EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016L/AFI/DCL/17

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
A.DIKJARAZZJONIJIET DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTATI
17.Dikjarazzjoni dwar il-Primat

OJ C 202, 7.6.2016, p. 344–344 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/lis_2016/fna_1/dcl_17/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/344


17.   Dikjarazzjoni dwar il-Primat

Il-Konferenza tfakkar li, skond każistika stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, it-Trattati u l-liġijiet adottati mill-Unjoni abbażi tat-Trattati għandhom il-primat fuq il-liġi ta' l-Istati Membri, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-każistika msemmija.

Barra minn hekk, il-Konferenza ddeċidiet li tehmeż ma' dan l-Att Finali bħala anness, l-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill dwar il-primat kif tidher fid-dokument 11197/07 (JUR 260):

"Opinjoni tas-Servizzi Legali tal-Kunsill

tat-22 ta' Ġunju 2007:

Jirriżulta mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-primat tal-liġi tal-KE huwa prinċipju fundamentali tal-liġi Komunitarja. Skond il-Qorti, dan il-prinċipju huwa inerenti għan-natura speċifika tal-Komunità Ewropea. Fiż-żmien ta' l-ewwel sentenza ta' din il-każistika stabbilita (Costa/ENEL, il-15 ta' Lulju 1964, Każ 6/64  (1)) il-primat ma kienx jissemma fit-trattat. L-istess għadu llum. Il-fatt li l-prinċipju tal-primat ma jkunx inkluż fit-Trattat futur bl-ebda mod mhu ser ibiddel l-eżistenza tal-prinċipju jew il-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.



Top