This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12006M031
Treaty on European Union (consolidated version)#Title VI - Provisions on police and judicial cooperation in criminal matters#Article 31
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata)
Titolu VI - Disposizzjonijiet dwar kooperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni
Artikolu 31
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata)
Titolu VI - Disposizzjonijiet dwar kooperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni
Artikolu 31
ĠU C 321E, 29.12.2006, p. 25–25
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
In force
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu VI - Disposizzjonijiet dwar kooperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni - Artikolu 31
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0025 - 0025
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0023 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0164 - Consolidated version
Official Journal C 191 , 29/07/1992 P. 0061
Artikolu 31 1. L-azzjoni komuni f’dik li hija kooperazzjoni ġudizzjarja f’materja penali għandha tinkludi: a) li tiffaċilita u li tħaffef il-kooperazzjoni bejn il-ministeri u l-awtoritajiet ġudizzjarji jew l-ekwivalenti tagħhom kompetenti fl-Istati Membri, inkluż, fejn xieraq li tikkopera permezz ta’ l-Eurojust, fil-każ ta’ proċedimenti u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet; b) li tiffaċilita l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri; ċ) li tiżgura kompatibilità fir-regoli applikabbli fl-Istati Membri, kif jista’ jkun meħtieġ biex tittejjeb din il-kooperazzjoni d) li tevita konflitti ta’ ġurisdizzjoni bejn l-Istati Membri e) li tadotta progressivament miżuri li jistabbilixxu regoli minimi dwar l-elementi kostitituvi ta’ reati kriminali u dwar sanzjoni fl-oqsma tal-kriminalità organizzata, tat-terroriżmu u tat-traffikar ta’ droga. 2. Il-Kunsill għandu jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni permezz ta’ Eurojust billi: a) jagħmilha possibli għall-Eurojust li tiffaċilita l-koordinazzjoni tajba bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-prosekuzzjoni ta’ l-Istati Membri; b) jippromwovi l-appoġġ mill-Eurojust għal investigazzjonijiet kriminali f’każi ta’ kriminalità gravi ultra-territorjali, partikolarment fil-każ ta’ kriminalità organizzata,fil-waqt li jitqiesu b’mod speċjali, l-analiżi magħmula mill-Europol; ċ) jiffaċilita kooperazzjoni mil-qrib bejn Eurojust u n-Network Ewropea, speċjalment, biex jiġu tiġi faċilitata l-eżekuzzjoni ta’ ittri rogatorjali u l-implimentazzjoni ta’ talbiet għall-estradizzjoni. --------------------------------------------------