Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016E/PRO/16

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
PROTOKOLL (Nru 16) DWAR ĊERTI DISPOŻIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAD-DANIMARKA

OJ C 202, 7.6.2016, p. 287–287 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2016/pro_16/oj

   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/287


PROTOKOLL (Nru 16)

DWAR ĊERTI DISPOŻIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAD-DANIMARKA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WARA li kkunsidraw li fil-Kostituzzjoni Daniża hemm dispożizzjonijiet li jistgħu jimplikaw li jsir referendum fid-Danimarka qabel ma dan l-Istat jirrinunzja għad-deroga tiegħu,

BILLI, fit-3 ta' Novembru 1993, il-Gvern Daniż għarraf lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li ma jipparteċipax fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

1.

Id-Danimarka għandu jkollha deroga in vista tan-notifika lill-Kunsill mill-gvern Daniż fit-3 ta' Novembru 1993. L-effett ta’ din id-deroga jkun li l-Artikoli u d-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattati u ta’ l-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE li jirriferu għal deroga għandhom ikunu applikabbli għad-Danimarka.

2.

Il-proċedura prevista fl-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea sabiex tintemm id-deroga ma tinbediex ħlief fuq it-talba tad-Danimarka.

3.

Fil-każ li tintemm id-deroga, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jieqfu milli japplikaw.


Top