EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016A066

Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET MAĦSUBA BIEX JINKURAĠĠIXXU L-PROGRESS FIL-QASAM TA' L-ENERGIJA NUKLEARI
KAPITOLU 6 - Fornituri
Sezzjoni 3 - Il-Minerali, il-Materji Primi u l-Materjali Speċjali Fissili li jkunu ġejjin minn barra l-Komunità
Artikolu 66

OJ C 203, 7.6.2016, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/art_66/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/28


Artikolu 66

Meta l-Kummissjoni ssib, fuq applikazjoni mingħand l-utenti, li l-Aġenzija ma tkunx tista', f'terminu raġjonevoli, tissodisfa parti jew l-ordni kollha għall-fornimenti jew li tkun tista' biss twettaqha bi prezz eċċessiv, l-utenti ikollhom id-dritt li jikkonkludu kuntratti direttament għall-fornimenti li jkunu ġejjin minn barra mill-Komunità, basta li kuntratti bħal dawn ikunu sostanzjalment jaqblu mal-ħtiġijiet tagħhom kif speċifikati fl-ordni tagħhom.

Dritt bħal dan għandu jkun mogħti għal terminu ta' sena u jkun jista' jiġi mġedded meta s-sitwazzjoni li oriġinalment tkun iġġustifikat l-għoti ta' dritt bħal dan tibqa teżisti.

L-utenti li japprofittaw irwieħom mid-dritt previst f'dan l-Artikolu għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni il-kuntratti diretti proposti. Il-Kummissjoni tista', f'terminu ta' xahar, topponi għall-konklużjoni ta' kuntratti bħal dawn jekk dawn ikunu kontra l-iskopijiet ta' dan it-Trattat.


Top