EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21988A1031(02)

Protokoll ta' Montreal dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu

OJ L 297, 31.10.1988, p. 21–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 11 Volume 014 P. 159 - 166
Special edition in Swedish: Chapter 11 Volume 014 P. 159 - 166
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 016 P. 219 - 227
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 016 P. 219 - 227
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 016 P. 219 - 227
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 016 P. 219 - 227
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 016 P. 219 - 227
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 016 P. 219 - 227
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 016 P. 219 - 227
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 016 P. 219 - 227
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 016 P. 219 - 227
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 005 P. 99 - 107
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 005 P. 99 - 107
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 037 P. 16 - 23

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/1988/540/oj

Related Council decision

21988A1031(02)



Official Journal L 297 , 31/10/1988 P. 0021 - 0028
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0159
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0159


Protokoll ta' Montreal dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu

IL-PARTIJIET F'DAN IL-PROTOKOLL,

BILLI HUMA Partijiet fil-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-protezzjoni tas-saff ta' l-ożonu,

JIFTAKRU l-obbligi tagħhom taħt dik il-onvenzjoni li jieħdu passi xierqa li jipproteġu s-saħħet il-bniedem u l-ambjent mill-effetti ħżiena li jirriżultaw jew x'aktarx jirriżultaw minn attivitajiet tal-bniedem li jimmodifikaw jew x'aktarx jimmodifikaw is-saff ta' l-ożonu,

JIRRIKONOXXU li emissjonijiet dinjin ta' xi sostanzi jistgħu jnaqqsu jew mod ieħor jimmodifikaw is-saff ta'l-ożonu b' mod li x'aktarx jirrriżulta f'effetti ħżiena fuq saħħet il-bniedem u l-ambjent,

KONXJI ta' l-effetti klimatiċi possibbli ta' l-emissjonijiet ta' dawn is-sostanzi,

KONXJI li passi meħuda biex jitħares is-saff ta' l-ożonu mit-traqqiq għandhom ikunu bażati fuq għarfien rilevanti xjentifiku, wara li jitqiesu l-konsiderazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi,

DETERMINATI li jħarsu s-saff ta' l-ożonu billi jieħdu passi kawtelatorji biex jikkontrollaw b'mod ekwu l-emissjonijiet totali globali ta' sostanzi li jnaqqsuh, bl-għan finali li jiġu eliminati fuq il-bażi ta ‘l-iżviluppu fl-għarfien xjentifiku, waqt li jitqiesu l-konsiderazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi,

JIRRIKONOXXU li xi disposizzjonijiet speċjali huma neċessarji biex jintlaħqu l-ħtiġiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għal dawn is-sostanzi,

JINNUTAW il-miżuri kawtelatorji biex jiġu kontrollati l-emissjonijiet ta' xi kloroflorokarburi li diġà ttieħdu fuq livelli nazzjonali u reġjonali,

JIKKONSIDRAW l-importanza li tiġi promossa l-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-iżvilupp tax-xjenza u t-teknoloġija relatata mal-kontroll u tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu, waqt li jżommu f'moħħhom partikolarment il-ħtiġiet ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw,

FTIEHMU kif ġej:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan il-Protokol:

1. "Konvenzjoni" tfisser il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-protezzjoni tas-saff ta' l-ożonu adottata fit-22 ta' Marzu 1985.

2. "Partijiet" tfisser, kemm-il darba t-test ma jindikax mod ieħor, Partijiet f'dan il-Protokoll.

3. "Segretarjat" tfisser is-segretarjat tal-Konvenzjoni.

4. "Sostanza kontrollata" tfisser sostanza elenkata fl-Anness A ta' dan il-Protokoll, kemm jekk teżisti waħedha jew f'taħlita. Iżda teskludi kull sostanza jew taħlita li tkun f'prodott fabbrikat minbarra kontenitur li jintuża għat-trasport jew ħażna tas-sostanza elenkata.

5. "Produzzjoni" tfisser l-ammont ta' sostanza kontrollata prodotta bi tnaqqis ta' l-ammont distrutt minn teknoloġiji li għandhom jiġu approvati mill-Partijiet.

6. "Konsum" tfisser produzzjoni u importazzjonijiet bi tnaqqis ta' sostanzi kkontrollati.

7. "Livelli kkalkolati" ta' produzzjoni, importazzjoni, esportazzjoni u konsum, tfisser livelli determinati skond l-Artikolu 3.

8. "Razzjonalizzazzjoni industrijali" tfisser it-trasferiment tal-livell kollu jew parti minnu tal-prodotti ta' Parti waħda lill-oħra, għall-għanijiet li jiġu akkwistati effiċjenzi ekonomiċi jew jirreaġixxu għal nuqqasijiet antiċipati fil-provvista bħala riżultat ta' l-għeluq ta' impjanti.

Artikolu 2

Miżuri ta' kontroll:

1. Kull Parti għandha tiżgura li għall-perjodu ta' 12-il xahar li jibda mill-ewwel jum tas-seba' xahar wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, u f'kull perjodu ta' 12-il xahar wara dan, il-livell kalkolat tiegħu ta' konsum tas-sostanza kkontrollata fil-Grupp I ta' l-Anness A ma jeċċedix il-livell kalkolat ta' konsum fl-1986. Sa tmiem l-istess perjodu, kull Parti li tipproduċi waħda jew aktar minn dawn is-sostanzi għandha tiżgura li l-livell kalkolata tagħha ta' produzzjoni tas-sostanzi ma jeċċedix il-livell kalkolat ta' produzzjoni fl-1986, ħlief li dan il-livell jista' jkun żdied b' mhux aktar minn 10 % bażat fuq il-livell ta' l-1986. Din iż-żieda hija permessa biss biex tissoddisfa l-ħtiġiet bażiċi domestiċi tal-Partijiet li joperaw taħt l-Artikolu 5 u għall-għanijiet ta' razzjonalizzazzjoni industrijali bejn il-Partijiet.

2. Kull Parti għandha tiżgura li għall-perjodu ta' 12-il xahar li jibda mill-ewwel jum tas-37 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, u f'kull perjodu ta' 12-il xahar wara dan, il-livell kalkolat tiegħu ta' konsum tas-sostanza kkontrollata elenkata fil-Grupp II ta' l-Anness A ma jeċċedix il-livell kalkolat ta' konsum fl-1986. Kull Parti li tipproduċi waħda jew aktar minn dawn is-sostanzi għandha tiżgura li l-livell kaloklat tagħha ta' produzzjoni tas-sostanzi ma jeċċedix il-livell kalkolat ta' produzzjoni fl-1986, ħlief li dan il-livell jista' jkun żdied b' mhux aktar minn 10 % bażat fuq il-livell ta' l-1986. Din iż-żieda hija permessa biss biex tissoddisfa l-ħtiġiet bażiċi domestiċi tal-Partijiet li joperaw skond l-Artikolu 5 u għall-għanijiet ta' razzjonalizzazzjoni industrijali bejn il-Partijiet. Il-mekkaniżmi biex jiġu implementati dawn il-miżuri għandhom jiġu deċiżi mill-Partijiet fl-ewwel laqgħa tagħhom wara l-ewwel rivista xjentifika.

3. Kull Parti għandha tiżgura li għall-perjodu ta' l-1 Lulju 1993 sa 30 Ġunju 1994, u f'kull perjodu ta' 12-il xahar wara dan, il-livell ta' konsum kalkulat tas-sostanzi kontrollati fil-Grupp I ta' l-Anness A ma' jeċċedix, annwalment, 80 % tal-livell ta' konsum fl-1986. Kull Parti li tipproduċi waħda jew aktar minn dawn is-sostanzi għandha, għall-istess perjodi, tiżgura li l-livell tal-produzzjoni tas-sostanzi kkalkulat ma' jeċċedix, annwalment, 80 % tal-livell tal-produzzjoni kalkulat fl-1986. Madankollu, sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet bażiċi domestiċi tal-Partijiet li joperaw taħt l-Artikolu 5, u għall-għanijiet ta' razzjonalizzazzjoni industrijali bejn il-partijiet, il-livell kalkolat ta' produzzjoni tiegħu jista' jeċċedi dak il-limitu sa 10 % tal-livell tal-produzzjoni kalkulat fl-1986.

4. Kull Parti għandha tiżgura li għall-perjodu l-1 Lulju 1983 sat-30 ta' Ġunju 1994, u f'kull perjodu ta' 12-il xahar wara dan, il-livell ta' konsum kalkulat tas-sostanzi kontrollati fil-Grupp I ta' l-Anness A ma' jeċċedix, annwalment, 50 % tal-livell ta' konsum fl-1986. Kull Parti li tipproduċi waħda jew aktar minn dawn is-sostanzi għandha, għall-istess perjodi, tiżgura li l-livell tal-produzzjoni tas-sostanzi kkalkulat ma' jeċċedix, annwalment, 50 % tal-livell ta' produzzjoni kalkulat fl-1986. Madankollu, sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet bażiċi domestiċi tal-Partijiet li joperaw taħt l-Artikolu 5, u għall-għanijiet ta' razzjonalizzazzjoni industrijali bejn il-partijiet, il-livell kalkolat ta' produzzjoni tiegħu jista' jeċċedi dak il-ivell sa 15 % mil-livell ikkalkolat ta' produzzjoni tiegħu fl-1986. Dan il-paragrafu jgħodd kemm-il darba l-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor f'laqgħa b' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Partijiet preżenti u li jivvutaw, li jirrapreżentaw għall-inqas żewġ terzi mil-livell totali kkalkolat ta' produzzjoni ta' dawn is-sostanzi tal-Partijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi kkunsidrata u tittieħed fid-dawl ta' l-istimi msemmija fl-Artikolu 6.

5. Kull Parti li l-livell kalkolat ta' produzzjoni tagħha fl-1986 tas-sostanzi kontrollati fil-Grupp I ta' l-Anness A kien inqas minn 25 kilotunnellati tista' għall-għanijiet ta' razzjonalizzazzjoni industrijali, tittrasferixxi lil jew tirċievi minn kalunkwe Parti oħra, produzzjoni li teċċedi l-limit stabbiliti fil-paragrafi 1, 3 u 4 sakemm it-total tal-livelli kkalkolati ta' produzzjoni kombinati tal-Partijiet konċernati ma jeċċedix il-limiti ta' produzzjoni stabbiliti f'dan l-Artikolu. Kull trasferiment ta' din il-produzzjoni għandha tkun innotifikata lis-segretarjat, mhux aktar tard mill-ħin tat-trasferiment.

6. Kull Parti li ma toperax skond l-Artikolu 5, li għandha faċilitajiet għall-produzzjoni ta' sostanzi kontrollati taħt kostruzzjoni, jew kuntrattati, qabel is-16 ta' Settembru 1987, u li hemm provdut għalihom fil-liġi nazzjonali qabel l-1 ta' 1 Jannar 1987, tista' żżid il-produzzjoni minn dawn il-faċilitajiet mal-produzzjoni tagħha ta' l-1968 ta' dawn is-sostanzi, sakemm dawn il-faċilitajiet huma kompletati sal-31 ta' Diċembru 1990 u li din il-produzzjoni ma tgħollix il-livell kalkolat ta' konsum annwali ta' dik il-Parti tas-sostanza kkontrollata aktar minn 0,5 kilogrammi kull ras.

7. Kull trasferiment ta' produzzjoni bis-saħħa tal-paragrafu 5 jew kull żieda ta' produzzjoni taħt il-paragrafu 6 għandha tkun innotifikata lis-segretarjat, mhux aktar tard mill-ħin tat-trasferiment jew żieda.

8. (a) Partijiet li huma Stati Membri ta' organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika kif definita fl-Artikolu 1(6) tal-Konvenzjoni jistgħu jiftiehmu li jaderixxu konġuntament għall-obbligi tagħhom dwar il-konsum skond dan l-Artikolu sakemm il-livell totali kkalkolat ta' konsum ma jeċċedix il-livelli rikjesti minn dan l-Artikolu.

(b) Il-Partijiet f'dan l-Ftehim għandhom jinformaw lis-segretarjat bill-kondizzjonijiet tal-ftehim qabel id-data tat-tnaqqis fil-konsum li dwaru jitratta il-ftehim partikolari.

(ċ) Dan il-ftehim jibda jopera biss jekk l-Istati Membri kollha ta' l-organizzazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika internazzjonali u l-organizzazzjoni konċernata huma Partijiet tal-Protokoll u jkunu avżaw lis-segretarjat dwar il-metodu tagħhom ta' implementazzjoni.

9. (a) Ibbażat fuq l-istima magħmula skond l-artikolu 6, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu jekk:

i(i) għandhomx isiru aġġustamenti għall-potenzali li jnaqqsu l-ożonu speċifikati fl-Anness A, u jekk iva, x' għandhom ikunu l-aġġustamenti; u

(ii) aġġustamenti u tnaqqis oħra għall-produzzjoni jw konsum tas-sostanzi kontrollati mil-livelli ta' l-1986 għandhomx isiru u, jekk iva, x'għandu jkun l-iskop, l-ammont u meta għandhom isiru dawn l-aġġustamenti u tnaqqis.

(b) Proposti għal dawn l-aġġustamenti għandhom jiġu komunikati lill-Partijiet mis-segretarjat għall-inqas sitt xhur qabel il-laqgħa tal-Partijiet li fiha huma proposti għall-adozzjoni.

(ċ) Fit-teħid ta' dawn id-deċiżjonijiet, il-Partijiet għandhom jagħmlu kull sforz biex jilħqu ftehim bil-kunsens. Jekk kull sforz għall-kunsens ġie eżawrit, u ma ntlaħaq l-ebda ftehim, dawn id- deċiżjonijiet għandhom, bħala l-aħħar miżura, jiġu adottati b' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Partijiet preżenti u li jivvotaw, li jirrappreżentaw għall-inqas 50 % tal-konsum totali tas-sostanzi kontrollati tal-Partijiet.

(d) Id-deċiżjonijiet, li jorbtu lill-Partijiet kollha, għandhom jiġu kkomunikati lill-Partijiet minnufih mid-Depożitarju. Kemm-il darba m'hemmx provdut mod ieħor fid-deċiżjonijiet, għandhom jidħlu fis-seħħ fl-iskandenza ta' sitt xhur mid-data taċ-ċirkolazzjoni tal-komunikazzjoni mid-Depożitarju.

10. (a) Ibbażat fuq l-stima magħmula skond l-artikolu 6 ta' dan il-Protokoll u skond il-proċedura fl-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu:

i(i) jekk xi sostanzi, u fil-każ liema, għandhomx jiżdiedu ma' jew jitneħħew minn xi l-Anness ta' dan il-Protokoll; u

(ii) il-mekkaniżmu, skop u ħin tal-miżuri ta' kontroll li għandhom jgħoddu għal dawn is-sostanzi.

(b) Kull deċiżojni bħal din għandha tieħu effett, iżda għandha tkun aċċettata minn maġġoranza ta' zewġ terzital-Partijiet preżenti u li jivvotaw.

11. Minkejja d-disposizzjonijiet li jinsabu f'dan l-Artikolu, il-Partijiet jistgħu jieħdu passi aktar iebsa minn dawn rikjesti taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Kalkolu ta' livelli ta' kontroll

Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 2 u 5, kull Parti għandha, għal kull grupp ta' sostanzi fl-Anness A, tistabbilixxi l-livelli kkalkolati tiegħu ta':

(a) produzzjoni billi:

(i) timmolteplika l-produzzjoni annwali tiegħu ta' kull sostanza kkontrollata bil-potenzal li jnaqqas l-ożonu speċifikat fir-rigward tiegħu fl-Anness A; u

(ii) tgħodd flimkien, għal kull grupp, il-figuri riżultanti;

(b) importazzjonijiet u exportazzjonijiet, rispettivament, billi tkun segwita, mutatis mutandis, il-proċedura stabbilita fis-subparagrafu (a); u

(ċ) konsum billi jingħaddu flimkien il-livelli kkalkulati ta' produzzjoni u importazzjonijiet u jnaqqas il-livelli kkalkulati tiegħu ta' esportazzjonijiet kif stabbilit skond is-subparagrafi (a) u (b). Iżda, mill-1 ta' Jannar 1993, kull esportazzjoni ta' sostanzi kkontrollati lil min mhux membru m'għandhiex titnaqqas meta jiġi kkalkolat il-livell tal-konsum tal-Parti li qed tesporta.

Artikolu 4

Kontroll tal-kummerċ ma' min mhux Parti

1. Fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, kull Parti għandha twaqqaf l-importazzjoni ta' sostanzi kkontrollati minn kwalunkwe stat li mhux Parti għal dan il-Protokoll.

2. Mill-1 ta' Jannar 1993, l-ebda Parti li topera taħt il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 5 ma tista' tesporta sostanzi kkontrollati lil kwalunkwe Stat muhx Parti f'dan il-Protokoll.

3. Fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom, wara l-proċeduri fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni, jelaboraw f'anness lista ta' Prodotti li fihom ikunu jinsabu sostanzi kkontrollati. Partijiet li ma' oġġezzjonawx għall-anness skond dawk il-proċeduri għandhom jipprojbixxu, fi żmien sena minn meta kellu effett l-anness, l-importazzjoni ta' dawk il-prodotti minn kull Stat mhux parti għal dan il-Protokoll.

4. Fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu l-valur li jwaqqfu jew irażżnu, minn Stati mhux partijiet ta' dan il-Protokoll, l-importazzjoni ta' prodotti fabbrikati bi, imma li ma jkollhomx, sostanzi kkontrollati. Jekk ikunu ddeterminati fattibbli, il-Partijiet għandhom, filwaqt li jsegwu l-proċeduri fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni, jelaboraw f'L-Anness lista ta' dawn il-prodotti. Partijiet li ma' oġġezzjonawx għalih skond dawk il-proċeduri għandhom jiprojbixxu jew jirestrinġu, fi żmien sena minn meta l-anness sar affettiv, l-importazzjoni ta' dawk il-prodotti minn kull Stat mhux parti għal dan il-Protokoll.

5. Kull Parti għandha tiskoraġġixxi l-esportazzjoni lejn kull Stat mhux parti f'dan il-Protokoll ta' teknoloġija għall-produzzjoni u għall-użu ta' sostanzi kkontrollati.

6. Kull Parti għandha tieqaf milli tipprovdi sussidji, għajnuna, krediti, garanziji, jew programmi ta' assigurazzjoni għall-esportazzjoni lill-Istati li m'humiex membri ta' dan il-Protokoll ta' prodotti, tagħmir, impjanti jew teknoloġija li jiffaċilitaw il-produzzjoni ta' sostanzi kkontrollati.

7. Il-paragrafi 5 u 6 ma jgħoddux għal prodotti, tagħmir, impjanti jew teknoloġija li jtejbu l-konteniment, riċiklaġġ jew distruzzjoni ta' sostanzi kkontrollati, li jippromovu l-iżvilupp ta' sostanzi alternativi jew mod ieħor jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' sostanzi kkontrollati.

8. Minkejja d-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, l-importazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 jistgħu jiġu permessi minn kull Stat mhux parti f'dan il-Protokoll jekk dak l-Istat huwa determinat, b' laqgħa tal-Partijiet, li jkun f'konformita sħiħa ma' l-Artikolu 2 u dan l-Artikolu, u jkun ssottometta data dwar dan kif speċifikat fl-Artikolu 7.

Artikolu 5

Sitwazzjoni speċjali ta' pajjizi li qed jiżviluppaw

1. Kull Parti li hija pajjiż li qed jiżviluppa u li l-livell ikkalkolat ta' konsum tiegħu annwali tas-sostanzi kkontrollat li huwa inqas minn 0,3 kilogrammi kull ras fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għalih, jew kull ħin wara dan sa 10 snin wara d-data tal-bidu fis-seħħ tal-Protokoll għandha, sabiex tilħaq il-ħtiġiet bażiċi domestiċi tagħha, tkun intitolata li tittardja l-konformità tagħha mal-miżuri ta' kontroll fil-paragrafi 1 sa 4 ta' l-Artikolu 2 b'10 snin wara dik speċifikata f'dawk il-paragrafi. Iżda, kull Parti m'għandhiex teċċedi livell ta' konsum ikkalkolat kull sena ta' 0,3 kilogrammi kull ras. Kull Parti bħal din hija intitolata li tuża jew il-medja tal-livell annwu kkalkolat tal-konsum għall-perjodu 1995 sa 1997 inklussiv jew kakulat ta' konsum ta' 0,3 kilogrammi kull ras, bħala l-bażi għad-determinazzjoni tal-konformità tagħha mal-miżuri ta' kontroll;

2. Il-Partijiet jobbligaw ruħhom li jiffaċilitaw l-aċċess għal sostanzi u teknoloġiji mhux perikolużi għall-ambjent alternativi għal Partijiet li huma pajjiżi li qed jiżviluppaw u jgħinuhom jagħmlu użu spedit minn alternattivi bħal dawn.

3. Il-Partijiet jobbligaw ruħhom li jiffaċilitaw bilateralment jew multilateralment l-għoti ta' sussidji, għajnuna, krediti, garanziji, jew programmi ta' assigurazzjoni lil Partijiet li huma pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għall-użu ta' teknoloġija alternativa u prodotti sostituti.

Artikolu 6

Stima u reviżjoni tal-miżuri ta' kontroll

Mill-1990, u għall-inqas kull erba' snin wara, il-Partijiet għandhom jagħmlu stima tal-miżuri tal-kontroll provduti fl-Artikolu 2 fuq il-bażi ta' informazzjoni xjentifika, ambjentali, teknika u ekonomika disponibbli. Għall-inqas sena qabel kull stima, il-Partijiet għandhom ilaqqgħu bordijiet ta' esperti xierqa kkwalifikati fil-kampijiet imsemmija u jistabbilixxu l-komposizzjoni u l-mandat ta' dawn il-bordijiet. Fi żmien sena minn meta jitlaqqgħu, il-bordijiet jirrapportaw il-konklużjonijiet tagħhom, permezz tas-segretarjat, lill-Partijiet.

Artikolu 7

Rappurtaġġ ta' l-informazzjoni

1. Kull Parti għandha tipprovdi lis-Segretarjat, fiż-żmien tliet xhur minn meta' ssir Parti, informazzjoni statistika fuq il-produzzjoni, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' kull sostanza għas-sena 1986, jew l-aħjar stimi possibli ta' informazzjoni bħal din fejn informazzjoni attwali m'hix disponibbli.

2. Kull Parti għandha tipprovdi informazzjoni statistika lis-segretarjat dwar il-produzzjoni annwali tagħha (b'informazzjoni separata fuq l-ammonti distrutti minn teknoloġiji li għandhom jiġu approvati mill-Partijiet), importazzjonijiet u esportazzjonijiet lil Partijiet u lil min m'hux parti, rispettivament, ta' dawn is-sostanzi għas-sena meta tkun saret Parti u għal kull sena wara dan. Għandha tibgħat l-informazzjoni mhux aktar tard minn disa' xhur wara t-tmiem tas-sena li l-informazzjoni tirrelata għaliha.

Artikolu 8

Nuqqas ta' konformità

Il-Partijiet, fl-ewwel laqgħa tagħhom, għandhom jikkunsidraw u japprovaw proċeduri u mekkaniżmi istituzzjonali biex jistabbilixxu n-nuqqas ta' konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll u għat-trattament ta' Partijiet li jinstabu f'nuqqas ta' konformità.

Artikolu 9

Riċerka, żvilupp, għarfien pubbliku u skambju ta' informazzjoni

1. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw, konsistentement mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiċi tagħhom filwaqt li jqisu partikolarment il-ħtiġiet ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, fil-promozzjoni, diretta jew permezz ta' korpi internazzjonali kompetenti, tar-riċerka, l-iżvilupp jew l-iskambju ta' informazzjoni dwar:

(a) l-aħjar teknoloġiji għat-titjib tal-konteniment, l-irkupru, ir-reċiklaġġ, jew il-qerda ta' sostanzi kkontrollati jew mod ieħor tnaqqis ta' l-emissjonijiet tagħhom;

(b) alternattivi possibbli għal sostanzi kkontrollati, għal prodotti li jkun jinsabu fihom dawn is-sostanzi, u għall-prodotti fabbrikati bihom; u

(ċ) spejjeż u benefiċċji ta' strateġiji ta' kontroll rilevanti.

2. Il-Partijiet, individwalment, flimkien jew permezz ta' korpi internazzjonali kompetenti, għandhom jikkooperaw fil-promozzjoni ta' għarfien pubbliku ta' l-effetti ambjentali ta' l-emissjonjiiet ta' sostanzi kkontrollati u sostanzi oħrajn li jnaqqsu l-livell ta' l-ożonu.

3. Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll u kull sentejn wara dan, kull Parti għandha tagħti lis-segretarjat sunt ta' l-attivitajiet li wettqet skond dan l-Artikolu.

Artikolu 10

Assistenza teknika.

1. Il-Partijiet għandhom, fil-kuntest tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 45 tal-Konvenzjoni, u filwaqt li jikkunsidraw partikolarment il-ħtiġiet ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, jikkooperaw fil-promozzjoni ta' assistenza teknika biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni fi u l-implementazzjoni ta' dan il-Protokoll.

2. Kull Parti jew Firmatarju ta' dan il-Protokoll jistgħu jissottomettu talba lis-segretarjat għal assistenza teknika għall-għanijiet ta' l-implementazzjoni jew parteċipazzjoni fil-Protokoll.

3. Il-Partijiet, fl-ewwel laqgħa tagħhom, għandhom jibdew deliberazzjonijiet fuq il-mezzi biex jadempixxu għall-obbligazzjonijiet tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 9, u l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, inkluż il-preparazzjoni għall-pjanijiet ta' ħidma. Dawn il-pjanijiet ta' ħidma għandhom jagħtu attenzjoni speċjali għall-ħtiġiet u ċ-ċirkostanzi tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Stati u organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali li m'humiex partijiet tal-Protokoll għandhom jiġu inkoraġġati li jipparteċipaw fl-attiivitajiet speċifikati f'dawn il-pjanijiet ta' ħidma.

Artikolu 11

Laqgħat tal-Partijiet

1. Il-Partijiet għandhom isejħu laqgħat f'intervalli regolari. Is-segretarjat għandu jlaqqa' l-ewwel laqgħa tal-Partijiet mhux aktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll u flimkien ma' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni, jekk xi laqgħa ta' din ta' l-aħħar hija ppjanata f'dak il-perjodu.

2. Laqgħat ordinarji sussegwenti tal-Partijiet għandhom isiru, kemm-il darba l-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor, flimkien mal-laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni. Laqgħat straordinarji tal-Partijiet għandhom jinżammu f'kull ħin ieħor kif jitqies neċessarju permeżż ta' laqgħa tal-Partijiet, jew fuq talba bil-miktub ta' kull Parti, sakemm, fi żmien sitt xhur mill-komunika ta' din it-talba lilhom mis-segretarjat, tkun appoġġjata minn għall-inqas terz mill-Partijiet.

3. Fl-ewwel laqgħa tagħhom, il-Partijiet għandhom:

(a) jadottaw b' kunsens regoli ta' proċedura għal-laqgħat tagħhom;

(b) jadottaw b' kunsens ir-regoli finanzjarji msemmija fil-paragrafu 2 ta l-Artikolu 13;

(ċ) ijwaqqfu l-bordijiet u jistabbilixxu t-termini ta' riferenza msemmija fl-Artikolu 6;

(d) jikkunsidraw u japprovaw proċeduri u mekkaniżmi istituzzjonali speċifikati fl-Artikolu 8; u

(e) jibdew il-preparazzjoni għal pjanijiet ta' ħidma skond il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 10.

4. Il-funzjonijiet tal-laqgħat tal-Partijiet huma li:

(a) jirrevedu l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll;

(b) jiddeċiedu fuq aġġustamenti jew riduzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 9 ta' l-Artikolu 2;

(ċ) jiddeċiedu fuq żiediet għal, inseriment fi jew tneħħija minn kull l-Anness ta' sostanzi u dwar miżuri ta' kontroll relatati skond il-paragrafu 10 ta' l-Artikolu 2;

(d) jistabbilixxu, fejn meħtieġ, gwidi jew proċeduri għar-rappurtaġġ ta' informazzjoni kif provdut fl-Artikolu 7 u l-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 9;

(e) jirrevedu talbiet għal assistenza teknika sottomessa skond il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 10;

(f) jirrevedu rapporti ppreparati mis-segretarjat skond is-subparagrafu (ċ) ta' l-Artikolu 12;

(g) jagħmlu stima, skond l-Artikolu 6, tal-miżuri ta' kontroll provduti fl-Artikolu 2;

(h) jikkunsidraw u jadottaw, kif meħtieġ, proposti għall-emendi ta' dan il-Protokoll jew kull l-Anness jew għal xi anness ġdid;

(i) jikkunsidraw u jadottaw il-baġit għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll; u

(j) jikkunsidraw u jieħdu kull azzjoni oħra li tista' tkun meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Protokoll.

5. In-Nazzjonijiet Uniti, l-aġenziji speċjalizzati tagħha u l-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika tagħha, kif ukoll kull Stat li mhux parti f'dan il-Protokoll, jistgħu jiġu rappreżentati fil-laqgħat tal-Partijiet bħala osservaturi. Kull korp jew aġenzija, kemm nazzjonali jew internazzjonali, tal-gvern jew mhux tal-gvern, kwalifikati fil-kampijiet relatati mal-protezzjoni tas-saff ta' l-ożonu li jkunu informaw is-segretarjat dwar ix-xewqa tiegħhom li jkunu rappreżentati f'laqgħa tal-Partijiet bħala osservatur jistgħu jkunu ammessi sakemm għall-inqas terz tal-Partijiet ma joġġezzjonawx. L-ammissjoni u l-parteċipazzjoni ta' l-osservaturi huma bla ħsara għar-regoli ta' proċedura adottati mill-Partijiet.

Artikolu 12

Is-Segretarjat

Għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll, is-segretarjat għandu:

(a) jirranġa għal u jieħu ħsieb il-laqgħat tal-Partijiet kif hemm provdut fl-Artikolu 11;

(b) jirċievi u jagħmel disponibbli, fuq talba ta' Parti, data provduti skond l-Artikolu 7;

(ċ) jipprepara u jiddistribwixxi regolarment lill-Partijiet rapporti bażati fuq l-informazzjoni rċevuta skond l-Artikolu 7 u 9;

(d) javża lill-Partijiet dwar kull talba għall-għajnuna teknika riċevuta skond l-Artikolu 10 sabiex jiffaċilitaw l-għoti ta' din l-għajnuna;

(e) jinkoraġġixxi lil min mhux parti li jattendi laqgħat tal-Partijiet bħala osservaturi u li jaġixxu skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll;

(f) jipprovdi, kif xieraq, l-informazzjoni u t-talbiet imsemmija fis-subparagrafi (ċ) u (d) lil dawn l-osservaturi li m'humiex partijiet; u

(g) iwettaq funzjonijiet oħra għall-akkwist ta' l-iskopijiet ta' dan il-Protokoll li jistgħu jiġu assenjata lilu mill-Partijiet.

Artikolu 13

Disposizzjonijiet finanzjarji

1. Il-fondi meħtieġa għall-ħidma ta' dan il-Protokoll, inklużi dawn għall-funzjonament tas-segretarjat relatat ma' dan il-Protokoll, għandu jiġi mħallas esklussivament minn kontribuzzjonijiet tal-Partijiet.

2. Il-Partijiet, fl-ewwel laqgħa tagħom, għandhom jadottaw b' kunsens regoli finanzjarji għall-operat ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 14

Relazzjoni ta' dan il-Protokoll mal-Konvenzjoni

Ħlief kif provdut mod ieħor f'dan il-Protokoll, id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar il-protokolli tiegħu għandhom jgħoddu għal dan il-Protokoll.

Artikolu 15

Firma

Il-Protokoll għandu jitqiegħed għall-firma mill-Istati u mill-organizzazzjonijiet ta' l-integrazzjoni ekonomika reġjonali f'Montreal fis-16 ta' Settembru 1987, f'Ottawa mis-17 ta' Settembru 1987 sas-16 ta' Jannar 1988, u fil-Kwartieri Ewlenin tan-Nazzjonijiet Uniti f'New York mis-17 ta' Jannar 1988 sal-15 ta' Settembru 1988.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

1. Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1989, iżda għall-inqas 11-il strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzoni tal-Protokoll jew adeżjoni fih ikunu ġew depożitati mill-Istati jew mill-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali li jirrapreżentaw għall-inqas żewġ terzi tal-livell globali stmat ta' konsum tas-sostanzi kkontrollati għall-1986, u d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta ' l-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni jkunu twettqu. Fil-każ li dawn il-kondizzjonijiet ma jkunux twettqu sa dik id-data, il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-90 jum wara d-data li fiha jkunu twettqu l-kondizzjonijiet.

2. Għall-għanjiet tal-paragrafu 1, kull strument bħal dan iddepożitat minn organizzazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali m'għandiex tingħadd bħala minbarra dawk depożitati mill-Istati ta' din l-organizzazzjoni.

3. Wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, kull Stat jew organizzazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali għandhom issiru Parti fih fid-90 jum wara d-data tad-depożitu ta' l-istrument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tiegħu.

Artikolu 17

Partijiet li jingħaqdu wara d-dħul fis-seħħ

Bla ħsara għall-Artikolu 5, kull Stat jew organizzazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali li jsiru Parti f'dan il-Protokoll wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu għandhom iwettqu minnufih is-somma ta' l-obbligi skond l-Artikolu 2, kif ukoll taħt l-Artikolu 4, li jgħoddu f'dik id-data lill-Istati u l-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali li saru Partijiet fid-data meta l-Protokoll daħal fis-seħħ.

Artikolu 18

Riservi.

L-ebda riserva ma tista' ssir għal dan il-Protokoll.

Artikolu 19

Irtirar

Għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll, id-disposizzjonijiet ta': l-Artikoli 19 tal-Konvenzjoni li jirrigwardaw l-irtirar għandhom jgħoddu, ħlief fir-rigward tal-Partijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 5. Kull Parti bħal din tista' tirtira minn dan il-Protokoll billi tavża bil-miktub lid-Depożitarju f'kull ħin wara erba' snin li tkun assumiet l-obbligi speċifikati fil-paragrafi 1 sa 4 ta' l-Artikolu 2. Kull irtirar bħal dan jkollu effett ma' l-iskadenza ta' sena wara d-data li jiġi riċevut mid-Depożitarju, jew f'data wara li tista' tiġi speċifikata fl-avviż ta' l-irtirar.

Artikolu 20

Testijiet awtentiċi

L-oriġinali ta' dan il-Protokoll, li tiegħu l-Għarbi, iċ-Ċiniż, l-Ingliż, il-Franċiż, ir-Russu u l-Ispanjol huma ugwalment awtentiċi, għandu jkunu depożitat mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

B'xhieda ta' dan il-firmatarji hawn taħt, debitament awtorizzati għal dan, iffirmaw dan il-Protokoll.

Magħmul f'Montreal dan is-sittax-il jum ta' Settembru, elf disa' mija u sebgħa u tmenin.

--------------------------------------------------

ANNESS A

SOSTANZI KKONTROLLATI

Grupp | Sostanza | Potenzal li jnaqqas l-ożonu |

| |

Grupp 1 | CFCl3 | (CFC-11) | 1,0 |

CF2Cl2 | (CFC-12) | 1,0 |

C2F2Cl3 | (CFC-113) | 0,8 |

C2F4Cl2 | (CFC-114) | 1,0 |

C2F5Cl | (CFC-115) | 0,6 |

Grupp 2 | CF2BrCl | (halon-1211) | 3,0 |

CF3Br | (halon-1301) | 10,0 |

C2F4Br2 | (halon-2402) | għad irid jiġi determinat |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Dikjarazzjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea skond l-Artikolu 13(3) tal-Konvenzjoni ta Vjenna għall-protezzjoni tas-saff ta' l-ożonu rigward il-firxa tal-kompetenza tagħha dwar materji koperti mill-Konvenzjoni u mill-Protokoll ta' Montreal fuq is-sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu

Skond l-artikolu rilevanti tat-Trattat tal-KEE, il-Komunità għandha l-kompetenza li tieħu azzjoni rigward il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent.

Il-Komunità eżerċitat il-kompetenza tagħha fil-kamp kopert mill-Konvenzjoni ta' Vjenna u l-Protokoll ta' Montreal meta adottat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 80/372/KEE tas-26 ta' Marzu 1980 dwar il-kloroflorokarburi fl-ambjent [1], id-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/795/KEE tal-15 ta' Novembru 1982 dwar il-konsolidazzjoni ta' miżuri kawtelatorji dwar il-kloroflorokarburi fl-ambjent [2] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nruo 3322/88 ta' l-14 ta' Ottubru 1988 dwar xi kloroflorokarburi u aloni li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu [3]. Il-Komunità tista' teżerċita l-kompetenza tagħha fil-futur billi tadotta leġislazzjoni ulterjuri f'dan il-kamp.

Fil-kamp tar-riċerka fl-ambjent, kif imsemmi fil-Konvenzjoni, il-Komunità għandha ċerta kompetenża minħabba d-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/234/KEE ta' l-10 ta' Ġunju 1986 li tadotta programmi ta' R u Ż multiannwali fil-kamp ta' l-Ambjent (1986 sa 1990).

[1] ĠU L 90, tat-3.4.1980, p. 45.

[2] ĠU L 329, tal-25.11.1982, p. 29.

[3] Ara il-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Top