Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21994A0207(02)

Konvenzjoni qafas dwar tibdil fil-klima tan-Nazzjonijiet Uniti

OJ L 33, 7.2.1994, p. 13–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 11 Volume 029 P. 29 - 44
Special edition in Swedish: Chapter 11 Volume 029 P. 29 - 44
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 019 P. 169 - 185
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 019 P. 169 - 185
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 019 P. 169 - 185
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 019 P. 169 - 185
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 019 P. 169 - 185
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 019 P. 169 - 185
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 019 P. 169 - 185
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 019 P. 169 - 185
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 019 P. 169 - 185
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 008 P. 134 - 148
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 008 P. 134 - 148
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 016 P. 78 - 93

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1994/69/oj

21994A0207(02)



Official Journal L 033 , 07/02/1994 P. 0013 - 0028
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0029
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0029


ANNESS A

Konvenzjoni qafas dwar tibdil fil-klima tan-Nazzjonijiet Uniti

IL-PARTIJIET TA' DIN IL-KONVENZJONI,

FILWAQT LI JAGĦRFU illi t-tibdil fil-klima tad-Dinja u l-effetti avversi tiegħu jikkonċernaw komunament lill-bnedmin kollha;

IKKONĊERNATI li l-attivitajiet tal-bnedmin sostanzjalment żiedu l-konċentrazzjonijiet atmosferiċi tal-greenhouse gases, li dawn iż-żidiet ikabbru l-effett naturali tal-greenhouse, u li dan jirriżulta b' medja ta' aktar sħaba żejda fil-wiċċ u l-atmosfera tad-Dinja u jistgħu jaffettwaw avversament l-ekosistemi naturali u ‘l-bnedmin;

FILWAQT LI JINNUTAW li l-akbar sehem ta' emissjonijiet globali storiċi u kurrenti tal-greenhouse gases oriġinaw f'pajjiżi li diġa' żviluppaw, li l-emissjonijiet per capita fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw għadhom relativament baxxi u li s-sehem ta' emissjonijiet globali li joriġinaw fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw jikber biex jilħaq il-ħtiġiet soċjali u ta' żvilupp tagħhom;

KONXJI li r-rwol u l-importaza fl-ekosistemi terrestrjiali u marini tas-sinkijiet u r-reservoirs tal-greenhouse gases;

FILWAQT LI JINNUTAW li hemm nuqqasijiet ta' ċertezza fil-predizzjonijiet tat-tibdiliet fil-klima, b' mod partikolari rigward iż-żmien, kobor u tendenzi reġjunali tagħhom;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li n-natura globali tat-tibdil fil-klima titlob l-akbar koperazzjoni possibbli mill-pajjiżi kollha u l-parteċipazzjoni tagħhom f'reazzjoni effettiva u xierqa, skond ir-risponsabbiltajiet komuni iżda differenti tagħhom u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom u l-kondizzjonijiet soċjali u ekonomiċi tagħhom;

FILWAQT LI JIFTAKRU d-disposizzjonijiet rilevanti tad-Dikjarazzjoni tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent Uman, addottata f'Stockholm fis-16 ta' Ġunju 1972;

FILWAQT LI JIFTAKRU WKOLL li l-Istati għandhom, skond il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-prinċipji tal-liġi internazzjonali, id-dritt Sovran li jesplojtaw ir-riżorsi proprji skond il-politiki proprji ambjentali u ta' żvilupp, u r-responsabbiltà li jaċċertaw li l-attivitajiet fil-ġurisdizzjoni tagħhom jew fil-kontroll tagħhom ma jikkawżawx danni lill-ambjent ta' Stat oħrajn jew ta' żoni oltre l-limiti tal-ġurisdizzjoni nazzjonali;

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID il-prinċipju tas-sovranità ta' l-Istati fil-koperazzjoni internazzjonali biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima;

FILWAQT LI JAGĦRFU li l-Istati għandhom jaddottaw leġislazzjoni effettiva dwar l-ambjent, li l-istandards dwar l-ambjent, l-għanijiet u l-prijoritajiet ta' l-amministrazzjoni għandhom jirriflettu l-kuntest ambjentali u ta' żvilupp li jgħoddu għalihom, u li xi standards applikati minn xi pajjiżi oħrajn jistgħu jkunu mhux xierqa u ta' spiża ekonomika u soċjali mhux mixtieqa lil pajjiżi oħrajn, b' mod partikolari pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw;

FILWAQT LI JIFTAKRU d-disposizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali 44/228 tat-22 ta' Diċembru 1989 dwar il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, u r-riżoluzzjonijiet 43/53 tas-6 ta' Diċembru 1988, 44/207 tat-22 ta' Diċembru 1989, 45/212 tal-21 ta' Diċembru 1990 u 46/169 tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-klima globali għall-ġenerazzjonijiet preżenti u future tal-bnedmin;

FILWAQT LI JIFTAKRU WKOLL id-disposizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali 44/206 tat-22 ta' Diċembru 1989 dwar l-effetti avversi possibli dwar iż-żieda fil-livell tal-baħar fil-gżejjer u fiż-żoni kostali, b'mod partikolari żoni kostali baxxi u d-disposizzjonijiet rilevanti tar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tad-19 ta' Diċembru 1989 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-kumbattiment tad-Deżertifikazzjoni;

FILWAQT LI JIFTAKRU OLTRE l-Konvenzjoni ta' Vjenna għall-protezzjoni tas-Saff ta' l-Ożon, 1985, u l-Protokoll ta' Montreal dwar Sustanzi li jnaqqsu s-Saff ta' l-Ożon, 1987, kif aġġustati u emendati fid-29 ta' Ġunju 1990;

FILWAQT LI JINNUTAW id-Dikjarazzjoni Ministerjali tat-Tieni Konferenza Dinjija dwar il-Klima addottata fis-7 ta' Novembru 1990;

KONXJI dwar ix-xogħol analitiku ta' valur li qed isir minn diversi Stati dwar it-tibdil fil-klima u tal-kontribuzzjonijiet importanti ta' l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija, il-Programm ta' l-Ambjent tal-Ġnus Magħquad u organi, organizzazzjonijiet u korpijiet oħrajn tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll korpijiet oħrajn governamentali u mhux governamentali, għall-iskambju tar-riżultati ta' riċerka xjentifika u l-kordinazzjoni tar-riċerka;

FILWAQT LI JGĦARFU li l-passi meħtieġa biex jiġi mifhum u indirizzat it-tibdil fil-klima ikunu l-aktar effettivi ambjentalment, soċjalment u ekonomikament jekk huma bbażati fuq konsiderazzjonijiet rilevanti xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi u kontinwalment jiġu evalwati mill-ġdid fid-dawl ta' sejbiet ġodda f'dawn il-kampijiet;

FILWAQT LI JGĦARFU li diversi azzjonijiet biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima jistgħu jiġu ġġustifikati ekonomikament fihom infushom u jistgħu wkoll jgħinu biex jissolvew problemi oħrajn ta' l-ambjent;

FILWAQT LI JGĦARFU WKOLL il-ħtieġa għall-pajjiżi żviluppati li jieħdu azzjoni immedjata b' mod flessibbli ta' bażi ta' prioritajiet ċari, bħala l-ewwel pass lejn strateġiji komprensivi ta' risposta fuq livell globali, nazzjonali u fejn maqbul, reġjunali li jqisu il-greenhouse gases kollha, b' konsiderazzjoni dovuta tal-kontribut relattiv tagħhom għat-tkabbir ta' l-effett tal-greenhouse;

FILWAQT LI JGĦARFU OLTRE li pajjiżi li jinsabu f'livell baxx u gżejjer żgħar b' żoni tal-kosta f'livell baxx, aridi u semi-aridi jew żoni suxxettibbli għad-dilluvji, nixfa u deżertifikazzjoni, u l-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw b' ekosistemi fraġli u bil-muntanji huma b' mod partikolari vulnerabbli għall-effetti avversi tat-tibdil fil-klima;

FILWAQT LI JGĦARFU li d-diffikultajiet speċjali ta' dawn il-pajjiżi, speċjalment il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, li l-ekonomiji tagħhom huma dipendenti fuq produzzjoni, l-użu u s-separazzjoni tal-karburanti fossili, bħala konsegwenza ta' azzjoni meħuda fil-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet tal-greenhouse gas;

FILWAQT LI JAFFERMAW li r-reazzjonijiet għat-tibdil fil-klima għandhom jiġu kordinati ma' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali b' mod integrat bi skop li jiġu evitati impatti avversi fuq dan ta' l-aħħar, filwaqt li jittieħed kont sħiħ tal-ħtiġiet li huma priorjitajiet leġittimi tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw biex jintlaħaq titjib ekonomiku sostnut u l-eradikazzjoni tal-faqar;

FILWAQT LI JGĦARFU li l-pajjiżi kollha, speċjalment pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, jeħtieġu aċċess għal riżorsi meħtieġa biex jintlaħaq żvilupp soċjali u ekonomiku sostnut u biex, sabiex il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw jipprogressaw lejn dak l-għan, il-konsum tagħhom ta' l-enerġija jeħtieġ li jikber b' kont meħud għall-possibiltajiet biex tintlaħaq effiċjenza akbar fl-enerġija u għall-kontroll ta' l-emissjonijiet tal-greenhouse gases in ġenerali, inkluż permezz ta' l-applikazzjoni ta' teknoloġiji ġodda fuq termini li jrendu tali applikazzjoni ekonomikament u soċjalment benefiċjali;

DETERMINATI li jħarsu s-sistema tal-klima għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet [1]

Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni:

1. "effetti avversi tat-tibdil fil-klima" tfisser tibdil fl-ambjent fiżiku jew il-biota li jirriżulta mit-tibdil fil-klima li għandhom effetti negativi serji fuq il-komposizzjoni, reżiljenza jew produttività ta' ekosistemi naturali u amministrati jew fuq l-operazzjonijiet ta' sistemi soċjo-ekonomiċi jew fuq is-saħħa u l-benessere tal-bniedem;

2. "tibdil fil-klima" tfisser tibdil fil-klima attribwit direttament jew indirettament għall-attività tal-bniedem li jibdel il-komposizzjoni ta' l-atmosfera globali u li huwa oltre varjabbiltà naturali tal-klima osservata f'perjodi ta' żmien komparabbli;

3. "sistema tal-klima" tfisser it-totalità ta' l-atmosfera, l-idrosfera, il-biosfera u l-ġeosfera u l-interazzjonijiet tagħhom;

4. "emissjonijiet" tfisser ir-rilaxx ta' greenhouse gases u/jew il-prekursuri tagħhom fl-atmosfera f'żona u perjodu speċifikati;

5. "greenhouse gases" tfisser dawk il-kostitwenti forma ta' gass, kemm nuaturali kif ukoll antropoġeniċi, li jassorbu u jewġu jemettu radjazzjoni infra-red;

6. "organizzazzjoni reġjunali ta' l-integrazzjoni ekonomika" tfisser organizzazzjoni kostitwita minn Stati sovrani li għandha kompetenza rigward materji regolati minn din il-Konvenzjoni jew il-Protokoll tagħha u ġiet debitament awtorizzata bil-proċeduri interni tagħha, li tiffirma, tirratifika, taċċetta, tapprova jew taderixxi għall-istrumenti in kwistjoni.

7. "reservoir" tfisser komponent jew komponenti tas-sistema tal-klima fejn jinħażen greenhouse gas jew prekursur ta' greenhouse gas;

8. "sink" tfisser kwalunkwe proċess, attività jew mekkaniżmu li jneħħi greenhouse gas, aerosol jew prekursur ta' greenhouse gas mill-atmosfera;

9. "għajn" tfisser kwalunkwe proċess jew attività li tirrilaxxja greenhouse gas, greenhouse gas, aerosol jew prekursur ta' greenhouse gas fl-atmosfera.

Artikolu 2

Għan

L-għan finali ta' din il-Konvenzjoni u kwalunkwe strumenti legali relatati li tista' taddotta l-Konferenza tal-Partijiet, huwa li jintlaħaq, skond id-disposizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni, stabilizzazzjoni ta' konċentramenti ta' greenhouse gases fl-atmosfera f'livell li ma jippermettix interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima. Dan il-livell għandu jintlaħaq fi żmien biżżejjed li jippermetti lill-ekosistemi jaddattaw naturalment għat-tibdil fil-klima, biex jiġi aċertat illi l-produzzjoni ta' l-ikel ma tiġix mhedda u biex jiġi permess il-proċediment ta' l-iżvilupp ekonomiku b' mod sostenibbli.

Artikolu 3

Prinċipji

Fl-azzjonijiet tagħhom biex jilħqu l-għanijiet tal-Konvenzjoni u jiġu implimentati d-disposizzjonijiet tagħha, il-partijiet għandhom jiġu ggwidati, inter alia, b' dawn li ġejjin:

1. il-Partijiet għandhom iħarsu s-sistema tal-klima għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri tal-bniedem, a bażi ta' l-ekwità u skond ir-responsabbiltajiet komuni iżda differenti u l-kapaċitajiet rispettivi. Għalhekk, il-pajjiżi żviluppati għandhom jibdew imexxu fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-effetti avversi tiegħu;

2. il-ħtiġiet speċifiċi u ċ-ċirkostanzi speċjali tal-partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, b' mod speċjail dawk partikolarment vulnerabbli għall-effetti avversi tat-tibdil fil-klima, u ta' dawk il-partijiet, speċjalment partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, li jkollhom isofru piż mhux normali jew sproporzjonat taħt il-Konvenzjoni, għandhom jitqiesu għal kollox;

3. il-partijiet għandhom jieħdu miżuri kawtelatorji biex jantiċipaw, jipprevjenu jew jimminimizzaw il-kawżi tat-tibdil fil-klima u jitnaqqsu l-effetti avversi tiegħu. Fejn hemm theddid ta' dannu serju jew mhux riversibbli, in-nuqqas ta' ċertezza sħiħa xjentifika għandha tkun kaġun li jiġu posposti dawn il-miżuri, filwaqt li jitqies li l-politiki u l-miżuri biex jiġi mmaniġġjat it-tibdil fil-klima għandhom ikunu effettivi, taħt il-profil ta' ġestjoni u ta' spejjeż, sabiex il-benefiċċji globali jiġu żgurati bl-inqas spiża possibbli. Biex jintlaħaq dan, dawn il-politiki u l-miżuri għandhom iqisu l-kuntesti differenti soċjo-ekonomiċi, ikunu komprensivi, ikopru l-għejun, sinkijiet u reserviors kollha tal-greenhouse gases u jikkomprimu s-setturi kollha ekonomiċi. L-isforzi biex it-tibdil tal-klima jiġi indirizzat jistgħu jitwettqu b' mod koperattiv bejn il-partijiet interessati;

4. Il-partijiet għandhom dritt li, u għandhom, jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli. Il-politiki u l-miżuri biex tiġi mħarsa s-sistema tal-klima kontra t-tibdil indott mill-bniedem għandhom ikunu xierqa għall-kondizzjonijiet ta' kull parti u għandhom jiġu integrati mal-programmi nazzjonali ta' l-iżvilupp, filwaqt li jitqies li l-iżvilupp ekonomiku huwa essenzali għall-adozzjoni ta' miżuri biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima;

5. Il-partijiet għandhom jikkoperaw biex jippromwovu sistema ta' appoġġ u miftuħa internazzjonali li twassal għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u żvilupp fil-partijiet kollha, b' mod partikolari partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, u b' hekk ikunu jistgħu jindirizzaw aħjar il-problemi tat-tibdil fil-klima. Il-miżuri li jittieħdu biex jingħeleb it-tibdil fil-klima, inklużi dawk unilaterali, m' għandhomx jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew li ma tistax tiġi ġustifikata, jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ internazzjonali.

Artikolu 4

Rabtiet

1. Il-partijiet kollha, filwaqt li jqisu r-responsabbiltajiet komuni iżda differenti u l-prijoritajiet, għanijiet u ċirkostanzi speċifiċi, nazzjonali u reġjunali tagħhom, għandhom:

(a) jiżviluppaw, jaġġornaw perjodikament, jippubblikaw u jagħmlu disponibbli lill-Konferenza tal-partijiet, skond l-Artikolu 12, inventarji nazzjonali ta' emissjonijiet antropoġeniċi minn għejun u tneħħija minn sinkijiet tal-greenhouse gases kollha mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal, bl-użu ta' metodoloġiji komparabbli li għandhom jinftiehmu bejn il-Konferenza tal-Partijiet;

(b) jifformolaw, jimplementaw, jippubblikaw u jaġġornaw regolament programmi nazzjonali u, fejn xieraq, reġjunali li fihom miżuri biex jiġi mmitigat it-tibdil tal-klima billi jiġu indirizzati emissjonijiet antropoġeniċi minn għejun u tneħħija minn sinkijiet tal-greenhouse gases kollha mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal, u miżuri biex jiġi ffaċilitat l-adattament xieraq għat-tibdil fil-klima;

(ċ) jippromwovu u jikkoperaw fl-iżvilupp, fl-applikazzjoni u d-diffużjoni, inkluż it-trasferiment, ta' teknoloġiji, prattiċi u proċessi li jikkontrollaw, inaqqsu jew jipprevjenu emissjonijiet antropoġeniċi minn għejun u tneħħija minn sinkijiet tal-greenhouse gases kollha mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal fis-setturi rilevanti kollha, inklużi s-setturi ta' l-enerġija, tat-trasport, ta' l-industrija, ta' l-agrikoltura, tal-forestiera u ta' l-imaniġġjar ta' l-iskart;

(d) jippromwovu l-amministrazzjoni sostenibbli u jippromwovu u jikkoperaw fil-konservazzjoni u t-titjib, kif xieraq ta' sinkijiet u reservoirs tal-greenhouse gases kollha mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal, inklużi l-biomassa, foresti, u oċeani kif ukoll ekosistemi oħrajn terrestrjali, kostali u marini;

(e) jikkoperaw fil-preparament għall-adattament għall-impatt tat-tibdil fil-klima; jiżviluppaw u jelaboraw pjanijiet xierqa u integrati għall-amministrazzjoni taż-żoni kostali, għejun ta' l-ilma u l-agrikoltura, u għall-protezzjoni u r-reabilitazzjoni ta' żoni, b' mod partikolari fl-Afrika, affettwati min-nixfa u deżertifikazzjoni, kif ukoll dilluvji;

(f) iqisu t-tibdil fil-klima, sa fejn possibbli, fil-politiki u l-azzjonijiet rilevanti tagħhom soċjail, ekonomiċi u ambjentali, u jużaw metodi xierqa, per eżempju stima ta' l-impatt, ifformolati u ddeterminati nazzjonalment, bi skop li jiġu mminimiżżati effetti avversi fuq l-ekonomija, dwar is-saħħa pubblika u dwar il-kwalità ta' l-ambjent, tal-proġetti jew miżuri meħuda minnhom biex jimmitigaw jew jaddattaw għat-tibdil fil-klima;

(g) jippromwovu u jikkoperaw fir-riċerka xjentifika, teknoloġika, teknika, soċjo-ekonomika u oħra, osservazzjoni sistematika u l-iżvilupp ta' arkivji tad-data relatati mas-sistema tal-klima u maħsuba biex iżidu l-ftehim u jitnaqqas jew jitneħħa n-nuqqasijiet ta' ċertezzi li jifdal rigward il-kawżi, l-effetti, il-kobor u l-ħin tat-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali ta' l-istrateġiji varji ta' reazzjoni;

(h) jippromwovu u jikkoperaw fl-iskambju sħiħ, miftuħ fil-pront ta' informazzjoni rilevanti xjentifika, teknoloġika, teknika, soċjo-ekonomika u legali relatata mas-sistema tal-klima u t-tibdil fil-klima, u għall-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali ta' l-istrateġiji varji ta' reazzjoni;

(i) jippromwovu u jikkoperaw fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fil-konxjetà pubblika relatati mat-tibdil fil-klima u jħeġġu l-akbar parteċipazzjoni f'dan il-proċess, inkluż dak ta' organizzazzjonijiet mhux governamentali; u

(j) jikkomunikaw lill-konferenza tal-partijiet l-informazzjoni relatata ma' l-implimentazzjoni, skond l-Artikolu 12.

2. Il-partijiet li huma pajjiżi żviluppati u partijiet oħrajn inklużi fl-Anness I jikkommettu ruħhom speċifikament kif previst f'dawn li ġejjin:

(a) kull waħda minn dawn il-partijiet għandha taddotta politiki nazzjonali [2] u tieħu l-passi korrispondenti dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, billi tillimita l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-greenhouse gases u tħares u ttejjeb is-sinkijiet u r-reservoirs tagħha tal-greenhouse gases. Dawn il-politiki u l-miżuri għandhom juru li l-pajjiżi żviluppati qegħdin imexxu fil-modifikazzjoni ta' tendenzi aktar fit-tul fl-emissjonijiet antropoġeniċi konsistenti ma' l-għan tal-Konvenzjoni, filwaqt li jgħarfu li r-ritorn sa l-aħħar tad-dekanju preżenti għal livelli ta' qabel ta' emissjonijiet antropoġeniċi tal-carbon dioxide u l-greenhouse gases l-oħrajn mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal jikkontribwixxu għal tali modifika, u filwaqt li jqisu d-differenzi fil-punti ta' tluq u l-approċċi ta' dawn il-partijiet, l-istrutturi ekonomiċi u l-bażijiet tar-riżorsi, il-ħtieġa li jinżamm tkabbir ekonomiku b' saħħtu u sostenibbli, teknoloġiji disponibbli u ċirkostanzi oħrajn individwali, kif ukoll il-ħtieġa għall-kontribuzzjonijiet ekwitabbli u xierqa minn kull waħda minn dawn il-partijiet għall-isforz globali rigward dak l-għan. Dawn il-partijiet jistgħu jimplimentaw dawk il-politiki u l-miżuri konġuntament ma' partijiet oħrajn u jistgħu jassistu partijiet oħrajn fil-kontribut għall-akkwistar ta' l-għanijiet tal-Konvenzjoni u, b' mod partikolari dak ta' dan is-subparagrafu;

(b) sabiex jippromwovu l-progress għal dan l-iskop, kull waħda minn dawn il-partijiet għandha tikkomunika, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni għaliha u perjodikament wara, u skond l-Artikolu 12, informazzjoni dettaljata dwar il-politki u l-miżuri tagħha msemmija f'(a) hawn fuq, kif ukoll emissjonijiet antropoġeniċi proġettati riżultanti mill-għejun u t-tneħħija minn sinkijiet tal-greenhouse gases mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal għall-perjodu msemmi f'(a), bl-għan li jiġu lura individwalment jew konġuntament sal-livelli ta' 1990 ta' dawn l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' carbon dioxide u greenhouse gases oħrajn mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal. Din l-informazzjoni tiġi riveduta mill-Konferenza tal-Partijiet, fl-ewwel laqgħa tagħha u perjodikament wara, skond l-Artikolu 7;

(ċ) il-kalkolazzjonijiet ta' l-emmissjoni mill-għejun u t-tneħħija mis-sinkijiet tal-greenhouse gases għall-iskopijiet ta' (b) fuq għandhom iqisu l-aħjar għarfien xjentifiku disponibbli, inkluż dwar il-kapaċità effettiva tas-sinkijiet u l-kontribuzzjonijiet rispettivi ta' dawn il-gassijiet għat-tibdil fil-klima. Il-Konferenza tal-Partijiet għandha tikkunsidra u taqbel dwar il-metodoloġiji għal dawn il-kalkolazzjonijiet fl-ewwel sessjoni tagħha u tirrivedihom regolarment wara dan;

(d) il-Konferenza tal-Partijiet għandha, fl-ewwel sessjoni tagħha tirrevedi l-adegwatezza ta' (a) u (b) fuq. Tali reviżjoni għandha ssir fid-dawl ta' l-aħjar għarfien xjentifiku disponibbli u stima dwar it-tibdil fil-klima u l-efffetti tagħha, kif ukoll informazzjoni rilevanti teknika, soċjali u ekonomika. A bażi ta' din ir-reviżjoni, il-Konferenza tal-Partijiet għandha tieħu azzjoni xierqa, li tista' tinkludi emedi għar-rabtiet fis-subparagrafi (a) u (b) fuq. Il-Konferenza tal-Partijiet, fl-ewwel sessjoni tagħha, għandha tieħu wkoll deċiżjonijiet rigward il-kriterji għall-implimentazzjoni konġunta kif indikat fis-subparagrafu (a) fuq. It-tieni reviżjoni tas-subparagrafi (a) u (b) għandha ssir mhux aktar mill-31 ta; Diċembru 1998, u f'intervalli regolari wara dan iddeterminati mil-Konferenza tal-Partijiet, sakemm jintlaħaq l-għan tal-Konvenzjoni;

(e) kull waħda minn dawn il-partijiet għandha:

(i) tikkordina kif xieraq ma' partijiet oħrajn, istrumenti rilevanti ekonimiċi u amministrattivi żviluppati biex jintlaħaq l-għan tal-Konvenzjoni; u

(ii) tidentifika u perjodikament tirrevedi l-politiki u l-prattiki proprji li jinkoraġġixxu attivitajiet li jwasslu għal livelli ogħla ta' emissjonijiet antropoħeniċi ta' greenhouse gases mhux kontrolloati mill-Protokoll ta' Montreal milli kien iseħħ mod ieħor;

(f) il-Konferenza tal-Partijiet għandha tirrevedi, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1998, informazzjoni disponibbli bi skop li tieħu deċiżjonijiet rigward dawk l-emendi għal-listi fl-Annessi I u II li jkunu xierqa bl-approvazzjoni tal-parti in kwistoni;

(g) kwalunkwe parti mhux inkluża fl-Anness I tista', fl-istrument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tagħha, jew fi kwalunkwe ħin wara, tinnotifika lid-Depożitarju li hija tintendi li tintrabat mis-subparagrafi (a) u (b) fuq. Id-Depożitarju għandu jinforma lill-firmatarji u l-partijiet l-oħrajn dwar tali notifika.

3. Il-partijiet li huma pajjiżi żviluppati u partijiet oħrajn żviluppati inklużi fl-Anness II għandhom jipprovdu għejun finanzjarji ġodda u addizzjonali biex jilħqu l-ispejjeż kollha miftiehma li ntefqu mill-partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw biex jikkonformaw ma' l-obbligi tagħhom skond l-Artikolu 12(1). Għandhom jipprovdu wkoll dawk l-għejun finanzjarji, inklużi għat-trasferiment tat-teknoloġija, meħtieġa mill-partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw biex jilħqu l-ispejjeż kollha inkrementali tal-miżuri ta' implimentazzjoni li huma koperti mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li huma miftiehmin bejn parti li hija pajjiż li għadu qed jiżviluppa u l-entità nazzjonali jew entitajiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 11, skond dak l-Artikolu. L-implimentazzjoni ta' dawn ir-rabtiet għandha tqis il-ħtieġa għall-adegwatezza u predittabilità fil-mixja tal-fondi u l-importanza ta' tqassim xieraq tal-piż fost il-partijiet li huma pajjiżi żviluppati.

4. Il-partijiet li huma pajjiżi żviluppati u partijiet oħrajn żviluppati inklużi fl-Anness II għandhom jassistu wkoll lill-partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw li huma b' mod partikolari vulnerabbli għall-effetti avversi ta' tibdil fil-klima biex jilħqu l-ispejjeż ta' l-addattamenti għal dawk l-effetti avversi.

5. Il-partijiet li huma pajjiżi żviluppati u partijiet oħrajn żviluppati inklużi fl-Anness II għandhom jieħdu l-passi kollha prattikabbli biex jippromwovu, jiffaċilitaw u jiffinanzjaw, kif xieraq, it-trasferiment ta', jew aċċess għal, teknoloġiji li huma ambjentalment tajbin u għarfien lil partijiet oħrajn, b' mod partikolari partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, biex dawn ikunu jistgħu jimplimentaw id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni. F'dan il-proċess, il-partijiet li huma pajjiżi żviluppati għandhom jappoġġaw l-ivżilupp u t-titjib ta' kapaċitajiet endoġeni u t-teknoloġiji tal-partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Partijiet u organizzazzjonijiet oħrajn li huma f'posizzjoni li jagħmlu dan jistgħu wkoll jgħinu fil-faċilitazzjoni tat-trasferiment ta' dawn it-teknoloġiji.

6. Fl-implimentazzjoni tar-rabtiet tagħhom skond il-paragrafu 2 fuq, għandu jiġi permess ċertu livell ta' flessibilità mill-Konferenza tal-Partijiet lill-partijiet inklużi fl-Anness I li għaddejjin mill-proċess transizzjoni lejn ekonomija tas-suq, sabiex itejbu l-kapaċità tal-partijiet biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima, inkluż rigward il-livell storiku ta' emissjonijiet antropoħeniċi ta' greenhouse gases mhux kontrolloati mill-Protokoll ta' Montreal magħżula bħala riferenza.

7. L-estent sa fejn il-partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw effettivament jimplimentaw ir-rabtiet tagħhom taħt il-Konvenzjoni jiddependi mill-implimentazzjoni effettiva tal-partijiet li huma pajjiżi żviluppati tar-rabtiet tagħhom taħt il-Konvenzjoni relati mar-riżorsi finanzjarji u jqisu għal kollox li l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-eradikazzjoni tal-faqar huma l-ewwel priorità u dik ewlenija tal-partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

8. Fl-implimentazzjoni tar-rabtiet ta' dan il-Artikolu, il-partijiet għandhom jagħtu konsierazzjoni sħiħa għal x' inhuma l-azzjonijiet meħtieġa skond il-Konvenzjoni, inklużi azzjonijiet relatati għall-fondi, assigurazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija, u tilħaq il-ħtiġiet u konċerni speċifiċi tal-partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw li jirriżultaw mill-effetti avversi tat-tibdil fil-klima u/jew l-impatt ta' l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' reazzjoni, speċjalment fuq:

(a) pajjiżi żgħar li huma gżejjer;

(b) pajjiżi b' żoni kostali f'livell baxx;

(ċ) pajjiżi b' żoni aridi u semi-aridi, żoni afforestati u żoni suxxettibbli għat-tħassir tal-foresti;

(d) pajjiżi b' żoni suxxettibbli għal diżastri naturali;

(e) pajjiżi b' żoni suxxettibbli għan-nixfa u d-deżertifikazzjoni;

(f) pajjiżi b' żoni ta' tinġiż atmosferiku qawwi urban;

(g) pajjiżi b' żoni b' ekosistemi fraġli, inklużi ekosistemi muntanjużi;

(h) pajjiżi li l-ekonomiji tagħhom jiddependu ħafna fuq dħul iġġenerat mill-produzzjoni, proċessar u esportazzjoni, u/jew fuq konsum tal-karburanti fossili u prodotti assoċjati intensivi ta' l-enerġija; u

(i) pajjiżi mdawrin bl-art u tat-transitu.

Oltre, il-Konferenza tal-Partijiet tista' tieħu azzjonijiet, kif xieraq, rigward dan il-paragrafu.

9. Il-partijiet għandhom iqisu għal kollox il-ħtiġiet speċifiċi u s-sitwazzjonijiet speċjail tal-pajjiżi l-inqas żviluppati fl-azzjonijiet tagħhom rigward il-fondi u t-trasferiment tat-teknoloġija.

10. Il-partijiet għandhom, skond l-Artikolu 10, jieħdu konsiderazzjoni fl-implimentazzjoni tar-rabiet tal-Konvenzjoni fis-sitwazzjoni tal-partijiet, b' mod partikolari partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, b' ekonomiji li huma vulnerabbli għall-effetti avversi ta' l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' reazzjoni għat-tibdil fil-klima. Dan japplika notevolment għal partijiet b' ekonomiji li jiddependu ħafna fuq dħul iġġenerat mill-produzzjoni, proċessar u esportazzjoni, u/jew fuq konsum tal-karburanti fossili li għalihom dawn il-partijiet għandhom diffikultajiet serji biex jaqilbu għal alternattivi.

Artikolu 5

Riċerka u osservazzjoni sistematika

Fit-twettiq tar-rabtiet tagħhom skond l-artikolu 4(1)(g) il-partijiet għandhom:

(a) jappoġġaw u jiżviluppaw aktar, kif xieraq, programmi internazzjonali u intergovernamentali u networks jew organizzazzjonijiet immirati lejn id-definizzjoni, twettiq, stmar u finanzjar tar-riċerka, ġbir tad-data u osservazzjoni sistematika, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li tiġi mminimizzata d-duplikazzjoni ta' l-isforzi;

(b) jappoġġaw sforzi internazzjonali u intergovernamentali biex jissaħħy l-osservazzjoni sistematika u l-kapaċitajiet tar-riċerka xjentifika u teknika nazzjonali, b' mod partikolari fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, u jipprowovu aċċess għal, u l-iskambju ta', data u analiżi tagħhom miksuba minn żoni oltre l-ġurisdizzjoni nazzjonali; u

(ċ) jieħdu kont tal-konċerni partikolari u l-ħtiġiet tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u jikkoperaw fit-titjib tal-kapaċitajiet endoġeni biex jieħdu sehem fl-isforzi msemmija fis-subparagrafi (a) u (b) fuq.

Artikolu 6

Edukazzjoni, taħriġ u konxjetà pubblika

Fit-twettiq tar-rabtiet tagħhom skond l-artikolu 4(1)(i) il-partijiet għandhom:

(a) jippromwovu u jiffaċilitaw fiq livelli nazzjonali u, fejn xieraq, sub-reġjunali u reġjunali, u skond liġijiet u regolamenti nazzjonali, u fil-kapaċitajiet rispettivi tagħhom:

(i) l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' edukazzjoni u ta' konxjetà pubblika dwar it-tibdil fil-klima u l-effetti tiegħu;

(ii) aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar it-tibdil fil-klima u l-effetti tiegħu;

(iii) parteċipazzjoni pubblika fil-indirizzar tat-tibdil fil-klima u l-effetti tiegħu u l-iżviluppar ta' reazzjonijiet adegwati; u

(iv) taħriġ ta' ħaddiema xjentifiċi, tekniċi u maneġerjali;

(b) jikkoperaw fi u jippromwovu, fuq il-livell internazzjoni u, fejn xieraq, bl-użu ta' korpijiet eżistenti:

(i) l-iżvilupp u l-iskambju ta' materjal ta' edukazzjoni u konxjetà pubblika dwar it-tibdil fil-klima u l-effetti tiegħu; u

(ii) l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ, inklużi t-tisħiħ ta' istituzzjonijiet nazzjonali u l-iskambju jew sekondar ta' ħaddiema biex iħarrġu lill-esperti f'dan il-kamp, b' mod partikolari għall-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

Artikolu 7

Konferenza tal-Partijiet

1. Konferenza tal-Partijiet hija b' dan stabbilita.

2. Il-Konferenza tal-Partijiet, bħala l-korp suprem ta' din il-Konvenzjoni, għandha żżomm taħt rivista regolari l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u strumenti legali relatati li l-Konferenza tal-Partijiet tista' taddotta u għandha tieħu, fil-prokura tagħha, id-deċiżjonijiet meħtieġa biex tippromwovi l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni. Għal dan l-iskop għandha:

(a) perjodikament teżamina l-obbligi tal-partijiet u l-arranġamenti istituzzjonali skond il-Konvenzjoni, fid-dawl ta' l-għan tal-Konvenzjoni, l-esperjenza akkwistata fl-implimentazzjoni tagħha u l-evoluzzjoni ta' għarfien xjentifiku u teknoloġiku;

(b) tippromwovi u tiffaċilita l-iskambju ta' infirmazzjoni dwar miżuri addottati mill-partijiet biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u l-effetti tiegħu, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċirkostanzi, responsabbiltajiet u kapaċitajiet differenti tal-partijiet u r-rabtiet rispettivi skond il-Konvenzjoni;

(ċ) tiffaċilita, fuq talba ta' żewġ partijiet jew aktar, il-kordinazzjoni ta' miżuri addottati minnhom biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u l-effetti tiegħu, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċirkostanzi, responsabbiltajiet u kapaċitajiet differenti tal-partijiet u r-rabtiet rispettivi skond il-Konvenzjoni;

(d) tippromwovi u tiggwida, skond l-għan u d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni, l-iżvilupp u l-irfinar perjodiku ta' metodoloġiji komparabbli, li għandhom jiġu miftiehma mill-Konferenza tal-Partijiet, inter alia, għall-preparazzjoni ta' inventarji ta' emissjonijiet tal-greenhouse gases mill-għejun u t-tneħħija minn sinkijiet, għall-evalwazzjoni ta' l-effettività tal-miżuri biex jiġu llimitati l-emissjonijiet u titjieb it-tneħħija ta' dawn il-gassijiet;

(e) tagħmel stima, a bażi ta' l-informazzjoni kollha li għandha għad-disposizzjoni tagħha skond id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni, dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni mill-partijiet, l-effetti ġenerali tal-miżuri meħuda skond il-Konvenzjoni, b' mod partikolari l-effetti ambjentali, ekonomiċi u soċjali, kif ukoll l-impatti kumulattivi tagħhom u l-estent sa fejn il-progress lejn l-għan tal-Konvenzjoni qiegħed jintlaħaq;

(f) tikkunsidra u taddotta rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u taċċerta l-pubblikazzjoni tagħhom;

(g) tagħmel rakkmandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni;

(h) tfittex li timmobbilizza riżorsi finanzjarji skond l-Artikolu 4(3), (4) u (5) u l-Artikolu 11;

(i) tistabbilixxi korpijiet sussidjarji li jitiqesu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni;

(j) tirrevedi r-rapporti mogħtija mill-korpijiet sussidjarji tagħha u tiggwidahom;

(k) taqbel dwar u taddotta, bil-konsensus, regoli ta' proċedura u regoli finanzjarji proprji u għall-korpijiet sussidjarji;

(l) tfittex u tutilizza, fejn xieraq, is-servizzi u l-koperazzjoni ta', u l-informazzjoni provduta minn, organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti u korpijiet intergovernamentali u mhux governamentali; u

(m) teserċita funzjonijiet oħrajn meħtieġa biex jintlaħaq l-għan tal-Konvenzjoni kif ukoll funzjonijiet oħrajn assenjati lilha skond il-Konvenzjoni.

3. Il-Konferenza tal-Partijiet għandha, fl-ewwel laqgħa tagħha, taddotta r-regoli tal-proċedura proprji kif ukoll dawk tal-korpijiet sussidjarji stabbiliti mill-Konvenzjoni, li għandhom jinkludu proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet għal kwistjonijiet li mhumiex diġà koperti minn proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet stipulati fil-Konvenzjoni. Dawn il-proċċeduri jistgħu jinkludu maġġoranzi speċifikati meħtieġa għall-adozzjoni ta' deċiżjoni partikolari.

4. L-ewwel laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għandha tiltaqa' mis-segretarjat temporanju msemmi fl-Artikolu 21 u għandha ssir mhux aktar tard minn sena wara d-data tal-bidu fis-seħħ tal-Konvenzjoni. Wara dan, għandhom jinżammu laqgħat ordinarji tal-Konferenza tal-Partijiet kull sena kemm-il darba ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Konferenza tal-Partijiet.

5. Għandhom isiru laqgħat straordinarji tal-Konferenza tal-Partijiet f'kull ħin ieħor li l-Konferenza tqis meħtieġ, jew fuq talba ta' kwalunkwe parti bil-miktub, kemm-il darba, fi żmien sitt xhur mill-komunikazzjoni tat-talba lill-partijiet mis-segretarjat, tkun appoġġjata minn għall-inqas terz tal-partijiet.

6. In-Nazzjonijiet Uniti, l-aġenziji speċjalizzati tagħha u l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika, kif ukoll kwalukwe Stat li huwa membru tagħhom, jew osservatur tagħhom li mhuwiex parti tal-Konvenzjoni, jistgħu jiġu rrappreżentati fil-laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet bħala osservaturi. Kwalunkwe korp jew aġenzija, kemm jekk nazzjonali jew internazzjonali, governamentali jew mhux governamentali, li huwa jew hija kkwalifikat/a fil-kwistjonijiet koperti mill-Konvenzjoni u li informa/t lis-segretarjat bix-xewqa li jiġi/tiġi rrappreżentat/a f'laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet bħala osservatur/osservatriċi, jista' jiġi ammess/tista' tiġi ammessa kemm-il darba ma joġġezzjonawx għall-inqas terz mill-partijiet. L-ammissjoni u l-parteċipazzjoni ta' l-osservaturi hija soġġetta għar-regoli ta' proċedura tal-Konferenza tal-Partijiet.

Artikolu 8

Is-Segretarjat

1. Huwa b' dan stabbilit Segretarjat.

2. Il-funzjonijiet tas-Segretarjat huma:

(a) li jagħmel arranġamenti għal-laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet u l-korpijiet sussidjarji tagħha stabbiliti skond il-Konvenzjoni u jipprovdihom bis-servizzi kif meħtieġ;

(b) jiġbor u jittrasmetti r-rapporti kif mogħtijin lilu;

(ċ) jiffaċilita l-assistenza lill-partijiet, b' mod partikolari l-partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, fuq talba, fil-kumpilazzjoni u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni meħtieġa skond id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni;

(d) jipprepara rapporti dwar l-attivitajiet tiegħu u jippreżentahom lill-Konferenza tal-Partijiet;

(e) jiżgura l-kordinament neċessarju mas-segretarjati ta' korpijiet internazzjonali rilevanti oħrajn;

(f) jiffirma, taħt it-tutela ġenerali tal-Konferenza tal-Partijiet, tali arranġamenti amministrattivi u kuntrattwali li jistgħu jkunu meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-funzjonijiet tiegħu; u

(g) jippresta funzjonijiet speċifiċi oħrajn ta' segretarjat speċifikati fil-Konvenzjoni u taħt il-Protokolli tagħha, u kwalunkwe funzjonijiet oħrajn li jistgħu jiġu ddeterminati mill-Konferenza tal-Partijiet.

3. Il-Konferenza tal-Partijiet, fl-ewwel laqgħa tagħha, għandha tinnomina segretarjat permanenti u tagħmel arranġamenti għall-iffunzjonar tiegħu.

Artikolu 9

Korp sussidjarju għall-pariri xjentifiċi u teknoloġiċi

1. Huwa hawnhekk stabbilit korp sussidjarju għall-pariri xjentifiċi u teknoloġiċi biex jagħi lill-Konferenza tal-Partijiet u, kif xieraq, lill-korpijiet sussidjarji l-oħrajn tagħha, informazzjoni u pariri fil-ħin dwar materji xjentifiċi u teknoloġiċi relatati mal-Konvenzjoni. Dan il-korp ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni mill-partijiet kollha u għandu jkun ta' aktar minn dixxiplina waħda. Għandu jikkomprimi rappreżentanti tal-gvern kompetenti fl-oqsma ta' ħila rilevanti. Għandu jirrapporta b' mod regolari lill-Konferenza tal-Partijiet dwar l-aspetti kollha tax-xogħol tiegħu.

2. Taħt it-tutela tal-Konferenza tal-Partijiet, u bl-użu ta' korpijiet internazzjonali kompetenti eżistenti, dan il-korp għandu:

(a) jagħmel stimi ta' l-istat ta' għarfien xjentifiku relatat mat-tibdil fil-klima u l-effetti tiegħu;

(b) jipprepara stimi xjentifiċi dwar l-effetti tal-miżuri meħuda fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni;

(ċ) jidentifika teknoloġiji u konoxxenzi innovattivi, effiċjenti u li huma l-aħjar, u jagħti pariri dwar il-modi kif l-iżvilupp u/jew it-trasferiment ta' tali teknoloġiji jistgħu jiġu promossi;

(d) jagħti pariri dwar programmi xjentifiċi, koperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u żvilupp relatat mat-tibdil fil-klima, kif ukoll modi kif jista' jiġi appoġġat il-bini tal-kapaċitajiet endoġenu fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw; u

(e) jirrispondi għall-mistoqsijiet xjentifiċi, teknoloġiċi u metodoloġiċi li jistaqsuh il-Konferenza tal-Partijiet u l-korpijiet sussidjarji tagħha.

3. Il-funzjonijiet u t-termini ta' riferenza ta' dan il-korp jistgħu jiġu elaborati aktar mill-Konferenza tal-Partijiet.

Artikolu 10

Korpi sussidjarju għall-implimentazzjoni

1. Huwa hawnhekk stabbilit korp sussidjarju għall-implimentazzjoni biex jassisti lill-Konferenza tal-Partijiet fl-stima u r-reviżjoni ta' l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni. Dan il-korp ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni mill-partijiet kollha u għandu jikkomprimi rappreżentanti tal-gvern kompetenti fl-oqsma relatati mat-tibdil fil-klima. Għandu jirrapporta lill-Konferenza tal-Partijiet dwar l-aspetti kollha tax-xogħol tiegħu.

2. Taħt it-tutela tal-Konferenza tal-Partijiet, dan il-korp għandu:

(a) jikkunsidra l-informazzjoni kkomunikata skond l-Artikolu 12(1) u jagħmel stima ta' l-effetti ġenerali aggregat tal-passi meħuda mill-partijiet fid-dawl ta' l-aħħar stimi speċifiċi rigward tibdil fil-klima;

(b) jikkunsidra l-informazzjoni kkomunikata skond l-Artikolu 12(2) sabiex jassisti lill-Konferenza tal-Partijiet fit-teqttuq tar-reviżjonijiet meħtieġa fl-Artikolu 4(2)(d); u

(ċ) jassisti lill-Konferenza tal-Partijiet, kif xieraq, fil-preparazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tagħha.

Artikolu 11

Mekkaniżmu finanzjarju

1. Huwa hawnhekk definiti mekkaniżu għall-provvediment ta' riżorsi finanzjarju fuq bażi ta' self jew konċessjoni, li jinkludu t-trasferiment tat-teknoloġija. Għandu jiffunzjona skond, u jkun responsabbli lejn, il-Konferenza tal-Partijiet, li għandha tiddeċiedi dwar il-politiki, priortajiet tal-programmi u l-kriterji ta' l-eliġibilità tiegħu relatati ma' din il-Konvenzjoni. L-operat tiegħu għandu jiġi fdat lil entità internazzjonali eżistenti waħda jew aktar.

2. Il-mekkaniżmu finanzjarju għandu jkollu rappreżentanza ekwa u bilanċjata tal-partijiet kollha f'sistema ta' governanza trasparenti.

3. Il-Konferenza tal-Partijiet u l-entità jew entitajiet fdat/i bl-operat tal-mekkaniżu finanzjarju għandhom jaqblu dwar l-arranġamenti biex il-paragrafi ta' hawn fuq jingħataw effett, u dan għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(a) modalitajiet biex jiġi żgurat illi l-proġetti ffundati biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima huma skond il-politiki, politiki, priortajiet tal-programmi u l-kriterji ta' l-eliġibilità stabbiliti mill-Konferenza tal-Partijiet;

(b) modalitajiet li bihom deċiżjoni partikolari dwar fondi tista' tiġi kkunsidrata mill-ġdid fid-dawl ta' dawn il-politiki, priortajiet tal-programmi u l-kriterji ta' l-eliġibilità;

(ċ) provvediment mill-entità jew entitajiet ta' rapporti regolari lill-Konferenza tal-Partijiet dwar l-operazzjonijiet tiegħu dwar il-fondi, li huwa konsistenti mar-rekwiżit tal-kontabilità stabbilit fil-paragrafu 1 fuq, u

(d) determinazzjoni b' mod prevedibbli u identifikabbli ta' l-ammont tal-fondi meħtieġ u disponibbli għall-implimentazzjoni ta' din il-Konvenzjoni u l-kondizzjonijiet li taħthom jiġi rivedut perjodikament dak l-ammont.

4. Il-Konferenza tal-Partijiet għandha tagħmel arranġamenti biex timplimenta d-disposizzjonijiet imsemmija fuq fl-ewwel laqgħa tagħha, filwaqt li tirrevedi u tieħu kont ta' l-arranġamenti temporanji msemmija fl-Artikolu 21(3) u għandha tiddeċiedi jekk dawn l-aarranġamenti temporanji għandhomx jinżammu. Fi żmien erba' snin wara, il-Konferenza tal-Partijiet għandha tirrevedi l-mekkaniżmu finanzjarju u tieħu l-miżuri xierqa.

5. Il-partijiet li huma pajjiżi żviluppati jistgħu wkoll jipprovdu u l-partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw jistgħu wkoll jieħdu vantaġġ minn, riżorsi finanzjarji relatati ma' l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni permezz ta' kanali bilaterali, reġjunali u multilaterali oħrajn.

Artikolu 12

Komunika ta' informazzjoni relatata ma' l-implimentazzjoni

1. Skond l-Artikolu 4(1) kull parti għandha tikkomunika lill-Konferenza tal-Partijiet, permezz tas-segretarjat, l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:

(a) inventarju nazzjonali ta' emissjonijiet antropoġeniċi mill-għejun u t-tneħħija minn sinkijiet tal-greenhouse gases kollha mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta' Montreal, sa fejn jippermettu l-kapaċitajiet tiegħu, bl-użu ta' metodoloġiji komparabbli li għandhom jiġu promossi u miftiehma mill-rable Konferenza tal-Partijiet;

(b) deskrizzjoni ġenerali tal-passi meħuda jew maħsuba mill-parti għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni; u

(ċ) informazzjoni oħra li l-parti tqis rilevanti biex jintlaħaq l-għan tal-Konvenzjoni u xieraq għall-inklużjoni fil-komunika tagħha, li tinkludi, jekk possibbli, materjal rilevanti għall-kalkoli ta' tendenzi globali ta' l-emissjonijiet.

2. Kull parti li hija pajjiż żviluppat u kull parti oħra inkluża fl-Anness I għandha tinkorpora fil-komunika tagħha l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:

(a) deskrizzjoni dettaljata tal-politiki u l-miżuri li addottat biex timplimenta r-rabta skond l-artikolu 4(2)(a) u (b); u

(b) stima speċifika ta' l-effetti tal-politiki u l-miżuri msemmija fis-subparagrafu (a) hawn fuq fuq emissjonijiet antropoġeniċi mill-għejun tagħha u t-tneħħija mis-sinkijiet tagħha tal-greenhouse gases matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(2)(a).

3. Oltre, kull parti li hija pajjiż żviluppat u kull parti oħra żviluppata inkluża fl-Anness I għandha tinkorpora dettalji dwar il-miżuri meħuda skond l-Artikolu 4(3), (4) u (5).

4. Il-partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw jistgħu, fuq bażi volontarja, jipproponu proġetti għall-finanzjar, inklużi teknoloġiji speċifiċi, materjali, tagħmir, metodi ta' teknika jew prattiki li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti flimkien ma', jekk possibbli, stima ta' l-ispejjeż kollha inkrementali tat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet u ż-żidiet tat-tneħħija tal-greenhouse gases, kfi ukoll stima tal-benefiċċji konsegwenti.

5. Kull parti li hija pajjiż żviluppat u kull parti oħra inkluża fl-Anness I għandha tagħmel l-ewwel komunika tagħha fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni għal dik il-parti. Kull parti mhux hekk elenkata għandha tagħmel l-ewwel komunika tagħha fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni għal dik il-parti, jew mir-riżorsi finanzjarji skond l-Artikolu 4(3). Il-frekwenza tal-komunikazzjonijiet sussegwenti mill-partijiet kollha għandha tiġi ddeterminata mill-Konferenza tal-Partijiet, filwaqt li tieħu kont tal-kalendarju differenzat stabbilit f'dan il-paragrafu.

6. L-informazzjoni kkomunikata mill-partijiet skond dan l-Artikolu għandha tiġi trasmessa mis-segretarjat mill-aktar fis possibbli lill-Konferenza tal-Partijiet u lill-korpijiet sussidjarji kkonċernati. Jekk meħtieġ, il-proċeduri għall-komunika ta' informazzjoni jistgħu jiġu kkunsidrati oltre mill-Konferenza tal-Partijiet.

7. Mill-ewwel laqgħa tagħha, il-Konferenza tal-Partijiet għandha tirranġa għall-provvedimet lill-partijiet li huma pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw ta' appoġġ tekniku u finanzjarju, fuq talba, fil-kumpilazzjoni u l-komunika ta' informazzjoni skond dan l-Artikolu, kif ukoll fl-identifikazzjoni tal-ħtiġiet tekniċi u finanzjarji assoċjati ma' proġetti proposti u miżuri ta' reazzjoni skond l-artikolu 4. Tali appoġġ jista' jingħata minn partijiet oħrajn, minn organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti u mis-segretarjat, kif xieraq.

8. Kwalunkwe grupp ta' partijiet jista', bla ħsara għall-gwidi addottati mill-Konferenza tal-Partijiet, u qabel in-notifika lillKonferenza tal-Partijiet, jagħmel komunika konġunta biex iwettqu l-obbligi tagħhom skond dan l-Artikolu, kemm-il darba tali komunika tinkludi informazzjoni dwar l-osservazzjoni minn kull waħda minn dawn il-partijiet ta' l-obbligazzjonijiet individwali sknod il-Konvenzjoni.

9. L-informazzjoni rċevuta mis-segregarjat li parti tindika bħala kunfidenzali, skond il-kriterji stabbiliti mill-Konferenza tal-Partijiet, għandha tinġabar mis-segretarjat biex titħares il-kunfidenzalità tagħha qabel ma titqiegħed għad-disposizzjoni ta' kwalunkwe mill-korpijiet involuti fil-komunika u r-reviżjoni ta' l-informazzjoni.

10. Bla ħsara għall-paragrafu 9 fuq, u mingħajr preġudizzju għall-abilità ta' kwalunkwe parti li tippubblika l-komuniki tagħha f'kwalunkwe ħin, is-segretarjat għandu jqiegħed għad-disposizzjoni tal-pubbliku l-komunikazzjonijiet mill-partijiet skond dan l-Artikolu meta jiġu ppreżentati lill-Konferenza tal-Partijiet.

Artikolu 13

Riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet rigward l-implimentazzjoni

Il-Konferenza tal-Partijiet għandha, fl-ewwel laqgħa tagħha, tikkonsidra l-istabbiliment ta' proċess konsultattiv multilaterali, għad-disposizzjoni tal-partijiet fuq talba tagħhom, għar-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet rigward l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni.

Artikolu 14

Riżoluzzjoni ta' tilwimiet

1. Fil-każ ta' tilwima bejn żewġ partijiet jew aktar rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzoni tal-Konvenzjoni, il-partijiet konċernati għandhom ifittxu riżoluzzjoni tat-tilwima permezz ta' negozjati jew mezzi oħrajn paċifiċi ta' l-għażla tagħhom.

2. Meta tirratifika, taċċetta, tapprova jew taderixxi għall-Konvenzjoni, jew kwalunkwe ħin wara, parti li mhix organizzazzjoni reġjunali ta' l-integrazzjoni ekonomika tista' tiddikjara fi strument bil-miktub mogħti lid-depożitarju li, rigward kull tilwima rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzoni tal-Konvenzjoni, hija tirrikonoxxi bħala obbligatorju ipso facto u mingħajr ftehim speċjali, rigward kwalunkwe parti li taċċetta l-istess obbligazzjoni:

(a) sottomissjoni tat-tilwima lill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja; u/jew

(b) arbitraġġ skond il-proċeduri li għandha taddotta l-Konferenza tal-Partijiet mill-aktar fis prattikabbli, f'L-Anness dwar l-arbitraġġ.

Parti li hija organizzazzjoni reġjunali ta' l-integrazzjoni ekonomika tista' tagħhmel dikjarazzjoni b' effett simili rigward l-arbitraġġ skond il-proċeduri msemmija fis-subparagrafu (b) fuq.

3. Dikjarazzjoni magħmula taħt il-paragrafu 2 fuq għandha tibqa' fis-seħħ sakemm tiskadi skond it-termini proprji jew sa tliet xhur wara li tkun ġiet iddepożitata mad-depożitarju notifika bil-miktub tar-revoka tagħha.

4. Dikjarazzjoni ġdida, notifika ta' revoka ġdida jew l-iskadenza ta' dikjarazzjoni bl-ebda mod ma jaffettwaw proċeduri pendenti quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja jew it-tribunal ta' l-arbitraġġ, kemm-il darba l-partijiet tat-tilwima jiftiehmu mod ieħor.

5. Bla ħsara għall-operazzjoni tal-paragrafu 2 fuq, jekk wara 12-il xahar wara n-notifika minn parti waħda lill-oħra li teżisti tilwima bejniethom, il-partijiet in kwistjoni ma setgħux jirrisolvu t-tilwima bejniethom permezz tal-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 fuq, it-tilwima għandha tiġi sottomessa, fuq talba ta' waħda mill-partijiet tat-tilwima, għall-konċiljazzjoni.

6. Il-kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni rakkmandatorja, li l-partijiet għandhom iqisu bil-bwona fede.

7. Għandhom jiġu addottati proċeduri addizzjonali relatati mal-konċiljazzjoni mill-Konferenza tal-Partijiet, mill-aktar fis prattikabbli, fl-Anness dwar il-konċiljazzjoni.

8. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom jgħoddu għal kull strument legali relatat addottat mill-Konferenza tal-Partijiet, kemm-il darba l-istrument ma jipprovdix mod ieħor.

Artikolu 15

Emendi għall-Konvenzjoni

1. Kwalunkwe parti tista' tipproponi emendi għall-Konvenzjoni.

2. L-emendi għall-Konvenzjoni għandhom jiġu addottati f'laqgħa ordinarja tal-Konferenza tal-Partijiet. It-test ta' kwalunkwe emenda proposta għall-Konvenzjoni għandu jiġi kkomunikat lill-partijiet mis-segretarjat mhux inqas minn sitt xhur qabel il-laqgħa fejn tiġi proposta għall-adozzjoni. Is-segretarjat għandu jikkomunika wkoll emendi proposti għall-firmatarji tal-Konvenzjoni u, għall-informazzjoni, lid-depożitarju.

3. Il-partijiet għandhom jagħmlu kull sforx biex jilħqu ftehim dwar kwalunkwe emenda proposta għall-Konvenzjoni permezz ta' konsensus. Jekk l-isforzi kollha lejn il-konsensus ġew eżawriti, u ma ntlaħaq ebda ftehim, l-emenda għandha, bħala rimedju aħħari, tiġi addotata b' vot ta' tliet kwarti maġġoranza tal-partijiet preżenti u li jivvutaw fil-laqgħa. L-emenda addottata għandha tiġi kkomunikata mis-segretarjat lid-depożitarju, li għandu jiċirkolaha lill-partijiet kollha għall-aċċettazzjoni.

4. L-istrumenti ta' l-aċċettazzjoni rigward emenda għandhom jiġu depożitati mad-depożitarju. Emenda addottata skond il-paragrafu 3 fuq għandha tidħol fis-seħħ għal dawk il-partijiet li aċċettawha fid-90 jum wara li d-depożitarju jirċievi strument ta' aċċettazzjoni minn għall-inqas tliet kwarti tal-partijiet tal-Konvenzjoni.

5. L-emenda għandha tidħol fis-seħħ għal kwalunkwe parti oħra fid-90 jum wara d-data meta dik il-parti tiddepożita mad-depożitarju l-istrument ta' l-aċċettazzjoni tagħha dwar l-emenda msemmija.

6. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, "partijiet preżenti u li jivvutaw" tfisser partijiet preżenti u li jitfgħu vot affermattiv jew negattiv.

Artikolu 16

Adozzjoni u emenda ta' l-Annessi tal-Konvenzjoni

1. L-Annessi tal-Konvenzjoni għandhom jiffurmaw parti integrali minnha u, kemm-il darba ma jiġix provdut espressament mod ieħor, riferenza għall-Konvenzjoni tikkostitwixxi fl-istess ħin riferenza għal kwalunkwe anness tagħha. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 14(2)(b) u (7), dawn l-Annessi għandjom ikunu limitati għal listi, formoli u materjal ieħor ta' natura deskrittiva li hija ta' karattru xjentifiku, tekniku, proċedurali jew amminstrattiv.

2. L-Annessi tal-Konvenzjoni għandhom jiġu proposti u addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15(2), (3) u (4).

3. L-Anness li ġie addottat skond il-paragrafu 2 hawn fuq għandu jidħol fis-seħħ għall-partijiet kollha tla-Konvenzjoni sitt xhur wara d-data tal-komunika mid-depożitarju lil dawn il-partijiet ta' l-adozzjoni ta' l-Anness, ħlief dawk il-partijiet li nnotifikaw lid-depożitarju, bil-miktub, f'dak it-terminu li ma' aċċettawx l-Anness. L-Anness jidħol fis-seħħ għall-partijiet li rtiraw in-notifika tagħhom li ma aċċettawx fid-90 jum mid-data meta d-depożitarju rċieva l-irtirar ta' din in-notifika.

4. Il-proposta, l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ ta' emendi għall-Annessi tal-Konvenzjoni huma suġġetti għall-istess proċedura bħal dik tal-proposta, adozzjoni u dħul fis-seħħ ta' l-Annessi tal-Konvenzjoni skond il-paragrafi 2 u 3 fuq.

5. Jekk l-adozzoni ta' l-Anness jew emenda ta' l-Anness tinvolvi emenda lill-Konvenzjoni, dak l-Anness jew emenda ta' l-Anness m' għandux jidħol fis-seħħ sa dak iż-żmien meta tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni.

Artikolu 17

Protokoll

1. Il-Konferenza tal-Partijiet tista', f'laqgħa ordinarja, taddotta Protokoll tal-Konvenzjoni.

2. It-test ta' kwalunkwe Protokoll propost għandu jiġi kkomunikat lill-partijiet mis-segretarjat għall-inqas sitt xhur qabel waħda mil-laqgħat.

3. Ir-rekwiżiti għad-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe Protokoll għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-istrument.

4. Jistgħu jkunu partijiet tal-Protokoll partijiet tal-Konvenzjoni biss.

5. Deċiżjonijiet skond kwalunkwe Protokoll għandhom jittieħdu biss minn partijiet tal-Protokoll konċernat.

Artikolu 18

Dritt tal-vot

1. Kull parti tal-Konvenzjoni għandu jkollha vot wieħed, ħlief kif previst fil-paragrafu 2 taħt.

2. Organizzazzjonijiet reġjunali ta' l-integrazzjoni ekonomika, f'materji tal-kompetenza tagħhom, għandjom jeserċitaw id-dritt tal-vot tagħhom b' numru ta' voti daqs in-numru ta' Stati Membri tagħhom li huma partijiet tal-Konvenzjoni. Tali organizzazzjoni m' għandiex teserċita d-dritt tal-vot tagħha jekk xi wieħed mill-Istati Membri tagħha jeserċita d-dritti tiegħu, u viċe versa.

Artikolu 19

Depożitarju

Is-Segretarjat-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jkun id-depożitarju tal-Konvenzjoni u ta' Protokolli addottati skond l-Artikolu 17.

Artikolu 20

Firma

Din il-Konvenzjoni għandha tinfetaħ għall-firem mill-Istati li huma membri tan-Nazzjonijiet Uniti jew kwalunkwe mill-Aġenziji speċjalixxati tagħha jew li huma Partijiet ta' l-Istatut tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja u minn organizzazzjonijiet reġjunali ta' l-integrazzjoni ekonomika f'Rio de Janeiro, waqt il-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, u wara fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f'New York mill-20 ta' Ġunju 1992 sad-19 ta' Ġunju 1993.

Artikolu 21

Arranġamenti temporanji

1. Il-funzjoniet ta' segretarjat imsemmija fl-Artikolu 8 għandhom jitwettqu temporanjament mis-segretarjat stabbilit mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fir-riżoluzzjoni tagħha 45/212 tal-21 ta' Diċembru 1990, sal-kompletazzjoni ta' l-ewwel laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet.

2. Il-kap tas-segretarjat temporanju msemmi fil-paragrafu 1 fuq għandu jikkopera qrib mal-Panel Intergovernamentali dwar it-Tibdil fil-Klima biex jaċċerta li l-Panel jista' jirreaġixxi għall-ħtieġa ta' pariri oġġettivi xjentifiċi u tekniċi. Other relevant scientific bodies could also be consulted.

3. Il-Faċilità Globali ta' l-Ambjent tal-Programm ta' l-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Programm ta' l-Ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp għandhom ikunu l-entità internazzjonali fdata bl-operazzjoni tal-mekkaniżmu finanzjarju msemmi fl-Artikolu 11 fuq bażi temporanja. F'dan ir-rigward, il-Faċilità Globali ta' l-Ambjent għandha tiġi ristrutturata kif jixraq u l-assoċjazzjoni ssir universatli biex tkun tista' taderixxi għar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 11.

Artikolu 22

Ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni

1. Il-Konvenzjoni għandha tkun soġġetta għar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni minn Stati u minn organizzazzjonijiet reġunali ta' l-integrazzjoni ekonomika. Għandha tinfetaħ għall-adeżjoni mill-jum wara d-data li fiha il-Konvenzjoni tingħalaq għall-firem. L-istrumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni għandhom jiġu ddepożitati mad-depożitarju.

2. Kwalunkwe organizzazzjoni reġjunali ta' l-integrazzjoni ekonomika li ssir parti tal-Konvenzjoni mingħajr ma jkunu partijiet l-iStati Membri tagħha għandha tkun vinkolata mill-obbligi kollha taħt il-Konvenzjoni. F'każ ta' tali organizzazzjonijiet, li Stat Membru wieħed jew aktar tagħhom huwa parti tal-Konvenzjoni, l-organizzazzjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jiddeċiedu dwar ir-responsabbiltajiet rispettivi għall-osservazzjoni ta' l-obbligazzjonijiet tagħhom skond il-Konvenzjoni. F'dawn il-każijiet, l-organizzazzjoni u l-Istati Membri tagħha ma jkunux intitolati li jerserċitaw drittijiet taħt il-Konvenzjoni konkurrentament.

3. Fl-istrumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tagħhom, l-organizzazzjonijiet reġjunali ta' l-integrazzjoni ekonomika għandhom jiddikjaraw l-estent tal-kompetenza tagħhom rigward materji rregolati mill-Konvenzjoni. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ukoll jinfurmaw lid-depożitarju, li għandu mbagħad jinforma lill-partijiet, dwar kwalunkwe modifika sostanzjali għall-estent tal-kompetenza tagħhom.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

1. Il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-90 jum wara d-data tad-depożitu tal-50 strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

2. Għal kull Stat jew organizzazzjoni reġjunali ta' l-integrazzjoni ekonomika li tirratifika, taċċetta jew tapprova l-Konvenzjoni jew taderixxi għaliha wara d-depożitu tal-50 strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-90 jum wara d-data tad-depożitu minn tali stat jew tali organizzazzjoni reġjunali ta' l-integrazzjoni ekonomika ta' l-istrument tiegħu jew tagħha ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

3. Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 u 2 fuq, kull strument iddepożitat minn organizzazzjoni reġjunali ta' l-integrazzjoni ekonomika m' għandux jitqies addizzjonali għal dawn depożitati minn Stati Membri ta' l-Organizzazzjoni.

Artikolu 24

Riservi

Ma jistgħu jsiru ebda riservi għall-Konvenzjoni.

Artikolu 25

Irtirar

1. Kwalunkwe ħin wara tliet snin mid-data li fiha daħlet fis-seħħ għal partu l-Konvenzjoni, dik il-parti tista' tirtira mill-Konvenzjoni billi tagħti notifika bil-miktub lid-depożitarju.

2. Tali rtirar jieħu effett ma' l-iskadenza ta' sena wara d-data meta d-depożitarju jirċievu n-notifika ta' l-irtirar, jew f'data aktar tard speċifikata fin-notifika ta' l-irtirar.

3. Parti li tirtira mill-Konvenzjoni titqies li rtirat ukoll minn kwalunkwe Protokoll li hija parti tiegħu.

Artikolu 26

Testijiet awtentiċi

L-oriġinali ta' din il-Konvenzjoni, li tagħha t-testijiet Għarbi, Ċiniż, Ingliż, Fanċiż, Russu u Spanjol huma ugwalment awtentiċi, għandu jiġi ddepożitat mas-Segreterju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

B' XHUD TA' DAN is-sottofirmati, debitament awtorizzati għal dan l-iskop, iffirmaw din il-Konvenzjoni.

MAGĦMUL f'New York dan id-disa' jum ta' Mejju elf disa' mija u tnejn u disgħin.

[1] Titoli ta' l-Artikoli huma inklużi biss biex jiġi assistit il-qarrej.

[2] Dan jinkludi politiki u miżuri addottati minn organizzazzjonijiet reġjunali ta' l-integrazzjoni ekonomika This includes.

--------------------------------------------------

ANNESS I

L-Awstralja

Awstrija

Belarus [1]

Il-Belġju

il-Bulgarija [2]

il-Kanada

Iċ-Ċekoslovakkja

Id-Danimarka

Il-Komunità Ewropea

l-Estonja [3]

il-Finlandja

Franza

Il-Ġermanja

Il-Greċja

l-Ungerija [4]

Islanda

L-Irlanda

L-Italja

il-Ġappun

il-Latvja [5]

il-Lituwanja [6]

Il-Lussemburgu

L-Olanda

in-New Zealand

in-Norveġja

Il-Polonja [7]

Il-Portugall

ir-Rumanija [8]

Il-Federazzjoni Russa [9]

Spanja

l-Isvezja

L-Isvizzera

It-Turkija

L-Ukraine [10]

Ir-Renju Unit tal-Gran Bretanja u l-Irlanda ta' fuq

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

[1] Pajjiżi li huma fil-proċess ta' transizzjoni għal ekonomija tas-suq.

[2] Pajjiżi li huma fil-proċess ta' transizzjoni għal ekonomija tas-suq.

[3] Pajjiżi li huma fil-proċess ta' transizzjoni għal ekonomija tas-suq.

[4] Pajjiżi li huma fil-proċess ta' transizzjoni għal ekonomija tas-suq.

[5] Pajjiżi li huma fil-proċess ta' transizzjoni għal ekonomija tas-suq.

[6] Pajjiżi li huma fil-proċess ta' transizzjoni għal ekonomija tas-suq.

[7] Pajjiżi li huma fil-proċess ta' transizzjoni għal ekonomija tas-suq.

[8] Pajjiżi li huma fil-proċess ta' transizzjoni għal ekonomija tas-suq.

[9] Pajjiżi li huma fil-proċess ta' transizzjoni għal ekonomija tas-suq.

[10] Pajjiżi li huma fil-proċess ta' transizzjoni għal ekonomija tas-suq.

--------------------------------------------------

ANNESS II

L-Awstralja

Awstrija

Il-Belġju

il-Kanada

Id-Danimarka

Il-Komunità Ewropea

il-Finlandja

Franza

Il-Ġermanja

Il-Greċja

Islanda

L-Irlanda

L-Italja

il-Ġappun

Il-Lussemburgu

L-Olanda

in-New Zealand

in-Norveġja

Il-Portugall

Spanja

l-Isvezja

L-Isvizzera

It-Turkija

Ir-Renju Unit tal-Gran Bretanja u l-Irlanda ta' fuq

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

--------------------------------------------------

ANNESS B

DIKJARAZZJONI MILL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA SKOND L-ARTIKOLU 22(3) TAL-KONVENZJONI QAFAS DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA

Skond id-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità, flimkien ma' l-Istati Membri tagħha, hija kompetenti li tieħu azzjoni lejn il-protezzjoni ta' l-ambjent.

Rigward materji koperti minn din il-Konvenzjoni, il-Komunità addottat diversi strumenti legali, kemm bħala parti mill-politika ambjentali tagħha kif ukoll fil-qadas ta' politiki Settorjali oħrajn, li l-aktar rilevanti minnhom huma elenkati taħt:

- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2008/90 tad-29 ta' Ġunju 1990 rigward il-promozzjoni tat-Teknoloġija dwar l-Enerġija fl-Ewropa (programm Thermie) (ĠU L 185, tas-17.7.1990),

- Deċiżjoni tal-Kunsill 89/364/KEE tal-5 ta' Ġunju 1989 dwar programm ta' azzjoni Komunitarju għat-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-użu ta' l-elettriku (ĠU L 157, tad-9.6.1989),

- Deċiżjoni tal-Kunsill 91/565/KEE tad-29 ta' Ottubru 1991 rigward il-promozzjoni ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija fil-Komunità (programm SAVE) (ĠU L 307, tat-8.11.1991),

- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1973/92 tal-21 ta' Mejju 1992 li jistabbilixxi strument finanzjarju għall-Ambjent (LIFE) (ĠU L 206, tat-22.7.1992),

- Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 89/625/KEE ta' l-20 ta' Novembru 1989 dwar:

- (EPOCH),

- protezzjoni ta' l-ambjent (STEP) (ĠU L 359, tat-8.12.1989),

- Deċiżjoni tal-Kunsill 91/354/KEE tas-7 ta' Ġunju 1991 li jadotta programm speċifiku għar-riċerka u għall-iżvilupp teknoloġiku fil-qasam ta' l-ambjent (1990 sa 1994) (ĠU L 192, tas-16.7.1991),

- Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE ta' l-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' tagħmir għal-limitazzjoni tal-velocità għal xi kategoriji ta' vetturi bil-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, tat-2.3.1992),

- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2080/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 li jistituzzjonalizza skema Komunitarja ta' għajnuna għal miżuri tal-forestrija fil-biedja (ĠU L 215, tat-30.7.1992),

- Deċiżjoni tal-Kunsill 93/389/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1993 għal mekkaniżmu ta' sorveljanza ta' CO2 u emissjonijiet ta' greenhouse gases oħrajn fil-Komunità (ĠU L 167, tad-9.7.1993).

--------------------------------------------------

ANNESS Ċ

DIKJARAZZJONI MILL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KONVENZJONI QAFAS TAN-NAZZJONIJIET UNITI DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA

Il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha jiddikjaraw li r-rabta biex jiġu llimitati l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' CO2 stabbilita fl-Artikolu 4(2) tal-Konvenzjoni ser tiġi osservata fil-Komunità in ġenerali permezz ta' azzjoni meħuda mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom.

F'din il-perspettiva, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha jaffermaw ill-ġdid l-għanijiet stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 1990, u b' mod partikolari l-għan ta' l-istabbilizzazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' CO2 sal-2000 fil-livell ta' l-1990 fil-Komunità in ġenerali.

Il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha qegħdien jelaboraw strateġija koerenti sabiex jilħqu dan l-għan.

--------------------------------------------------

Top