b) li mogħtija lil-prodotti, servizzi u provdituri ta' kwalunkwetip ta' Parti ieħor.

2. B'rispett lejn il-liġijiet kollha, proċeduri u prattiċi rigward kuntratti tal-gvern koperti b'dan il-Ftehim, kwalunkwe Parti għandu jassigura:

(a) li l-entitajiet tiegħu m'għandhoms jitrattaw provditur stabbilit lokalment b'mod anqas favorevoli minn provditur ieħor li huwa stabbilit lokalment fuq il-bażi tal-grad ta' għaqda jew possessjoni stranġiera; u

(b) li l-entitajiet tiegħu m'għandhomx jiddiskriminaw kontra provdituri stabbiliti lokalment fuq il-bażi tal-pajjiż tal-produzzjoni ta' l-oġġett jew servizz li qed jiġi prodott, provdut li l-pajjiż ta' produzzjoni huwa Parti għall-Ftehimjk skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu IV.

3. Id-dispożizzjonijiet ta' paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għad-dazzju u tariffi ta' kwalunkwetip imposti fuq jew f'konnessjoni m' importazzjoni, il-metodu ta' l-impustjar ta' dazzju u tariffi, regolazzjonijiet oħra t' importazzjoni u formalitajiet, u miżuri li jaffetwaw il-kummerċ fis-servizzi li mhumiex liġijiet,regolazzjonijiet, proċeduri u prattiċi rigward kuntratti tal-gvern koperti minn dan il-Ftehim.

Artikolu IV

Regoli ta' l-oriġini

1. Parti m'għandux japplika r-regoli ta' l-oriġini għall-prodotti jew servizzi impurtati jew prodotti għall-għanijiet tal-kuntratti tal-gvern koperti minn dan il-Ftehim minn Parti oħra, li huma differenti mir-regoli ta' l-oriġini applikati fil-kors normali tal-kummerċ fiż-żmien tat-transazzjoni fil-kwestjoni għall-importazzjoni jew forniment ta' l-istess prodotti u servizzi mil-istess Partii.

2. Wara l-konklużjoni tax-xogħol tal-programm għall-armonizzazzjoni tar-regoli ta' l-oriġini għall-oġġetti li għandhom jittieħdu taħt il-Ftehim dwar Regoli tal' l-Oriġini fl-Anness 1o tal-Ftehim li Jistabilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, Partii għandhom jikkunsidraw ir-riżultati ta' dak il-programm tax-xogħol u dawk in-negozzjati take the results of that work programme and those negotiations into account billi jemendaw paragrafu 1 kif xieraq.

Artikolu V

Trattament Speċjali u Differenzali għall-Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw

Għanijiet

1. Partii għandhom, fl-implementazzjoni u l-amministrazzjoni ta' dan il-Ftehim, permezz tad-dispożizzjonijiet dikjarati f'dan l-Artikolu, kif xieraq tikkunsidra l-iżvilupp, bżonnijiet finanzjarji u kummerċjali ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw, fil-bżonn tagħhom li:

(a) Jissalvagwardjaw il-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti u jassiguraw il-livell ta' riservi adekwati għall-implementazzjoni tal-programmi ta' żvilupp ekonomiku;

(b) jmexxu l-quddiem it-twaqqif jew żvilupp ta' industriji domestiċi inkluż l-iżvilupp ta' industriji żgħar u tal-familja f'oqsma rurali u li għadhom lura; u żvilupp ekonomiku ta' setturi oħra ta' l-ekonomija;

(ċ) jappoġġaw l-industrija sakemm huma kompletament jew sostanzjalment dipendenti fuq kuntratti tal-gvern; u

(d) jinkoraġġaw l-iżvilupp ekonomiku tagħhom permezz t'arranġamenti globali jew reġjonali fost pajjiżi li qed jiżviluppaw preżentati lil-Konferenza Ministerjali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (minn hawn il-quddiem msemmija "ODK") u mhux disapprovata minnu

2. Konsistentement mad- dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, kwalunkweParti għandu, fil-preparazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet, regolazzjonijiet u proċeduri li jaffettwaw kuntratti tal-gvern, jiffaċilita importazzjoni li qed tikber minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, billi jżommu f'moħħhom il-problemi speċjali ta' pajjiżi l-inqas żviluppati fi stadji baxxi ta' żvilupp ekonomiku.

Kopertura

3. Bil-ħsieb li jassiguraw li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma kapaċi li jżommu ma' dan il-Ftehim fuq termini konsistenti ma' l-iżvilupp tagħhom, bżonnijiet finanzjarji u kummerċjali, l-għanijiet mniżżla fil-paragrafu 1 għandhom jikkunsidraw b'mod xieraq fil-kors tan-negozzjati b'rispett lejn il-kuntratti ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu koperti mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Pajjiżi żviluppati, fil-preparazzjoni tagħhom tal-listi ta' kopertura taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, għandhom jipprovaw jinkludu l-entitajiet jiġbru prodotti u servizzi ta' interess ta' esportazzjoni għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Esklużjonijiet Miftehma

4. Pajjiż li qed jiżviluppa jista' jinnegozja ma' parteċipanti oħra f'negozjati taħt dan il-Ftehim li huwa esklużjonijiet aċċettabli mir-regoli dwar trattament nazzjonali b'rispett lejn ċerti entitajiet, prodotti u servizzi li huma inklużi fil-lista ta' kopertura tiegħu, u li jirrigwarda ċikostanzi partikolari ta' kwalunkwekaż. F'negozzjati bħal dawn, il-kunsiderazzjonijiet msemmija f'subparagrafi 1(a) u 1(c) għandhom jiġu kkunsidrati b' mod xieraq. Pajjiż li qed jiżviluppa li jipparteċipa f'arranġamenti reġjonali u globali fost pajjiżi li qed jiżviluppaw msemmija f'subparagrafu 1 (d) jista' wkoll jinnegozja esklużjonijiet fil-lista tiegħu, may also negotiate exclusions to its lists, ikollu kunsiderazzjoni lejn cirkostanzi partikolari ta' kwalunkwekaż, jikkunsidraw fost id- dispożizzjonijiet fuq kuntratti tal-gvernon government procurement li hemm provdut fl-arranġamenti globali jew reġjonali konċernati u, b'mod partikolari, prodotti jew servizzi li jistgħu ikunu soġġetti għall-programmi ta' żvilupp industrijali komuni.

5. Wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il Ftehim, Parti li qed jiżviluppa jista jirranġa il-lista ta' kopertura tiegħu skond id-dispożizzjonijiet għall-modifikazzjoni ta' listi bħal dawn li jinsabu fil-paragrafu 6 t'Artikolu XXIV, wara li kkunsidra l-iżvilupp tiegħu, bżonnijiet finanzjarji u kummerċjali, jista' jitlobu lil-Kumitat dwar kuntratti tal-gvern (minn hawn il-quddiem msemmi ‘il-Kumitat') biex jagħti esklużjonijiet mir-regoli dwar trattament nazzjonali għal ċerti entitajiet, prodotti jew servizzi li huma inklużi fil-listi tiegħu, wara li kkunsidra ċirkostanzi partikolari ta' kwalunkwe każ u kkunsidra b'mod xieraq id-dispożizzjonijiet ta' subparagrafi 1 (a) permezz ta' 1 (c). Kwalunkwe talba lil-Kumitat minn pajjiż Parti li qed jiżviluppa relatat ma' modifikazzjoni ta' lista għandu jkun akkumpanjat minn dokumentazzjoni relevanti mat-talba jew b'informazzjoni bħal din kif neċessarju għall-konsiderazzjoni ta' din il-kwestjoni.

6. Paragrafi 4 u 5 għandhom jjapplikaw mutatis mutandis għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jaqbżu dan il-Ftehim wara d-sħul tiegħu fis-seħħ.

7. Esklużjoni miftehma bħal din kif imsemmija f'paragrafi 4, 5 u 6 għandhom ikunu soġġetti għall-rivista skond id- dispożizzjonijiet ta' paragrafu 14 hawn taħ.

Assistenza Teknika għall-Pajjiż Partijiet

8. Kwalunkwe pajjiż Parti żviluppat għandu, fuq talba, jipprovdi l-assistenza teknika kollha li jista jqis xieraq għall-pajjiżi Partiti li qed jiżviluppaw f'riżolviment tal-problemi tagħhom fil-qasam ta' kuntratti tal-gvern.

9. Din l-assistenza, li għandha tiġi provduta fuq il-bażi ta' l-ebda diskriminazzjoni fost pajjiż Parti li qed jiżviluppa, għandhom jirrelataw fost:

- is-soluzzjoni ta' problemi tekniċi partikolari relatati ma' l-għotja ta' kuntratt speċifiku; u

- kwalunkwetip ta' problema li l-Parti jtagħmel it-talba u Parti oħra taqbel li titratta fil-kuntest ta' din l-assistenza.

10. Assistenza teknika msemmija f'paragrafi 8 u 9 tinkludi traduzzjoni ta' dokumentazzjoni ta' kwalifika u offerti ta' kuntratti magħmulha minn provdituri ta' pajjiżi Parti li qed jiżviluppaw f'lingwa uffiċjali ta' l-ODK mfassla mil-entita, sakemm pajjiżi Parti żviluppati jqisu traduzzjoni bħala piż, u f'dak il-każ għandha tingħata spjegazzjoni lil-pajjiż Partijiet fuq it-talba tagħhom indirizzata jew lil-pajjiż Partijiet żviluppati jew lil-entitajiet tagħhom.

Ċentri t'Informazzjoni

11. Pajjiż Parti żviluppat għandu jwaqqaf, b'mod individwali jew konġunt, ċentri t'informazzjoni biex jirrispondu għall-talbiet raġonevoli minn pajjiż Partijiet li qed jiżviluppaw għall-informazzjoni relatata ma' liġijiet fost, regolazzjoni, proċeduri u prattiċi rigward kuntratti tal-gvern, noti dwar kuntratti maħsuba li ġew ippublikati, indirizzi ta' l-entitajiet koperti minn dan il-Ftehim, u n-natura u l-volum tal-prodotti u servizzi miġbura jew mhux miġbura, inkluża informazzjoni disponibbli rigward offerti ta' kuntratti futuri. Il-Kumitat jista' wkoll iwaqqaf ċentru t'informazzjoni.

Trattament speċjali għall-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati

12. Wara li kkunsidraw paragrafu 6 tad-Deċiżjoni tal-PARTIJIET KONTRATTANTI għall-GATT 1947 ta- 28 ta' Novembru 1979 dwar Trattament Differenzali u aktar Favorevoli, Reproċita u Parteċipażżjoni Aktar Kompleta ta' Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw (BLSD 26 S/203-205), trattament speċjali ser tingħata lil-pajjiżi Partiti l-inqas żviluppati u lil-provdituri f'dawk il-Partijiet b'rispett lejn il-prodotti u servizzi li joriġinaw f'dawn il-Partijiet, fil-kuntest ta' kwalunkwemiżuri ġenerali u speċifiċi favur pajjiżi Partijiet li qed jiżviluppaw. Parti jista' wkoll jagħti l-benefiċji ta' dan il-Ftehim lil-provdituri f'pajjiżi l-inqas żviluppati li mhumiex Partijiet, b'rispett lejn prodotti u servizzi li joriġinaw f'dawk il-pajjiżi.

13. Kwalunkwepajjiż Parti żviluppat għandu, fuq talba, jipprovdi assistenza li jqis xieraq għal nies potenzali li jitfgħu l-offerti ta' kuntratti f'pajjiżi l-inqas żviluppati billi jagħtu l-offerti ta' kuntratti tagħhom u jagħżlu il-prodotti u s-servizzi li huma l-aktar li jkunu ta' interess għall-entitajiet tagħhom kif ukoll għall-provdituri f'pajjiżi l-inqas żviluppati, u l-istess jassistihom biex iħarsu regolazzjonijiet tekniċi u standards relatati mal-prodotti u servizzi li huma s-soġġett għall-kuntratti maħsuba.

Rivista

14. Il-Kumitat għandu jirrevedi annwalment l-operazzjoni u l-effettivita ta' dan l-Artikolu u, wara kwalunkwetlett snin ta' l-operazzjoni tiegħu fuq il-bażi ta' rapporti li għandhom jingħataw minn Partijiet, għandhom jwettqu rivista maġġuri sbiex jevalwaw l-effett tagħha. Bħala parti ta' rivisti ta' tlett snin (kwalunkwe wieħed u bil-ħsieb li tinkiseb iplementazzjoni massima tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, inkluż b'mod partikolari Artikolu III, u wara li jikkunsidraw l-Iżvilupp, is-sitwazzjono finanzjarja u kummerċjali tal-pajjiżi konċernati li qed jiżviluppaw, il-Kumitat għandu jeżamina jekk l-esklużjonijiet li għalihom kien hemm provediment skond id-dispożizzjonijiet ta' paragrafi 4 sa 6 ta' dan l-Artikolu għandu jitranġa jew estiż.

15. Fil-kors ta' aktar rounds ta' negozjati skond id-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 7 tal-Artikolu XXIV, kwalunkwepajjiż Parti li qed jiżviluppa għandu jikkunsidra il-possibilita li jkabbar il-listi tiegħu ta' kopertura, wara li jikkunsidraw is-sitwazzjoni ekonomika, finanzjarja u kummerċjali.

Artikolu VI

Speċifikazzjonijiet Tekniċi

1. Speċifikazzjonijiet Tekniċi li jippreskrivu l-karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi li għandhom jitqiesu, bħala kwalità, twettiq ta' xogħol, sigurtà u dimensjonijiet, simboli, terminoloġija, ppakkjettar, immarkar u tikkettjar, jew il-proċess u l-metodi għall-prodotti tagħhom u l-ħtiġijiet relatati mal-proċedura ta' stima ta' konformita preskritti minn entitajiet meqjusa, m'għandhomx jiġu preparati, adottaati jew applikati bil-fehma li, jew bl-effett ta', xkiel li mhux neċċessarju għall-Kummerċ internazzjonali.

2. Speċifikazzjonijiet Tekniċi preskritti minn entitajiet meqjusa għandhom, fejn xieraq:

(a) ikunu f'termini ta' twettiq tax-xogħol aktar minn tfassil jew karatteristiċi deskrittivi

(b) ikunu bbażati fuq fuq standards internazzjonali, fejn bħal dawn jeżistu; jew inkella, fuq regolazzjonijiet tekniċi nazzjonali [3], standards nazzjonali magħrufa [4], jew kodiċi ta' bini.

3. M'għandux ikun hemm talba jew referenza għall-marka patentata (tal-kummerċ), patenti, tfassil jew tip, oriġini speċifiku, produttur jew provditur, sakemm m'hemmx mezz preċiż jew intelliġibbli biex jiġu deskritti l-ħtiġijiet tal-kuntratti u provdut li kliem bħal "jew ekwivalenti" huma inklużi fid-dokumentazzjoni ta' l-offerta.

4. Entitajiet m'għandhomx jfittxu jew jaċċettaw, b'mod li jkollu l-effet li jipprekludi l-kompetizzjoni, parir li jista' jintuża fil-preparazzjoni ta' speċifikazzjonijiet għall-kuntratti minn impriża li jista' jkollha interess kummerċjali fil-kuntratti.

Artikolu VII

Proċeduri t'Offerti ta' kuntratti

1. KwalunkweParti għandha tassigura li proċeduri t' offerti ta' kuntratti ta' l-entitajiet tagħha huma applikati b'manjiera mhux diskriminatorja u huma konsistenti mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu VII li tul XVI.

2. Entitajiet m'għandhomx jipprovdu lill-ebda provditur rigward kuntratti speċifiċi b'mod li jkollu l-effett li jiprekkludi l-kompetizzjoni.

3. Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim:

(a) Jinfetħu l-proċeduri ta' l-offerti ta' kuntratti huma dawk il-proċeduri li taħthom u l-provdituri jistgħu jissottomettu l-offerta.

(b) Proċedura selettiva ta' l-offerti ta' kuntratti huma dawk il-proċeduri li taħthom, konsistenti ma' paragrafu 3 t'Artikolu X u dispożizzjonijiet oħra relevanti ta' dan il-Ftehim, dawk il-provdituri mistiedna sabiex jagħmlu hekk bl-entita jistgħu jissottomettu offerta

(ċ) Proċeduri limitati t'offerti ta' kuntratti huma dawk il-proċeduri fejn l-entita tikkuntatja lil-provdituri individwali, taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu XV biss.

Artikolu VIII

Kwalifikazzjoni ta' Provdituri

Fil-proċess ta' kwalifikazzjoni ta' provdituri, entitajiet m'għandhomx jiddiskriminaw fost provdituri oħra ta' Partijiet oħra jew bejn provdituri domestiċi u provdituri ta' Partijiet oħra. Proċeduri ta' kwalifikazzjoni għandhom ikunu konsistenti ma dawn li ġejjin:

(a) kwalunkwe tip ta' kondizzjoni għall-parteċipazzjoni f'proċeduri ta' l-offerti ta' kuntratti għandhom ikunu ppubblikati f'ħin adekwat biex provdituri interessati jkunu jistgħu jibdew u, safejn huwa kompatibbli b'operazzjoni effiċjenti ta' proċess ta' kuntratti, jitkomplew il-proċeduri ta' kwalifikazzjoni;

(b) kwalunkwe tip ta' kondizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' l-offerti ta' kuntratti għandhom ikunu limitati għal dawk li huma essenzali biex jassiguraw il-kapaċita ta' l-impriża li tissodisfa l-kuntratt fil-Kwestjoni. Kwalunkwe tip ta' kondizzjoni għall-parteċipazzjoni hija meħtieġa mill-provdituri, inklużi garanziji finanzjarji, kwlifiki tekniċi u informazzjoni neċessarja biex tiġi stabbilita l-kapaċita finanzjarja, kummerċjali u teknika tal-provdituri, kif ukoll il-verifikazzjoni tal-kwalifikazzjonijiet, m'għandhomx ikunu inqas favorevoli għall-provdituri ta' Partijiet oħra minn għall-provdituri domestiċi u m'għandhomx jiddiskriminaw fost provdituri ta' Partijiet oħra. Il-kapaċita finanzjarja, kummerċjali u teknika ta' provditur għandha tkun Iġġudikata fuq bażi kemm ta' l-attivita kummerċjali globali tal-provditur kif ukoll l-attivita tiegħu fit-territorju ta' l-entita meqjusa, jikkunsidraw b'mod xieraq ir-relazzjooni legali bejn l-organizzazzjonijiet li jfornu l-oġġetti;

(ċ) il-proċess ta', u l-ħin meħtieġ għall-kwalifikazzjoni tal-provdituri m'għandux jintuża sabiex iżommu l-provdituri ta' Partijiet oħra barra minn lista tal-provdituri jew milli jiġu kkunsidrati għall-kuntratti partikolari maħsuba. Entitajiet għandhom jgħarrfu bħala provdituri kwalifikati bħal provdituri domestiċI jew provdituri ta' Partijiet li jilħqu l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f'kuntratti parttikolari maħsuba. Provdituri jitolbu biex jipparteċipaw f'kuntratti partikolari maħsuba li ma jkunux għadhom kwalifikati għandhom ukoll jiġu kkunsidrati, provdut li hemm biżżejjed żmien biex titkompla l-proċedura tal-kwalifikazzjoni;

(d) Entitajiet li jżommu listi permanenti ta' provdituri kwalifikati għandhom jassiguraw li l-provdituri jistgħu japplikaw għall-kwalifikazzjoni kwalunkwe ħin; u l-provdituri kwlifikati kollha li jitolbu dan huma inklużi fil-listi fi żmien qasir raġonevoli;

(e) jekk, wara l-pubblikazzjoni ta' l-avviż taħt paragrafu 1 tal-Artikolu IX, provditiur li għadu mhux kwlifikat jitlob biex jipparteċipa f'kuntratti maħsuba, l-entita għandha fil-pront tibda l-proċeduri għall-kwalifikazzjoni;

(f) kwalunkwe provditur wara li jitlob biex jsir provditur kwalifikat għandu jkun avżat mill-entitajiet konċernati dwar id-deċiżjoni f'rigward. Provdituri kwalifikati li huma inklużi fuq listi permanenti minn entitajiet għandhom ikunu avżati dwar l-għeluq ta' listi bħal dawn jew dwar it-tneħħija tagħhom minnhom;

(g) kwalunkwe Parti għandha tassigura li

(i) kwalunkwe entita u l-parti kostitwenti tagħha jsegwu proċedura singola ta' kwalifikazzjoni, minbarra f'każijiet ta' bżonn mistħoqq u sostanzjat għall-proċeduri differenti; u

(ii) sforzi li għandhom isiru biex inaqqsu differenzi fil-proċeduri ta' kwalifikazzjoni bejn l-entitajiet.

(h) xejn fis-subparagrafi (a) tul (g) m'għandhom jipprekludu l-esklużjoni ta' kwalunkwe tip ta' provditur fuq bażi bħala falliment jew dikjarazzjonijiet foloz, provdut li azzjoni bħal din hija konsistenti bit-trattament nazzjonali u dispożizzjonijiet mhux diskriminatorji ta' dan il-Ftehim.

Artikolu IX

Stedina biex Jipparteċipaw Rigward Kuntratti Maħsuba

1. Skond paragrafi 2 u 3, entitajiet għandhom jippubblikaw stedina biex jipparteċipaw għall-każijiet kollha ta' kuntratti maħsuba, minbarra jew inkella provdut għalihom fl-Artikolu XV (offerti ta' kuntratti limitati) L-avviż għandu jkun ippubblikat fil-pubblikazzjoni xierqa mniżżla f'Appendċi II.

2. l-istedina biex jipparteċipaw tista tieħu l-forma t'avviż ta' kuntratti proposti, kif provdut għalihom fil-paragrafu 6.

3. Entitajiet fl-Anness 2 u 3 jistgħu jużaw avviż ta' kuntratti ppjanati, kif provdut għalihom fil-paragrafu 7, jew avviż rigward sistema ta' kwalifikazzjoni, kif provdut fil-paragrafu 9, bħala stedina biex jipparteċipaw.

4. Entitajiet li jużaw avviż ta' kuntratti ppjanati bħala stedina biex jipparteċipaw għandha wara tistieden lill-provdituri li esprimew interess li jikkonfermaw l-interess tagħhom fuq il-bażi t'informazzjoni li għandha tinkludi ta' l-anqas informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.

5. Entitajiet li jużaw avviż rigward sistema ta' kwalifikazzjoni bħala stedina biex jipparteċipaw għandhom jipprovdu, soġġetti għall-kunsiderazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu XVIII, u b'manjiera f'waqtha, informazzjoni li tħalli l-l dawk kollha li esprimew interess biex ikollhom opportunita li tagħmel sens biex jipparteċipaw fil-kuntratti. Din l-informazzjoni għandha tinkludi informazzjoni li tinsab fl-avviżi msemmija f'paragrafi 6 u 8, sakemm informazzjoni hija disponibbli. Informazzjoni provduta lil provditur wieħed għandha tkun provduta b'manjiera mhux diskriminatorja għall-provdituri interessati.

6. Kwalunkwe avviż ta' kuntratti proposti, msemmija fil-paragrafu 2, għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja:

(a) in-natura u l-kwantita, inklużi għażliet għal aktar kuntratti u, jekk possibbli, stima tat-teħid taż-żmien meta għażliet bħal dawn jistgħu jiġu prattikati; fil-każ ta' kuntratti li jibqgħu isiru in-natura u l-kwantita u, jekk possibbli, stima tat-teħid tal-ħin ta' l-avviżi ta' l-offerti ta' kuntratti li jiġu wara għall-prodotti u servizzi li għandhom jitqiesu;

(b) Kemm jekk il-proċedura hija miftuħa jew selettiva jew li tinvolvi negozju;

(ċ) kwalunkwe data għall-bidu ta'kunsinja jew kompletazzjoni ta' kunsija ta' oġġetti jew servizzi;

(d) l-indirizz u d-data finali għas-sottomissjoni t'applikazzjoni biex ikunu mistiedna għall-offerta jew għall-kwalifikazzjoni jew il-lista tal-provdituri, jew biex jirċevu offerti ta' kuntratti, kif ukoll il-lingwa jew lingwi li fiha għandhom għandhom jiġu sottomessi;

(e) l-indirizz ta' l-entita li jagħti kuntratt u jipprovdi kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-kisba ta' speċifikazzjonijiet u dokumenti oħra;

(f) kwalunkwe talb finanzjarju u tekniku, garanziji finanzjarji u informazzjoni meħtieġa minn povdituri;

(g) l-ammont u t-termini tal-pagament ta' kwalunkwe somma pagabbli għad-dokumentazzjoni ta' l-offerti ta' kuntratti; u

(h) jekk l-entita qiegħda titfa' l-offerti ta' kuntratti għax-xiri, kiri jew xiri bin-nifs, jew aktar minn wieħed minn dawn il-metodi.

7. Kwalunkwe avviż ta' kuntratti ppjanati msemmija fil-paragrafu 3 għandu jkollu kemm jista' jkun informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 kif inhu disponibbli Għandu jinkludi f'kwalunkwekaż l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 u;

(a) prospett li nteressa lill-provdituri għandu jesprimu l-interess fil-kuntratti lill-entitajiet;

(b) punt ta' kuntatt ma' l-entita li minnu ser tinkiseb aktar infomazzjoni.

8. Għal kwalunkwe każ ta' kuntratt maħsub, l-entita għandha tippubblika avviż ta' sommarja f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-ODK. In-notifika għandha mill-inqas ikollha l-informazzjoni li ġejja:

(a) til-kwestjoni tas-suġġett tal-kuntratt;

(b) iż-żmien limitu dikjarat għas-sottomissjoni ta' l-offerti ta' kuntratti jew applikazzjoni li tistieden offerta; u

(ċ) l-indirizzi li minnhom dokumenti relatati mal-kuntratti jistgħu jkunu mitluba.

9. Fil-każ ta' proċeduri selettivi t'offerti ta' kuntratti, entitajiet li jżommu listi permanenti ta' provdituri kwalifikati għandhom jippubblikaw annwalment f'waħda mill-pubblikazzjonijiet mniżżla f'Appendiċi III avviż ta' dan li ġej;

(a) l-enumerazzjoni tal-listi miżmuna, inklużi t-titoli tagħhom, f'relazzjoni mal-prodotti jew servizzi jew kateġoriji tal-prodotti u servizzi li għandhom jiġu meqjusa tul il-lista;

(b) il-kondizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-provdituri bil-fehma lejn l-iskrizzjoni tagħhom fuq dawk il-listi li skond huma kwalunkwewaħda minn dawk il-kondizzjonijiet tkun verifikata mill-entita konċernata; u

(ċ) il-perjodu tal-validita tal-listi, u l-formalitajiet għat-tiġdid tagħhom.

Meta aħbar bħal dan huwa użat bħala stedina biex jipparteċipaw skond paragrafu 3, l-avviż għandu, wkoll, jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(d) in-natura tal-prodotti jew servizzi konċernati;

(e) prospett li l-avviż jikkonstitwixxi stedina biex jipparteċipaw.

Iżda, meta d-dewmien tas-sistema ta' kwalifikazzjoni hija tlett snin jew anqas, u jekk id-dewmien tas-sistema hija ċara fl-avviż u huwa wkoll ċar li aktar avviżi mhux ser ikunu ppubblikati, għandu jkun biżżejjed li jiġi ppubblikat l-avviż darba biss, fil-bidu tas-sistema. Sistema bħal din m'għandiex tintuża b'mod li tiċċirkumvizza d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

10. Jekk, wara l-pubblikazzjoni ta' stedina f'kwalunkwekaż ta' kuntratti maħsuba, imma qabel il-ħin dikjarat għall-ftuħ jew riċevuta ta' kuntratti kif speċifikati fl-avviżi jew dokumenti ta' kuntaratti, ikun neċessarju li jiġi emendat jew maħruġ mil-ġdid l-avviż, l-emenda jew l-avviż maħruġ mil-ġdid għandu jiġi mogħti l-istess ċirkolazzjoni bħad-dokumenti oriġinali li fuqhom hija bbażata l-emenda. Kwalunkweinformazzjoni sinifikanti mogħtija lil-provditur b'rispett lejn kuntratt partikolari maħsub għandu jingħata fl-istess waqt lil-provdituri kollha l-oħra konċernati fi żmien adekwat biex jippermetti lil-provdituri biex jikkunsidraw informazzjoni u jirrispondu għaliha.

11. Entitajiet għandhom jagħmluha ċara, fl-avviżi msemmija f'dan l-Artikolu jew fil-pubblikazzjoni li fiha jidru l-avviżi, li l-kuntratt huwa kopert mill-Ftehim.

Artikolu X

Proċeduri ta' Selezzjoni

1. Biex jassiguraw kompetizzjoni internazzjonali effettiva u massima taħt proċeduri selettivi t'offerti ta' kuntratti, entitajiet għandhom, għal kwalunkwe kuntratt maħsub, jistiednu offerti ta' kuntratti minn numru massimu ta' provdituri domestiċi u provdituri ta' Partijiet oħra, konsistenti ma' l-operazzjoni effiċjenti tas-sistema ta' kuntratti. Għandhom jagħżlu provdituri biex jipparteċipaw fil-proċedura b'manjiera ġusta u mingħajr diskriminazzjoni.

2. Entitajiet li jżommu listi permanenti ta' provdituri kwalifikati jistgħu jagħżlu provdituri li jiġu mistiedna biex joħorġu għall-kuntratt minn fost dawk imniżżla. Kwalunkwe selezzjoni għandha tagħti permess għal opportunitajiet ġusti għall-provvdituri fuq il-listi.

3. Provdituri li jitolbu biex jipparteċipaw f'kuntratti partikolari maħsuba għandhom jingħataw permess li jissottmettu offerta ta' kuntratti u jkunu kkunsidrati, provdut, fil-każ ta' dawk li għadhom mhux kwalifikati, hemm biżżejjed żmien biex ikomplu l-proċedura ta' kwalifikazzjoni taħt Artikoli VIII u IX. In-numri ta' provdituri addizzjonali li tħallew jipparteċipaw għandhom ikunu limitati biss mil-operazzjoni tas-sistema tal-kuntratti.

4. Talba biex jipparteċipaw f'proċeduri selettivi t'offerti ta' kuntratti jistgħu jkunu sottomessi b'telex, telegram jew facsimile.

Artikolu XI

Żmien limitu għal-Offerti ta' Kuntratti u Kunsinja

Ġenerali

1. (a) Kwalunkweżmien-limitu preskritt għandu jkun adekwat biex jippermetti lil provdituri ta' Partijiet oħra kif ukoll provdituri domestiċi biex jippreparaw u jissottomettu offert ta' kuntratti qabel l-għeluq tal-proċeduri t' offerti ta' kuntratti. Meta jistabilixxu żmien limitu bħal dan, entitajiet għandhom, konsistenti mal-bżonnijiet raġonevoli tagħhom, jikkunsidraw fatturi bħal dawn bħala l-kumplessita tal-kuntratti maħsuba, antiċipat il-limitu ta' lil min tista' tagħti l-kuntratt u ż-żmien normali biex jiġu trasmessi offerti ta' kuntratti bil-posta minn punti stranġieri kif ukoll domestiċi.

(b) Kwalunkwe Parti għandha tassigura li l-entitajiet tagħha għandha tikkunsidra kif xieraq dewmien ta' pubblikazzjoni meta tiddikjara d-data finali għar-riċevuta t'offerti ta' kuntratti jew t'applikazzjonijiet biex jistiednu l-ħruġ t'offerti ta' kuntratti.

Termini ta' żmien

2. Minbarra s'issa kif provdut fil-paragrafu 3,

(a) f'proċeduri miftuħa, il-perjodu għar-riċevuta t'offerti ta' kuntratti m'għandhomx ikunu inqas minn 40 jum mid-data ta' pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu tal-Artikolu IX;

(b) f'proċeduri selettivi li ma' jinvolvux l-użu ta' lista permanenti ta' provdituri kwlifikati, il-perjodu li fih jiġu sottomessi applikazzjoni sabiex jistiednu l-ħruġ t'offerti ta' kuntratti m'għandux ikun anqas minn 25 jum mid-data ta' pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu IX; il-perjodu għar-riċevuta t' offerti ta' kuntratti m'għandux fl-ebda każ ikun anqas 40 jum mid-data ta' ħruġ għall-istedina ta' l-offerti ta' kuntratti;

(ċ) f'proċeduri selettivi li jinvolvu l-użu ta' listi permanenti ta' provdituri kwalifikati, il-perjodu għar-riċevuta t'offerti ta' kuntratti m'għandux ikun anqas minn 40 jum mid-data ta' ħruċ tal-bidu ta' sejħiet għal-ħruġ t'offerti ta' kuntratti, kemm jekk id-data ta'ħruġ tal-bidu t'offerti ta' kuntratti taħbat mad-data tal-pubblikazzjoni msemmija f' paragrafu 1 tal-Artikolu IX jew le.

3. Il-perjodi msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jitnaqqas fiċ-ċirkustanzi dikjarati hawn taħt:

(a) jekk avviż separat ġie ppubblikat 40 jum u mhux aktar minn 12 – il xahar qabel u l-avviż għandu ta' l-anqas:

(i) ħafna mil-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 tal-Artikolu IX kif disponibbli;

(ii) l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 tal-Artikolu IX;

(iii) prospett li nteressa lill-provdituri għandu jesprimu l-interess tagħhom fil-kuntratti lill-entitajiet; u

(iv) punt ta' kuntatt ma' l-entita li minnu ser tinkiseb aktar infomazzjoni.

il-limitu ta' 40 jum għar-riċevuta ta' l-offerti ta' kuntratti jista' jinbidel b'perjodu twil biżżejjed biex jippermetti ħruġ t'offerti ta' kuntratti li jkollu risposti, li, bħala regola ġenerali, m'għandux ikun anqas minn 24 jum, imma f'kwalunkwekaż mhux anqas minn 10 tijiem;

(b) fil-każ ta't-tieni jew publikazzjonijiet segwenti li għandhom x'jaqsmu ma' kuntratti tan-natura li jerġgħu jseħħu fit-tifsira ta' paragrafu 6 tal-Artikolu IX, il-limitu ta' 40 jum għar-riċevuta t'offerti ta' kuntratti għandu jitnaqqas sa mhux anqas minn 24 jum;

(ċ) fejn stat t'emerġenza sostanzjat kif xieraq mil-entita jagħmel il-perjodi fil-kwestjoni mhux prattikabbli, il-perjodi speċifikati fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu mnaqqsa imma m'għandhom fl-ebda każ ikunu anqas minn 10 tijiem mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu IX; jew

(d) il-perjodu msemmi f' paragrafu 2 (c) jista', għal-kuntratti minn entitajiet mniżżla f'L-Anness 2 u 3,ikun fissat minn ftehim bejn l-entita u l-provdituri magħżula. F'nuqqas ta' ftehim, l-entita tista' tiffissa perjodi li għandhom ikunu twal biżżejjed biex jgħinu ħruġ t' offerti ta' kuntratti li jkollhom risposta u għandhom f'kwalunkwe każ ma jkunux anqas minn 10 tijiem

4. Konsistenti mal-bżonnijiet raġonevoli ta' l-entita, kwalunkwedata ta' kunsinjagħandha tikkunsidra fatturi bħal dawn bħala l-kumplessita tal-kuntratt maħsub, de-stocking u trasport t'oġġetti minn punti ta' forniment jew forniment għas-servizzi.

Artikolu XII

Dokument ta' Ħruġ t' Offerti ta' Kuntratti

1. Jekk, f'proċeduri t'offerti ta' kuntratti, entita tagħti permess lil-offerti ta' kuntratti f'diversi lingwi, waħda minn dawk il-lingwi għandha tkun waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-ODK

2. Dokument ta' Ħruġ t'offerti ta' kuntratti provduta lil-provdituri għandu jkollhu l-informazzjoni kollha neċessarja biex tagħtihomj permess li jissottomettu offerti ta' kuntratti li jkollhom risposti, inkluża l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi pubblikata fl-avviż tal-kuntratt maħsub, minbarra paragrafu (6) tal-Artikolu IX, u dan li ġej:

(a) l-indirizz ta' l-entita fejn l-offerti tal-kuntratti għandhom jintbagħtu;

(b) l-indirizz fejn talba għal-informazzjoni supplimentari għandha tintbgħat;

(ċ) il-lingwa jew il-lingwi li bihom offerti ta' kuntratti u dokumenti ta' ħruġ t'offerti ta' kuntratti għandhom jiġu sottomessi;

(d) id-data t'għeluq u ż-żmien għar-riċevuta t'offerti ta' kuntratti u t-tul taż-żmien li waqtu kwalunkweofferta ta' kuntratti għandha tkun miftuħa għal-aċċetazzjoni;

(e) il-persuni awtorizzati li jkunu preżenti fil-ftuħ ta' l-offerti ta' kuntratti u d-data, ħin u post ta' dan il-ftuħ;

(f) kwalunkwetalb ekonomiku u tekniku, garanziji finanzjarji u informazzjoni jew dokumenti meħtieġa minn povdituri;

(g) deskrizzjoni kompleta tal-prodotti jew servizzi meħtieġa jew ta' kwalunkwetalba inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi, ċertifikazzjoni ta' konformita biex tiġi sodisfatta, pjanijiet neċessarji, tfassil u materjal ta' istruzzjoni;

(h) il-kriterja biex jingħata l-kuntratt, inklużi fatturi li mhumiex prezz li għandhom jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjoni t'offerti ta' kuntratti u l-elementi tan-nefqa li għandhom jiġu nklużi fl-evalwazzjoni tal-prezzijiet ta' l-offerti ta' kuntratt, dwana u tariffi oħra t'importazzjoni, taxxi u l-munita tal-pagament;

(i) it-termini ta' ħlas;

(j) termini oħra jew kondizzjonijiet;

(k) skond Artikolu XVII it-termini u l-kondizzjonijiet, jekk hemm, tli taħthom offerti ta' kuntratti minn pajjiżi mhux Partijiet għall-dan il-Ftehim, imma li japplikaw il-proċeduri ta' dak l-Artikolu, ser ikun milquha.

Avvanzar ta' Dokument t' Offerti ta' Kuntratti mil-Entitajiet

3. (a) F'proċeduri miftuħa, entitajiet għandhom javvanzaw id-dokument ta' offerti ta' kuntratti għat-talba ta' kwalunkwe provditur ieħor li jipparteċipa fil-proċedura, u għandu fil-pront jirrispondi kwalunkwetalba raġonevoli għal-ispjegazzjonijiet realatati miegħu.

(a) F'proċeduri miftuħa, entitajiet għandhom javvanzaw id-dokument ta' offerti ta' kuntratti għat-talba ta' kwalunkweprovditur ieħor li jipparteċipa fil-proċedura, u għandu fil-pront jirrispondi kwalunkwe talba raġonevoli għal-ispjegazzjonijiet relatati miegħu.

(ċ) Entitajiet għandhom fil-pront jirrispondu għal-kwalunkwe talba raġonevoli sottomessa minn provditur li jipparteċipa fil-proċedura ta' ħruġ t'offerti ta' kuntratti, bil-kondizzjoni li informazzjoni bħal din ma' tagħtix li dak il-provditur vantaġġ fuq il-kompetituri tiegħu fil-proċedura għal-għotja tal-kuntratt.

Artikolu XIII

Sottomissjoni, Riċevuta u Ftuħ t'Offerti ta' Kuntratti u Għotja ta' Kuntratti

1. Is-sottomissjoni, riċevuta u ftuħ t'offerti ta' kuntratti u għotja ta' kuntratti għandhom ikunu kosistenti ma' dan li ġej:

(a) offerti ta' kuntratti għandhom normalment ikunu sottomessi f'kitba diretta jew bil-posta. Jekk offerti ta' kuntratti permezz ta' telex, telegram, jew facsimile huwa permessi, l-offerta ta' kuntratti magħmula għandhom jinkludu l-informazzjoni neċessarja kollha, għall-evalwazzjoni ta' l-offerta ta' kuntratti, b' mod partikolari l-prezzijiet definittivi proposti mil-persuna li joħroġ l-offerti ta' kuntratti u prospett li l-persuna li joħroġ il-kuntratti jaqbel mat-termini kollha, kondizzjonijiet u dispożizzjonijiet ta' l-istedina biex joħorġu l-offerti ta' kuntratti. L-offerta ta' kuntratti għandha tkun ikkonfermata fil-pront minn ittra jew mid-dispaċċ ta' kopja ffirmata tat-telex,telegram jew facsimili. Offerti ta' kuntratti preżentati permezz ta-telefon mhumiex permessi. Il-kontenut tat-telex, telegram jew facsimile għandu jipprevala fejn hemm differenza jew kunflitt bejn dak il-kontenut u kwalunkwedokumentazzjoni riċevuta wara żmien limitu; u

(b) l-opportunitajiet li jistgħu jingħataw lill-persuni li joffru offerti ta' kutratti biex jikkoreġu żbalji mhux intenzjonati ta' formola bejn il-ftuħ t'offerti u l-għotja tal-kuntratt m'għandux ikun permess li jinħoloq taħriġ diskriminatorju.

Riċevuta t' Offerti ta' Kuntratti

2. Provditur m'għandux ikun penalizzat jekk offerta ta' kuntratt huwa riċevut fl-uffiċju assenjat fid-dokumentazzjoni ta'l-offerta tal-kuntratt wara ż-żmien speċifikat minħabba d-dewmien minħabba użu ħażin minn naħħa ta' l-entita. Offerti ta' kuntratti jistgħu jiġu kkunsidrati f'ċirkostanzi oħra t'eċċezzjoni jekk il-proċeduri ta' l-entita konċernata hekk tipprovdi.

Ftuħ t'Offerti ta' Kuntratti

3. L-offerti kollha ta' kuntratti soliċitati taħt proċeduri miftuħa jew selettivi minn entitajiet għandhom jiġu riċevuti u miftuħa taħt proċeduri u kondizzjonijiet li jiggarantixxu ir-regolarita tal-ftuħ. L-irċevuta u l-ftuħ ta' l-offerti tal-kuntratti għandhom ikunu wkoll konsistenti mat-trattament nazzjonali u d-dispożizzjonijiet mhux diskriminatorji ta' dan il-Ftehim. Informazzjoni dwar il-ftuħ t'offerti ta' kuntratti għandhom jibqgħu ma' l-entita konċernata għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet tal-gvern responsabbli għall-entita sabiex tkun tista tiġI wżata jekk hemm bżonn taħt proċeduri t'Artikoli XVIII,XIX, XX and XXII.

Għotja ta' Kuntratti

4. (a) Biex jiġi kkunsidrat għall-għotja, kuntratt għandu, fiż-żmien tal-ftuħ, jikkonforma mal-ħtiġijiet essenzali tan-notifiki jew dokumentazzjoni tal-kuntratt u jkun minn għand provditur li jħares il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni. Jekk entita rċeviet offerta ta' kuntratt li huwa anqas minn normali, minn offerti oħra ta' kuntratti sottomessi, għandha tfittex flimkien mal-persuna li toħroġ l-offerti tal-kuntratti biex tassigura li tista' tħares il-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni u li hija kappaċI li tissodisfa t-termini tal-kuntratt.

(b) Sakemm huwa fl-interess tal-pubbliku l-entita tiddeċiedi li ma toħroġx il-kuntratt, l-entita għandha tagħmel l-għotja tagħha lil-persuna li toħroġ l-offerti tal-kuntratti li kien iddeterminat li jkun totalment kapaċi li jieħu l-kuntratt u l-l-offereta ta' kuntratt tiegħu, kemm jekk għall-prodotti domestiċi jew servizzi, jew prodotti jew servizzi ta' Partijiet oħra, hija jew l-aktar offerta baxxa ta' kuntratti jew l-offerta ta' kuntratti li f'termini t'evalwazzjoni ta' kriterja speċifika dikjarata fin-notifiki jew dokumentazzjoni t'offerti ta' kuntratti hija meqjusa bħala l-aktar vantaġġjuża.

(ċ) Għotjiet għandhom jiġu magħmula skond il-kriterja u l-ħtiġijiet essenzali speċifikati fid-dokumentazzjoni ta' l-offerti tal-kuntratti.

Klawsoli t' Għażla

5. Klawsoli t' għażla m' għandhomx jintużaw b' mod li jiċċirkumvizzaw id- dispożizzjonijiet tal-Ftehim.

Artikolu XIV

Negozzjati

1. Parti tista tipprovdi għall-entitajiet biex jmexxu n-negozzjati:

(a) fil-kuntest ta' ksib li fih indikaw ħsieb bħal dan, b'mod partikolari fin-notifiki msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu IX (l-istedina għal-provdituri biex jipparteċipaw fil-proċedura għall-ħsieb propst); jew

(b) meta jidher minn evalwazzjoni li l-ebda offerta waħda ta' kuntratti hija ovvjament l-aktar vantaġġjuża f'termini kriterja t' evalwazzjoni dikjarata fin-notifiki jew dokumentazzjoni t'offerti ta' kuntratti.

2. Negozzjati għandhom primarjament jkunu wżati biex jiddentifikaw is-saħħa u d-djufija fl-offerti ta' kuntratti.

3. Entitajiet għandhom jittrattaw offerti ta' kuntratti b' kunfidenza B'mod partikolari, m'għandhomx jipprovdu informazzjoni maħsuba biex tassisti parteċipanti partikolari biex jgħollu l-offerti ta' kuntratti tagħhom għall-livell ta' parteċipanti oħra.

4. Entitajiet m'għandhomx, fil-kors tan-negozzjati, jiddiskriminaw bejn provdituri differenti. Partikolarment, għandhom jassiguraw li:

(a) kwalunkwetip t' eliminazzjoni ta' parteċipanti hija mwettqa skond il-kriterja dikjarata fin-notifiki u d-dokumentazzjoni t' offerti ta' kuntratti;

(b) il-modifikazzjonijiet kollha għall-kriterja u għall-ħtiġijiet tekniċi huma trasmessi fil-kitba lill-parteċipanti kollha li għad fadal fin-negtozzjati;

(ċ) il-parteċipanti kollha li għad fadal huma mogħtija opportunita biex jissottomettu sottomissjonijiet ġodda jew emendati fuq il-bażi ta' ħtiġijiet reveduti; u

(d) meta negozzjati huma konklużi, il-parteċipanti kollha li għad fadal għandhom jkunu permessi li jissottomettu offerti finali ta' kuntratti skond temma ta' żmien komuni.

Artikolu XV

Offerti ta' Kuntratti Limitati

1. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu VII sa XIV li jirregolaw proċeduri t'offerti ta' kuntratti miftuħa jew selettivi m'għandhomx għalfejn japplikaw fil-kondizzjonijiet li ġejjin, provdut li offerti ta' kuntratti limitati mhumiex wżati bil-ħsieb li tiġi evitata kompetizzjoni massima jew bil-ħsieb li jservu bħala mezz ta' diskriminazzjoni fost provdituri ta' Partijiet oħra jew protezzjoni għall-produtturi jew provdituri:

(a) fin-nuqqas t'offerti ta' kuntratti b' rispons lejn offerta ta' kuntratti miftuħa jew selettivi, jew meta l-offerti ta' kuntratti sottomessi kienu ta' kollużjoni, jew mhux skond il-ħtiġijiet essenzali fl-offerta tal-kuntratti, jew minn provdituri li ma jaqblux mal-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni provduta għaliha skond dan il-Ftehim, fuq kondizzjoni, iżda, li l-ħtiġigiet ta' l-offerta tal-bidu tal-kuntratti mhumiex modifikati sostanzjalment fil-kuntratt kif mogħtija;

(b) meta, għax-xogħol t'arti jew għall-raġunijiet konnessi mal-protezzjoni ta' drittijiet esklussivi, bħal patenti jew dritt ta' l-awturi, jew fin-nuqqas ta' kompetizzjoni għall-raġunijiet tekniċi, il-prodotti jew servizzi jistgħu jiġu provduti biss minn provditur partikolari u l-ebda alternattiva raġonevoli jew sostituzzjoni ma teżisti;

(ċ) sa issa huwa strettament neċessarju meta, għall-raġunijiet t'urġenza estrema miġjuba minn każijiet imprevisti mil-entita, il-prodotti u s-servizzi ma setgħux jinkisbu fil-ħin permezz t'offerti miftuħa jew selettivi ta' kuntratti;

(d) għall-kunsinji addizzjonali mil-provdur oriġinali li huma maħsuba jew bħala partijiet ta' bdil għall-oġġetti eżistenti, jew installazzjonijiet, jew bħala estensjoni ta' oġġetti eżistenti, servizzi jew installazzjonijiet fejn bdil ta' provditur jġiegħlu l-entita biex tiġbor l-apparat jew servizzi li ma jilħqux ir-rekwiżiti ta' skambju m'apparat jew servizzi eżistenti [5];

(e) meta entita tiġbor prototipi jew l-ewwel prodott jew servizz li huma żviluppati għar-rikjesta tagħha fil-kors ta', u għall-kuntratt partikolari għar-riċerka, esperiment, studju jew żvilupp oriġinali. Meta kuntratti bħal dawn ġew sodisfatti, ksib li jiġI wara ta' prodotti u servizzi għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu VII sa XIV [6];

(f) meta servizzi addizzjonali ta' kostruzzjoni li mhumiex inklużi fil-kuntratt tal-bidu imma li kienu fl-għanijiet tad-dokumentazzjoni oriġinali ta' l-offerti ta' kuntratti għandhom, permezz ta' ċirkostanzi imprevisti, jkunu neċessarji biex ikomplu s-servizzi ta' kostruzzjoni deskritti hawnhekk, u l-bżonn ta' l-entita biex tagħti kuntratti għal servizzi addizzjonali ta' kostruzzjoni lil-kuntrattur li jwettaq is-servizzi ta' kostruzzjoni konċernati minħabba li s-separazzjoni ta' servizzi addizzjonali ta' kostruzzjoni minn kuntratt inizzjali jkun diffiċli għall-raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi u jikkawżaw inkonvenjenza sinifikanti għall-entita. Iżda, it-total tal-valur ta' kuntratti mogħtija għas-servizzi addizzjonali tal-kostruzzjoni jistgħu ma jaqbżux il-50 fil-mija ta' l-ammont tal-kuntratt ewlieni;

(g) għas-servizzi ġodda ta' kostruzzjoni li jikkonsistu f'repetizzjoni ta' servizzi ta' kostruzzjoni simili li jaqblu ma' proġett bażiku li għalih kuntratt inizjattiv ġie mogħti skond Artikoli VII sa XIV u li għalih l-entita indikat fin- notifika ta,ksib konċernat is-servizz inizjali ta' kostruzzjoni, li illimita l-proċeduri t' offerti ta' kuntratti jistgħu jiġu wżati fl-għotja ta' kuntratti għall-servizzi ta' kostruzzjoni;

(h) għall-prodotti mixtrija minn suq ta' komoditajiet;

(i) għall-xiri magħmula taħt kondizzjonijiet eċċezzjonalment vantaġġjuż li jitqanqal biss f'terminu qasir. Din id- dispożizzjoni hija maħsuba li tkopri rimi mhux tas-soltu minn impriżi li mhumiex normalment provdituri, jew rimi ta' assi ta' kummerċ f'likwidazzjoni jew f'receivership. Mhuiex maħsub li jkopri xiri ta' rutina minn provdituri regolari;

(j) fil-każ ta' kuntratti mogħtija lir-rebbieħ ta' kuntest ta' tpenġija provdut li l-kuntest kien organizzat b'mod li jaqbel mal-prinċipji ta' dan il-Ftehim, b'mod partikolari dwar il-pubblikazzjoni, fis-sens tal-Artikolu IX, ta' stedina lil-provdituri xierqa u kwalifikati, biex jipparteċipaw f'kuntest bħal dan li ser ikun iġġudikat minn ġurija bil-fehma li tfassal kuntratti biex jingħataw lir-rebbieħa.

2. Entitajiet għandhom jippreparaw rapport billi jiktbu fuq kwalunkwe kuntratt mogħti taħt id-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1. Kwalunkwerapport għandu jkollu l-isem ta' l-entita li tforni, valur u tipi t' oġġetti jew servizzi miksuba, pajjiż ta' l-oriġini, u prospett tal-kondizzjonijiet f'dan l-Artikolu li jipprevala. Dan ir-rapport għandu jibqa' ma' l-entitajiet konċernati għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet tal-gvern responsabbli għall-entita sabiex tkun tista tiġI wżata jekk hemm bżonn taħt proċeduri t'Artikoli XVIII,XIX, XX and XXII.

Artikolu XVI

Kumpens

1. Entitajiet m'għandhomx, fil-kwalifikazzjoni u s-selezzjoni tal-provdituri, prodotti jew servizzo, jew fl-evalwazzjoni ta' l-offerti tal-kuntratti u l-għotja ta' kuntratti, jimponu, jfittxu u jikkunsidraw tpaċċijiet. [7].

2. Madanakollu, wara li kkunsidraw il-kunsiderazzjonijiet tal-politika ġenerali, inklużi dawk relatati ma' l-iżvilupp, pajjiż li qed jiżviluppa jista fiż-żmien tal-kondizzjonijiet tas-sħubija tan-negozzjati għall-użu ta' tpaċċijiet, bħal ħtiġijiet għall-inkorporazzjoni ta' kontenut domestiku. Ħtiġijiet bħal dawn għandhom jkunu wżati għall-kwalifikazzjoni biex jipparteċipaw fil-proċess ta' ħsieb u mhux bħala kriterja għall-għotja ta' kuntratti. Kondizzjonijiet għandhom ikunu oġġettivi, definiti b' mod ċar u bla ebda diskriminazzjoni. Għandhom jiġu ddikjarati fl-Appendiċi I 1 tal-pajjiż u jistgħu jinkludu limitazzjonijiet preċiżi dwar l-imposizzjoni ta' tpaċċijiet f'kwalunkwe kuntratt. L-eżistenza ta' kondizzjonijiet għandhom ikunu notifikati lill-Kumitat u inklużi fin-notifa t'akkwist maħsub u dokumentzzjoni.

Artikolu XVII

Trasparenza

1. Kwalunkwe Parti għandha tinkoraġġa l-entitajiet biex jindikaw it-termini u l-kondizzjonijiet, inklużi devjazzjonijiet minn proċeduri kompetittivi t' offerti ta' kuntratti jew aċċess sabiex jiġu sfidati l-proċeduri, li taħthom offerti ta' kuntratti ser ikunu kkunsidrati minn provdituri li jinsabu f'pajjiżi mhux Partijiet għal dan il-ftehim imma li, bil-fehma li jikkrejaw trasparenza fl-għotja tagħom tal-kuntratt, madanakollu:

(a) jispeċifikaw il-kuntratti tagħhom skond Artikolu VI (speċifikazzjonijiet tekniċi (speċifikazzjonijiet tekniċi);

(b) jippubblikaw in-notifiki tal-ħsieb msemmija fl-Artikolu IX, inklużi, fil-versjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 8 of Artikolu IX (sommarja tan-notifika ta' l-akkwist maħsub li huwa ppubblikat fil-lingwa uffiċjali ta' l-ODK, indikazzjoni tat-termini u l-kondizzjonijiet li taħtha offerti ta' kuntratti għandhom jiġu kkunsidrati minn provdituri li jinsabu f'pajjiżi Partijiet għal dan il-Ftehim;

(ċ) huma lesti li jassiguraw li l-akkwisti tagħom m'għandhomx normalment jinbidlu waqt akkwist u, fl-okkażjoni li bidla bħal din tirriżulta li ma tistax tiġi evitata, biex tassigura d-disponibilita ta' mezz sodisfaċenti ta'rimedju.

2. Gvernijiet mhux Partijiet għall-Ftehim li jaqblu mal-kondizzjonijiet speċifikati f'paragrafi 1 (a) sa 1 (c), għandhom ikunu intitolati jekk hekk jikkonfermaw il-Partijiet biex jipparteċipaw fil-Kumitat bħala osservaturi.

Artikolu XVIII

Informazzjoni u Rivista Rigward Obbligi t'Entitajiet

1. Entitajiet għandhom jippubblikaw notifika fil-pubblikazzjoni xierqa mniżżla fl-Appendiċi II mhux aktar tard minn 72 jum wara l-għotja ta' kwalunkwe kuntratt taħt Artikoli XIII sa XV. Dawn in-notifiki għandu jkollhom:

(a) in-natura u l-kwantita tal-prodotti jew servizzi fl-għotja tal-kuntratt;

(a) l-isem u l-indirizz ta' l-entita li tagħti l-kuntratt;

(d) id-data ta' l-għotja;

(a) l-isem u l-indirizz tal-persuna tar-rebbieħa li titfa' l-offerta;

(e) il-valur ta' l-għotja rebbieħa jew l-aktar offerta għolja jew baxxa kkunsidrata fl'għotja tal-kuntratt;

(f) fejn xieraq, mezzi t' identifikazzjoni ta' l-avviż maħruġ taħt paragrafu 1 tal-Artikolu IX jew ġustifikazzjoni skond Artikolu XV għall-użu ta' proċedura bħal din; u

(g) tip ta' proċedura wżata.

2. Kwalunkweentita għandha, fuq talba minn provditur ta' Parti, fil-pront jipprovdi:

(a) spjegazzjoni tal-prattiċi u proċeduri ta' l-akkwisti tagħha;

(b) informazzjoni pertinenti li tikkonċerna r-raġunijiet għalfejn l-applikazzjoni tal-provdituri biex jikkwalifikaw ġiet irriġetta, għalfejn kwalifikazzjoni eżistenti ġiet mitmuma u għalfejn ma ġietx magħżula; u

(ċ) għall-persuna li toffri offerti ta' kuntratti li ma kienetx ta' suċċess, informazzjoni pertinenti li tikkonċerna r-raġunijiet għalfejn l-offerta ta' kuntratti tagħha ma ġietx magħżula kif ukoll l-isem tal-persuna rebbieħa li toffri kuntratti.

3. Entitajiet għandhom fil-pront jinfurmaw provdituri parteċipanti dwar id-deċiżjonijiet fuq għotjiet ta' kuntratti u, fuq talba, bil-kitba.

4. Iżda, entitajiet jistgħu jiddeċiedu li ċerta informazzjoni dwar il-kuntratt, msemmi f'paragrafi 1 u 2(c), jkunu miżmuma fejn ħruġ t' informazzjoni bħal din timpedixxi l-infurzar tal-liġi jew inkella tkun kontra l-interess pubbliku jew jkollha preġudizzju lejn interess leġittimu kummerċjali t'impriżi partikolari, pubbliku jew privat, jew jista' jkollha preġudizzju lejn kompetizzjoni ġusta bejn il-provdituri.

Artikolu XIX

Informazzjoni u Rivista Rigward Obbligi ta' Partijiet

1. Kwalunkwe Parti għandu fil-pront jippubblika kwalunkwe liġi, regolazzjoni, deċiżjoni ġudizzjarja, deċiżjoni amministrattiva t'applikazzjoni ġenerali, u kwalunkwe proċedura oħra (inklużi klawsoli standardi ta' kuntratti) rigward akkwisti tal-gvern koperti minn dan il-Ftehim, fil-pubblikazzjonijiet msemmija f'Appendiċi IV u b'tali manjiera li jħalli Partijiet oħra u provdituri jsiru familjari magħhom. Kwalunkwe Parti għandha tkun preparata, fuq talba, biex tispjega lil kwalunkweParti oħra il-proċeduri ta' l-kuntratti tal-gvern.

2. Gvern ta' persuna li toħroġ l-offerti li ma kienetx ta' suċċess li hija Parti ta' dan il-Ftehim għandha tfittex mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet taħt Artikolu XXII, informazzjoni addizzjonali bħal din fuq l-għotja tal-kuntratt li jista jkun neċessarju li jassigura li l-akkwist kien magħmul b'mod ġust u imparzjali. Għal dan il-għan, il-gvern li jakkwista għandu jipprovdi informazzjoni kemm fuq il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-persuna rebbieħa li toħroġ offerti ta' kuntratti u l-prezz tal-kuntratt. Normalment din l-informazzjoni ta' l-aħħar tista tiġI żvelata mil-gvern tal-persuna li toħroġ offerti ta' kuntratti li ma kienetx ta' suċċess provdut li teżeċita dan id-dritt b'diskrezzjoni. F'każijiet fejn ħruġ ta' din l-informazzjoni tkun ta' preġudizzju lejn kompetizzjoni f'offerti ta' kuntratti futuri, din l-informazzjoni m'għandiex tiġi żvelata ħlief wara konsultazzjoni mal-gvern bi ftehim tal-Parti li tat informazzjoni lill-gvern tal-persuna li toħroġ l-offerti tal-kuntratti li ma rnexxietx.

3. Informazzjoni disponibbli li tikkonċerna l-akkwist minn entitajiet koperti u l-kuntratt individwali tagħhom għandha tkun provduta, fuq talba, lil kwalunkwe Parti oħra.

4. Informazzjoni kunfidenzali provduta lil kwalunkwe Parti oħra li timpedixxi infurzar tal-liġi jew inkella tkun kontra l-interess pubbliku jew turi preġudizzju lejn interess kummerċjali leġittimu t' impriżi partikolari, pubbliku u privat, jew tista' turi preġudizzju lejn kompetizzjoni ġusta bejn provvdituri m'għandiex tiġi żvelata mingħajr awtorizzazzjoni formali mil-parti li tipprovdi l-informazzjoni.

5. Kwalunkwe Parti għandha tiġbor u tipprovdi lil-Kumitat fuq bażi annwali ta' statistiċi dwar l-akkwisti tagħha koperti minn dan il-Ftehim. Rapporti bħal dawn għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja b'rispett lejn kuntratti mogħtija mill-entitajiet kollha ta' l-akkwisti koperti taħt dan il-Ftehim:

(a) għall-entitajiet fl-Anness 1, statistiċi dwar valuri stimati ta' kuntratti mogħtija, kemm fuq u taħt il-valur ta' l-għatba, fuq bażi globali u mqassma mil-entitajiet; għall-entitajiet fl-Anness 2 u 3, statistiċi fuq il-valur stimat tal-kuntratti mogħtija l-fuq mill-valur ta' l-għatba fuq bażi globali u mqassma minn kategoriji t'entitajiet;

(b) għall-entitajiet fl-Anness 1, statistiċi fuq in- numru u l-valur totali tal-kuntratti mogħtija l-fuq mill-valur ta' l-għatba, mqassma minn entitajiet u kategoriji ta' prodotti u servizzi skond sistemi ta' klassifikazzjoni uniformi; għall-entitajiet fl-Anness 2 u 3, statistiċi fuq il-valur stimait tal-kuntratti mogħtija l-fuq mill-valur ta' l-għatba mqassam minn kategoriji t'entitajiet u kategoriji ta' prodotti u servizzi;

(ċ) għall-entitajiet fl-Anness 1, statistiċi, mqassma minn entitajiet u kategoriji ta' prodotti u servizzi, fuq numru u valur totali ta' kuntratti mogħtija taħt kwalunkwe każ t'Artikolu XV; għall-kategoriji ta' l-entitajiet fl-Anness 2 u 3, statistiċi fuq il-valur totali ta' kuntratti mogħtija ‘l fuq mill-valur ta' l-għatba taħt kwalunkwe każ tal-Artikolu XV; u

(d) għall-entitajiet fl-Anness 1, statistiċi, maqsuma minn entitajiet, fuq in-numru u l-valur totali ta' kuntratti mogħtija taħt derogi għall-Ftehim li jinsabu fl-Annessi relevanti; għall-kategoriji t'entitajiet f'L-Anness 2 u 3, statistiċi fuq il-valur totali ta' kuntratti mogħtija taħt derogi għall-Ftehim li jinsabu fl-Annessi relevanti.

Sal-limiti li informazzjoni bħal din hija disponibbli, kwalunkweParti għandha tipprovdi statistiċi dwar il-pajjiż ta' l-oriġini ta' prodotti u servizzi mixtrija mill-entitajiet tiegħu. Bil-fehma li jassigura li statistiċI bħal dawn huma komparabbli, il-Kumitat għandu jipprovdi gwida fuq metodi li għandhom jintużaw. Bil-fehma li jassigura monitorjar effettiv t'akkwisti koperti minn dan il-Ftehim, il-Kumitat jista jiddeċiedi b'mod unanimu li jimmodifika l-ħtiġijiet ta' subparagrafi (a) sa (b) rigward in- natura u l-limitu t'informazzjoni ta' statistika li għandha t5kun provduta u t-tqassim u l-klassifikazzjonijiet li għandhom jintużaw.

Artikolu XX

Proċeduri ta' Sfida

Konsultazzjonijiet

1. Fil-każ t' ilmenti minn provditur li kien hemm vjolazzjoni ta' dan il-Ftehim fil-kuntest t'akkwist, kwalunkwe Parti għandha tinkoraġġa lill-provditur biex ifittex soluzzjoni għall-ilmenti tiegħu permezz ta' konsultazzjoni ma' l-entita li tforni. F'każijiet bħal dawn l-entita li tforni għandha ssib qbil imparzjali u kunsiderazzjoni f'waqtha għall-ilment bħal dan, b'manjiera li mhux ta' preġudizzju korrettivi taħt is-sistema ta' sfida.

Sfida

2. Kwalunkwe Parti għandha tipprovdi proċeduri mhux diskriminatorji, f'waqthom, trasparenti u effettivi li jippermettu lill-provdituri biex jisfidaw vjolazzjoni allegata tal-Ftehim maħruġ fil-kuntest t'akkwisti li fihom għandhom, jew kellhom, interess.

3. Kwalunkwe Parti għandha tipprovdi l-isfida tagħha bil-kitba u jagħmluhom ġeneralment disponibbli.

4. Kwalunkwe Parti għandha tassigura li d-dokumentazzjoni relatata ma' l-aspetti kollha tal-proċess li jikkonċerna akkwisti koperti minn dan il-Ftehim għandhom jiġu miżmuma għal tlett snin.

5. Il-provditur interessat jista' jkun mitlub li jibda proċedura ta' sfida u javża lill-entita li tforni fi żmien limitu speċifikat miż-żmien meta l-bażi ta' l-ilment huwa magħruf jew kellu jsir magħruf b'mod raġonevoli, imma fl-ebda każ f'perjodu ta' anqas minn 10t ijiem.

6. Sfidi għandhom jinstemgħu minn qorti jew minn korp ta' reviżjoni imparzjali jew indipendenti mingħajr interess fir-riżultat u l-membri li huma salvagwardati minn influwenza esternali waqt l-iskond t'appuntament. Korp ta' reviżjoni li mhux il-qorti għandu jkun soġġett għall-reviżjoni ġudizzjarja jew għndu jkollu proċeduri li jipprovdu li:

(a) parteċipanti jistgħu jiġu mismugħa qabel opinjoni hija mogħtija jew deċiżjoni hija milħuqa;

(b) parteċipanti jistgħu jiġu rappreżentati u akkumpanjati;

(ċ) parteċipanti għandu jkollhom aċċess għall-proċeduri kollha;

(d) preċedenti jistgħu jsiru fil-pubbliku;

(e) opinjonijiet jew deċiżjonijiet huma mogħtija bil-kitba bil-prospett li jiddeskrivu l-bażi għall-opinjonijiet jew deċiżjoni;

(f) xhieda jistgħu ikunu preżentati;

(g) dokumenti huma żvelati lill-korp ta' reviżjoni.

7. Sfidi għall-proċeduri għandhom jipprovdu għall-:

(a) miżuri interimm bil-ħeffa biex jikkoreġu l-vjolazzjonijiet tal-Ftehim u li jippreservaw opportunitajiet kummerċjali. Azzjoni bħal din tista tirriżulta f'sospensjoni tal-proċess t'akkwisti. Iżda, proċeduri jistgħu jipprovdu li konsegwenzi meħtieġa u avversi għall-interessi konċernati, inkluż l-interess pubbliku, jistgħu jiġu kkunsidrati fid-deċiżjoni ta' l-applikazzjoni ta' miżuri bħal dawn. F'ċirkostnzi bħal dawn, kawża biss għan-nuqqas t'azzjoni għandha tiġI provduta bil-kitba;

(b) stima u possibilita għal deċiżjoni dwar il-ġustifikazzjoni għall-isfida;

(ċ) korrezzjoni tal-vjolazzjoni tal-Ftehim jew kumpens għat-telf jew danni sofferti, li jistgħu jkunu limitati għall-infiq t'offerta ta' kuntratti jew protesta.

8. Bil-fehma għall-preservazzjoni ta' l-interessi kummerċjali u oħrajn involuti, il-proċedura tas-sfida għandha tkun normalment kompletata f'waqtha.

Artikolu XXI

Istituzzjonijiet

1. Kumitat dwar Akkwisti tal-Gvern magħmul minn rappreżentanti minn kwalunkwe Parti għandu jkun imwaqqaf. Dan il-Kumitat għandu jeleġġi l-President tiegħu u l-Viċi-President u għandu jiltaqa' kif neċessarju. Iżda mhux anqas minn darba fis-sena għall-għan li jagħti l-opportunita lil Partijiet biex jikkonsultaw dwar kwalunkwe kwestjoni relatata ma' l-operazzjoni ta' dan il-Ftehim jew it-tkabbir ta' l-għanijiet tiegħu, u li jmexxi responsabilitajiet kif mogħtija lilu mill-Partijiet.

2. Il-Kumitat jista jwaqqaf partijiet ta' xogħol jew korpi oħra sussidjarji li għandhom imexxu ċerti funzjonijiet kif mogħtija lilhom mill-Kumitat.

Artikolu XXII

Konsultazzjonijiet u Ftehim finali dwar kwestjonijiet diskutibbli

1. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Għarfien ta' Regoli u Proċeduri li Jiggvernaw il-Ftehim ta' Kwestjonijiet Diskutibbli taħt il-Ftehim ta' l-ODK (minn hawn il-quddiem msemmi bħala Ftehim dwar l-Għarfien ta' Kwestjonijiet Diskutibbli) għandhom ikunu applikabbli ħlief b'mod ieħor provdut speċifikament hawn taħt.

2. Jekk kwalunkwe Parti tikkunsidra li kwalunkwebenefiċju li joħroġ minnha, direttament jew indirettament, taħt dan il-ftehim qed ikun annullat jew imfixkel, jew li l-kisba ta' kwalunkwegħan ta' dan il-Ftehim qed ikun imfixkel bħala riżultat ta' nuqqas ta' Parti jew Partijiet oħra ta' kwalunkwe miżura, kemm jekk ma tkunx ta' kunflitt mad- dispożizzjoni ta' dan il-Ftehim u kemm jekk le, tista bil-fehma li tilħaq riżoluzzjoni sodisfaċenti dwar il-kwestjoni, tagħmel rappreżentazzjonijiet jew proposti bil-miktub lill-Parti jew Partijiet oħra li hija tikkunsidra li jkunu konċernati. Azzjoni bħal din għandha tkun notifikata fil-pront lill-Korpi ta' l-Għeluq tal-Kwestjoni diskutibbli stabbilita taħt il-Fehma tal-Kwestjoni Diskutibbli. (minn hawn il-quddiem msemmija bħala "FKD"), kif speċifikat hawn taħt. Kwalunkwe Parti hekk avviċinata għandha tagħti kunsiderazzjoni simpatetika lir-rappreżentazzjonijiet jew proposti magħmula lilha.

3. IL-KGK għandu l-awtorita li jwaqqaf panewwijiet, jadotta rapporti tal-Korp ta' l-Appell, jagħmel rekomandazzjonijiet jew regoli dwar il-kwestjoni, jżomm sorveljanza dwar l-implementazzjoni tar-regoli u rekomandazzjonijiet, u jawtorizza sospensjoni ta' konċessjonijiet u obligazzjonijiet oħra taħt dan il-Ftehim jew konsultazzjonijiet dwar rimedji meta jirtiraw il-miżuri li jinsabu fil-kontravenzjoni tal-Ftehim mhuiex possibbli provdut li Membri biss mill-Parti ta' l-ODK għal dan il-Ftehim għandhom jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet mehuda mill-KGK b' rispett lejn diskussjonijiet taħt dan il-Ftehim.

4. Panewwijiet għandu jkollhom it-termini ta' referenza li ġejjin għajr jekk il-partijiet għad-diskussjoni jaqblu inkella 20 ġurnata mit-twaqqif tal-panew:

"Biex jeżaminaw, fid-dawl ta' dispożizzjonijiet relevanti ta' dan il-Ftehim u ta' (l-isem ta' kwalunkwe Ftehim Kopert msemmi mill-partijiet għad-diskussjoni), il-kwestjoni msemmina lill-KGL b'(l-isem tal-part i) fid-dokument… u li jagħmlu skoperti bħal dawn sabiex jassistu l-KGK fl-egħmil tar-rekomandazzjonijiet jew fl-għotja tar-regoli provduti għalihom f'dan il-Ftehim."

F'każ ta' kwistjoni li fiha d- dispożizzjonijiet kemm ta' dan il-ftehim u fi Ftehim ieħor jew oħrajn msemmija f'Appendiċi 1 ta' l-Għeluq tal-Kwestjonijiet diskutibbli huma invokati minn waħda mill-partijiet tal-kwestjoni, paragrafu 3 għandu japplika biss għal dawk il-partijiet tar-rapport panew li jikkonċerna l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

5. Panewwijiet mwaqqfa mill-KGK biex jeżamina kwestjonijiet taħt dan il-Ftehim għandhom jinkludu persuni kwalifikati fil-qasam t'akkwisti tal-gvern.

6. Kwalunkwe sforz għandu jkun magħmul biex iħaffef il-proċeduri sa' l-akbar limitu possibbli. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' paragrafi 8 u 9 tal-Artikolu 12 tal-Fehma ta' l-Għeluq tal-Kwestjoni Diskutibbli. il-panew għandu jipprovdi rapport finali lill partijiet għall-kwestjoni mhux aktar tard minn erba' xhur, u fil-każ ta' dewmien mhux aktar minn seba' xhur, wara d-data li fiha l-komposizzjoni u t-termini ta' referenza tal-panew huma miftehma. Konsegwentement, kwalunkwe sforz għandu jkun magħmul sabiex inaqqas ukoll il-perjodi previsti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 20 u paragrafu 4 tal-Artikolu 21 tal-Fehma ta' l-Għeluq tal-kwestjoni fi żmien xahrejn. Iktar minn hekk, minkejja dispożizzjonijiet ta' paragrafu 5 tal-Artikolu 21 tal-Fehma ta' l-Għeluq tal-Kwestjoni Diskutibbli, il-panew għandu jipprova joħroġ din id- deċIżjoni, f'każ ta' nuqqas ta' ftehim għall-eżistenza jew konsistenza bi Ftehim kopert ta' miżuri meħuda biex jaqblu mar-rekomandazzjonijiet u r-regoli, f'60 jum.

7. minkejja paragraph 2 of l-Artikolu 22 of the Dispute Settlement Understanding, any dispute arising under any Agreement listed in Appendix 1 to the Dispute Settlement Understanding other than this Agreement shall not result in the suspension of concessions or other obligations under this Agreement, and any dispute arising under this Agreement shall not result in the suspension of concessions or other obligations under any other Agreement listed in the said Appendix 1.

Artikolu XXIII

Eċċezzjonijiet għall-Ftehim

1. F'dan il-Ftehim xejn m' għandu jkun meqjus biex jipprevjeni lill-kwalunkwe Parti li tieħu azzjoni jew li ma tiżvelax kwalunkwe informazzjoni li hija tikkunsidra neċessarja għall-protezzjoni tas-sigurta essenzali tagħha relatati ma' l-akkwist ta' armi, ammunizzjoni jew materjal tal-gwerra, jew għall-akkwist indispesabbli għas-sigurta nazzjonali jew għall-għan ta' difiża nazzjonali.

2. Soġġett għall-ħtiġijiet li miżuri bħal dawn mhumiex applikati b' mod li jikkostitwixxu mezz t'arbitraġġ jew diskriminazzjoni mhux ġustifikata bejn pajjiżi fejn l-istess kondizzjonijiet jipprevalu jew restrizzjoni moħbija dwar kummerċ internazzjonali, xejn f'dan il-ftehim m' għandu jitqies biex jippreveni kwalunkwe Part milli timponi jew tinforza miżuri: neċessarji biex jiproteġu morali pubbliċI, ordni u sigurta, ħajja umana tal-annimali u tal-pjanti jew propjeta tas-saħħa jew intelletwali; jew relatata mal-prodotti jew servizzi ta' persuni ħandikappati, t' istituzzjonijiet filantropiċI jew tax- xogħol tal-ħabs.

Artikolu XXIV

Dispożizzjonijiet finali

1. Aċċettazzjoni u Dħul fis-seħħ

2. Sħubija

3. Arranġamenti transitorji

(a) Hong Kong u l-Korea jistgħu jdewwmu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, minbarra Artikoli XXI u XXII, sa data mhux aktar tard minn l-1 ta' Jannar 1997. Id-data tal-bidu ta' l-applikazzjoni tagħhom tad-dispożizzjonijiet, jekk qabel l-1 ta' Jannar 1997, għandu jkun notifikat lid-Direttur Ġenerali ta' l-ODK 30 jum qabel.

(b) Waqt il-perjodu bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u d-data ta' l-applikazzjoni tiegħu minn Hong Kong, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet bejn Hong Kong u l-Partijiet l-oħra kollha f'dan il-Ftehim li kienu fil-15 ta' April 1994 Partijiet għal dan il-Ftehim fuq Akkwisti tal-Gvern magħmula f'Ġeneva fit-12 ta' April 1979 kif emendat fit-2 ta' Frar 1987 (il-"Ftehim ta' l-1988") għandhom ikunu gvernati minn dispożizzjonijiet sostantivi [9] tal-Ftehim ta' l-1988, inklużi l-Annessi tagħhom kif modifikati jew rettifikati, li dispożizzjonijiet huma inkorporati hawnhekk b'referenza għal dak il-għan u għandhom jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 1996.

(ċ) Bejn Partijiet għal dan il-Ftehim li huma wkoll Partijiet għall-Ftehim ta' l-1988, id- drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jaqbżu dawk taħt il-Ftehim ta' l-1988.

(d) Artikolu XXII m'għandux jidħol fis-seħħ sad-data tad- dħul tal-Ftehim ta' l-ODK. Sa żmien bħal dan, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu VII tal-Ftehim ta' l-1988 għandu japplika ma' konsultazzjonijiet u l-għeluq tal-kwestjoni taħt dan il-ftehim, li d- dispożizzjonijiet huma hawnhekk inkorporati fil-Ftehim b'referenza għal dak il-għan. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu applikati taħt l-awspiċI tal-Kumitat taħt dan il-Ftehim.

(e) Qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' l-ODK, referenzi għall-Korpi ta' l-ODK għandhom ikunu mifhema li jirreferu għall-Korp korrispondenti tal-GATT u referenzi lid- Direttur Ġenerali ta' l-ODK u s-Segretarjat ta' l-ODK għandhom jkunu msemmija bħala referenzi għald- Direttur Ġenerali għall-PARTIJIET KONTRATTANTI għall-GATT 1947 u lis-segretarjat tal-GATT rispettivament.

4. Riservazzjonijiet

5. Leġislazzjonijiet Nazzjonali

(a) Kull gvern li jaċċetta jew jissieħeb f'dan il-acceding Ftehim għandu jassigura, mhux aktar tard minn dik id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim għalih, il-konformita tal-liġijiet, proċeduri u prattiċi applikati minn entitajiet li jinsabu fil-lista tiegħu annessi hawnhekk, mad- dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

(b) Kull Parti għandha tinforma lill-Kumitat dwar kwalunkwe tibdil fil-liġijiet u r-regolazzjonijiet tagħha relevanti ma' dan il-Ftehim u fl-amministrazzjoni ta' liġijiet u regtolazzjonijiet bħal dawn.

6. Korrezzjoni jew Modifiki

(a) Korrezzjoni, trasferimenti t'entita minn Anness għall-ieħor jew, f'każijiet ta' eċċezzjoni, modifiki oħra relatati m' Appendiċi I sa IV għandhom ikunu notifikati lill-Kumitat, flimkien ma' informazzjoni dwar il-konsegwenzi li x'aktarx iġġib magħha kopertura reċiproka miftehma provduta f'dan il-Ftehim. Jekk il-korrezzjonijiet, trasferimenti jew modifiki oħra huma ta' natura purament formali jew minuri, għandhom jiġu effetwati f'30 ġurnata provdut li ma hemm l-ebda oġġezzjoni. F'każijiet oħrajn, il-President tal-Kumitat għandu fil-pront jagħmel laqgħa tal-Kumitat. Il-Kumitat għandu jikkunsidra l-proposta u kwalunkwe pretensjoni għall-aġġustamenti ta' kumpens, bil-fehma li jżomm bilanċ tad-drittijiet u obbligazzjonijiet u livell komparabbli ta' kopertura reċiproka miftehma provduta f'dan il-Ftehim qabel notifikazzjoni bħal din. Fl-okkażjoni ta' ftehim li ma jkunx ġie milħuq, il-kwestjoni tista' tiġI segwita skond id- dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu XXII.

(b) Fejn Parti tixtieq, fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha, biex tirtira entita mill-Appendiċi I fuq il-bażi li l-kontroll tal-gvern jew l-influwenza fuqha kienet eliminata b'mod effettiv dik il-Parti għandha tavża lill-Kumitat. Modifikazzjoni bħal din għandha tiġI effetwata fdik il-ġurnata wara t-tmiem tal-laqgħa li jmiss tal-Kumitat, provdut li l-laqgħa ma ssirx qabel 30 ġurnata mid-data tan-notifika u li ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni. F'każ t'oġġezzjoni, il-kwestjoni tista' tiġi segwita skond il-proċeduri dwar il-konsultazzjonijiet u l-għeluq tal-kwestjoni li tinsab fl-Artikolu XXII. Billi tiġi kkunsidrata l-modifikazzjoni li ġiet proposta dwar Appendiċi I u kwalunkwe aġġustament konsekwenzali ta' kumpens, għandha tingħata somma allokata għall-effetti tal-ftuħ tas-suq tat-tneħħija tal-kontroll u l-influwenza tal-gvern.

7. Rivisti, Negozzjati u Xogħol għll-Futur

(a) Il-Kumitat għandu kull sena jirrevedi l-implementazzjonijiet u l-operazzjoni ta' dan il-Ftehim billi jikkunsidra l-għanijiet miġjuba fih. Il-Kumitat għandu jinforma kull sena l-Kunsill Ġenerali ta' l-ODK dwar l-Iżvilupp waqt perjodi koperti minn rivisti bħal dawn.

(b) Mhux aktar tard mill-aħħar tat-tielet sena mid- data tad- dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u perjodikament wara dan, il-Partijiet għandhom jieħdu aktar negozzjati, bil-fehma li jtejjbu dan il-Ftehim u li jiksbu l-akbar estensjoni possibbli tal-kopertura tiegħu fost il-Partijiet kollha fuq il-bażi ta' reċiproċita konġunta, wara li jkunu kkunsidraw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu V relatati ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw.

(ċ) Partijiet għndhom jippruvaw jevitaw li jintroduċu miżuri u prattiċi ta' diskriminazzjoni li jfixklu akkwist miftuh u li ser, fil-kuntest ta' negozzjati taħt subparagrafu (b), jippruvaw jeliminaw dawk li jibqgħu fid-data tad- dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

8. Teknoloġija ta' l-Informatika

9. Emendi

10. Irtirar

(a) Kwalunkwe Parti tista tirtira minn dan il-Ftehim. L-irtira għandha tieħu effett fuq it-tmiem ta' 60 ġurnata mid-data li fiha avviż bil-miktub t' irtira huwa riċevut mid- Direttur-Ġeneralt ta' l-ODK. Kwalunkwe Parti tista' fuq avviż bħal dan titlob laqgħa immedjata tal-Kumitat.

(b) Jekk Parti għall-dan il-Ftehim ma ssirx Membru ta' l-ODK fi żmien sena mid-data tad- dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' l-ODK jew tieqaf milli tkun Membru ta' l-ODK, hija għandha tieqaf milli tkun Parti għal dan il-Ftehim b'effett mill-istess data.

11. Mhux applikazzjoni ta' dan il-Ftehim bejn Partijiet Partikolari

12. Noti, Appendiċi u l-Annessi

13. Is-Segretarjat

14. Depożitu

15. Reġistrazzjoni

Magħmul f'Marrakesh fil-ħmistax-il jum tax-xahar ta' April elf disa' mija u erbgħa u disgħin, f'kopja singola, fil-lingwa Ingliża, Franċiża u Spanjola, kull text ikun awtentiku, ħlief jekk ikun pprovdut ulterjorment fir-rigward tal-Iskeda hawn annessa.

[1] Għall-kull Parti, Appendiċi I huwa maqsum f'ħames l-Annessi:

- l-Anness 1 li fih entitajiet ċentrali tal-gvern.

- l-Anness 2 li fih entitajiet sotto-ċentrali tal-gvern.

- l-Anness 3 li fih l-entitajiet kollha l-oħra li jkunu jinsabu skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

- l-Anness 4 jispeċifika s-servizzi, kemm jekk mniżżla b'mod posittiv jew negattiv, kopert minn dan il-Ftehim.

- l-Anness 5 jispeċifika servizzi koperti ta' kostruzzjoni.Għetiebi relevanti huma speċifikati f'kull Parti ta' l-Annessi.

[2] Dan il-Ftehim għandu japplika għal kull kuntratt nli għalih il-valur tal-kuntratt huwa stimat sabiex jaqbel ma' jew jaqbeż l-għatba fil-ħin tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż skond Artikolu IX.

[3] Għall-għan ta' dan il-Ftehim, regolazzjoni teknika hija dokument li tippreskrivi karatteristiċi ta' prodotti jew servizzi jew il-proċessi relatati magħhom u l-produzzjoni ta' metodi, inklużi d-sisposizzjonijiet applikabbli u amministrattivi, li bihom it-talba hija mandatorja. Jista wkoll jinkludi jew jitratta mat-terminoloġija, simboli, jew wkoll ippakjettar, immarkar jew ħtiġijiet ta' tikketti kif japplikaw għal prodott, servizz, proċess jew metodu ta' produzzjoni.

[4] Għall-għan ta' dan il-Ftehim, dokument standard approvat minn korp rikonoxximent, li jipprovdi, għall-użu ta' repetizzjoni, regoli, linji ta' gwida jew karatteristiċi għall-Prodotti jew Servizzi jew proċessi relatati u metodi ta' produzzjoni, li bihom talba mhix mandatorja. Jista wkoll jinkludi jew jitratta mat-terminoloġija, simboli, jew wkoll ippakjettar, immarkar jew ħtiġijiet ta' tikketti kif japplikaw għal prodott, servizz, proċess jew metodu ta' produzzjoni.

[5] Huwa magħruf li "apparat eżistenti" jinkludi software sal-limitu li l-kuntratt tal-bidu tas-software kien kopert mill-Ftehim.

[6] Żvilupp oriġinali ta' l-ewwel prodott jew servizz jista jinkludi produzzjoni limitata jew forniment sabiex jinkorpora r-riżultati tat-testjar fil-miftuħ u biex juri li l-prodott jew servizz huwa tajjeb għall-produzzjoni jew forniment fi kwantita għal standards ta' kwalità aċċettabbli. Ma jestendix sa kwantita ta' produzzjoni jew forniment biex tiġi stabbilita vijabilita jew sabiex jirkupra l-ispejjeż tar-riċerka u ta' l-Iżvilupp.

[7] Kumpens f'kuntratti tal-gvern huma miżuri lwżati biex jinkoraġġu żvilupp lokali jew itejjbu l-kontijiet tal-bilanċ ta' pagamenti permezz ta' kontenut, liċenzja ta' teknoloġija, ħtiġijiet t'investiment, investimenti, ta' kontro-kummerċ jew ħtiġijiet simili.

[8] Għall-għan ta' dan il-Ftehim, it-terminu "gvern" huwa meqjus li jinkludi l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunitajiet Ewropew.

[9] Id- dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' l-1988 ħlief il-Preambolu, Artikolu VII u Artikolu IX għajr paragrafi 5(a) u (b) u paragrafu 10.

--------------------------------------------------

NOTI

It-Termini "pajjiż" jew "pajjiżi" jif wżati f'dan il-Ftehim, inklużi Appendiċi, għandhom jinkludu territorji ta' dwana separati Parti għal dan il-Ftehim.

Fil-każ ta' territorju ta' dwana separat Parti għall-dan il-Ftehim, fejn espressjoni f'dan il-Ftehim huwa kwalifikat mit-terminu "nazzjonali", espressjoni bħal din għandha tinqara bħala li tagħmel parti minn dak it-territorju tad- dwana, sakemm speċifikat mod ieħor.

L-Artikolu 1, paragrafu, (1)

Wara li kkunsidraw il-kunsiderazzjonijiet ġenerali tal-policy relatati m' għajnuna marbuta, inkluż l-għan ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw b'rispett lejn it-tħollija t'għajnuna bħal din, dan il-Ftehim ma japplikax ma' l-akkwisti magħmula għat-tkabbir t'għajnuna f'pajjiżi li qed jiżviluppaw sakemm tkun prattikata minn Partijiet.

--------------------------------------------------

Top