EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12003T045

ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - IL-ĦAMES PARTI: DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW L-IMPLIMENTAZZJONI TA' DAN L-ATT - TITOLU I: STABBILIMENT TA' L-ISTITUZZJONIJIET U KORPI - Artikolu 45

OJ L 236, 23.9.2003, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/acc_2003/act_1/art_45/sign

12003T045



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0046 - 0047


Artikolu 45

1. Kull Stat li jaderixxi ma' l-Unjoni għandu d-dritt li jkollu wieħed miċ-ċittadini tiegħu bħala membru tal-Kummissjoni.

2. Minkejja t-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 213(1), l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 214(1), l-Artikolu 214(2) tat-Trattat tal-KE u l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 126 tat-Trattat ta' l-Euratom:

(a) ċittadin ta' kull Stat Membru ġdid għandu jinħatar fuq il-Kummissjoni mid-data ta' l-adeżjoni. Il-Membri l-ġodda tal-Kummissjoni għandhom jinħatru mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata u bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni,

(b) il-mandat tal-ħatra tal-Membri tal-Kummissjoni maħtura skond (a) kif ukoll ta' dawk li nħatru mit- 23 ta' Jannar 2000 għandu jiskadi fil- 31 ta' Ottubru 2004,

(ċ) Kummissjoni ġdida magħmula minn ċittadin ta' kull Stat Membru għandha tibda d-dmirijiet tagħha fl- 1 ta' Novembru 2004, il-mandat tal-ħatra tal-Membri ta' din il-Kummissjoni l-ġdida jiskadi fil- 31 ta' Ottubru 2009,

(d) id-data ta' l- 1 ta' Novembru 2004 tbiddel id-data ta' l- 1 ta' Jannar 2005 fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll dwar it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat ta' l-UE u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk it-tibdiliet għar-Regoli tal-Proċedura tagħha skond kif isir meħtieġ bl-adeżjoni.

--------------------------------------------------

Top