Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E/AFI/DCL/17

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - Dikjarazzjonijiet annessi ma' l-Att Finali tal-Konferenza Intergovernementali li adottat it-Trattat ta' Lisbona iffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007 - A. DIKJARAZZJONIJIET DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTATI - 17. Dikjarazzjoni dwar il-Primat

ĠU C 115, 9.5.2008, p. 344–344 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/lis_2008/fna_1/dcl_17/oj

12008E/AFI/DCL/17

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - Dikjarazzjonijiet annessi ma' l-Att Finali tal-Konferenza Intergovernementali li adottat it-Trattat ta' Lisbona iffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007 - A. DIKJARAZZJONIJIET DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTATI - 17. Dikjarazzjoni dwar il-Primat

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0344 - 0344


17. Dikjarazzjoni dwar il-Primat

Il-Konferenza tfakkar li, skond każistika stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, it-Trattati u l-liġijiet adottati mill-Unjoni abbażi tat-Trattati għandhom il-primat fuq il-liġi ta' l-Istati Membri, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-każistika msemmija.

Barra minn hekk, il-Konferenza ddeċidiet li tehmeż ma' dan l-Att Finali bħala anness, l-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill dwar il-primat kif tidher fid-dokument 11197/07 (JUR 260):

"Opinjoni tas-Servizzi Legali tal-Kunsill

tat- 22 ta' Ġunju 2007:

Jirriżulta mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-primat tal-liġi tal-KE huwa prinċipju fundamentali tal-liġi Komunitarja. Skond il-Qorti, dan il-prinċipju huwa inerenti għan-natura speċifika tal-Komunità Ewropea. Fiż-żmien ta' l-ewwel sentenza ta' din il-każistika stabbilita (Costa/ENEL, il- 15 ta' Lulju 1964, Każ 6/64 [1] il-primat ma kienx jissemma fit-trattat. L-istess għadu llum. Il-fatt li l-prinċipju tal-primat ma jkunx inkluż fit-Trattat futur bl-ebda mod mhu ser ibiddel l-eżistenza tal-prinċipju jew il-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

[1] "Jirriżulta (...) li l-liġi li toħroġ mit-trattat, sors awtonomu ta' liġi, ma tistax, minħabba n-natura speċjali u oriġinali tagħha, tingħeleb minn dispożizzjonijiet legali interni ikunu xi jkunu mingħajr ma din titlef il-karattru tagħha ta' liġi Komunitarja u mingħajr ma titpoġġa f' dubbju l-bażi legali nnifisha tal-Komunità.""

--------------------------------------------------

Top