Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12007L/PRO/A/05

Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit-13 ta' diċembru 2007 - PROTOKOLLI - A. Protokolli li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u, skond il-każ, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika - Protokoll dwar l-Artikolu 6(2) tat-trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-adeżjoni ta' l-Unjoni għallKonvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali

ĠU C 306, 17.12.2007, p. 155–156 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/lis/pro_a5/sign

12007L/PRO/A/05

Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit-13 ta' diċembru 2007 - PROTOKOLLI - A. Protokolli li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u, skond il-każ, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika - Protokoll dwar l-Artikolu 6(2) tat-trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-adeżjoni ta' l-Unjoni għallKonvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali

Official Journal 306 , 17/12/2007 P. 0155 - 0156


Protokoll

DWAR L-ARTIKOLU 6(2) TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA DWAR L-ADEŻJONI TA' L-UNJONI GĦALL-KONVENZJONI EWROPEA GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U L-LIBERTAJIET FUNDAMENTALI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Il-ftehim dwar l-adeżjoni ta' l-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"Konvenzjoni Ewropea"), previst fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandu jirrifletti l-ħtieġa li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi ta' l-Unjoni u tad-dritt ta' l-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta':

a) l-arranġamenti speċifiċi għall-parteċipazzjoni eventwali ta' l-Unjoni fil-korpi ta' kontroll tal-Konvenzjoni Ewropea;

b) l-mekkaniżmi meħtieġa biex jiġi assigurat li l-proċedimenti minn Stati mhux Membri u l-applikazzjonijiet individwali jkunu indirizzati b'mod korrett lill-Istati Membri u/jew l-Unjoni skond il-każ.

Artikolu 2

Il-ftehim previst fl-Artikolu 1 għandu jassigura li l-adeżjoni ta' l-Unjoni ma tolqotx il-kompetenzi tagħha u s-setgħat ta' l-istituzzonijiet tagħha. Għandu jassigura li xejn fih ma jolqot is-sitwazzjoni partikolari ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-Konvenzjoni Ewropea, b'mod partikulari fir-rigward tal-Protokolli tagħha, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri li jidderogaw mill-Konvenzjoni Ewropea, skond l-Artikolu 15 tagħha, u r-riservi għall-Konvenzjoni Ewropea magħmula minn Stati Membri skond l-Artikolu 57 tagħha.

Artikolu 3

Xejn fil-ftehim previst fl-Artikolu 1 m' għandu jolqot l-Artikolu 292 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

--------------------------------------------------

Top