EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016M/PRO/26

Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
PROTOKOLL (Nru 26) DWAR IS-SERVIZZI TA' INTERESS ĠENERALI

OJ C 202, 7.6.2016, p. 307–307 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2016/pro_26/oj

   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/307


PROTOKOLL (Nru 26)

DWAR IS-SERVIZZI TA' INTERESS ĠENERALI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

XEWQANA li jenfasizzaw l-importanza tas-servizzi ta' interess ġenerali,

QABLU DWAR id-dispożizzjonijiet ta' interpretazzjoni li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Il-valuri komuni ta' l-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fit-tifsira ta' l-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jinkludu b'mod partikolari:

ir-rwol essenzjali u d-diskrezzjoni wiesgħa ta' l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jipprovdi, jikkummisjonaw u jorganizzaw is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali li jkunu qrib kemm jista' jkun tal-ħtiġijiet ta' l-utenti;

id-diversità bejn is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u d-differenzi fil-ħtiġijiet u l-preferenzi ta' l-utenti li jistgħu jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ġeografiċi, soċjali jew kulturali differenti;

livell għoli f' termini ta' kwalità, sigurtà u affordability, it-trattament indaqs u l-promozzjoni ta' aċċess universali u tad-drittijiet ta' l-utenti;

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati ma jaffettwaw bl-ebda mod il-kompetenza ta' l-Istati Membri li jipprovdi, jikkummisjonaw u jorganizzaw is-servizzi non-ekonomiċi ta' interess ġenerali.


Top