Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21994A1223(05)

Ftehim dwar l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji

OJ L 336, 23.12.1994, p. 40–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 11 Volume 038 P. 42 - OP_DATPRO
Special edition in Swedish: Chapter 11 Volume 038 P. 42 - OP_DATPRO
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 021 P. 124 - 134
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 021 P. 124 - 134
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 021 P. 112 - 122
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 021 P. 124 - 134
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 021 P. 124 - 134
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 021 P. 124 - 134
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 021 P. 124 - 134
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 021 P. 124 - 134
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 021 P. 124 - 134
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 010 P. 47 - 57
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 010 P. 47 - 57
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 074 P. 47 - 57

In force

21994A1223(05)



Official Journal L 336 , 23/12/1994 P. 0040 - 0048
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 38 P. 0042
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 38 P. 0042


Ftehim dwar l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji

IL-MEMBRI,

Filwaqt li jafferrmaw mill-ġdid li l-ebda Membru ma għandu jiġi pprevenut milli jadotta jew jinforza l-miżuri meħtieġa għalbiex jipproteġi l-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, ta' l-annimali jew tal-pjanti, bla ħsara għall-ħtieġa li dawn il-miżuri ma jiġux applikati f'manjiera li tkun tikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli bejn il-Membri meta jipprevalu l-istess kondizzjonijiet jew restrizzjoni moħbija għall-kummerċ internazzjonali;

Mixtieqa li jtejbu s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa ta' l-annimali u s-sitwazzjoni fitosanitarja fil-Membri kollha;

Jinnotaw li spiss jiġu applikati miżuri saanitarji u fitosanitarji fuq il-bażi ta' ftehimijiet u protokolli bilaterali;

Mixtieqa li jistabbilixxu qafas multilaterali tar-regoli u d-dixxiplini għalbiex jiggwidaw l-iżvilupp, l-adozzjoni u l-infurzar tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji sabiex jimminimizzaw l-effetti negattivi fuq il-kummerċ;

Jagħrfu l-kontribuzzjoni importanti li jistgħu jagħmlu l-istandards, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet internazzjonali f'dan ir-rigward;

Mixtieqa li jmexxu iktar ‘il quddiem il-miżuri sanitarji u fitosanitarji armonizzati bejn il-Membri, fuq il-bażi ta' l-istandards, il-linji gwida u r-rakkommandazzjonijiet internazzjonali żviluppati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, inklużi l-Kummissjoni Codex Alimentarius, l-Uffiċċju Internazzjonali ta' l-Epizootika u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali li jaħdmu fil-qafas tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, mingħajr ma jkunu jeħtieġu lill-Membri li jibdlu l-livell approprjat tagħhom tal-protezzjoni tal-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, ta' l-annimali jew tal-pjanti;

Jagħrfu li l-pajjiżi Membri li qegħdin jiżviluppaw jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet speċjali għalbiex jikkonformaw mal-miżuri sanitarji u fitosanitarji tal-Membri importaturi, u bħala konsegwenza ta' dan fl-aċċess għas-swieq, kif ukoll fil-formolazzjoni u l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji fit-territorji tagħhom infushom, u filwaqt li jixtiequ li jgħinuhom fl-isforzi tagħhom f'dan ir-rigward;

Mixtieqa għalhekk li jelaboraw regoli għalbiex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-GATT 1994 li għandhom x'jaqsmu ma' l-użutal-miżuri sanitarji jew fitosanitarji, b'mod partikolari l-Artikolu XX(b) [1];

HAWNHEKK JIFTIEHMU KIF ĠEJ;

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Dan il-Ftehim japplika għall-miżuri sanitarji u fitosanitarji kollha li jistgħu jaffettwaw, direttament jew indirettament, il-kummerċ internazzjonali. Dawn il-miżuri għandhom jiġu żviluppati u applikati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

2. Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ipprovvduti fl-Anness A.

3. L-annessi huma parti integrali minn dan il-Ftehim.

4. Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jaffettwa d-drittijiet tal-Membri skond il-Ftehim dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ rigward il-miżuri mhux fl-iskop ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Id-Drittijiet u l-Obbligi Bażiċi

1. Il-Membri għandhom id-dritt li jieħdu l-miżuri sanitarji u fitosanitarji meħteġa għall-protezzjoni tal-ħajja jew tas-saħħa tal-bniedem ta' l-annimali jew tal-pjanti, sakemm dawn il-miżuri ma jkunux inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

2. Il-Membri għandhom jiżguraw illi kull miżura sanitarja jew fitosanitarja applikata biss safejn u sakemm meħtieġa għalbiex tipproteġi l-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, ta' l-annimali jew tal-pjanti, tkun imsejsa fuq prinċipji xjentifiċi u ma tinżammx mingħajr xiehda xjentifika biżżejjed, għajr kif ipprovvdut fil-paragrafu 7 ta' l-Artikolu 8.

3. Il-Membri għandhom jiżguraw illi l-miżuri sanitarji u fitrosanitarji tagħhom ma jiddiskriminawx b'mod arbitrarju jew mhux iġġustifikat bejn il-Membri meta jipprevalu kondizzjonijiet identiċi jew simili, inklużi dawk bejn it-teritorju tagħhm u dak tal-Membri. Il-miżuri sanitarji u fitosanitarji ma għandhomx jiġu applikati f'manjiera li tkun tista' tikkostitwixxi restrizzjoni moħbija għall-kummerċ internazzjonali.

4. Il-miżuri sanitarji u fitosanitarji li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu preżunti li jikkonformaw ma' l-obbligi tal-Membri skond id-dispożizzjonijiet tal-GATT 1994 fejn jidħol l-użu tal-miżuri sanitarji jew fitosanitarji, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu XX(b),

Artikolu 3

L-Armonizzazzjoni

1. Għalbiex jarmonizzaw il-miżuri sanitarji u fitosanitarji fuq bażi wiesa' kemm jista' jkun, il-Membri għandhom isejsu l-miżuri sanitarji u fitosanitarji tagħhom fuq standards, linji gwida jew rakkommandazzjonijiet internazzjonali, meta jeżistu, għajr jekk ipprovvdut xorta oħra f'dan il-Fehim, u b'mod partikolari fil-paragrafu 3.

2. Il-miżuri sanitarji jew fitosanitarji li jikkonformaw ma' l-istandards, il-linji gwida jew ir-rakkommandazzjonijiet internazzjonali għandhom jitqiesu li jkunu meħtieġa għalbiex jipproteġu l-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, ta' l-annimali jew tal-pjanti, u preżunti li jkunu konsistanti mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan i-Ftehim u tal-GATT 1994.

3. Il-Membri jistgħu jdaħħlu jew iżommu miżuri sanitarji jew fitosanitarji li jirriżultaw f'livell ogħla ta' protezzjoni sanitarja jew fitosanitarja milli kienu miksuba minn miżuri msejsa fuq l-istandards, il-linji gwida u r-rakkommandazzjonijiet internazzjonali jekk ikun hemm ġustifikazzjoni xjentifika, jew bħala konsegwenza tal-livell tal-protezzjoni sanitarja jew fitosanitarja li Membru jistabbilixxi li tkun approprjata skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafi minn 1 sa 8 ta' l-Artikolu 5 [2]. Minkejja dan ta' hawn fuq, il-miżuri kollha li jirriżultaw f'livell ta' protezzjoni sanitarja jew fitosanitarja differenti minn dak li jkun jista' jinkiseb bmiżuri msejsa fuq standards, linji gwida jew rakkommandazzjonijiet internazzjonali ma għandhomx ikunu inkonsistenti ma' dispożizzjoni oħra ta' dan il-Ftehim.

4. Il-Membri għandhom jieħdu sehem sħiħ, fil-limiti tar-riżorsi tagħhom, fl-organizzazzjonijet internazzjonali rilevanti u l-korpi sussidjarji tagħhom, b'mod partikolari l-Kummissjoni Codex Alientarius, l-Uffiċċju Internazzjonali ta' l-Epizootika, u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali li jaħdmu fil-qafas tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, għalbiex jippromwovu fi ħdan dawn l-organizzazzjonijiet l-iżvilupp u r-rivista perjodika ta' l-istandards, il-linji gwida u r-rakkommandazzjonijiet internazzjonali rigward l-aspetti kollha tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji.

5. Il-Kumitat tal-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji pprovvdut fil-paragrafi 1 u 4 ta' l-Artikolu 12 (imsejjaħ il-"Kumitat" f'dan il-Ftehim) għandu jiżviluppa proċedura sabiex jimmonitorja l-proċess ta' l-armonizzazzjoni internazzjonali u jikkoordina l-isforzi f'dan ir-rigward ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

Artikolu 4

L-Ekwivalenza

1. Il-Membri għandu jaċċettaw il-miżuri sanitarji jew fitosanitarji tal-Membri l-oħra bħala ekwivalenti, saħansitra jekk dawn il-miżuri jiddifferixxu minn tagħhom infushom jew minn dawk użati mill-Membri l-oħra li jikkummerċjaw fl-istess prodott, jekk il-Membru esportatur juri b'mod oġġettiv lill-Membru importatur li l-miżuri tiegħu jiksbu l-livell approprjat ta' protezzjoni sanitarju u fitosanitarju tal-Membru importatur. Għal dan il-għan, għandu jingħata aċċess raġjonevoli, fuq talba, lill-Membru importatur għall-ispezzjon, it-testjar u proċeduri oħra rilevanti.

2. Il-Membri għandhom, fuq talba, jidħlu f'konsultazzjonijiet bil-għan li jiksbu ftehimijiet bilaterali u multuilaterali dwar il-għarfien ta' l-ekwivalenza ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji speċifikati.

Artikolu 5

L-Istima tar-Riskju u Kif Jiġi Stabbilit il-Livell Approprjat tal-Protezzjoni Sanitarja u Fitosanitarja

1. Il-Membri għandhom jiżguraw illi l-miżuri sanitarji jew fitosanitarji tagħhom ikunu msejsa fuq stima, kif approprjata għaċ-ċirkostanzi, tar-riskji għall-ħajja jew għas-saħħa tal-bniedem, ta' l-annimali jew tal-pjanti, filwaqt li jqisu l-metodi tat-teknika tar-riskji żviluppati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

2. Fl-istima tar-riskji, il-Membri għandhom iqisu x-xiehda xjentifika; il-proċessi u l-metodi tal-produzzjoni rilevanti; l-ispezzjon, it-teħid tal-kampjuni u l-metodi tat-testijiet rilevanti; il-prevalenza ta' mard jew id-dud u l-insetti tal-qerda rilevanti; l-eżistenza ta' żoni ħielsa minn mard jew dud u insetti tal-qerda speċifiċi; il-kondizzjonijiet ekoloġiċi u ambjentali rilevanti; u l-korantina jew kull trattament ieħor.

3. Fl-istima tar-riskju għall-ħajja jew għas-saħħa ta' l-annimali jew tal-pjanti u filwaqt li jistabbilixxu l-miżura li trid tiġi applikata għalbiex jiksbu l-livell approprjat ta' protezzjoni sanitarja jew fitosanitarja minn dan ir-riskju, il-Membri għandhom iqisu bħala fatturi ekonomiċi rilevanti: il-ħsara potenzali f'termini ta' telf fil-produzzjoni jew il-bejgħ fl-eventwalità tad-dħul, ta' kif jistabbilixxu ruħhom jew jinfirxu dud u insetti tal-qerda jew mard; l-ispejjeż għall-kontroll jew l-eradikazzjoni ta' dawn fit-territorju tal-Membru importatur; u l-effikaċja relattiva skond il-profil tal-ġestjoni u ta' l-ispejjeż jew avviċinamenti alternattivi għalbiex jillimitaw ir-riskji.

4. Meta jkunu qegħdin jistabbilixxu l-livell approprjat tal-protezzjoni sanitarja jew fitosanitarja, il-Membri għandhom iqisu l-għan li jimminimizzaw l-effetti negattivi fuq il-kummerċ.

5. Bil-għan li jiksbu l-konsistenza fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-livell approprjat ta' protezzjoni sanitarja jew fitosanitarja kontra r-riskji għall-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, jew il-ħajja jew is-saħħa ta' l-annimali u tal-pjanti, kull Membru għandu jevita distinzjonijiet arbitrarji jew mhux iġġustifikati fil-livelli li jikkunsidra approprjati għal sitwazzjonijiet differenti, jekk dawn id-distinzjonijiet jirriżultaw f'diskriminazzjoni jew restrizzjoni moħbija għall-kummerċ internazzjonali. Il-Membri għandhom jikkooperaw fil-Kumitat, skond il-paragrafi 1, 2 u 3 ta' l-Artikolu 12, għalbiex jiżviluppaw linji gwida biex imexxu iktar ‘il quddiem l-implimentazzjoni prattika ta' din id-dispożizzjoni. Meta jkun qiegħed jiżviluppa l-linji gwida, il-Kumitat għandu jqis il-fatturi kollha rilevanti nkluż il-karattru eċċezzjonali tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem li għalihom in-nies jesponi lilhom infushom b'mod volontarju.

6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 3, huma u jistabbilixxu jew iżommu l-miżuri sanitarji jew fitosanitarji għalbiex jiksbu l-livell approprjat tal-potezzjoni sanitarja jew fitosanitarja, il-Membri għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri ma jkunux iktar restrittivi għall-kummerċ milli jkunu meħtieġa għalbiex jinkiseb il-livell approprjat tal-protezzjoni sanitarja jew fitrosanitarja, filwaqt li jqisu l-probabbiltà tas-suċċess tekniku u ekonomiku [3].

7. Fil-każijiet meta x-xiehda xjentifika rilevanti ma tkunx biżżejjed, Membru jista' jadotta miżuri sanitarji jew fitosanitarji b'mod proviżorju fuq il-bażi tat-tagħrif pertinenti disponibbli, inkluż dak minn għand l-orgnizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti kif ukoll mill-miżuri sanitarji jew fitosanitarji applikati mill-Membri l-oħra. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Membri għandhom ifittxu li jiksbu t-tagħrif addizzjonali meħtieġ għal stima iktar oġġettiva tar-riskji u jagħmlu rivista tal-miżura sanitarja jew fitosanitarja kif jixraq f'perjodu raġjonevoli taż-żmien.

8. Meta Membru jkollu raġuni li jemmen li miżura sanitarja jew fitosanitarja speċifika mdaħħla jew miżmuma minn Membru ieħor tkun qiegħda tikkonstrinġi, jew ikollha l-potenzal li tikkonstrinġi, l-esportazzjonijiet tiegħu u l-miżura ma tkunx imsejsa duq l-istandards, il-linji gwida jew ir-rakkommandazzjonijiet internazzjonali, jew dawn l-istandards, linji gwida jew rakkommandazzjonijiet ma jeżistux, tista' tintalab spjega għar-raġunijiet ta' din il-miżura sanitarja jew fitosanitarja u għandha tiġi pprovvduta mill-Membru li jżomm il-miżura.

Artikolu 6

L-Addattament għll-Kondizzjonijiet Reġjonali, Inklużi ż-Żoni ħielsa mid-Dud u l-Insetti tal-Qerda jew il-Mard u ż-Żoni fejn il-Prevalenza tad-Dud u l-Insetti tal-Qerda jew tal-Mard tkun Baxxa.

1. Il-Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri sanitarji u fitosanitarji tagħhom ikunu addattati għall-karatteristiċi sanitarji jew fitosanitarji taż-żona - sewwa jekk għall-pajjiż kollu, sewwa jekk għal parti minnu u sewwa jekk għal numru sħiħ ta' pajjiżi jew għal parti minnhom - li minnhom ikun oriġina l-prodott u li għalihom ikunn iddestinat. Meta jiġu biex jistmaw il-karatteristiċi sanitarji jew fitosanitarji ta' reġjun, il-Membri għandhom iqisu fost ħwejjeġ oħra il-livell tal-prevalenza tal-mard jew tad-dud u l-insetti tal-qerda speċfiċi, l-eżistanza ta' programmi tal-kontroll jew ta' l-eradikazzjoni, u l-kriterji jew il-linji gwida approprjati li jistgħu jiġu żviluppati mill-organizzazzjnijiet internazzjonali rilevanti.

2. B'mod partikolari, il-Membri għandhom jagħrfu l-kunċetti taż-żoni ħielsa mid-dud u l-insetti tal-qerda jew mill-mard u taż-żoni fejn il-prevalenza tad-dud u l-insetti tal-qerda jew tal-mard tkun baxxa. Kif jiġu stabbiliti dawn iż-żoni għandu jkun imsjjes fuq fatturi bħalma huma l-ġeografija, l-ekosistemi, is-sorveljanza epidemjoloġika u l-effikaċja tal-kontrolli sanitarji jew fitosanitarji.

3. Il-Membri esportaturi li jippretendu li ż-żoni fit-territorji tagħhom ikunu ħielsa mid-dud u l-insetti tal-qerda jew mill-mard jew żoni ta' prevalenza baxxa tad-dud u l-insetti tal-qerda jew tal-mard għandhom jipprovdu x-xiehda meħtieġa ta' dawn sabiex juru b'mod oġġettiv lill-Membru importatur li dawn iż-żoni huma u x'aktarx li jibqgħu żoni ħielsa mid-dud u l-insetti tal-qerda jew tal-mard jew żoni fejn il-prevalenza tad-dud u l-insetti tal-qerda u tal-mard hija baxxa, rispettivament. Għal dan il-għan, għandu jingħata aċċess raġjonevoli, fuq talba, lill-Membru importatur għall-ispezzjon, it-testjar u proċeduri oħra rilevanti.

Artikolu 7

It-Trasparenza

Il-Membri għandhom jinnotifikaw bdil fil-miżuri sanitarji jew fitosanitarji tagħhom u għandhom jipprovdu tagħrif dwar il-miżuri sanitarji jew fitosanitarji tagħhom skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness B.

Artikolu 8

Il-Proċedura tal-Kontroll, l-Ispezzjon u l-Approvazzjoni

Il-Membri għandhom josservaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness Ċ fil-ħidma tal-proċeduri tal-kontroll, l-ispezzjon u l-approvazzjoni, inklużi s-sistemi nazzjonali għalbiex japprovaw l-użu ta' l-additivi u għalbiex jistabbilixxu t-tolleranzi għall-kontaminati fl-ikel, ix-xorb jew it-tgħam jew inkella jiżguraw illi l-proċeduri tagħhom ma jkunux inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 9

L-Assistenza Teknika

1. Il-Membri jaqblu li jiffaqilitaw il-provvdiment ta' assistenza teknika lill-Membri l-oħra, b'mod speċjali lil-pajjiżi Membri qegħin jiżviluppaw, jew b'mod bilaterali jew permezz ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali approprjati. Din l-assistenza tista' tkun, fost ħejjeġ oħra, fit-teknoloġiji tal-proċessar, fir-riċerka jew fl-infrastruttura, inkluż l-istabbiliment ta' kopri regolatorji nazzjonali, u tista' tieħu l-għamla ta' pariri, krediti, donazzjonijiet u konċessjonijiet, inkluż bil-għan li jfittxu l-kompeenza teknika, it-taħriġ u t-tagħmir sabiex jippermettu lil dawn il-pajjiżi jaġġustaw ruħhom għal u jikkonformaw mal-miżuri sanitarji jew fitosanitarji metiea hħalbiex jinkiseb illivell approprjat tal-protezzjoni sanitarja jew fitosanitarja fis-swieq tagħhom ta' l-esportazzjoni.

2. Meta jkunu jinħtieġu investimenti sostanzjali sabiex pajjiż Membru esportatur qiegħed jiżviluppa jkun jista' jwettaq il-ħtiġiet sanitarji jew fitosantarji ta' Membru importatur, dan ta' l-aħħar għandu jikkunsidra li jipprovdi dik l-assitenza teknika li trid tippemetti lil-pajjiż Membru qiegħed jiżviluppa jżomm u jespandi l-opportunitajiet tiegħu ta' l-aċċess għas-swieq għall-prodott involut.

Artikolu 10

It-Trattament Speċjali u Differenzali

1. Fit-tħejjija u l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji jew fitosanitarji, il-Membri għandhom iqisu l-ħtiġiet speċjali tal-pajjiżi Membri qegħin jiżviluppaw, u b'mod partikolari tal-pajjiżi Membri l-inqas żviluppati.

2. Meta l-livell approprjat tal-protezzjoni sanitarja jew fitosanitarja jippermetti skop għall-introduzzjoni f'fażijiet ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji ġodda, għandhom jingħataw kwadri taż-żmien itwal ta' konformità mal-prodotti ta' interess għall-pajjiżi Membri qegħdin jiżviluppaw hekk li jżommu l-opportunitajiet għall-esportazzjonijiet tagħhom.

3. Bil-ħsieb li jiżguraw li pajjiżi Membri qegħdin jiżviluppaw ikunu kpaċi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, il-Kumitat jingħata l-poter li jikkonċedi lil dawn il-pajjiżi, fuq talba, eċċezzjonijiet limitati fiż-żmien mill-obbligi fl-initer tagħhom jew f'parti minnhom skond dan il-Ftehim, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġiet finanzarji, kummerċjali u ta' l-iżvilupp tagħhom.

4. Il-Membri għandhom jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni attiva tal-pajjiżi Membri qegħdin jiżviluppaw fl-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

Artikolu 11

Il-Konsultazzjoni u s-Soluzzjoni tal-Kontroversji

1. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli XXII u XXIII tal-GATT 1994 kif elaborati u applikati fil-Fehim dwar is-Soluzzjoni tal-Kontroversji rigward il-konsultazzjonijiet u s-soluzzjoni tal-kontroversji skond dan il-Fehim.

2. F'kontroversja taħt dan il-Ftehim li tinvolvi kwistjonijiet xjentifiċi jew tekniċi, lista ta' nies magħżula (panel)_għandha tfittex il-parir min għand espert imagħżul minn dan il-panel f'konsultazzjoni mal-partijiet fil-kontroversja. Għal dan il-fini, il-panel jista jistabbilixxi, meta jidhirlu approprjat, grupp tekniku konsultattiv ta' esperti, jew jikkonsulta lill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, fuq it-talba ta' parti jew l-oħra fil-kontroversja jew fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu.

3. Xjen f'dan il-Ftehim ma għandu jagħmel ħsara lid-drittijiet tal-Membri skond ftehimijiet internazzjonali oħra, inkluż id-dritt li jinqdew bl-uffiċċji tajba jew il-mekkaniżmi tas-soluzzjoni tal-kontroversji ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra jew stabbiliti skond kull ftehim internazzjonali.

Artikolu 12

L-Amministrazzjoni

1. Huwa hawnhekk stabbilit Kumitat tal-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji għalbiex jipprovdi forum regolari għall-konsultazzjonijiet. Għandu jwettaq il-funzjonijiet meħtieġa biex jimplimenta d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u l-mixi ‘l quddiem tal-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari rigward l-armonizzazzjoni. Il-Kumitat għandu jasal għad-deċiżjonijiet tiegħu b'consensus.

2. Il-Kumitat għandu jinkoraġġixxi u jiffaċilita konsultazzjonijiet jew negozjati ad hoc fost il-Membri dwar kwistjonijiet sanitarji jew fitosanitarji. Il-Kumitat għandu jinkoraġġixxi l-użu ta' standards, linji gwida jew rakkommandazzjonjiet internazzjonali mill-Membri kollha u, f'dan ir-rigward, għandu jippatronizza konsultazzjonijiet u studji tekniċi bil-għan li jżid il-kordinament u l-integrazzjoni bejn is-sistemi u l-avviċinamenti internazzjonali u nazzjonali sabiex jiġi approvat l-użu ta' l-additivi fl-ikel jew għalbiex jiġu stabbiliti t-tolleranzi għall-kontaminanti fl-ikel, fix-xorb jew fit-tgħam.

3. Il-Kumitat għandu jżomm kuntatt mill-qrib ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti fil-kamp tal-protezzjoni sanitarja jew fitosaniarja, b'mod speċjali mal-Kummissjoni Codex Alimentarius, l-Uffiċċju Internazzjonali ta' l-Epizootika u s-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, bil-għan li jiżgura l-aħjar parir xjentifiku u tekniku disponibbli għall-amministrazzjoni ta' dan il-Ftehim u sabiex jiżura li tiġi evitata kull duplikazzjoni ta' l-isforz.

4. Il-Kumitat għandu jiżviluppa proċedura għalbiex jimmonitorja l-proċess ta' l-armonizzazzjoni internazzjonali u l-użu ta' l-istandards, il-linji gwida jew ir-rakkommandazzjonijiet internazzjonali. Għal dan il-għan, il-Kumitat għandu jistabbilixi, f'għaqda ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, lista ta' l-istandards, il-linji gwida jew ir-rakkommandazzjonijiet internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri sanitarji jew fitosanitarji li l-Kumitat jistabbilixxi li jkollhom impatt maġġuri kummerċjali. Il-lista għandha tinkudi indikazzjoni mill-Membri għal dawk l-istandards, linji gwida jew rakkommandazzjonijiet li huma japplikaw bħala kondizzjonijiet għall-importazzjonijiet jew li fuq il-bażi tagħhom il-prodotti importati li jikkonformaw ma' dawn l-istandards jistgħu jgawdu aċċess għas-swieq tagħhom. Għal dawk il-każijiet li fihom Membru ma japplikax standard, linja gwida jew rakkommandazzjoni internazzjonali bħala kondizzjoni ta' l-importazzjoni, il-Membru għandu jipprovdi indikazzjoni għal din ir-raguni, u, b'mod partikolari, jekk jikkunsidrax illi l-istandard ma jkunx strinġenti biżżjjed għalbiex jipprovdi l-livell approprjat ta' protezzjoni sanitarja jew fitosanitarja. Jekk Membru jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu, wara l-indikazzjoni tiegħu rigward l-użu ta' standard, linja gwida jew rakkommandazzjoni bħala kondizzjoni għall-importazzjonijiet, dan għandu jipprovdi spjega għall-bidla tiegħu u jgħarraf b'dan lis-Segretarjat kif ukoll lill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, għajr jekk din in-notifika u din l-ispjega jingħataw skond il-proċeduri ta' l-Anness B.

5. Sabiex jevita d-duplikazzjoni mhux meħtieġa, il-Kumitat jista' jiddeċiedi, kif approprjat, li juża t-tagħrif iġġenerat mill-proċeduri, b'mod partikolari rigward in-notifika, li jkunu operattivi fl-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevenati.

6. Fuq il-bażi ta' inizjattiva minngħand wieħed mill-Membri, il-Kumitat jista' jistieden, permezz tal-kanali approprjati, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti jew lill-korpi sussidjarji tagħhom li jeżaminaw materji speċifiċi rigward standard, linja gwida jew rakkommandazzjoni partikolari, inkluż il-bażi ta' l-ispjegazzjonijiet għan-nuqqas ta' użu mogħti skond il-paragrafu 4.

7. Il-Kumitat għandu jagħmel rivista tal-ħidma u l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim tliet snin wara d-dħul is-seħħ tal-ftehim dwar il-WTO u, wara dan, skond kif tinħoloq il-ħtieġa. Meta approprjat, il-Kumitat jista' jissottometti lill-Kunsill tal-Kummerċ fl-Oġġetti proposti sabiex jiġi emendat it-test ta' dan il-Ftehim wara li tkun ġiet ikkunsidrata fost ħwejjeġ oħra l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 13

L-Implimentazzjoni

Il-Membri huma responsabbli għal kollox skond dan il-Ftehim li josservaw l-obbligi kollha ddikjarati fih. Il-Membri għandhom jifformolaw u jimplimentaw miżuri u mekkaniżmi pożittiva b'appoġġ għall-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim minn korpi oħra għajr il-korpi tal-gvernijiet ċentrali. Il-Membri għandhom jieħdu dawk il-miżuri raġjonevoli li jistgħu jkunu disposnibbli għalihom għalbiex jiżguraw illi l-entitajiet mhux ġovenattivi ġewwa t-territorji tagħhom, kif ukoll il-korpi reġjonali li tagħhom huma membri l-entitajiet rilevanti fit-territorji tagħhom, jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Ftehim. B'żieda ma' dan, il-Membri ma għandhomx jieħdu miżuri li jkollhom l-effett, direttament jew indirettament, li jeħtieġu jew jinkoraġġixxu lil dawn l-entitajiet reġjonali jew mhux governattivi, jew lill-korpi tal-gvernijiet lokali, li jaġixxu f'manjiera inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Il-Membri għandhom jiżguraw li jafdaw lis-servizzi ta' l-entitajiet mhux governattivi sabiex jimplimentaw il-miżuri sanitarji jew fitosanitarji biss jekk dawn l-entitjiet jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 14

Id-Dispożizzjonijiet finali

Il-pajjiżi Membri l-inqas żviluppati jistgħu jdewmu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għal perjodu taż-żmien ta' ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO rigward il-miżuri sanitarji u fitosanitarji tagħhom li jaffettwaw lill-prodotti ta' l-importazzjoni jew importati. Pajjiżi Membri qegħdin jiżviluppaw oħra jistgħu jdewmu l-applikazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, għajr il-paragrafu 8 ta' l-Artikolu 5 u l-Artikolu 7, għal sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-WTO rigward il-miżuri sanitarji u fitosanitarji eżistenti tagħhom li jaffettwaw il-prodotti ta' l-importazzjoni jew importati, meta din l-applikazzjoni tiġi pprevenuta minħabba n-nuqqas tal-kompetenza teknika, in-nuqqas ta' infrastruttura teknika jew in-nuqqas ta' riżorsi.

[1] F'dan il-Ftehim, riferiment għall-Artikolu XX(b) jinkludi wkoll ix-chapeau ta' dan l-Artikolu.

[2] Għall-għanijiet tal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 3, teżisti ġustifikazzjoni xjentifika jekk, fuq il-bażi ta' eżami u valutazzjoni tat-tagħrif xjentifiku disponibbli skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Ftehim, Membru jistabbilixxi illi l-istandards, il-linji gwida jew ir-rakkommandazzjonijiet internazzjonali ma jkunux biżżejjed għalbiex jiksbu l-livell approprjat tiegħu tal-protezzjoni sanitarja jew fitosanitarji.

[3] Għall-għanijiet tal-paragrafu 6 ta' l-Artikolu 5, miżura ma tkunx iktar restrittiva għall-kummerċ għajr jekk ikun hemm miżura oħra, disponibbli b'mod raġonevoli li tqis il-probabbiltà tas-suċċess tekniku u ekonomiku, li tikseb il-livell approprjat tal-protezzjoni sanitarja jew fitrosanitarja u li tkun b'mod sinifikanti inqas restrittiva għall-kummerċ.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

ID-DEFINIZZJONIJIET [1]

1. Miżura sanitarja jew fitosanitarja - Kull miżura applikata:

(a) sabiex tipproteġi l-ħajja jew is-saħħa ta' l-annimali jew tal-pjanti ġewwa t-territorju ta' Membru mir-riskji li jinħolqu mid-dħul, l-istabbiliment jew it-tixid ta' dud u insetti tal-qerda, mard, organiżmi li jġorru l-mard jew organiżmi li jikawżaw il-mard;

(b) sabiex tipproteġi l-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem ġewwa t-territorju ta' Membru mir-riskji li jinħolqu mill-additivi, il-kontaminati, it-tossini jew minn organiżmi li jġorru l-mard, fl-ikel, fix-xorb jew fit-tgħam;

(ċ) sabiex tipproteġi l-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem ġewwa t-territorju ta' Membru mir-riskji li jinħolqu mill-mard miġrur mill-annimali, mill-pjanti jew mill-prodotti tagħhom, jew mid-dħul, l-istabbiliment jew it-tifrix tad-dud u l-insetti tal-qerda; jew

(d) sabiex tipprevjieni jew tillimita ħsara oħra fit-territorju ta' Membru d-dħul, l-istabbiliment jew it-tixrid ta' dud u insetti tal-qerda.

Il-miżuri sanitarji jew fitosanitarji jinkludu l-liġijiet, id-digrieti, ir-ragolamenti u l-proċeduri kollha rilevanti inklużi, fost hwejjeġ oħra, il-kriterji tal-prodott aħħari; il-proċessi u l-metodi tal-produzzjoni; il-proċeduri tat-testjar, l-ispezzjon, iċ-ċertifikazzjoni u l-approvazzjzoni; it-trattamenti tal-korantina inklużi l-ħtiġiet rilevanti assoċjati mat-trasport ta' l-animali jew tal-pjanti; id-dispożizzjonijiet dwar il-metodi statistiċi, il-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni u l-metodi ta' l-istima tar-riskju rilevanti; u l-ħtiġiet tal-pakkeġġjar u tat-tikkettjar irrelati direttament mas-sigurtà ta' l-ikel.

2. L-Armonizzazzjoni - Kif jiġu stabbiliti, magħrufa u applikati l-miżuri sanitarji u fitosanitaji komuni mill-Membri differenti.

3. Standards, linji gwida u rakkommandazzjonijiet internazzjonali

(a) rigward is-sigurtà fl-ikel, l-istandards, il-linji gwida u r-rakkommandazzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni Codex Alimntarius fejn jidħlu l-additivi ma' l-ikel, il-fdalijiet tad-drogi u l-perstiċidi veterinarji, il-kontaminanti, il-metodi ta' l-analiżi u tat-teħid tal-kampjuni, u l-kodiċijiet u l-linji gwida tal-prattika iġjenika;

(b) rigward is-saħħa ta' l-annimali u ż-żoonosijiet, l-istandards, il-linji gwida u r-rakkommandazzjonijiet żviluppati taħt l-awspiċi ta' l-Uffiċċju Internazzjonali ta' l-Epiżootika;

(ċ) rigward is-saħħa tal-pjanti, l-istandards, il-linji gwida u r-rakkommandazzjonijiet internazzjonali żviluppati taħt l-awspiċji tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti f'kooperazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet reġjonali li joperaw ġewwa l-qafas tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-protezzjoni tal-Pjanti; u

(d) rigward il-materji mhux koperti bl-organizzazzjonijiet ta' hawn fuq, l-istandards, il-linji gwida u r-rakkommandazzjonijiet approprjati ppromulgati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti l-oħra miftuħa għas-sħubija għall-Membri kollha, kif identifikati mill-Kumitat.

4. L-istima tar-riskju - Il-valutazzjoni tal-probabbiltà tad-dħul, kif jiġu stabbiliti u jinfirxu pesta tad-dud u l-insetti tal-qerda jew marda ġewwa t-territorju ta' Membru importatur skond il-miżuri sanitarji jew fitosanitarji li jistgħu jiġu applikati, u tal-konsegwenzi bijoloġiċi u ekonomiċi potenzali assoċjati; jew il-valutazzjoni tal-potenzali għall-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali li jinħolqu mill-preżenza ta' additivi, kontaminanti tossini jew organiżmi li jikkawżaw il-mard fl-ikel, fix-xorb jew fit-tgħam.

5. Il-Livell approprjat tal-protezzjoni sanitarja jew fitosanitarja - Il-livell tal-protezzjoni meqjus approprjat mill-Membru li jistabbilixxi miżura sanitarja jew fito-sanitarja għall-protezzjoni tal-ħajja jew tas-saħħa tal-bniedem, ta' l-annimali jew tal-pjanti ġewwa t-territorju tiegħu.

NOTA:

Ħafna Membri jirreferu għal dan il-kunċett xorta oħra bħala "il-livell aċċettabbli tar-riskju".

6. Żona ħielsa mid-dud u l-insetti tal-qerda jew mill-mard - Żona, sewwa jekk il-pajjiż kollu, sewwa jekk parti minn pajjiż u sewwa jekk parti jew il-partijiet kollha ta' numru ta' pajjiżi, kif identifikati mill-awtoritajiet kompetenti, li fihom ma jiġrux pesti tad-dud u l-insetti tal-qerda jew mard.

NOTA:

Żona ħielsa mid-dud u l-insetti tal-qerda jew mard tista' ddawwar, jekk tkun imdawra, jew tkun tmiss ma' żona - sewwa jekk ġewwa parti minn pajjiż jew f'reġjun ġeografiku li jinkludi partijiet minn numru ta' pajjiżi jew kollha - li fihom huma magħrufa li jiġru pesti tad-dud u l-insetti tal-qerda jew mard speċifiċi imma li tkun bla ħsara għall-miżuri reġjonali tal-kontroll bħalma huma kif jiġu stabbiliti l-protezzjoni, is-sorveljanza u ż-żoni kuxxinett li jridu jikkonfinaw jew jeqirdu d-dud u l-insetti tal-qerda jew il-marda fil-kwistjoni.

7. Żona ta' prevalenza baxxa tad-dud u l-insetti tal-qerda jew tal-mard - Żona, sewwa jekk il-pajjiż kollu, sewwa jekk parti minn pajjiż u sewwa jekk parti jew il-partijiet kollha ta' numru ta' pajjiżi, kif identifikati mill-awtoritajiet kompetenti, li fihom id-dud u l-insetti tal-qerda jew il-mard speċifiċi jiġru f'livelli baxxi u li huma bla ħsara għal sorveljanza, kontroll jew miżura tal-qerda effettivi.

[1] Għall-għanijiet ta' dawn id-definizzjonijiet, "annimal" tinkludi l-ħut u l-fawna selvaġġa; "pjanta" tinkludi l-foresti u l-flora selvaġġa; "dud u insetti tal-qerda" tinkludi l-ħaxix ħażin; u "kontaminanti" tinkludi l-fdalijiet tal-pestiċidi u tad-drogi veterinarji u materjal barrani.

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

IT-TRASPARENZA TAR-REGOLAMENTI SANITARJI JEW FITOSANITARJI

Il-Pubblikazzjoni tar-regolamenti

1. Il-Membri għandhom jiżguraw li jiġu ppubblikati minnufih ir-regolamenti sanitarji u fitosanitarji kollha [1] li jkunu ġew adottati hekk illi jgħinu lill-Membri interessati li jsiru jafuhom.

2. Għajr f'ċirkostanzi urgenti, il-Membri għandhom iħallu intervall raġjonevoli taż-żmien bejn il-pubblikazzjoni ta' regolament sanitarju jew fitosanitarju u d-dħul tiegħu fis-seħħ sabiex jippermettu ż-żmien lill-podutturi fil-pajjiżi Membri esportaturi, u b'mod partikolari l-pajjiżi Membri qegħdin jiżviluppaw, li jaddattaw il-prodotti tagħhom u l-metodi tagħhom tal-produzzjoni għall-ħtiġiet tal-pajjiż Membru importatur.

Il-Postijiet għall-mistoqsijiet

3. Kull Membru għandu jiżgura li jeżisti post għall-mistoqsijiet li jkun responsabbli mill-provvediment tat-tweġibiet għall-mistoqijiet kollha raġjonevoli minn Membri interessati kif ukoll għall-provvediment tad-dokumenti rilevanti li jirrigwardaw:

(a) kull regolameent sanitarju jew fitosanitarju adottat jew propost ġewwa t-territorju tiegħu;

(b) kull proċedura ta' kontroll jew spezzjon, ta' trattament tal-korantina, ta' proċeduri rigward it-tolleranza u l-approvazzjoni ta' l-additivi ma' l-ikel, li jitħaddmu ġewwa t-territorju tiegħu;

(ċ) il-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskji, il-fatturi meħuda f'konsiderazzjoni kif ukoll kif jiġi stabbilit il-livell approprjat tal-protezzjoni sanitarja jew fitosanitarja;

(d) is-sħubija u l-parteċipazzjoni tal-Membru, jew tal-korpi rilevanti ġewwa t-territorju tiegħu, f'organizzazzjonijiet u sistemi sanitarji u fitosanitarji internazzjonali u reġjonali, kif ukoll fi ftehimijiet u arranġamenti bilaterali u multilaterali ġewwa l-iskop ta' dan il-Ftehim, u t-testi ta' dawn il-ftehimijiet u arranġamenti.

4. Il-Membri għandhom jiżguraw illi meta jitolbu kopji tad-dokumenti minn Membri interessati, dawn għandhom jiġu forniti bl-istess prezz (jekk ikun hemm minn dan), minbarra l-ispejjeż tal-kunsinna, bħalma jiġu forniti liċ-ċittadini [2] tal-Membru interesat.

Il-Proċeduri tan-notifika

5. Kulmeta ma jkunux jeżistu standard, linja gwida jew rakkommandazzjoni jew il-kontenut ta' regolament sanitarju jew fitosanitarju propost ma jkunx sostanzjalment l-istess bħall-kontenut ta' standard, linja gwida jew rakkommandazzjoni, u jekk ir-regolament jista' jkollu effett sinifikanti fuq il-kummerċ tal-Membri l-oħra, il-Membri għandhom:

(a) jippubblikaw avviż fi stadju bikri hekk illi jgħinu lill-Membri interessati li jsiru jafu bil-proposta li jkun sejjer jiġi introdott regolament partikolari;

(b) jinnotifikaw lill-Membri l-oħra, permezz tas-Segretarjat, bil-prodotti li jridu jiġu koperti bir-regolament flimkien ma' deskrizzjoni qasira tal-għanijiet u r-rationale tar-regolament propost. Dawn in-notifiki għandhom isiru fi stadju bikri, meta jkunu għadhom jistgħu jiddaħħlu l-emendi u l-kummenti meqjusa;

(ċ) jipprovdu, fuq talba, lill-Membri l-oħra kopji tar-regolament propost u, kulmeta possibbli, jidentifikaw il-partijiet li fis-sustanza jiddevjaw mill-istandards, il-linji gwida jew ir-rakkommandazzjonijiet internazzjonali;

(d) jippermettu, mingħajr diskriminazzjoni, żmien biżżejjed lill-Membri l-oħra għalbiex jagħmlu kummenti bil-miktub, jiddiskutu dawn il-kummenti fuq talba, u jqisu l-kummenti u r-riżultati tad-diskussjonijiet.

6. Madankollu, meta jinħolqu jew jheddu li jinħoqu problemi urġenti tal-protezzjoni tas-saħħa għal Membru, dan il-Membru jista' jħalli barra dawk il-ħwejjeġ mill-passi enumerati fil-paragrafu 5 ta' dan l-Anness skond kif isib meħtieġa, sakemm dan il-Membru:

(a) jinnotifika minnufih lill-Membri l-oħra, permezz tas-Segretarjat, bir-regolament u l-prodotti partikolari koperti, b'indikazzjoni fil-qosor tal-għan u r-rationale tar-regolament, inkluża/i n-natura tal-problema/i urġenti;

(b) jipprovdi, fuq talba, kopji tar-regolament lill-Membri l-oħra;

(d) jippermetti lill-Membri l-oħra li jagħmlu kummenti bil-miktub, jiddiskuti dawn il-kummenti fuq talba, u jqis il-kummenti u r-riżultati tad-diskussjonijiet.

7. In-notofiki lis-Segretarjat għandhom ikunu bl-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol.

8. Il-pajjiżi Membri żviluppati għandhom jipprovdu, jekk mitluba mill-Membri l-oħra, kopji tad-dokumenti jew, fil-każ li d-dokumenti jkunu voluminużi, sommarji tad-dokumenti koperti b'notiika speċifika bl-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol.

9. Is-Segretarjat għandu jiċċirkola minnufih kopji tan-notifika lill-Membri kollha u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali interessati u jiġbed l-attenzjoni tal-pajjiżi Membri qegħdin jiżviluppaw dwar kull notifika li jkollha x'taqsam ma' interess partikolari għalihom.

10. Il-Membri għandhom jinnominaw awtorità waħdiena tal-gvern ċentrali bħala responsabbli mill-implimentazzjoni, fuq il-livell nazzjonali, tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-proċeduri tan-notifiki skond il-paragrafi 5, 6, 7 u 8 ta' dan l-Anness.

Riservi ġenerali

11. Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jiġi mifhum li jeħtieġ:

(a) il-provvediment tal-partikolaritajiet jew il-kopji jew l-abbozzi jew il-pubblikazzjoni tat-testi għajr fl-ilsien tal-Membru għajr kif iddikjarat fil-paragrafu 8 ta' dan l-Anness; jew

(b) li l-Membri jiżvelaw tagħrif kunfidenzali li jista' jimpedixxi l-infurzar tal-leġislazzjoni sanitarja jew fitosanitarja jew li tista' tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta' intrapriżi partikolari.

[1] Il-miżuri sanitarji u fitosanitarji bħalma huma l-liġijiet, id-digrieti jew l-ordinanzi li japplikaw b'mod ġenerali.

[2] Meta f'dan il-Ftehim ikun hemm riferiment għaċ-"ċittadini", it-terminu għandu jitqies, fil-każ ta' territorju tad-dwana separat ta' Membru tal-WTO, li jfisser persuni, naturali jew legali, li jkollhom id-domiċilju tagħhom jew li jkollhom stabbiliment reali u effettiv industrijali jew kummerċjali f'dan it-territorju tad-dwana.

--------------------------------------------------

L-ANNESS Ċ

IL-PROĊEDURI TAL-KONTROLL, L-ISPEZZJON U L-APPROVAZZJONI [1]

1. Il-Membri għandhom jiżguraw, rigward kull proċedura għalbiex tiċċekkja u tiżgura t-twettiq tal-miżuri sanitarji jew fitosanitarji, li:

(a) dawn il-proċeduri jiġu midħula għalihom u kkompletati mingħajr dewmien mhux mistħoqq u f'manjiera mhux inqas favorevoli għall-prodotti importati milli għal prodotti simili domestiċi;

(b) jiġi ppublikat il-perjodu standard taż-żmien tal-proċessar għal kull proċedura jew li l-perjodu antiċipat taż-żmien tal-proċessar jiġi kkomunikat lill-applikant fuq talba; meta tirċievi applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha teżamina minnufih il-kompletezza tad-dokumentazzjon u tgħarraf lill-applikant f'manjiera preċiża u kompleta bid-definċjenzi kollha; l-awtorità kompetenti tittrasmetti malajr kemm jista' jkun ir-riżultati tal-proċedura f'manjiera preċiża u kompleta lill-applikant biex tkun tista' tittieħed azzjoni korrettiva jew meħtieġ; saħansitra meta l-applikazzjoni jkun fiha d-defiċjenzi, l-awtorità kompetenti għandha tipproċedi safejn u sakemm ikun prattikabbli bil-proċedura jekk l-applikant jitlob dan; u li fuq talba, l-applikant jiġi mgħarraf mingħajr dewmien bl-istadju tal-proċedura li tkun qiegħda tiġi spjegata;

(ċ) il-ħtiġiet tat-tagħrif ikunu limitati għal dak li hu meħtieġ għall-proċeduri tal-kontroll, l-ispezzjon u l-approvazzjoni, inkluża l-approvazzjoni għall-użu ta' l-additivi jew sabiex jiġu stabbiliti t-tolleranzi tal-kontaminanti fl-ikel, fix-xorb jew fit-tgħam;

(d) tiġi rrispettata l-kunfidenzalità tat-tagħrif dwar il-prodotti importati li jinħoloq jew jiġi fornit f'konnessjoni mal-kontroll, l-ispezzjon u l-approvazzjoni f'manjiera mhux inqas favorevoli minn dik tal-prodotti domestiċi u hekk illi jiġu protetti l-interessi kummerċjali leġittimi;

(e) kull ħtieġa għall-kontroll, l-ispezzjon u l-approvazzjoni tal-kampjuni individwali ta' prodott ikunu limitati għal dak li jkun raġjonevoli u meħtieġ:

(f) kull piż impost għall-proċeduri fuq il-prodotti importati jkunu ekwitabbli fejn jidħol kull piż impost fuq prodotti domestiċi simili jew prodotti li joriġinaw f'kull Membru ieħor u ma għandux ikun ogħla mill-ispiża attwali tas-servizz;

(g) għandhom jintużaw l-istess kriterji fil-għoti tal-post lill-faċilitajiet użati fil-proċeduri u l-għażla tal-kampjuni tal-prodotti importati daqs il-prodotti domestiċi hekk li jiminimizzaw l-inkonvenjenzi għall-applikanti, l-importaturi, l-esportaturi jew l-aġenti tagħhom;

(h) kulmeta jinbidlu l-ispeċifikazzjonijiet ta' prodott sossegwenti għall-kontroll u l-ispezzjon tiegħu fid-dawl tar-regolamenti applikabbli, il-proċedura għall-prodott immodifikat tkun limitata għal dak li hu meħtieġ sabiex tistabbilixxi jekk teżistix fiduċja adegwata li l-prodott ikun għadu jissodisfa r-regolamenti interessati; u

(i) teżisti proċedura għar-rivista ta' l-ilmenti li jirrigwardaw t-tħaddim ta' dawn il-proċeduri u li tittieħed azzjoni korrettiva meta l-ilment ikun iġġustifikat.

Meta Membru importatur iħaddem sistema għall-approvazzjoni ta' l-użu ta' l-additivi ta' l-ikel jew sabiex jiġu stabbiliti t-tolleranzi għall-kontaminanti fl-ikel, fix-xorb u fit-tgħam li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-aċċess għas-swieq domestiċi tiegħu għall-prodotti msejsa fuq in-nuqqas ta' aprovazzjoni, il-Membru importatur għandu jikkunsidra l-użu ta' standard internazzjonali rilevanti bħala l-bażi għall-aċċess sakemm tittieħed mod finali dwar kif jiġi stabbilit.

2. Meta miżura sanitarja jew fitosanitarja tispeċifika kontroll fil-livell tal-produzzjoni, il-Membru li fit-terriorju tiegħu ssir il-produzzjoni għandu jipprovdi l-assistenza meħtieġa għalbiex tiffaċilita dan il-kontroll u x-xogħol ta' l-awtoritajiet kontrollanti.

3. Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jipprevjieni lill-Membri milli jwettqu spezzjon raġjonevoli ġewwa t-territorju tagħhom.

[1] Il-proċeduri tal-kontroll, l-ispezzjon u l-approvazzjoni jinkludu, fost ħwejjeġ oħra, il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni, it-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni.

--------------------------------------------------

Top