This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12003TN13/07
Act concerning the conditions of accession of the Czech Republic, the Republic of Estonia, the Republic of Cyprus, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania, the Republic of Hungary, the Republic of Malta, the Republic of Poland, the Republic of Slovenia and the Slovak Republic and the adjustments to the Treaties on which the European Union is founded - Annex XIII: List referred to in Article 24 of the Act of Accession: Slovenia - 7. Social policy and employment
ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness XIII: Il-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: Is-Slovenja - 7. Il-politika soċjali u impjieg
ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness XIII: Il-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: Is-Slovenja - 7. Il-politika soċjali u impjieg
ĠU L 236, 23.9.2003, p. 910–911
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0910 - 0911
7. IL-POLITIKA SOĊJALI U IMPJIEG 1. 31986 L 0188: Id-Direttiva tal-Kunsill 86/188/KEE tat- 12 ta' Mejju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji ġejjin minn ħsejjes fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 137, 24.5.1986, p. 28), kif emendata l-aħħar minn: - 31998 L 0024: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas- 7.4.1998 (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11). Fis-Slovenja, id-Direttiva 86/188/KEE ma għandiex tapplika qabel il- 31 ta' Diċembru 2005. Mid-data ta' l-adeżjoni u sat-tmiem tal-perijodu fuq imsemmi, is-Slovenja ser tkompli tipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata fuq bażi regolari dwar il-programm u l-miżuri li jittieħdu sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva tiġi mħarsa. 2. 31991 L 0322: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/322/KEE tad- 29 ta' Mejju 1991 dwar li jiġu stabbiliti valuri limiti indikattivi bl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1107/KEE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji ġejjin minn aġenti kimiċi, fiżiċi u bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 177, 5.7.1991, p. 22). Fis-Slovenja, id-Direttiva 91/322/KEE ma għandiex tapplika qabel il- 31 ta' Diċembru 2005. Mid-data ta' l-adeżjoni u sat-tmiem tal-perijodu fuq imsemmi, is-Slovenja ser tkompli tipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata fuq bażi regolari dwar il-programm u l-miżuri li jittieħdu sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva tiġi mħarsa. 3. Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas- 7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn riskji ġejjin minn aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax il-Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11). Fis-Slovenja, id-Direttiva 98/24/KE ma għandiex tapplika qabel il- 31 ta' Diċembru 2005. Mid-data ta' l-adeżjoni u sat-tmiem tal-perijodu fuq imsemmi, is-Slovenja ser tkompli tipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata fuq bażi regolari dwar il-programm u l-miżuri li jittieħdu sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva tiġi mħarsa. 4. 32000 L 0039: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/39/KE tat- 8 ta' Ġunju 2000 dwar li tiġi stabbilita l-ewwel lista ta' valuri limiti indikattivi fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn riskji li ġejjin minn aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 142, 16.6.2000, p. 47). Fis-Slovenja, id-Direttiva 2000/39/KE ma għandiex tapplika qabel il- 31 ta' Diċembru 2005. Mid-data ta' l-adeżjoni u sat-tmiem tal-perijodu fuq imsemmi, is-Slovenja ser tkompli tipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata fuq bażi regolari dwar il-programm u l-miżuri li jittieħdu sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva tiġi mħarsa. 5. 32000 L 0054: Id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji li ġejjin minn aġenti bijoloġiċi fuq ix-xogħol (is-seba' Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21). Fis-Slovenja, id-Direttiva 2000/54/KE ma għandiex tapplika qabel il- 31 ta' Diċembru 2005. Mid-data ta' l-adeżjoni u sat-tmiem tal-perijodu fuq imsemmi, is-Slovenja ser tkompli tipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata fuq bażi regolari dwar il-programm u l-miżuri li jittieħdu sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva tiġi mħarsa. --------------------------------------------------