EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12006E082

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata)
It-Tielet parti - Politika tal-Komunita'
TITOLU VI - Regoli Komuni fuq il-Kompetizzjoni fuq it-Tassazzjoni u l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet .
Kapitolu 1 - Regoli li jirregolaw il-Kompetizzjoni
Sezzjoni 1 - Regoli li japplikaw għall-impriżi .
Artikolu 82

OJ C 321E , 29.12.2006, p. 74–75 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tec_2006/art_82/oj

12006E082

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU VI - Regoli Komuni fuq il-Kompetizzjoni fuq it-Tassazzjoni u l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet . - Kapitolu 1 - Regoli li jirregolaw il-Kompetizzjoni - Sezzjoni 1 - Regoli li japplikaw għall-impriżi . - Artikolu 82

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0074 - 0075
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0065 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0209 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0029 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)


Artikolu 82

Safejn il-kummerċ bejn l-Istati Membri jista’ jiġi milqut, kull abbuż minn impriża waħda jew iktar minn posizzjoni dominanti fi ħdan is-suq komuni, jew fi ħdan parti sostanzjali tiegħu, jkun inkompatibbli mas-suq komuni u jkun projbit.

Eżempji ta’ abbuż bħal dan huma:

a) l-impożizzjoni diretta jew indiretta ta’ prezzijiet inġusti ta' l-akkwist jew tal-bejgħ, jew kondizzjonijiet oħra inġusti ta’ kummerċ;

b) il-limitazzjoni tal-produzzjoni, tas-swieq jew ta' l-iżvilupp tekniku bi ħsara għall-konsumaturi;

ċ) l-applikazzjoni ta’ kondizzjonijiet differenti għal transazzjonijiet ekwivalenti ma' partijiet oħra, l i b' hekk jiġu mqiegħda fi żvantaġġ kompetittiv;

d) is-suġġettar tal-konklużjoni ta' kuntratti għall-aċċettazzjoni mill-parti l-oħra, ta' obbligi addizzjonali li, jew min-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali, ma jkollhom l-ebda konnessjoni mas-suġġett ta' dawk il-kuntratti.

--------------------------------------------------

Top