This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02024R1781-20240628
Regulation (EU) 2024/1781 of the European Parliament and of the Council of 13 June 2024 establishing a framework for the setting of ecodesign requirements for sustainable products, amending Directive (EU) 2020/1828 and Regulation (EU) 2023/1542 and repealing Directive 2009/125/EC (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
02024R1781 — MT — 28.06.2024 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2024/1781 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L 1781 28.6.2024, p. 1) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2024/1781 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Ġunju 2024
li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll passaport diġitali tal-prodotti, jipprevedi l-istabbiliment ta’ rekwiżiti obbligatorji ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku u joħloq qafas biex jevita li l-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa jinqerdu.
Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe oġġett fiżiku li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz, inklużi komponenti u prodotti intermedji. Madankollu, m’għandux japplika għal:
ikel kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;
għalf kif definit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002
prodotti mediċinali kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE;
prodotti mediċinali veterinarji kif definiti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/6;
pjanti ħajjin, annimali u mikroorganiżmi;
prodotti ta’ oriġini umana;
prodotti ta’ pjanti u annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom;
vetturi kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 u fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/858, fir-rigward ta’ dawk l-aspetti ta’ prodotti li għalihom huma stabbiliti rekwiżiti taħt atti leġiżlattivi tal-Unjoni speċifiċi għas-settur applikabbli għal dawk il-vetturi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“prodott” tfisser kwalunkwe oġġett fiżiku li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz;
“komponent” tfisser prodott maħsub biex jiġi inkorporat fi prodott ieħor;
“prodott intermedju” tfisser prodott li jeħtieġ aktar manifattura jew trasformazzjoni bħat-taħlit, il-kisi jew l-assemblaġġ biex ikun adattat għall-utenti finali;
“prodott relatat mal-enerġija” tfisser kwalunkwe prodott li jkollu impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu;
“grupp ta’ prodotti” tfisser sett ta’ prodotti li jaqdu skopijiet simili u huma simili f’termini ta’ użu, jew li għandhom proprjetajiet funzjonali simili, u huma simili f’termini ta’ perċezzjoni tal-konsumatur;
“ekodisinn” tfisser l-integrazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ sostenibbiltà ambjentali fil-karatteristiċi ta’ prodott u fil-proċessi li jseħħu tul il-katina tal-valur tal-prodott;
“rekwiżit tal-ekodisinn” tfisser rekwiżit tal-prestazzjoni jew rekwiżit ta’ informazzjoni li għandu l-għan li jagħmel prodott, inklużi l-proċessi li jseħħu tul il-katina tal-valur tal-prodott, aktar ambjentalment sostenibbli;
“rekwiżit tal-prestazzjoni” tfisser rekwiżit kwantitattiv jew mhux kwantitattiv għal prodott jew b’rabta miegħu biex jinkiseb ċertu livell ta’ prestazzjoni fir-rigward ta’ parametru tal-prodott imsemmi fl-Anness I;
“rekwiżit ta’ informazzjoni” tfisser l-obbligu li prodott ikun akkumpanjat minn informazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 7(2);
“katina tal-provvista” tfisser l-attivitajiet u l-proċessi upstream kollha tal-katina tal-valur tal-prodott, sal-punt fejn il-prodott jilħaq lill-klijent;
“katina tal-valur” tfisser l-attivitajiet u l-proċessi kollha li huma parti miċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, kif ukoll il-manifattura mill-ġdid possibbli tiegħu;
“ċiklu tal-ħajja” tfisser l-istadji konsekuttivi u interkonnessi tal-ħajja ta’ prodott, li jikkonsistu fl-akkwist jew il-ġenerazzjoni ta’ materja prima minn riżorsi naturali, l-ipproċessar minn qabel, il-manifattura, il-ħżin, id-distribuzzjoni, l-installazzjoni, l-użu, il-manutenzjoni, it-tiswija, it-titjib, ir-rinnovazzjoni u l-użu mill-ġdid, u t-tmiem tal-ħajja;
“tmiem tal-ħajja” tfisser l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja li jibda meta prodott jintrema u jintemm meta l-materjal ta’ skart tal-prodott jiġi rritornat lin-natura jew jidħol fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott ieħor;
“impatt ambjentali” tfisser kwalunkwe bidla fl-ambjent kemm jekk negattiva kif ukoll jekk ta’ benefiċċju, li tirriżulta b’mod sħiħ jew parzjali mill-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;
“klassi ta’ prestazzjoni” tfisser firxa ta’ livelli ta’ prestazzjoni fir-rigward ta’ parametru ta’ prodott wieħed jew aktar imsemmija fl-Anness I, li hija stabbilita abbażi ta’ metodoloġija komuni għall-prodott jew għall-grupp tal-prodott, ordnati fi stadji suċċessivi biex jippermettu d-differenzjazzjoni tal-prodott;
“manifattura mill-ġdid” tfisser azzjonijiet li permezz tagħhom prodott ġdid jiġi prodott minn oġġetti li huma skart, prodotti jew komponenti u li permezz tagħhom issir mill-anqas bidla waħda li taffettwa sostanzjalment is-sikurezza, il-prestazzjoni, l-iskop jew it-tip tal-prodott;
“titjib” tfisser azzjonijiet imwettqa biex jissaħħu l-funzjonalità, il-prestazzjoni, il-kapaċità, is-sikurezza jew l-estetika ta’ prodott;
“rinnovazzjoni” tfisser azzjonijiet imwettqa biex jitħejja, jitnaddaf, jiġi ttestjat, jiġi mantnut u, fejn meħtieġ, jissewwa prodott jew prodott li ġie skartat sabiex il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tiegħu jiġu restawrati fl-użu maħsub u l-firxa ta’ prestazzjoni oriġinarjament maħsuba fl-istadju tad-disinn fil-mument tat-tqegħid tal-prodott fis-suq;
“manutenzjoni” tfisser azzjoni waħda jew aktar imwettqa biex prodott jinżamm f’kundizzjoni biex ikun jista’ jissodisfa l-iskop maħsub għalih;
“tiswija” tfisser azzjoni waħda jew aktar imwettqa biex prodott difettuż jew skart jitreġġgħu lura f’kundizzjoni fejn jissodisfaw l-iskop maħsub tagħhom;
“obsolexxenza prematura” tfisser karatteristika tad-disinn ta’ prodott jew azzjoni jew ommissjoni sussegwenti li jwasslu biex il-prodott isir mhux funzjonali jew tonqoslu l-prestazzjoni mingħajr ma tali bidliet fil-funzjonalità jew fil-prestazzjoni jkunu r-riżultat ta’ tkagħbir bl-użu normali.
“durabbiltà” tfisser il-kapaċità ta’ prodott li maż-żmien iżomm il-funzjoni u l-prestazzjoni tiegħu, f’kundizzjonijiet speċifikati ta’ użu, manutenzjoni u tiswija;
“affidabbiltà” tfisser il-probabbiltà li prodott jiffunzjona kif meħtieġ f’kundizzjonijiet partikolari għal tul ta’ żmien partikolari mingħajr okkorrenza li twassal biex funzjoni primarja jew sekondarja tal-prodott ma titwassalx aktar;
“impronta ambjentali” tfisser kwantifikazzjoni tal-impatti ambjentali li jirriżultaw minn prodott, tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, kemm jekk b’rabta ma’ kategorija waħda ta’ impatt ambjentali kif ukoll ma’ sett aggregat ta’ kategoriji tal-impatt abbażi tal-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott stabbilit bir-Rakkomandazzjoni (UE) 2021/2279 jew metodi xjentifiċi oħra żviluppati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, ittestjati b’mod wiesa’ b’kollaborazzjoni ma’ setturi tal-industrija differenti u adottati jew implimentati mill-Kummissjoni f’liġijiet oħra tal-Unjoni;
“impronta tal-karbonju” tfisser is-somma tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra f’sistema ta’ prodotti, espressa bħala ekwivalenti ta’ CO2 u bbażata fuq valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja bl-użu tal-kategorija tal-impatt unika tat-tibdil fil-klima;
“impronta tal-materjali” tirreferi għall-ammont totali ta’ materja prima estratta biex tissodisfa d-domandi tal-konsum finali;
“sustanza ta’ tħassib” tfisser sustanza li:
tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u tiġi identifikata f’konformità mal-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament;
hija klassifikata fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 f’waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew kategoriji ta’ periklu li ġejjin:
il-kategoriji 1 u 2 tal-karċinoġeniċità;
il-kategoriji 1 u 2 tal-mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali;
il-kategoriji 1 u 2 tat-tossiċità riproduttiva;
il-kategoriji 1 u 2 tal-interferenzi endokrinali għas-saħħa tal-bniedem;
il-kategoriji 1 u 2 tal-interferenzi endokrinali għall-ambjent;
roprjetajiet persistenti, mobbli u tossiċi jew persistenti ħafna, mobbli ħafna;
proprjetajiet persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi jew persistenti ħafna, bijoakkumulattivi ħafna;
sensitizzazzjoni respiratorja tal-kategorija 1;
sensitizzazzjoni tal-ġilda tal-kategorija 1;
perikolużi għall-ambjent akkwatiku - kategoriji kronika 1 sa 4 kronika;
perikoluż għas-saff tal-ożonu;
tossiċità speċifika għall-organi fil-mira – esponiment ripetut tal-kategoriji 1 u 2;
tossiċità speċifika għall-organi speċifiċi – esponiment uniku tal-kategoriji 1 u 2;
hija regolata skont ir-Regolament (UE) 2019/1021; jew
taffettwa b’mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-materjali fil-prodott li fih ikun preżenti;
“passaport diġitali tal-prodotti” tfisser sett ta’ data speċifika għal prodott li tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4 u li tkun aċċessibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi permezz ta’ mezz ta’ data f’konformità mal-Kapitolu III;
“mezz ta’ data” tfisser simbolu tal-barcode lineari, simbolu bidimensjonali jew mezz ieħor għall-ġbir awtomatiku tad-data ta’ identifikazzjoni li jista’ jinqara minn apparat;
“identifikatur uniku tal-prodott” tfisser sekwenza unika ta’ karattri għall-identifikazzjoni ta’ prodott li tippermetti wkoll link web għall-passaport diġitali tal-prodotti;
“identifikatur uniku tal-operatur” tfisser sekwenza unika ta’ karattri għall-identifikazzjoni ta’ attur involut f’katina tal-valur tal-prodott;
“fornitur tas-servizzi tal-passaport diġitali tal-prodotti” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li hija parti terza indipendenti, awtorizzata mill-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq jew li tqiegħdu fis-servizz u li tipproċessa d-data tal-passaport diġitali tal-prodotti għal dak il-prodott bl-iskop li tagħmel tali data disponibbli għall-operaturi ekonomiċi u atturi rilevanti oħra bid-dritt ta’ aċċess għal dik id-data skont dan ir-Regolament jew liġijiet oħra tal-Unjoni;
“identifikatur uniku tal-faċilità” tfisser sekwenza unika ta’ karattri għall-identifikazzjoni ta’ postijiet jew bini involuti fil-katina tal-valur ta’ prodott jew użati minn atturi involuti fil-katina tal-valur ta’ prodott;
“qerda” tfisser il-ħsara jew ir-rimi intenzjonati ta’ prodott bħala skart bl-eċċezzjoni tar-rimi għall-iskop uniku li jiġi pprovdut il-prodott mormi għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, inkluża r-rinnovazzjoni jew għall-operazzjonijiet ta’ manifattura mill-ġdid;
“klijent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri, tikri jew tirċievi prodott għall-użu personali tagħha kemm jekk tkun qed taġixxi bi skopijiet marbutin mas-sengħa, in-negozju, l-artiġjanat jew il-professjoni tagħha kif ukoll jekk le;
“prodott tal-konsumatur” tfisser kwalunkwe prodott, minbarra l-komponenti u l-prodotti intermedji, primarjament maħsuba għall-konsumaturi;
“prodott tal-konsumatur mhux mibjugħ” tfisser kwalunkwe prodott tal-konsumatur li ma nbiegħx inkluż is-surplus ta’ ħażniet, l-inventarju żejjed u l-istokk mhux mibjugħ u prodotti li jkunu ġew irritornati minn konsumatur fuq il-bażi tad-dritt tiegħu ta’ rtirar f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/83/UE jew, meta applikabbli, matul kwalunkwe perjodu ta’ rtirar itwal mogħti mill-kummerċjant;
“miżura ta’ awtoregolamentazzjoni” tfisser ftehim volontarju jew kodiċi ta’ kondotta konklużi minn operaturi ekonomiċi fuq inizjattiva tagħhom stess, li huma responsabbli għall-infurzar tagħhom;
“tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul l-attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll mingħajru;
“tqegħid fis-suq” tfisser it-tqegħid għall-ewwel darba ta’ prodott fis-suq tal-Unjoni;
“tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu ta’ prodott fl-Unjoni għall-iskop maħsub tiegħu;
“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott jew li għandha prodott iddisinjat jew manifatturat, u li tikkummerċjalizza dak il-prodott b’isimha jew bit-trademark tagħha;
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur biex jaġixxi f’isem il-manifattur b’relazzjoni mal-kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-manifattur skont dan ir-Regolament;
“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;
“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, li mhijiex il-manifattur jew l-importatur, li tagħmel il-prodott disponibbli fis-suq;
“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, in-negozjant u l-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni;
“operatur indipendenti” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun indipendenti mill-manifattur u li tkun direttament jew indirettament involuta fir-rinnovazzjoni, fit-tiswija, fil-manutenzjoni jew fl-adattament għal skop differenti ta’ prodott, u tinkludi l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, ir-rinnovaturi, is-sewwejja, il-manifatturi jew id-distributuri ta’ tagħmir għat-tiswija, għodda jew spare parts, kif ukoll il-pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, l-operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ttestjar u l-operaturi li joffru taħriġ lill-installaturi, lill-manifatturi u lis-sewwejja tat-tagħmir;
“sewwej professjonali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizzi ta’ tiswija jew manutenzjoni professjonali għal prodott, irrispettivament minn jekk dik il-persuna taġixxix fi ħdan is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-manifattur jew b’mod indipendenti;
“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati minn prodott, proċess jew servizz;
“markatura CE” tfisser markatura li biha l-manifattur jindika li l-prodott rilevanti huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;
“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-atti delegati rilevanti adottati skont l-Artikolu 4 ġewx issodisfati;
“korp ta’ valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, inkluż il-kalibrar, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni;
“korp innotifikat” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnotifikat f’konformità mal-Kapitolu IX;
“fornitur ta’ suq online” tfisser fornitur ta’ servizz intermedjarju li juża interfaċċja online li tippermetti lill-klijenti jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ operaturi ekonomiċi għall-bejgħ ta’ prodotti koperti minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4;
“negozjant” tfisser distributur jew kwalunkew persuna fiżika jew ġuridika oħra li toffri prodotti għall-bejgħ, għall-kiri jew għal-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri, jew li jqiegħed prodotti, lil utenti finali matul attività kummerċjali, inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod; u jinkludi kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed prodott fis-servizz matul attività kummerċjali;
“bejgħ mill-bogħod” tfisser l-offerta għall-bejgħ, għall-kiri jew għal-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ prodotti, online jew permezz ta’ mezzi oħra ta’ bejgħ mill-bogħod, li biha l-klijent potenzjali ma jkunx jista’ jaċċessa fiżikament il-prodott;
“prodott li jippreżenta riskju” tfisser prodott li, billi ma jikkonformax ma’ rekwiżit ta’ ekodisinn stabbilit f’dan ir-Regolament jew skont dan ir-Regolament għajr dawk elenkati fl-Artikolu 71(1), jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-ambjent jew interessi pubbliċi oħra protetti minn dak ir-rekwiżit;
“prodott li jippreżenta riskju serju” tfisser prodott li jippreżenta riskju li, abbażi ta’ valutazzjoni, il-grad tan-nuqqas ta’ konformità rilevanti jew il-ħsara assoċjata titqies li teħtieġ intervent rapidu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż każijiet meta l-effetti tan-nuqqas ta’ konformità ma jkunux immedjati.
Id-definizzjonijiet ta’ “SMEs”, “intrapriżi żgħar” u “mikrointrapriżi” fl-Artikolu 2(1), (2) u (3) tal-Anness I tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 1 ) għandhom japplikaw.
Id-definizzjonijiet ta’ “sustanza” u “taħlita” fl-Artikolu 3, il-punti (1) u (2) rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom japplikaw.
Id-definizzjonijiet ta’ “akkreditament” u “korp nazzjonali ta’ akkreditament” fl-Artikolu 2, il-punti (10) u (11), rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw.
Id-definizzjonijiet ta’ “skart”, “skart perikoluż”, “użu mill-ġdid”, “irkupru”, “tħejjija għall-użu mill-ġdid” u “riċiklaġġ” fl-Artikolu 3, il-punti (1), (2), (13), (15), (16) u (17), rispettivament, tad-Direttiva 2008/98/KE għandhom japplikaw.
Id-definizzjoni ta’ “standard armonizzat” fl-Artikolu 2, il-punt (1)(c), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 għandha tapplika;
Id-definizzjonijiet ta’ “awtoritajiet kontraenti” fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2014/24/UE u ta’ “entitajiet kontraenti” fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE għandhom japplikaw. “kuntratti pubbliċi” tfisser kuntratti koperti mid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE;
Id-definizzjoni ta’ “pproċessar” fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) għandha tapplika;
Id-definizzjoni ta’ “konsumatur” fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva (UE) 2019/771 għandha tapplika;
Id-definizzjonijiet ta’ “sorveljanza tas-suq”, “awtorità tas-sorveljanza tas-suq”, “fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni”, “interfaċċja online”, “azzjoni korrettiva”, “utent finali”, “sejħa lura”, “irtirar”, “awtoritajiet doganali” u “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” fl-Artikolu 3, il-punti (3), (4), (11), (15), (16), (21), (22), (23), (24) u (25), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom japplikaw.
Artikolu 3
Moviment liberu
L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jillimitaw jew ixekklu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ prodotti li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 minħabba nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti nazzjonali ta’ informazzjoni relatati mal-parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I koperti mir-rekwiżiti ta’ informazzjoni inklużi f’tali atti delegati.
KAPITOLU II
REKWIŻITI TAL-EKODISINN
Artikolu 4
Setgħat għall-adozzjoni ta’ atti delegati
Meta moduli differenti ta’ valutazzjoni tal-konformità fl-Anness II tad-Deċiżjoni 768/2008/KE jridu jintużaw skont liġi oħra tal-Unjoni għall-istess prodott, il-modulu previst fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża għar-rekwiżit tal-ekodisinn ikkonċernat;
Meta dan ir-Regolament, fejn xieraq, japplika għal grupp ta’ prodotti b’mod komplementari għal-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini (ir-“Regolament dwar il-prodotti għall-bini”), l-att delegat adottat skont il-paragrafu 1 għandu jispeċifika l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, inkluż, fejn xieraq, kwalunkwe sistema prevista skont miżura fil-qafas tar-Regolament dwar il-prodotti għall-bini, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-grupp ta’ prodotti, ir-rekwiżiti rilevanti tal-ekodisinn u l-kost għall-operaturi ekonomiċi.
L-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1 jistgħu, skont kif xieraq fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tal-grupp ta’ prodotti, jinkludu kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
fejn dan ikun meħtieġ għas-sorveljanza effettiva tas-suq:
il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal perjodu minbarra l-10 snin imsemmija fl-Artikolu 27(3), l-Artikolu 28(2), il-punt (a), jew l-Artikolu 29(7), skont kif applikabbli, wara li l-prodott rilevanti jkun tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz, b’kont meħud tan-natura tal-prodott jew tar-rekwiżiti tal-ekodisinn ikkonċernati;
l-operaturi ekonomiċi jipprovdu, fuq talba, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq bl-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, għal perjodu minbarra l-10 snin imsemmija fih wara li dak il-prodott ikun ġie fornit;
il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu partijiet mid-dokumentazzjoni teknika relatata mal-prodott rilevanti disponibbli b’mod diġitali lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq mingħajr ma tkun meħtieġa talba, f’konformità mal-Artikolu 36(3);
l-atturi tal-katina tal-provvista jikkonformaw mal-obbligi elenkati fl-Artikolu 38.
il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta’ prodott kopert minn dawk l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mqiegħda fis-suq jew imqiegħda fis-servizz, f’konformità mal-Artikolu 37(1);
fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-enerġija tal-prodotti jew sabiex jiġu żviluppati rekwiżiti futuri għall-ekodisinn:
il-prodotti jkunu jistgħu jkejlu l-enerġija li jikkonsmaw jew il-prestazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ parametri rilevanti oħra tal-prodott imsemmija fl-Anness I waqt l-użu, f’konformità mal-Artikolu 37(2);
il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jiġbru data mhux personali waqt l-użu msemmija fil-punt (i) u jirrapportaw lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 37(4);
l-għodod diġitali jkunu jistgħu jintużaw biex tiġi kkalkolata l-prestazzjoni ta’ prodott fir-rigward ta’ parametru tal-prodott imsemmi fl-Anness I, f’konformità mal-Artikolu 39(2);
sabiex tiġi żgurata t-trasparenza dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, ir-regoli dwar il-markaturi li jindikaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, għall-prodotti li mhumiex soġġetti għar-rekwiżit li l-markatura CE titwaħħal qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz, f’konformità mal-Artikolu 47.
Artikolu 5
Rekwiżiti tal-ekodisinn
Sabiex jiġu indirizzati l-impatti ambjentali u abbażi tal-parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom ikunu tali li jtejbu l-aspetti tal-prodott li ġejjin (“aspetti tal-prodott”) meta dawk l-aspetti tal-prodott ikunu rilevanti għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat:
id-durabbiltà;
l-affidabbiltà;
il-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid;
il-possibbiltà ta’ titjib fil-kwalità;
it-tiswija;
il-possibbiltà ta’ manutenzjoni u ta’ rinnovazzjoni;
il-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib;
l-użu tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika;
l-użu tal-ilma u l-effiċjenza tal-ilma;
l-użu tar-riżorsi u l-effiċjenza fir-riżorsi;
il-kontenut irriċiklat;
il-possibbiltà ta’ manifattura mill-ġdid;
riċiklabbiltà;
il-possibbiltà ta’ rkupru tal-materjali;
l-impatti ambjentali, inkluża l-impronta tal-karbonju u l-impronta ambjentali;
il-ġenerazzjoni mistennija ta’ skart.
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jinkludu, u skont kif xieraq itejbi, l-aspetti speċifiċi tal-prodotti, wieħed jew it-tnejn li ġejjin:
ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 6;
ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 7;
Meta tkun qed tħejji r-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza ma’ liġijiet oħra tal-Unjoni u għandha:
tieħu kont ta’:
il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-klima, l-ambjent, l-effiċjenza enerġetika, l-effiċjenza fir-riżorsi u s-sigurtà, inkluża l-ekonomija ċirkolari mhux tossika, u prijoritajiet u miri relatati oħra tal-Unjoni;
il-liġi rilevanti tal-Unjoni, inkluż sa liema punt tindirizza l-aspetti rilevanti tal-prodott;
il-ftehimiet internazzjonali rilevanti;
il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni;
il-liġi ambjentali nazzjonali rilevanti;
l-istandards Ewropej u internazzjonali rilevanti;
twettaq valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq l-aħjar evidenza u analiżi disponibbli, u fejn xieraq fuq studji u riżultati tar-riċerka addizzjonali prodotti permezz ta’ programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni. L-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn rigward ċerti aspetti tal-prodotti ma għandux jiġi mdewwem bla bżonn minn inċertezzi rigward il-possibbiltà li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn biex jittejbu aspetti oħra tal-prodott ta’ dak il-prodott. Fil-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni għandha:
tindika l-metodoloġija użata;
tiżgura li l-aspetti tal-prodott kollha jiġu analizzati u li l-profondità tal-analiżi tal-aspetti tal-prodott tkun proporzjonata għas-sinifikat tagħhom għall-prodott ikkonċernat;
tiżgura li jiġu analizzati l-interdipendenzi bejn l-aspetti differenti tal-prodott;
tistabbilixxi l-bidliet mistennija f’termini ta’ impatti ambjentali, inkluż ikkwantifikati bħala impronta tal-karbonju u ambjentali kull meta jkun possibbli;
tanalizza d-disponibbiltà tal-materja prima għas-settur tar-rinnovazzjoni, fejn xieraq;
tanalizza kwalunkwe impatt rilevanti fuq is-saħħa tal-bniedem;
tikkunsidra l-livell minimu ta’ prestazzjoni ta’ prodott jew ta’ grupp ta’ prodotti, meħtieġa sabiex fil-futur jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Unjoni kif elenkati fil-punt (a)(i);
tqis l-informazzjoni teknika rilevanti użata bħala bażi għal-liġi tal-Unjoni jew għal strumenti tal-Unjoni jew derivata minnhom, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, id-Direttiva 2010/75/UE, il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar adottati skont ir-Regolament (UE) 2020/852 u l-kriterji tal-UE għall-akkwist pubbliku ekoloġiku;
tqis il-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali;
tqis il-fehmiet espressi mill-Forum dwar l-Ekodisinn imsemmi fl-Artikolu 19 u l-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 20.
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott, mill-perspettiva tal-utent;
ma għandu jkun hemm l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni;
ma għandu jkun hemm l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-konsumaturi f’termini tal-affordabbiltà tal-prodotti rilevanti, filwaqt li jitqies ukoll l-aċċess għall-prodotti secondhand, id-durabbiltà u l-kost taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti;
ma għandu jkun hemm l-ebda impatt negattiv sproporzjonat fuq il-kompetittività tal-operaturi ekonomiċi u atturi oħra fil-katina tal-valur, inklużi l-SMEs, u b’mod partikolari l-mikrointrapriżi;
ma għandu jkun hemm l-ebda teknoloġija proprjetarja imposta fuq il-manifatturi jew fuq atturi oħra fil-katina tal-valur;
ma għandu jkun hemm l-ebda piż amministrattiv sproporzjonat fuq il-manifatturi jew fuq atturi oħra fil-katina tal-valur, inklużi l-SMEs, b’mod partikolari fuq il-mikrointrapriżi.
Għal kull grupp ta’ prodotti kkonċernat mir-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, fejn rilevanti, liema sustanzi jaqgħu taħt id-definizzjoni fl-Artikolu 2(27), il-punt (d), b’kont meħud mill-anqas, ta’ jekk:
abbażi tat-teknoloġiji standard, is-sustanzi jagħmlux il-proċess tal-użu mill-ġdid, jew tar-riċiklaġġ aktar ikkumplikat, għali, b’impatt ambjentali, jew b’użu qawwi tal-enerġija jew tar-riżorsi,
is-sustanzi jfixklux il-proprjetajiet jew il-funzjonalitajiet tekniċi, l-utilità jew il-valur tal-materjal riċiklat li ġej mill-prodott jew tal-prodotti manifatturati minn dan il-materjal riċiklat,
is-sustanzi jkollhomx impatt negattiv fuq il-karatteristiċi estetiċi jew olfattivi tal-materjal riċiklat.
Artikolu 6
Rekwiżiti tal-prestazzjoni
Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-parametri tal-prodott rilevanti msemmija fl-Anness I u għandhom, skont kif xieraq, jinkludu wieħed minn dawn li ġejjin jew it-tnejn li huma:
livelli minimi jew massimi fir-rigward ta’ parametru speċifiku tal-prodott jew taħlita tagħhom jew;
rekwiżiti mhux kwantitattivi li għandhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni fir-rigward ta’ tali parametri wieħed jew aktar tal-prodott;
Madankollu, l-istabbiliment tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni għandu wkoll, fejn xieraq, inaqqas riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.
Artikolu 7
Rekwiżiti ta’ informazzjoni
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom:
jinkludu, bħala minimu, rekwiżiti relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti stabbiliti fil-Kapitolu III u rekwiżiti relatati ma’ sustanzi ta’ tħassib stabbiliti fil-paragrafu 5;
kif xieraq, jirrikjedu wkoll li l-prodotti jkunu akkumpanjati minn:
informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward ta’ wieħed mill-parametri tal-prodott jew aktar imsemmija fl-Anness I, inkluż punteġġ tal-possibbiltà ta’ tiswija, punteġġ tad-durabbiltà, impronta tal-karbonju jew impronta ambjentali;
informazzjoni għall-klijenti u għal atturi oħra dwar kif jinstallaw, jużaw, iżommu u jsewwu l-prodott, biex jimminimizzaw l-impatt tiegħu fuq l-ambjent u jiżguraw l-aħjar durabbiltà, dwar kif jinstallaw sistemi operattivi ta’ partijiet terzi fejn ikun rilevanti, kif ukoll dwar il-ġbir għar-rinnovazzjoni jew il-manifattura mill-ġdid, u dwar kif jirritornaw jew jimmaniġġaw il-prodott fit-tmiem tal-ħajja;
informazzjoni għall-faċilitajiet tat-trattament dwar iż-żarmar, l-użu mill-ġdid, ir-rinnovazzjoni, ir-riċiklaġġ, jew ir-rimi fit-tmiem tal-ħajja;
informazzjoni oħra li tista’ tinfluwenza l-għażliet tal-prodott sostenibbli għall-klijenti u l-mod kif il-prodott jiġi mmaniġġat minn partijiet għajr il-manifattur biex jiġu ffaċilitati l-użu xieraq, l-operazzjonijiet għaż-żamma tal-valur u t-trattament xieraq fit-tmiem tal-ħajja;
ikunu ċari, jinftiehmu faċilment u mfassla għall-karatteristiċi partikolari tal-gruppi ta’ prodotti kkonċernati u għal dawk maħsuba li jirċievu l-informazzjoni.
Jista’ jiġi stabbilit rekwiżit ta’ informazzjoni għal parametru speċifiku tal-prodott irrispettivament minn jekk jiġix stabbilit rekwiżit tal-prestazzjoni għal dak il-parametru speċifiku tal-prodott.
Meta att delegat ikun fih rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika.
Il-Kummissjoni tista’ tibbaża l-klassijiet ta’ prestazzjoni fuq parametri uniċi jew fuq punteġġi aggregati. Tali klassijiet ta’ prestazzjoni jistgħu jiġu espressi f’termini assoluti jew fi kwalunkwe forma oħra li tippermetti lill-klijenti potenzjali jagħżlu l-prodotti bl-aħjar prestazzjoni.
Dawk il-klassijiet ta’ prestazzjoni għandhom jikkorrispondu għal titjib sinifikanti fil-livelli ta’ prestazzjoni.
Meta l-klassijiet ta’ prestazzjoni jkunu bbażati fuq parametri li fir-rigward tagħhom jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-prestazzjoni, il-klassi l-aktar baxxa għandha tikkorrispondi għall-prestazzjoni minima meħtieġa fil-mument meta jibdew japplikaw il-klassijiet ta’ prestazzjoni.
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor skont il-paragrafu 6, il-punt (b), ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom jagħmluha possibbli li jiġu ttraċċati s-sustanzi ta’ tħassib, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti kkonċernati, sakemm tali traċċar ma jkunx diġà possibbli skont ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’att delegat ieħor adottat skont l-Artikolu 4 li jkopri l-prodotti kkonċernati, u għandhom jinkludu mill-anqas dan li ġej:
L-isem jew il-kodiċi numeriku tas-sustanzi ta’ tħassib preżenti fil-prodott, kif ġej:
l-isem fin-nomenklatura tal-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata (IUPAC), jew isem internazzjonali ieħor meta l-isem IUPAC ma jkunx disponibbli;
ismijiet oħra, inkluż l-isem tas-soltu, l-isem kummerċjali, l-abbrevjazzjoni;
in-numru tal-Komunità Ewropea (KE), kif indikat fl-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (EINECS), il-Lista Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS) jew il-lista ta’ Mhux Aktar Polimeri (NLP) jew in-numru assenjat mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), jekk ikun disponibbli u xieraq;
l-isem u n-numru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS), jekk disponibbli;
il-post fejn jinsabu s-sustanzi ta’ tħassib fil-prodott;
il-konċentrazzjoni, il-konċentrazzjoni massima jew il-firxa ta’ konċentrazzjoni tas-sustanzi ta’ tħassib, fil-livell tal-prodott, il-komponenti rilevanti tiegħu, jew l-ispare parts;
istruzzjonijiet rilevanti għall-użu sikur tal-prodott;
informazzjoni rilevanti għaż-żarmar, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-immaniġġar ambjentalment korrett tal-prodott fit-tmiem tal-ħajja tiegħu.
Il-Kummissjoni tista’, fejn ikun xieraq għall-grupp ta’ prodotti kkonċernati, tistabbilixxi limiti minimi għal meta għandu japplika r-rekwiżit ta’ informazzjoni rigward is-sustanzi ta’ tħassib.
Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti ta’ informazzjoni f’att delegat adottat skont l-Artikolu 4, din għandha, fejn ikun rilevanti:
tistabbilixxi dati tal-applikazzjoni ta’ tali rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, filwaqt li tagħmel differenza bejn is-sustanzi ta’ tħassib fejn ikun meħtieġ;
tipprovdi eżenzjonijiet debitament ġustifikati għal sustanzi ta’ tħassib jew għal elementi ta’ informazzjoni mit-tali rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, abbażi tal-fattibbiltà teknika jew ir-rilevanza tal-intraċċar tas-sustanzi ta’ tħassib, l-eżistenza ta’ metodi analitiċi biex dawn jiġu identifikati u kkwantifikati, il-ħtieġa li tiġi protetta informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew f’każijiet oħra debitament ġustifikati; is-sustanzi ta’ tħassib skont it-tifsira tal-Artikolu 2(27), il-punt (a), ma għandhomx jiġu eżentati jekk ikunu preżenti fil-prodotti, fil-komponenti rilevanti tagħhom jew fl-ispare parts tagħhom b’konċentrazzjoni ta’ aktar minn 0,1 % tal-piż skont il-piż. u
tiżgura l-konsistenza mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni u timminimizza l-piż amministrattiv, inkluż permezz ta’ soluzzjonijiet tekniċi xierqa.
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom jindikaw il-mod li bih trid issir disponibbli l-informazzjoni meħtieġa. Meta passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għandha tingħata fih u, fejn xieraq, għandha tingħata wkoll f’waħda mill-forom li ġejjin jew aktar:
fuq il-prodott innifsu;
fuq l-imballaġġ tal-prodott;
fuq tabella msemmija fl-Artikolu 16;
f’manwal għall-utenti jew f’dokumentazzjoni oħra li takkumpanja l-prodott;
fuq sit web jew applikazzjoni b’aċċess liberu.
L-informazzjoni li tagħmilha possibbli li jiġu traċċati s-sustanzi ta’ tħassib skont il-paragrafu 5 għandha tingħata jew fuq il-prodott jew tkun aċċessibbli permezz ta’ mezz ta’ data inkluż fuq il-prodott.
Artikolu 8
Kontenut tal-att delegat
L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 jridu jispeċifikaw mill-anqas l-elementi li ġejjin:
id-definizzjoni tal-grupp jew gruppi ta’ prodotti koperti, inkluża l-lista tal-kodiċijiet tal-komoditajiet kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 3 ) u d-deskrizzjonijiet tal-prodott;
ir-rekwiżiti tal-ekodisinn tal-gruppi ta’ prodotti koperti;
fejn rilevanti, il-parametri tal-prodott msemmija fl-Anness I li għalihom il-Kummissjoni tiddikjara li mhu meħtieġ ebda rekwiżit tal-ekodisinn, skont l-Artikolu 4.
l-istandards jew il-metodi tat-test, tal-kejl jew tal-kalkolu li jridu jintużaw skont l-Artikolu 39(1);
fejn rilevanti, ir-rekwiżiti għall-użu ta’ għodod diġitali skont l-Artikolu 39(2);
fejn rilevanti, il-metodi tranżizzjonali, l-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, ir-rerefenzi li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni li jridu jintużaw;
il-format, il-mod, u l-ordni li bihom l-informazzjoni neċessarja għall-verifika tal-konformità trid issir disponibbli.
il-modulu ta’ valutazzjoni tal-konformità li jrid jintuża skont l-Artikolu 4(5); meta l-modulu li jrid jiġi applikat ikun differenti mill-modulu stabbilit fl-Anness IV, il-fatturi li jwasslu għall-għażla ta’ ta’ dak il-modulu;
ir-rekwiżiti rigward l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-manifatturi, inkluż dwar l-elementi tad-dokumentazzjoni teknika li huma meħtieġa biex jippermettu l-verifika tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-ekodisinn.
fejn rilevanti, kwalunkwe rekwiżit ta’ informazzjoni addizzjonali skont l-Artikoli 36 u 37;
it-tul tal-perjodu tranżitorju li matulu l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz tal-prodotti li jikkonformaw mal-miżuri nazzjonali fis-seħħ fit-territorju tagħhom fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4;
id-data għar-rieżami tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4, filwaqt li jitqiesu, fost aspetti oħra:
il-karatteristiċi tal-grupp ta’ prodotti u s-suq tiegħu;
il-ħtieġa li r-rekwiżiti jiġu adattati biex il-prodotti jsiru aktar sostenibbli;
l-objettivi tal-politika tal-Unjoni;
il-progress tekniku; u
Id-disponibbiltà tal-metodi.
KAPITOLU III
IL-PASSAPORT DIĠITALI TAL-PRODOTTI
Artikolu 9
Il-passaport diġitali tal-prodotti
Ir-rekwiżiti relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom, kif xieraq għall-gruppi ta’ prodotti koperti, jispeċifikaw dan li ġej:
id-data li trid tiġi inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti skont l-Anness III;
il-mezzi ta’ data, wieħed jew aktar, li jridu jintużaw;
il-format li bih il-mezz ta’ data jrid jiġi ppreżentat u l-pożizzjonament tiegħu;
jekk il-passaport diġitali tal-prodotti jridx jiġi stabbilit fil-livell tal-mudell, tal-lott jew tal-oġġett, u d-definizzjoni ta’ tali livelli;
il-mod li bih il-passaport diġitali tal-prodotti jrid isir aċċessibbli għall-klijenti qabel ma jkunu marbuta b’kuntratt ta’ bejgħ, kiri jew lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod;
l-atturi li jeħtieġ li jkollhom aċċess għad-data fil-passaport diġitali tal-prodotti u għal liema data jeħtieġ li jkollhom aċċess;
l-atturi li jeħtieġ li joħolqu passaport diġitali tal-prodotti jew jaġġornaw id-data f’passaport diġitali tal-prodotti, u liema data jistgħu jintroduċu jew jaġġornaw;
l-arranġamenti dettaljati għall-introduzzjoni jew l-aġġornament tad-data;
il-perjodu li matulu jeħtieġ jibqa’ disponibbli l-passaport diġitali tal-prodotti, li għandu jikkorrispondi għal mill-anqas il-ħajja mistennija ta’ prodott speċifiku.
Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom:
jiżguraw li l-atturi tul il-katina tal-valur jistgħu jaċċessaw u jifhmu faċilment l-informazzjoni dwar il-prodott li tkun rilevanti għalihom;
jiffaċilitaw il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; u
itejbu t-traċċabbiltà tal-prodotti tul il-katina tal-valur.
Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti, il-Kummissjoni tista’ teżenta gruppi ta’ prodotti mir-rekwiżit li jkollhom passaport diġitali tal-prodotti meta:
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-passaport diġitali tal-prodotti mhumiex disponibbli fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali inklużi fl-Artikoli 10 u 11; jew
liġi tal-Unjoni oħra tinkludi sistema għall-forniment diġitali ta’ informazzjoni relatata ma’ grupp ta’ prodotti li għalih il-Kummissjoni tqis li tilħaq l-objettivi msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b).
Artikolu 10
Rekwiżiti għall-passaport diġitali tal-prodotti
Il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:
għandu jkun konness permezz ta’ mezz ta’ data ma’ identifikatur persistenti uniku tal-prodott;
il-mezz ta’ data għandu jkun fiżikament preżenti fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fuq id-dokumentazzjoni li takkumpanja l-prodott, kif speċifikat fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4;
il-mezz ta’ data u l-identifikatur uniku tal-prodott għandhom jikkonformaw ma’ wieħed jew aktar mill-istandards imsemmija fl-Anness III, it-tieni paragrafu jew standards Ewropej jew internazzjonali ekwivalenti sakemm ir-referenzi tal-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
id-data kollha inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tkun ibbażata fuq standards miftuħa, żviluppati b’format interoperabbli, u għandha, fejn ikun xieraq, tkun tista’ tinqara minn magna, tkun strutturata, tista’ titfittex, u trasferibbli permezz ta’ network ta’ skambju ta’ data miftuħa u interoperabbli mingħajr lock-in tal-bejjiegħ, f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 11;
id-data personali relatata mal-klijenti ma għandhiex tinħażen fil-passaport diġitali tal-prodotti mingħajr il-kunsens espliċitu tagħhom f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679;
id-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għandha tirreferi għall-mudell, il-lott jew l-oġġett tal-prodott kif speċifikat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4;
l-aċċess għad-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti għandu jkun regolat f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 11 u bid-drittijiet speċifiċi ta’ aċċess fil-livell tal-grupp ta’ prodotti kif speċifikat fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex temenda l-Anness III, l-ewwel paragrafu, il-punti (c), u t-tieni paragrafu fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku billi tissostitwixxi l-istandards jew billi żżid standards Ewropej jew internazzjonali oħrajn li magħhom il-mezzi ta’ data, l-identifikaturi uniċi tal-operatur u l-identifikaturi uniċi tal-faċilità jeħtiġilhom jikkonformaw sabiex jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
L-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq għandu:
jipprovdi lin-negozjanti u lill-fornituri tas-swieq online b’kopja diġitali tal-mezz ta’ data jew l-identifikatur uniku tal-prodott, kif rilevanti, biex jippermettilhom jagħmlu l-mezz ta’ data jew l-identifikatur uniku tal-prodott aċċessibbli għall-klijenti potenzjali meta ma jkunux jistgħu jaċċessaw fiżikament il-prodott.
jipprovdi kopja diġitali msemmija fil-punt (a) jew link ta’ paġna web mingħajr ħlas fil-pront u f’kull każ fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi t-talba biex jagħmel dan.
Artikolu 11
Id-disinn tekniku u l-operat tal-passaport diġitali tal-prodotti
Id-disinn tekniku u l-operat tal-passaport diġitali tal-prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:
il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jkun kompletament interoperabbli ma’ passaporti oħra diġitali tal-prodotti meħtieġa minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 fir-rigward tal-aspetti tekniċi, semantiċi u organizzattivi tal-komunikazzjoni minn tarf sa tarf u tat-trasferiment tad-data;
il-klijenti, il-manifatturi, l-importaturi, id-distributuri, in-negozjanti, is-sewwejja professjonali, l-operaturi indipendenti, ir-rinnovaturi, dawk li jimmanifatturaw mill-ġdid, ir-riċiklaturi, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-għaqdiet tal-ħaddiema u atturi rilevanti oħra għandu jkollhom aċċess faċli u mingħajr ħlas għall-passaport diġitali tal-prodotti abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom stabbiliti fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4;
il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jinħażen mill-operatur ekonomiku responsabbli għall-ħolqien tiegħu jew mill-fornituri ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti;
meta jinħoloq passaport diġitali tal-prodotti ġdid għal prodott li diġà jkollu passaport diġitali tal-prodotti, il-passaport diġitali tal-prodotti l-ġdid għandu jkun marbut mal-passaport(i) diġitali tal-prodotti oriġinali;
il-passaport diġitali tal-prodotti għandu jibqa’ disponibbli għall-perjodu speċifikat fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż wara insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni tal-operatur ekonomiku responsabbli għall-ħolqien tal-passaport diġitali tal-prodotti;
id-drittijiet għall-introduzzjoni, il-modifika jew l-aġġornament tad-data fil-passaport diġitali tal-prodotti għandhom jiġu ristretti abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess speċifikati fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
għandhom ikunu żgurati l-awtentikazzjoni, l-affidabbiltà u l-integrità tad-data;
il-passaporti diġitali tal-prodotti għandhom jitfasslu u jitħaddmu b’tali mod li jiżgura livell għoli ta’ sigurtà u ta’ privatezza u jevita l-frodi.
Jekk il-passaport diġitali tal-prodotti jinħażen skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu jew jiġi pproċessat b’mod ieħor minn fornituri ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti, skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dawk il-fornituri terzi indipendenti ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti m’għandhomx ibigħu, jużaw mill-ġdid jew jipproċessaw tali data, kompletament jew parzjalment, lil hinn minn dak meħtieġ għall-forniment tas-servizzi rilevanti tal-ħżin jew tal-ipproċessar, sakemm mhux bi qbil speċifiku mal-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq jew fis-servizz.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex tissupplimenta dan l-Artikolu billi tistabbilixxi r-rekwiżiti li dawk il-fornituri ta’ servizzi ta’ passport diġitali tal-prodotti jeħtieġ li jikkonformaw magħhom sabiex ikunu jistgħu jsiru tali fornituri, u, fejn xieraq, skema ta’ ċertifikazzjoni biex tivverifika l-konformità ma’ tali rekwiżiti, u billi tistabbilixxi r-rekwiżiti li dawk il-fornituri ta’ servizzi jeħtieġ jikkonformaw magħhom meta jipprovdu servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri għall-ħruġ u l-verifika tal-kredenzjali diġitali tal-operaturi ekonomiċi u atturi rilevanti oħra li għandhom drittijiet ta’ aċċess għad-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
Artikolu 12
Identifikaturi uniċi
Qabel ma joħroġ talba kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-operatur ekonomiku li joħloq jew jaġġorna l-passaport diġitali tal-prodotti għandu jfittex konferma mingħand dak l-attur rilevanti li ma jeżisti l-ebda identifikatur uniku tal-operatur.
Qabel ma joħroġ talba kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-operatur ekonomiku li joħloq jew jaġġorna l-passaport diġitali tal-prodotti għandu jfittex konferma mill-attur rilevanti li ma jeżisti l-ebda identifikatur uniku.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli u proċeduri relatati mal-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-identifikaturi uniċi u tal-mezzi ta’ data. B’mod partikolari, dawk l-atti delegati għandhom:
jistabbilixxu regoli għall-organizzazzjonijiet li jixtiequ jsiru aġenzija emittenti għall-identifikaturi uniċi u l-mezzi ta’ data; u
jistabbilixxu regoli għall-operaturi ekonomiċi li jixtiequ joħolqu l-identifikaturi uniċi u l-mezzi ta’ data tagħhom stess mingħajr ma jiddependu fuq aġenzija emittenti għall-identifikaturi uniċi u l-mezzi ta’ data.
L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jistabbilixxu:
il-kriterji għall-aġenziji emittenti għall-identifikaturi uniċi u għall-mezzi ta’ data;
ir-rwoli ta’ aġenzija emittenti għall-identifikaturi uniċi u għall-mezzi ta’ data;
ir-regoli biex jiġi żgurat li l-identifikaturi uniċi u l-mezzi ta’ data jkunu affidabbli, verifikabbli u uniċi globalment;
ir-regoli dwar il-ħolqien, iż-żamma, l-aġġornament u l-irtirar ta’ identifikaturi uniċi u mezzi ta’ data;
ir-regoli relatati mal-ġestjoni tad-data.
Meta tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri kif imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha:
tfittex li tiżgura l-interoperabbiltà bejn l-approċċi differenti;
tqis l-istandards u s-soluzzjonijiet tekniċi eżistenti rilevanti;
tiżgura li r-regoli u l-proċeduri stabbiliti jibqgħu, kemm jista’ jkun, teknoloġikament newtrali.
Artikolu 13
Reġistru tal-passaporti diġitali tal-prodotti
Fil-każ ta’ prodotti maħsuba biex jitqiegħdu taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera”, ir-reġistru għandu jaħżen il-kodiċi tal-komodità.
Ir-reġistru għandu jaħżen l-identifikaturi uniċi tal-batteriji kif msemmija fl-Artikolu 77(3) tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi r-reġistru u għandha tiżgura li d-data maħżuna fir-reġistru tiġi pproċessata b’mod sigur u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluż ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali.
Il-Kummissjoni għandha, fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, tispeċifika kwalunkwe data oħra li, apparti li tkun inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti, għandha tinħażen fir-reġistru, filwaqt li jitqiesu tal-anqas il-kriterji li ġejjin:
il-ħtieġa li tkun tista’ ssir il-verifika tal-awtentiċità tal-passaport diġitali tal-prodotti;
ir-rilevanza tal-informazzjoni għat-titjib tal-effiċjenza u tal-effettività tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq u tal-kontrolli doganali;
il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jispeċifika l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni għar-reġistru, inkluż għall-komunikazzjoni tal-identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
Artikolu 14
Portal web għad-data fil-passaport diġitali tal-prodotti
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiġġestixxi portal web aċċessibbli għall-pubbliku li jippermetti lill-partijiet ikkonċernati jfittxu u jqabblu d-data inkluża fil-passaporti diġitali tal-prodotti. Il-portal web għandu jitfassal biex jiggarantixxi li l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jfittxu u jqabblu d-data b’mod li hu konsistenti mad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom speċifikati fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
Artikolu 15
Kontrolli doganali relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu japplika mill-mument li r-reġistru jkun qed jopera.
Il-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha ssir b’mod elettroniku u awtomatiku permezz tal-interkonnessjoni msemmija fil-paragrafu 3. Għandha tapplika mill-mument li l-interkonnessjoni tkun qed topera.
Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ma għandux jitqies bħala prova ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament jew ma’ liġi oħra tal-Unjoni.
Dik l-interkonnessjoni għandha tkun operattiva fi żmien erba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 13(5).
KAPITOLU IV
TIKKETTI
Artikolu 16
Tikketti
Meta r-rekwiżiti ta’ informazzjoni jindikaw li l-informazzjoni trid tiġi inkluża f’tikketta skont l-Artikolu 7(7), il-punt (c), l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jispeċifikaw:
il-kontenut tat-tikketta;
it-tqassim tat-tikketta, filwaqt li jiġu żgurati l-viżibbiltà u l-leġibbiltà;
il-mod li bih trid tintwera t-tikketta lill-klijenti inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 32 u l-implikazzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi rilevanti;
fejn xieraq, il-mezzi elettroniċi għall-ġenerazzjoni tat-tikketti.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
Artikolu 17
Imitazzjoni tat-tikketti
Il-prodotti li jkollhom fuqhom jew magħhom tikketti li x’aktarx iqarrqu jew ifixklu lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali billi jimitaw it-tikketti previsti fl-Artikolu 16 jew prodotti li jkollhom magħhom kwalunkwe informazzjoni oħra li x’aktarx tqarraq jew tfixkel lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali fir-rigward tat-tikketti previsti fl-Artikolu 16 m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz.
KAPITOLU V
PRIJORITIZZAZZJONI, IPPJANAR U KONSULTAZZJONI
Artikolu 18
Prijoritizzazzjoni u ppjanar
Meta tipprijoritizza l-prodotti li għandhom jiġu koperti mir-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-kontribut potenzjali ta’ dawk il-prodotti għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima, l-ambjent u l-effiċjenza enerġetika, filwaqt li jitqiesu l-kriterji li ġejjin:
il-potenzjal għat-titjib tal-aspetti tal-prodott li ma jinvolvix kostijiet sproporzjonati, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari:
in-nuqqas jew l-insuffiċjenza tal-liġi tal-Unjoni, jew in-nuqqas ta’ forzi tas-suq jew ta’ miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni biex l-objettiv jiġi indirizzat kif xieraq; u
id-disparità fil-prestazzjoni tal-prodotti disponibbli fis-suq li għandhom funzjonalità ekwivalenti fir-rigward tal-aspetti tal-prodott;
il-volum tal-bejgħ u tal-kummerċ ta’ dawk il-prodotti fl-Unjoni;
id-distribuzzjoni tul il-katina tal-valur tal-impatti klimatiċi u ambjentali, tal-użu tal-enerġija, tal-użu tar-riżorsi u tal-ġenerazzjoni tal-iskart fir-rigward ta’ dawk il-prodotti;
il-ħtieġa li l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 jiġu riveduti u adattati b’mod regolari fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq.
Il-Kummissjoni għandha tistinka wkoll biex tivvaluta l-kontribut potenzjali ta’ dawk il-prodotti għall-funzjonament tas-suq intern u għar-reżiljenza ekonomika tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tqis l-inklużjoni ta’ tagħmir elettriku u elettroniku meta tidentifika għall-ewwel darba l-prodotti, jekk ikun hemm, li fir-rigward tagħhom hija tqis l-introduzzjoni ta’ projbizzjoni fuq il-qerda mill-operaturi ekonomiċi.
Il-pjan ta’ ħidma għandu jkopri perjodu ta’ mill-anqas tliet snin, u għandu jiġi aġġornat regolarment.
Meta tadotta jew taġġorna l-pjan ta’ ħidma, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
Fl-ewwel pjan ta’ ħidma, li għandu jiġi adottat sad-19 ta’ April 2025, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-gruppi ta’ prodotti li ġejjin:
il-ħadid u l-azzar;
l-aluminju;
it-tessuti, b’mod partikolari l-ħwejjeġ u x-xedd is-saqajn;
l-għamara, inklużi s-saqqijiet;
it-tajers;
id-deterġenti;
iż-żebgħa;
il-lubrikanti;
is-sustanzi kimiċi;
il-prodotti relatati mal-enerġija li għalihom jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ewwel darba jew li għalihom il-miżuri eżistenti adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE jeħtieġ jiġu rieżaminati skont dan ir-Regolament; u
il-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u prodotti elettroniċi oħra.
Jekk kwalunkwe wieħed mill-gruppi ta’ prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jiġix inkluż fl-ewwel pjan ta’ ħidma jew jekk jiġi inkluż kwalunkwe grupp ta’ prodotti ieħor, il-Kummissjoni għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni tagħha f’dak il-pjan ta’ ħidma.
Artikolu 19
Forum dwar l-Ekodisinn
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Forum dwar l-Ekodisinn bħala grupp ta’ esperti b’parteċipazzjoni bbilanċjata u effettiva ta’ esperti maħtura mill-Istati Membri u tal-partijiet kollha li għandhom interess fil-prodott jew fil-grupp ta’ prodotti inkwistjoni.
Il-Forum dwar l-Ekodisinn għandu jikkontribwixxi b’mod partikolari għal dan li ġej:
it-tħejjija tar-rekwiżiti tal-ekodisinn;
it-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ ħidma;
l-eżami tal-effettività tal-mekkaniżmi stabbiliti ta’ sorveljanza tas-suq;
il-valutazzjoni tal-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni; u
il-valutazzjoni tal-projbizzjonijiet tal-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa b’żieda ma’ dawk elenkati fl-Anness VII.
Artikolu 20
Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri bħala sottogrupp tal-Forum dwar l-Ekodisinn, magħmul minn esperti maħtura mill-Istati Membri.
Dawk l-esperti għandhom jikkontribwixxu b’mod partikolari għal dan li ġej:
it-tħejjija tar-rekwiżiti tal-ekodisinn;
il-valutazzjoni tal-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni;
l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki dwar miżuri biex tissaħħaħ il-konformità ma’ dan ir-Regolament;
l-istabbiliment ta’ prijoritajiet fir-rigward ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li fir-rigward tagħhom għandha tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta’ projbizzjoni tal-qerda mill-operaturi ekonomiċi skont l-Artikolu 18(3), b’mod partikolari tagħmir elettriku u elettroniku meta dawk il-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa jiġu identifikati għall-ewwel darba.
Artikolu 21
Miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni
Il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
lista tal-operaturi ekonomiċi li huma firmatarji tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni;
ir-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għall-prodotti koperti mill-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni;
pjan ta’ monitoraġġ dettaljat, trasparenti u oġġettiv, b’responsabbiltajiet identifikati b’mod ċar għall-industrija u għall-ispetturi indipendenti, inkluż il-kriterji stabbiliti fl-Anness VI, il-punt 6;
regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata mill-firmatarji u dwar l-ittestjar u l-ispezzjonijiet;
regoli dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità ta’ firmatarju li jinkludu dispożizzjonijiet fejn, jekk il-firmatarju ma jkunx ħa azzjoni korrettiva biżżejjed fi żmien tliet xhur, jiġi mneħħi mill-firmatarji ta’ dik il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni; u
nota li tispjega kif il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 ittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti f’konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament aktar malajr jew bi spiża iżgħar minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4; dik in-nota għandha tiġi appoġġata mill-evidenza, li tkun tikkonsisti minn analiżi teknika, ambjentali u ekonomika strutturata, li tiġġustifika l-objettivi u r-rekwiżiti tal-ekodisinn tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, u li tivvaluta l-impatti ta’ dawk ir-rekwiżiti tal-ekodisinn.
Il-firmatarji tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni għandhom iżommu l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu aġġornata u disponibbli fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku u liberament.
Il-firmatarji tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla għall-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, b’mod partikolari kwalunkwe bidla li jikkonċernawhom
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni ppreżentata, u, fejn meħtieġ, għandha tfittex parir xjentifiku mill-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni. Fil-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk il-kriterji li ġejjin ikunux issodisfati:
il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tiġi ppreżentata tal-anqas minn żewġ operaturi ekonomiċi;
is-sehem mis-suq f’termini ta’ volum tal-firmatarji għall-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni fir-rigward tal-prodotti koperti minn dik il-miżura hu mill-anqas 80 % tal-unitajiet imqiegħda fis-suq jew fis-servizz;
il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tikkontribwixxi għat-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti f’konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u għall-iżgurar tal-moviment liberu fis-suq intern aktar malajr jew bi spiża iżgħar minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 u tikkonsisti f’rekwiżiti tal-ekodisinn li jkunu meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament;
il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI;
il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni u mal-impenji kummerċjali internazzjonali tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jkun fih lista ta’ miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni li jissodisfaw il-kriterji ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 73(2).
L-ispettur indipendenti imsemmi fl-Anness VI, il-punt 6 għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bin-nuqqas ta’ konformità ta’ firmatarju.
Ir-rapporti ta’ progress, inklużi r-rapporti ta’ konformità li jkun għamel l-ispettur indipendenti, u n-notifiki dwar in-nuqqas ta’ konformità u l-azzjoni korrettiva korrispondenti għandhom ikunu magħmula disponibbli mill-firmatarji fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku.
Meta miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tkun tħassret mil-lista msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għall-prodott kopert minn dik il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni f’att delegat adottat skont l-Artikolu 4.
Artikolu 22
Intrapriżi żgħar u medji
Dawk il-miżuri għandhom tal-anqas jinkludu l-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ punti uniċi ta’ servizz jew mekkaniżmi simili biex titqajjem konsapevolezza tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u jinħolqu opportunitajiet ta’ networking għall-SMEs, b’mod partikolari l-mikrointrapriżi, biex jadattaw għar-rekwiżiti tal-ekodisinn.
Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, tali miżuri jistgħu jinkludu:
appoġġ finanzjarju, inkluż billi jipprovdu vantaġġi fiskali u jinvestu fl-infrastruttura fiżika u diġitali;
aċċess għal finanzi;
taħriġ speċjalizzat tal-maniġers u tal-persunal;
assistenza organizzazzjonali u teknika.
KAPITOLU VI
QERDA TA’ PRODOTTI TAL-KONSUMATURI MHUX MIBJUGĦA
Artikolu 23
Prinċipju ġenerali ta’ prevenzjoni tal-qerda
L-operaturi ekonomiċi għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu l-ħtieġa li jinqerdu prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa.
Artikolu 24
Divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa
L-operaturi ekonomiċi li jarmu prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa direttament jew li jkollhom prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa mormija f’isimhom għandhom jiddivulgaw:
l-għadd u l-piż ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa mormija fis-sena, differenzjati skont it-tip jew il-kategorija ta’ prodotti;
ir-raġunijiet għar-rimi tal-prodotti, u meta applikabbli, id-deroga rilevanti skont l-Artikolu 25(5);
il-proporzjon tal-konsenja ta’ prodotti mormija, direttament jew permezz ta’ parti terza, għal kull waħda mill-attivitajiet li ġejjin: it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, inkluż ir-rinnovazzjoni u l-manifattura mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, irkupru ieħor inkluż l-irkupru tal-enerġija, u l-operazzjonijiet ta’ rimi f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart kif definita mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE;
miżuri meħuda u miżuri ppjanati għall-fini tal-prevenzjoni tal-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa.
L-operaturi ekonomiċi għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu b’mod ċar u viżibbli tal-anqas fuq paġna faċilment aċċessibbli fis-sit web tagħhom. L-operaturi ekonomiċi li huma soġġetti għall-obbligu li jippubblikaw ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà fir-rapport ta’ ġestjoni tagħhom skont l-Artikolu 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE jistgħu jinkludu wkoll dik l-informazzjoni f’dak ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà.
L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżvelaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fuq bażi annwali u għandhom jinkludu bħala parti minn dik l-informazzjoni l-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li ntremew matul is-sena finanzjarja preċedenti. Huma għandhom jagħmlu l-informazzjoni għal kull sena disponibbli għall-pubbliku. Dik l-ewwel divulgazzjoni għandha tkopri l- prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li ntremew matul l-ewwel sena finanzjarja sħiħa li matulha kien fis-seħħ dan ir-Regolament.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal intrapriżi mikro u żgħar.
Dan il-paragrafu għandu japplika għall-intrapriżi ta’ daqs medju mid-19 ta’ Lulju 2030.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
L-ewwel att ta’ implimentazzjoni ta’ dan it-tip għandu jiġi adottat sad-19 ta’ Lulju 2025.
Artikolu 25
Qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal intrapriżi mikro u żgħar.
Dan il-paragrafu għandu japplika għall-intrapriżi ta’ daqs medju mid-19 ta’ Lulju 2030.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 sabiex temenda l-Anness VII:
biex jinżdiedu prodotti ġodda, sabiex jitqiesu l-impatti ambjentali tal-qerda tagħhom;
biex jiġu aġġornati l-entrati fi ħdan gruppi ta’ prodotti, sabiex jiġu allinjati ma’ modifiki fil-kodiċijiet tal-komodità jew deskrizzjonijiet rispettivi tagħhom li jsiru fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, meta meħtieġ.
Meta tħejji att delegat biex jiġi adottat skont il-paragrafu 3, il-punt (a), il-Kummissjoni għandha:
tivvaluta l-prevalenza u l-impatti ambjentali tal-qerda ta’ ċerti prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa;
tqis l-informazzjoni divulgata mill-operaturi ekonomiċi skont l-Artikolu 24(1);
twettaq valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq l-aħjar evidenza u analiżijiet disponibbli, u fuq studji addizzjonali kif meħtieġ.
Dak l-att delegat għandu jispeċifika d-data ta’ applikazzjoni tiegħu, u fejn xieraq, kwalunkwe miżura bi stadji jew miżuri jew perjodi tranżizzjonali.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu derogi mill-projbizzjonijiet tal-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa elenkati fl-Anness VII fejn ikun xieraq fid-dawl ta’ kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
raġunijiet ta’ saħħa, iġjene u sikurezza;
ħsara kkawżata lill-prodotti b’riżultat tal-immaniġġar tagħhom, jew identifikata wara li prodotti jkunu ġew irritornati, li ma tkunx tista’ tissewwa b’mod kosteffettiv;
in-nuqqas ta’ idoneità tal-prodotti għall-iskop li għalih ikunu maħsuba, filwaqt li jitqiesu, meta applikabbli, l-istandards tekniċi u l-liġi tal-Unjoni u nazzjonali;
in-nuqqas ta’ aċċettazzjoni ta’ prodotti offruti għal donazzjoni;
prodotti ma jkunux adatti għal tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għall-manifattura mill-ġdid;
prodotti li ma jistgħux jinbiegħu minħabba ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi prodotti ffalsifikati;
il-qerda tkun l-għażla bl-impatti ambjentali l-anqas negattivi.
Dawk l-atti delegati jistgħu ukoll, fejn rilevanti, jipprevedu li l-projbizzjoni tal-qerda tal-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew l-obbligu ta’ divulgazzjoni stabbilit fl-Artikolu 24 japplikaw għall-intrapriżi mikro u żgħar fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li tali intrapriżi jistgħu jintużaw għaċ-ċirkumvenzjoni ta’ dik il-projbizzjoni jew dak l-obbligu.
L-ewwel att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi adottat sad-19 ta’ Lulju 2025.
Artikolu 26
Informazzjoni konsolidata dwar il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa
Sad-19 ta’ Lulju 2027 u kull 36 xahar minn dakinhar ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha informazzjoni konsolidata dwar il-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa, inkluż l-elementi li ġejjin:
il-prevalenza tal-qerda ta’ gruppi speċifiċi ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa għal kull sena, abbażi tal-informazzjoni divulgata mill-operaturi ekonomiċi skont l-Artikolu 24(1);
l-impatti ambjentali komparattivi li jirriżultaw mill-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa għal kull grupp ta’ prodotti.
KAPITOLU VII
OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI
Artikolu 27
Obbligi tal-manifatturi
Meta jqiegħdu prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 fis-suq jew fis-servizz, il-manifatturi għandhom jiżguraw li:
dawk il-prodotti jkunu ġew iddisinjati u manifatturati f’konformità mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4;
dawk il-prodotti jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7 u mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4; u
passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli f’konformità mal-Artikolu 9 u l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż kopja ta’ riżerva tal-aktar verżjoni aġġornata tal-passaport diġitali tal-prodotti maħżuna minn fornitur ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti f’konformità mal-Artikolu 10(4).
Meta l-konformità ta’ prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 mar-rekwiżiti applikabbli tkun intweriet permezz ta’ dik il-proċedura, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE f’konformità mal-Artikolu 44 u jwaħħlu l-markatura CE f’konformità mal-Artikolu 46. Madankollu, meta l-Kummissjoni tkun speċifikat regoli alternattivi skont l-Artikolu 4(6), il-punt (d), il-manifattur għandu jwaħħal il-markatura tal-konformità f’konformità ma’ dawk ir-regoli.
Għall-prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, u indirizz postali u mezz elettroniku ta’ komunikazzjoni fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati:
fuq il-parti pubblika tal-passaport diġitali tal-prodotti, meta applikabbli; u
fuq il-prodott jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu, jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.
Dak l-indirizz għandu jindika punt uniku fejn il-manifattur jista’ jiġi kkuntattjat. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw.
Madankollu, manifatturi għandhom jipprovdu f’format stampat konċiż, l-informazzjoni dwar is-sikurezza u l-istruzzjonijiet rilevanti għas-saħħa u s-sikurezza tal-klijenti u ta’ atturi rilevanti oħra.
Meta jipprovdi l-istruzzjonijiet diġitali, il-manifattur għandu jinkludihom fil-passaport diġitali tal-prodotti u jagħmilhom aċċessibbli permezz tal-mezz ta’ data korrispondenti, jew, meta l-passaport diġitali tal-prodotti ma jkunx applikabbli, jindika fuq il-prodott, jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument ta’ akkumpanjament, kif jiġu aċċessati l-istruzzjonijiet diġitali.
Il-manifattur għandu jippreżenta l-istruzzjonijiet diġitali f’format li jagħmilha possibbli li jitniżżlu u jiġu ssejvjati fuq tagħmir elettroniku sabiex l-utent ikun jista’ jaċċessahom f’kull ħin u għandu jagħmilhom aċċessibbli online matul il-ħajja mistennija tal-prodott, iżda fi kwalunkw każ għal mill-inqas 10 snin wara t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz tal-prodott.
Meta l-klijent jitlob dan fil-waqt tax-xiri, jew sa 6 xhur minn meta xtara, il-manifattur għandu jipprovdi l-istruzzjonijiet diġital f’format stampat, mingħajr ħlas, fi żmien xahar mill-wasla tat-talba.
L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 jistgħu jispeċifikaw li ċerta informazzjoni li tagħmel parti mill-istruzzjonijiet diġitali trid wkoll tiġi provduta f’format stampat.
Il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli jew qiegħduh fis-servizz dwar in-nuqqas ta’ konformità suspettat u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
Il-manifatturi għandhom iżommu reġistru tal-ilmenti u tat-tħassib biss għat-tul ta’ żmien meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda għal mhux aktar minn ħames snin wara li jkunu ġew preżentati u għamlu r-reġistru disponibbli fuq it-talba ta’ awtorità tas-sorveljanza tas-suq.
Il-manifatturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali kompetenti rigward kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.
Artikolu 28
Rappreżentanti awtorizzati
L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 27(1) u t-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jifformaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.
Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat biex tal-anqas jagħmel dan li ġej:
iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni teknika tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal għaxar snin wara li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikun tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz dment li ma jkunx ġie speċifikat perjodu differenti f’dak l-att delegat;
jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fuq kwalunkwe miżura meħuda fir-rigward ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità tal-prodott kopert mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat;
abbażi ta’ talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jagħti lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum minn meta jirċievi tali talba; u
itemm il-mandat jekk il-manifattur jaġixxi kontra l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.
Artikolu 29
Obbligi tal-importaturi
Qabel ma jqiegħdu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li:
il-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità tkun twettqet mill-manifattur u li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika;
il-prodott ikun akkumpanjat mill-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7 u mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4; u
passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli f’konformità mal-Artikolu 9 u l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż kopja ta’ riżerva tal-aktar verżjoni aġġornata tal-passaport diġitali tal-prodotti maħżuna minn fornitur ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti f’konformità mal-Artikolu 10(4).
L-importatur għandu jiżgura wkoll li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikollu l-markatura CE meħtieġa msemmija fl-Artikolu 45, meta applikabbli, f’konformità mar-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 46, jew il-markatura tal-konformità alternattiva kif stabbilit f’att delegat adottat skont l-Artikolu 4(6), il-punt (d), u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa, u li l-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27(5) u (6).
Meta l-importaturi jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4, dawn ma għandhomx iqiegħdu l-prodott fis-suq jew fis-servizz sakemm dan ikun sar konformi.
Għall-prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, l-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattjati u mezz elettroniku ta’ komunikazzjoni li bih ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati:
fuq il-parti pubblika tal-passaport diġitali tal-prodotti, meta applikabbli; u
fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ, jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.
Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw.
L-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli dwar in-nuqqas ta’ konformità suspettat u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
L-importaturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali kompetenti rigward kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.
Artikolu 30
Obbligi tad-distributuri
Qabel ma jagħmlu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li:
il-prodott ikollu l-markatura CE skont l-Artikoli 45 u 46 jew il-markatura tal-konformità adottata f’konformità mal-Artikolu 4(6), it-tielet subparagrafu, il-punt (d), u, meta rilevanti, ikun ittikkettat jew ikun marbut ma’ passaport diġitali tal-prodotti f’konformità ma’ dawk l-att delegat;
il-prodott ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u mill-istruzzjonijiet diġitali, f’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-klijenti, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, u li tali struzzjonijiet ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw u jinkludu mill-anqas l-informazzjoni stabbilita l-Artikolu 7(2), il-punt (b)(ii), kif speċifikat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4; l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 27(7), ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, għandhom japplikaw mutatis mutandis; u
il-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27(5) u (6) u fl-Artikolu 29.
Id-distributuri għandhom jiżguraw li, filwaqt li prodott ikun fir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4.
Id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli dwar in-nuqqas ta’ konformità suspettat u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
Id-distributuri għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali kompetenti dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.
Artikolu 31
Obbligi tan-negozjanti
In-negozjanti għandhom, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod:
juru lill-klijenti u lill-klijenti potenzjali, b’mod viżibbli, it-tikketti pprovduti f’konformità mal-Artikolu 32(1), il-punt (b) jew (c);
jagħmlu referenza għall-informazzjoni inkluża fuq it-tikketti pprovduti skont l-Artikolu 32(1), il-punt (b) jew (c), f’reklamar viżiv jew f’materjal promozzjonali tekniku għal mudell speċifiku, f’konformità mal-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4; u
ma jipprovdux jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet oħra li aktarx iqarrqu jew ifixklu lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fuq it-tikketta rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn.
Artikolu 32
Obbligi relatati mat-tikketti
Meta att delegat adottat skont l-Artikolu 4 jirrikjedi li l-prodotti jkollhom tikketta kif imsemmi fl-Artikolu 16, l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu l-prodotti fis-suq jew fis-servizz għandhom:
jiżguraw li l-prodotti jkunu akkumpanjati, għal kull unità individwali u mingħajr ħlas, minn tikketti stampati f’konformità ma’ dak l-att delegat;
jipprovdu tikketti stampati jew kopji diġitali tat-tikketta lin-negozjant mingħajr ħlas, minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol mit-talba ta’ negozjant; u
jiżguraw li t-tikketti tagħhom ikunu preċiżi, u jipprovdu dokumentazzjoni teknika suffiċjenti biex tippermetti li tiġi vvalutata l-preċiżjoni tat-tabelli tagħhom.
Meta att delegat adottat skont l-Artikolu 4 jirrikjedi li l-prodotti jkollhom tikketta kif imsemmi fl-Artikolu 16, l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu l-prodott fis-suq jew fis-servizz għandhom:
jagħmel referenza għall-informazzjoni inkluża i f’reklamar viżiv jew f’materjal promozzjonali tekniku għal mudell speċifiku, f’konformità mal-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4;
ma jipprovdux jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet oħra li aktarx iqarrqu jew ifixklu lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fuq it-tikketta rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn.
Artikolu 33
Obbligi tal-fornituri tas-servizzi ta’ eżekuzzjoni
Il-fornituri tas-servizzi ta’ eżekuzzjoni għandhom jiżguraw li, għal prodotti li jkunu qed jimmaniġġjaw li jkunu koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, il-kundizzjonijiet waqt il-ħażna, l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ ma jipperikolawx il-konformità tal-prodotti ma’ dak l-att delegat.
Artikolu 34
Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u għad-distributuri
L-importaturi jew id-distributuri għandhom jitqiesu bħala manifatturi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament meta:
iqiegħdu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 fis-suq b’isimhom jew bit-trademark tagħhom; jew
jimmodifikaw tali prodott li jkun diġà imqiegħed fis-suq b’mod li jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4.
Artikolu 35
Obbligi tal-fornituri tas-swieq online u tal-magni tat-tiftix online
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ġenerali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-fornituri tas-swieq online għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq it-talba ta’ dawk l-awtoritajiet u f’każijiet speċifiċi, biex jiffaċilitaw kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jimmitigaw in-nuqqas ta’ konformità ta’ prodott li jkun qed jiġi offrut jew li kien offrut għall-bejgħ online permezz tas-servizzi tagħhom.
Dak il-punt ta’ kuntatt uniku jista’ jkun l-istess punt ta’ kuntatt bħal dak imsemmi fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) jew l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065.
Artikolu 36
Obbligi ta’ informazzjoni tal-operaturi ekonomiċi
Meta jagħmlu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 disponibbli fis-suq permezz ta’ bejgħ mill-bogħod, l-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li l-prodott jipprovdi b’mod ċar u viżibbli mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:
l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, kif ukoll l-indirizz postali u elettroniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur;
fil-każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-isem, l-indirizz postali u elettroniku u n-numru tat-telefon tal-operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020; u
informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott, inkluż stampa tiegħu, it-tip tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott.
L-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba motivata, jipprovdu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b’dan li ġej:
l-isem ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom bi prodott li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 4;
l-isem ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku li lilu jkunu pprovdew tali prodotti, kif ukoll il-kwantitajiet u l-mudelli eżatti ta’ tali prodotti.
L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għal għaxar (10) snin wara li jkunu ġew ipprovduti bil-prodotti rilevanti u għal għaxar (10) snin wara li jkunu pprovdew tali prodotti, sakemm ma jkunx ġie speċifikat perjodu differenti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma stampata jew elettronika fi żmien 15-il jum minn meta tasal talba mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.
Meta jirrikjedu li l-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu partijiet mid-dokumentazzjoni teknika relatata mal-prodott rilevanti disponibbli b’mod diġitali skont l-Artikolu 4(6), il-punt (a)(iii), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
il-ħtieġa li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiffaċilitaw il-verifika tal-konformità tal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi mar-rekwiżiti applikabbli; u
il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs.
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-mod li bih jeħtieġ li jkunu disponibbli l-partijiet rilevanti tad-dokumentazzjoni teknika. Meta l-passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha ssir disponibbli permezz tiegħu.
Artikolu 37
Obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar tal-operaturi ekonomiċi
Meta tirrikjedi li l-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta’ prodott skont l-Artikolu 4(6), il-punt (b), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
id-disponibbiltà ta’ evidenza dwar il-penetrazzjoni tas-suq tal-prodott rilevanti u li hija meħtieġa biex jiġi ffaċilitat ir-rieżami tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 applikabbli għal dak il-prodott;
il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs; kif ukoll
l-utilità tal-informazzjoni meħtieġa u l-proporzjonalità ta’ dak ir-rekwiżit.
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-perjodu li jeħtieġ li tkun relatata għalih l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dik l-informazzjoni għandha tkun differenzjata skont il-mudell tal-prodott.
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-mezzi li bihom l-informazzjoni rilevanti jeħtieġ issir disponibbli u l-frekwenza li biha tali informazzjoni għandha ssir disponibbli.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni magħmula disponibbli tiġi pproċessata b’mod sigur u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.
Meta tirrikjedi li prodott ikun kapaċi jkejjel l-enerġija li jikkonsma jew il-prestazzjoni tiegħu fir-rigward ta’ parametri rilevanti oħra tal-prodott imsemmija fl-Anness I waqt l-użu, skont l-Artikolu 4(6), il-punt (c)(i), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
l-utilità tad-data waqt l-użu għall-utenti finali biex jifhmu u jimmaniġġjaw il-prestazzjoni jew l-użu tal-enerġija tal-prodott;
il-fattibbiltà teknika tar-reġistrazzjoni tad-data waqt l-użu;
il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs; u
il-ħtieġa li jiġi żgurat li ma tinġabar l-ebda data li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ individwi jew li tippermetti l-inferenza tal-imġiba tal-individwi.
Meta tirrikjedi li l-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jiġbru data mhux personali waqt l-użu msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u jirrapportaw tali data lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 4(6), il-punt (c)(ii), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
l-utilità tad-data mhux personali waqt l-użu għall-Kummissjoni meta tagħmel rieżami tar-rekwiżiti tal-ekodisinn jew tgħin lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b’informazzjoni statistika għall-analiżi tagħhom ibbażata fuq ir-riskju; u
il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi, b’mod partikolari għall-SMEs.
Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 4, jistgħu b’mod partikolari jikkonsistu minn:
il-ġbir ta’ data mhux personali waqt l-użu jekk din tkun tista’ tiġi aċċessata mill-bogħod permezz tal-internet wara li l-utent finali jkun ta l-kunsens espliċitu tiegħu biex dik id-data ssir disponibbli; u
ir-rapportar ta’ dik id-data lill-Kummissjoni ta’ mill-inqas darba fis-sena.
Fejn ir-rappurtar huwa meħtieġ skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, dik id-data għandha tinkludi, fejn disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-mudell kif reġistrat fil-bażi tad-data tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2017/1369 u, jekk rilevanti għall-prestazzjoni tagħhom, informazzjoni ġeografika ġenerali dwar il-prodotti.
Artikolu 38
Rekwiżiti għall-atturi tal-katina ta’ provvista
Meta speċifikat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4, l-atturi tal-katina ta’ provvista għandhom:
jipprovdu, fuq talba u mingħajr ħlas, lill-manifatturi, lill-korpi notifikati u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-informazzjoni disponibbli rilevanti relatata mal-prodotti li huma jissupplixxu jew mas-servizzi li huma jipprovdu;
fin-nuqqas tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a), jippermettu lill-manifatturi jivvalutaw il-prodotti li huma jissupplixxu jew is-servizzi li huma jipprovdu u jagħtu aċċess għall-faċilitajiet jew dokumenti rilevanti lil dawk il-manifatturi; u
jippermettu lill-korpi notifikati u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni rilevanti relatata mal-attivitajiet tagħhom.
KAPITOLU VIII
KONFORMITÀ TAL-PRODOTTI
Artikolu 39
Metodi ta’ ttestjar, kejl u kalkolu
Meta tistabbilixxi r-rekwiżit biex jintużaw għodod diġitali skont l-Artikolu 4(6), punt (c)(iii), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
il-ħtieġa li tkun żgurata l-applikazzjoni armonizzata tal-metodi ta’ kalkolu; u
il-ħtieġa li jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv impost fuq l-operaturi ekonomiċi.
L-għodod diġitali għandhom ikunu aċċessibbli liberament għall-operaturi ekonomiċi.
Artikolu 40
Il-prevenzjoni ta’ ċirkomvenzjoni u tal-aggravar tal-prestazzjoni
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-prodotti mfassla biex ikunu jistgħu jindividwaw li qed jiġu ttestjati u li jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom b’rispons u l-prodotti mqiegħda minn qabel biex ibiddlu l-prestazzjoni tagħhom fil-ħin tal-ittestjar għandhom jitqiesu prodotti mfassla biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom meta jiġu ttestjati.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-istruzzjonijiet li jwasslu għal tibdil manwali tal-prodott, qabel test, li jibdel il-prestazzjoni tal-prodott għandhom jitqiesu li huma struzzjonijiet speċifiċi għall-ittestjar li jbiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tal-prodott.
L-aġġornamenti tas-software jew tal-firmware ma għandhom fl-ebda ċirkostanza jwasslu għal deterjorament fil-prestazzjoni tal-prodott kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sal-punt li l-prodott isir mhux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 applikabbli fiż-żmien tat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz tal-prodott.
Artikolu 41
Preżunzjoni tal-konformità
Artikolu 42
Speċifikazzjonijiet komuni
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati biss meta l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
il-Kummissjoni tkun talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standard armonizzat għal rekwiżit tal-ekodisinn, għal rekwiżit essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dan ir-Regolament jew għall-metodu ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu msemmi fl-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament; u:
it-talba ma tkunx ġiet aċċettata;
l-istandard armonizzat li jindirizza dik it-talba ma jitfasslux sal-iskadenza stabbilita skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; jew
l-istandard armonizzat ma jkunx konformi mat-talba; u
l-ebda referenza għal standards armonizzati għal rekwiżit tal-ekodisinn jew rekwiżit essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dan ir-Regolament jew metodu ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu msemmi fl-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament ma tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda referenza bħal din ma jkun mistenni li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
Meta r-referenzi ta’ standard armonizzat jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew il-partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti tal-ekodisinn, ir-rekwiżiti essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti u r-rekwiżiti għall-metodi ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu.
Artikolu 43
Valutazzjoni tal-konformità
Meta tispeċifika l-proċedura applikabbli ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4(5), il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
jekk il-modulu kkonċernat huwiex xieraq għat-tip ta’ prodott u għar-rekwiżiti rilevanti tal-ekodisinn, u proporzjonat għall-interess pubbliku segwit;
in-natura tar-riskji preżentati mill-prodott u sa liema punt il-valutazzjoni tal-konformità tikkorrispondi għan-natura u l-grad ta’ dawk ir-riskji; u
fejn l-involviment ta’ parti terza jkun obbligatorju, il-ħtieġa tal-manifattur li jkollu għażla bejn il-moduli tal-assigurazzjoni tal-kwalità u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.
Artikolu 44
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
Artikolu 45
Prinċipji ġenerali tal-markatura CE
Il-markatura CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
Artikolu 46
Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-markatura CE
In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, fuq istruzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
Artikolu 47
Regoli speċifiċi dwar markaturi
Fir-rigward ta’ prodotti li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti għal markatura CE skont il-liġi tal-Unjoni, meta tispeċifika regoli dwar markaturi li jindikaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli skont l-Artikolu 4(6), il-punt (d), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
il-ħtieġa li jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi;
il-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm koerenza fir-rigward ta’ markaturi oħra applikabbli għal prodott speċifiku; u
il-ħtieġa li tkun evitata l-konfużjoni dwar it-tifsira tal-markaturi skont liġi oħra tal-Unjoni.
KAPITOLU IX
NOTIFIKA TAL-KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Artikolu 48
Notifika
Meta l-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità minn partijiet terzi jkunu previsti skont l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi awtorizzati li jagħmlu dawk il-kompiti.
Artikolu 49
Awtoritajiet tan-notifika
Artikolu 50
Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet tan-notifika
Artikolu 51
Obbligu ta’ informazzjoni fuq l-awtoritajiet tan-notifika
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ tal-korpi nnotifikati, u dwar kwalunkwe bidla fihom.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 52
Rekwiżiti fir-rigward ta’ korpi nnotifikati
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, fil-manifattura jew fil-kostruzzjoni, jew fil-kummerċjalizzazzjoni, fl-installazzjoni, fl-użu jew fil-manutenzjoni ta’ dawk il-prodotti, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f’dawk l-attivitajiet. Dawn ma għandhom ikunu involuti fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom ikunu notifikati. Dan għandu japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-kumpaniji omm jew oħt tagħhom, tas-sussidjarji jew tas-sottokuntratturi ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tagħhom.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandux jiddelega lil sottokuntrattur jew lil sussidjarja l-istabbiliment u s-superviżjoni ta’ proċeduri interni, politiki ġenerali, kodiċijiet ta’ kondotta jew regoli interni oħrajn, l-assenjazzjoni ta’ persunal tiegħu għal kompiti speċifiċi jew id-deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-konformità.
F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, u għal kull tip jew kategorija ta’ prodotti li dwarhom ikun ġie notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu:
il-persunal meħtieġ b’għarfien tekniku, u b’esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;
id-deskrizzjonijiet meħtieġa tal-proċeduri li f’konformità magħhom tiġi mwettqa l-valutazzjoni tal-konformità, li jiżguraw it-trasparenza u l-kapaċità li jiġu riprodotti dawk il-proċeduri inkluża deskrizzjoni ta’ kif il-persunal rilevanti, l-istatus u l-kompiti tagħhom jikkorrispondu mal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità li fir-rigward tagħhom il-korp ikun biħsiebu jiġi notifikat;
politiki u proċeduri xierqa biex issir distinzjoni bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp innotifikat u l-attivitajiet l-oħra tiegħu;
proċeduri għat-twettiq ta’ attivitajiet li jqisu kif xieraq id-daqs tal-impriża, is-settur li topera fih, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott inkwistjoni u n-natura tal-massa jew tas-serje tal-proċess ta’ produzzjoni.
Għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha meħtieġa.
Il-persunal responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:
taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jwettqu u awtorità adegwata biex iwettqu dawk il-valutazzjonijiet, inkluż għarfien u fehim xierqa tal-leġiżlazzjoni, ir-rekwiżiti tat-test, tal-kejl u tal-kalkolu rilevanti, tal-istandards armonizzati jew tal-ispeċifikazzjonijiet komuni applikabbli, u tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4;
il-kapaċità li jifformula ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu twettqu.
Il-persunal responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni:
għandu jkun impjegat mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tan-notifika;
ma għandu jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess potenzjali;
għandu jkun kompetenti biex jivverifika l-valutazzjonijiet magħmula minn persunal ieħor, esperti esterni jew sottokuntratturi;
għandu jkun biżżejjed fin-numru biex jiżgura l-kontinwità tan-negozju u approċċ konsistenti għall-valutazzjonijiet tal-konformità.
Ir-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-persunal tal-valutazzjoni ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet imwettqa jew mir-riżultati tagħhom.
Artikolu 53
Preżunzjoni ta’ konformità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità
Meta korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52 sa fejn l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 54
Sussidjarji ta’ u sottokuntrattar minn korpi nnotifikati
Artikolu 55
Talba għal notifika
Artikolu 56
Proċedura tan-notifika
Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp innotifikat għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp innotifikat biss wara li n-notifika tkun saret valida.
Il-Kummissjoni ma għandhiex tippubblika notifika jekk tkun jew issir taf li l-korp innotifikat rilevanti ma jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52.
Artikolu 57
Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi nnotifikati
Għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anke meta l-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.
Artikolu 58
Tibdil fin-notifika
Artikolu 59
Kontestazzjoni tal-kompetenza ta’ korpi nnotifikati
Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista tal-korpi nnotifikati msemmija fl-Artikolu 57(2) fi żmien ġimagħtejn min-notifika tal-miżuri korrettivi meħuda mill-Istati Membri tan-notifika f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 60
Obbligi ta’ operazzjonijiet għal korpi nnotifikati
B’dan il-mod, dawn għandhom iżda jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġa għall-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti rilevanti.
Artikolu 61
Obbligu ta’ informazzjoni fuq il-korpi nnotifikati
Il-korpi nnotifikati għandhom jinfurmaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:
kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat;
kwalunkwe ċirkostanza li jkollha effett fuq l-ambitu u fuq il-kundizzjonijiet għan-notifika;
kwalunkwe talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità;
fuq talba, l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettqa fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kull attività oħra mwettqa, inkluż l-attivitajiet transfruntieri u s-sottokuntrattar.
Meta l-korpi nnotifikati jkollhom jew jirċievu evidenza rigward is-segwenti, huma għandhom iwissu, u jikkondividu dik l-evidenza ma’, l-awtorità rilevanti tas-sorveljanza tas-suq jew mal-awtorità tan-notifika rilevanti, kif xieraq:
li korp innotifikat ieħor ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52 jew mal-obbligi tiegħu;
li imqiegħed fis-suq ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4; jew
li prodott imqiegħed fis-suq, minħabba l-kundizzjoni fiżika tiegħu, aktarx li jikkawża riskju serju.
Artikolu 62
Skambji ta’ esperjenza
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mill-politika tan-notifiki.
Artikolu 63
Koordinazzjoni ta’ korpi nnotifikati
Il-korpi nnotifikati għandhom jipparteċipaw fil-ħidma ta’ kwalunkwe grupp rilevanti, direttament jew permezz ta’ rappreżentanti deżinjati.
KAPITOLU X
INĊENTIVI
Artikolu 64
Inċentivi tal-Istati Membri
Artikolu 65
Akkwist pubbliku ekoloġiku
Ir-rekwiżiti minimi għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-aspetti tal-prodott indirizzati fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4 applikabbli għall-gruppi ta’ prodotti inkwistjoni, kif rilevanti għal dawk il-gruppi ta’ prodotti.
Ir-rekwiżiti minimi għandhom ikunu bbażati fuq l-ogħla żewġ klassijiet ta’ prestazzjoni, l-ogħla punteġġi jew, meta ma jkunux disponibbli, fuq l-aħjar livelli ta’ prestazzjoni possibbli kif stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4 applikabbli għall-gruppi ta’ prodotti inkwistjoni.
Il-kriterji tal-għoti għandhom, meta xieraq, ikollhom piż minimu ta’ bejn 15 % u 30 % fil-proċess tal-għoti li jippermettilhom li jkollhom impatt sinifikanti fuq l-eżitu tal-proċedura tal-offerti u li tiffavorixxi l-għażla tal-aktar prodotti ambjentalment sostenibbli.
Il-miri għandhom jirrikjedu, fuq bażi annwali jew pluriennali, perċentwal minimu ta’ 50 % tal-akkwist imwettaq fil-livell ta’ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti, jew fil-livell nazzjonali aggregat, tal-aktar prodotti ambjentalment sostenibbli.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
KAPITOLU XI
SORVELJANZA TAS-SUQ
Artikolu 66
Attivitajiet ippjanati għas-sorveljanza tas-suq
Is-sezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha mill-anqas tinkludi:
il-prodotti jew ir-rekwiżiti identifikati bħala prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet komuni identifikati mill-grupp ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“ADCO”), stabbilit skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020, f’konformità mal-Artikolu 68(1), il-punt (a), u r-rapporti skont l-Artikolu 67(2).
l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq ippjanati biex jonqos jew jintemm in-nuqqas ta’ konformità għal dawk il-prodotti jew ir-rekwiżiti identifikati bħala prijoritajiet, inkluż in-natura tal-kontrolli li għandhom jitwettqu matul il-perjodu kopert mill-istrateġija nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq.
Il-prijoritajiet għas-sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (a), għandhom jiġu identifikati abbażi ta’ kriterji oġġettivi, inkluż:
il-livelli ta’ nuqqas ta’ konformità osservati fis-suq li jaqa’ fil-kompetenza tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq;
l-impatti ambjentali tan-nuqqas ta’ konformità;
meta disponibbli, l-għadd ta’ lmenti riċevuti mingħand utenti finali jew organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, jew informazzjoni oħra riċevuta mingħand operaturi ekonomiċi jew mingħand il-media;
l-għadd ta’ prodotti rilevanti mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-suq li jaqgħu fil-kompetenza tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq; u
l-għadd ta’ operaturi ekonomiċi rilevanti attivi fis-suq li jaqgħu fil-kompetenza tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jkollhom id-dritt li jirkupraw mingħand l-operatur ekonomiku responsabbli l-kostijiet tal-ispezzjoni tad-dokumenti u tal-ittestjar fiżiku tal-prodotti f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
Artikolu 67
Rapportar u valutazzjoni komparattiva
Dak ir-rapport għandu jinkludi:
informazzjoni dwar in-natura u l-għadd ta’ kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq matul l-erba’ snin kalendarji preċedenti skont l-Artikolu 34(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2019/1020;
informazzjoni dwar il-livelli ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati u dwar in-natura u s-severità tal-penali imposti għall-erba’ snin kalendarji preċedenti fir-rigward ta’ prodotti koperti minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament;
tqabbil tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu mal-attivitajiet ippjanati fil-kuntest tat-taqsima dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq imfassla skont l-Artikolu 66(1);
parametri referenzjarji indikattivi għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-frekwenza tal-kontrolli u tan-natura u s-severità tal-penali imposti;
lista ta’ prijoritajiet għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f’termini ta’ prodotti u rekwiżiti.
Artikolu 68
Koordinazzjoni u appoġġ tas-sorveljanza tas-suq
Fil-kuntest tat-twettiq tal-kompiti tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-ADCO għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tat-taqsima dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq imfassla skont l-Artikolu 66(1) u għandu jidentifika:
prijoritajiet komuni għas-sorveljanza tas-suq kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 66(1), ibbażati fuq kriterji oġġettivi kif imsemmi fl-Artikolu 66(2);
prijoritajiet għall-appoġġ tal-Unjoni skont il-paragrafu 2;
rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 li jiġu applikati jew interpretati b’mod differenti u li għandhom ikunu prijoritajiet għall-organizzazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ komuni jew għall-adozzjoni ta’ linji gwida skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Abbażi tal-prijoritajiet identifikati mill-ADCO, il-Kummissjoni għandha:
torganizza proġetti konġunti ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ ttestjar f’oqsma ta’ interess komuni;
torganizza investiment konġunt fil-kapaċitajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż it-tagħmir u l-għodod tal-IT;
torganizza programmi ta’ taħriġ komuni għall-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tan-notifika u l-korpi nnotifikati, inkluż programmi dwar l-interpretazzjoni korretta u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 u dwar il-metodi u t-tekniki rilevanti għall-applikazzjoni jew għall-verifika tal-konformità ma’ tali rekwiżiti;
tfassal linji gwida għall-applikazzjoni u l-infurzar tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż prattiki u metodoloġiji komuni għal sorveljanza effettiva tas-suq.
meta xieraq, tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati u mal-esperti.
L-Unjoni għandha, meta xieraq, tiffinanzja l-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c).
KAPITOLU XII
PROĊEDURI TA’ SALVAGWARDJA
Artikolu 69
Proċedura fir-rigward ta’ prodotti li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali
Meta, tul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew fl-att delegat applikabbli adottati skont l-Artikolu 4, dawn għandhom, mingħajr dewmien, jitolbu lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata, f’perjodu raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u proporzjonat man-natura u, meta rilevanti, il-grad tan-nuqqas ta’ konformità, biex jintemm in-nuqqas ta’ konformità. Dik l-azzjoni korrettiva tista’ tinkludi fost l-oħrajn l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw b’dan lill-korp innotifikat rilevanti.
Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, b’dawk il-miżuri.
L-informazzjoni li għandha tingħata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw ukoll jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex minħabba:
in-nuqqas tal-prodott li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat rilevanti adottat skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament; jew
nuqqasijiet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fl-Artikoli 41 u 42 ta’ dan ir-Regolament li jagħtu preżunzjoni ta’ konformità.
Artikolu 70
Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni
Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.
Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).
Artikolu 71
Nuqqas ta’ konformità formali
Meta Stat Membru jagħmel waħda minn dawn is-sejbiet, dan għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nuqqas ta’ konformità kkonċernat:
il-markatura CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament;
il-markatura CE ma tkunx twaħħlet;
in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 46 jew ma jkunx twaħħal fejn meħtieġ;
id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret;
id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret kif suppost;
id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli, ma tkunx kompleta jew ikun fiha żbalji;
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(6) jew l-Artikolu 29;(3) tkun nieqsa, falza jew inkompleta;
kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 27 jew fl-Artikolu 29 jew fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4, ma jiġix issodisfat.
KAPITOLU XIII
SETGĦAT DELEGATI U PROĊEDURA TAL-KUMITAT
Artikolu 72
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 73
Proċedura ta’ kumitat
KAPITOLU XIV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 74
Penali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali stabbiliti skont dan l-Artikolu jqisu kif xieraq dan li ġej, kif applikabbli:
in-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
meta xieraq, il-karattru intenzjonat jew negliġenti tal-ksur;
il-kapaċità finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli;
il-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur għall-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
il-ħsara ambjentali kkawżata mill-ksur;
kwalunkwe azzjoni meħuda mill-persuna fiżika jew ġuridika li tinżamm responsabbli biex timmitiga jew tirrimedja l-ħsara kkawżata;
in-natura ripetittiva jew unika tal-ksur;
kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.
L-Istati Membri għandhom mill-anqas ikunu jistgħu jimponu l-penali li ġejjin f’każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament:
multi;
esklużjoni limitata fi-żmien mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku.
Artikolu 75
Monitoraġġ u evalwazzjoni
Artikolu 76
Rimedju għall-konsumatur
F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ prodott mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, l-operaturi ekonomiċi li ġejjin għandhom ikunu responsabbli għad-dannu mġarrab mill-konsumatur:
il-manifattur; jew,
f’każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tiegħu stess, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur; jew,
f’każ li l-importatur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni jew ma jkun hemm l-ebda rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, il-fornitur tas-servizzi ta’ ġestjoni.
Ir-responsabbiltà ta’ dawk l-operaturi ekonomiċi għad-dannu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ rimedji oħra disponibbli għall-konsumaturi skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.
Artikolu 77
Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828
Il-punt 27 tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2020/1828 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Ir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj)”.
Artikolu 78
Emenda għar-Regolament (UE) 2023/1542
Fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2023/1542, jiżdied il-paragrafu li ġej:
Artikolu 79
Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Id-Direttiva 2009/125/KE hija mħassra b’effett mit-18 ta’ Lulju 2024, bl-eċċezzjoni:
tal-Artikoli 1 u 2, l-Artikolu 8(2), l-Artikoli 11, 14, 15, 18 u 19 u l-Annessi I, II, IV, V u VII tad-Direttiva 2009/125/KE fil-verżjoni applikabbli fis-17 ta’ Lulju 2024, li, minflok l-Artikoli 1, 2, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 19 u 20 ta’ u l-Annessi I, II, III u IV ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw:
sal-31 ta’ Diċembru 2026, fir-rigward talpannelli fotovoltajċi, tal-ħiters tal-post u dawk ikkombinati, tal-ħiters tal-ilma, tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwil solidu, tal-kundizzjonaturi tal-arja inklużi l-pompi tas-sħana arja-arja u l-fannijiet għall-użu personali, tal-bojlers tal-fjuwil solidu, tal-prodotti tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-arja, tal-unitajiet tal-ventilazzjoni, tal-vacuum cleaners, tal-apparati tat-tisjir, tal-pompi tal-ilma, tal-fannijiet industrijali, taċ-ċirkolaturi, tal-provvisti tal-elettriku esterni, tal-kompjuters, tas-servers u tal-prodotti tal-ħżin tad-data, tat-transformers tal-enerġija, tat-tagħmir professjonali għar-refriġerazzjoni u tat-tagħmir għall-immaġnijiet;
sal-31 ta’ Diċembru 2030, fir-rigward ta’ prodotti regolati minn miżuri ta’ implimentazzjoni li huma adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/125/KE, madankollu biss sa fejn ikunu meħtieġa emendi biex jiġu indirizzati kwistjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni.
L-Artikolu 1(3), l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), l-Artikoli 4, 5 u 8, l-Artikolu 9(3), l-Artikoli 10, 14 u 20 ta’ u l-Annessi IV, V u VI tad-Direttiva 2009/125/KE fil-verżjoni applikabbli fis-17 ta’ Lulju 2024, li, minflok l-Artikoli 1, 27, 29 u 2, l-Artikolu 41(4), l-Artikolu 43(2), l-Artikoli 44, 45 u 46 u l-Artikolu 74 ta’ u l-Annessi IV u V ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward ta’ prodotti regolati minn miżuri ta’ implimentazzjoni li huma adottati skont l-Artikolu 15 ta’ dik id-Direttiva sakemm tali miżuri jitħassru jew jiġu ddikjarati obsoleti.
Il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu għandu japplika ladarba l-Kummissjoni tkun adottat miżuri ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/125/KE għall-prodotti msemmija fil-punt (a)(i) u (ii).
Artikolu 80
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Parametri tal-prodott
Il-parametri li ġejjin għandhom, kif xieraq, u meta meħtieġ, jiġu ssupplimentati minn oħrajn, jintużaw, b’mod individwali jew flimkien, bħala bażi għat-titjib tal-aspetti tal-prodott:
id-durabbiltà u l-affidabbiltà tal-prodott jew tal-komponenti tiegħu kif espressi permezz tal-ħajja garantita tal-prodott, il-ħajja teknika, iż-żmien medju bejn il-ħsarat, l-indikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-użu reali dwar il-prodott, ir-reżistenza għall-istress jew il-mekkaniżmi ta’ tqaddim;
il-faċilità tat-tiswija u l-manutenzjoni, kif espressa permezz tal-karatteristiċi, id-disponibbiltà, il-ħin tal-konsenja u l-affordabbiltà tal-partijiet ta’ rikambju, il-modularità, il-kompatibbiltà mal-għodod u mal-partijiet ta’ rikambju disponibbli b’mod komuni, id-disponibbiltà tal-istruzzjonijiet dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, in-numru ta’ materjali u komponenti użati, l-użu ta’ komponenti standard, l-użu ta’ standards ta’ kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali għall-identifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali, in-numru u l-kumplessità tal-proċessi u jekk għodod speċjalizzati humiex meħtieġa, il-faċilità ta’ żarmar u armar mill-ġdid mhux distruttiv, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar il-prodott, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għal hardware u software meħtieġa jew l-użu tagħhom;
il-faċilità tal-aġġornament, tal-użu mill-ġdid, tal-manifattura mill-ġdid u tar-rinnovazzjoni kif espressa permezz tan-numru ta’ materjali u komponenti użati, l-użu ta’ komponenti standard, l-użu ta’ standards ta’ kodifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali għall-identifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali, in-numru u l-kumplessità tal-proċessi u tal-għodod meħtieġa, il-faċilità taż-żarmar u tal-assemblaġġ mill-ġdid mhux distruttiv, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar il-prodott, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-hardware u s-software meħtieġa u l-użu tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-protokolli tat-test jew tagħmir tal-ittestjar mhux disponibbli b’mod komuni, id-disponibbiltà ta’ garanziji speċifiċi għal prodotti manifatturati mill-ġdid jew rinnovati, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għal teknoloġiji protetti bid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew l-użu tagħhom, il-modularità;
id-disinn għar-riċiklaġġ, il-faċilità u l-kwalità tar-riċiklaġġ kif espressi permezz tal-użu ta’ materjali faċilment riċiklabbli, l-aċċess sikur, faċli u mhux distruttiv għal komponenti u materjali riċiklabbli jew komponenti u materjali li fihom sustanzi perikolużi u l-kompożizzjoni tal-materjal u omoġeneità, il-possibbiltà ta’ separazzjoni b’purità għolja, in-numru ta’ materjali u komponenti użati, l-użu ta’ komponenti standard, l-użu ta’ standards ta’ kodifikazzjoni tal-komponenti u l-materjali għall-identifikazzjoni tal-komponenti u tal-materjali, in-numru u l-kumplessità tal-proċessi u l-għodod meħtieġa, il-faċilità ta’ żarmar u armar mill-ġdid mhux distruttiv, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar il-prodott, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-hardware u s-software meħtieġa jew l-użu tagħhom;
l-evitar ta’ soluzzjonijiet tekniċi li huma ta’ detriment għall-użu mill-ġdid, it-titjib, it-tiswija, il-manutenzjoni, ir-rinnovazzjoni, il-manifattura mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ prodotti u komponenti;
l-użu ta’ sustanzi, u b’mod partikolari l-użu ta’ sustanza ta’ tħassib, waħedhom, bħala kostitwenti ta’ sustanzi jew f’taħlitiet, tul il-proċess tal-produzzjoni ta’ prodotti, jew li jwassal għall-preżenza tagħhom fi prodotti, inkluż ladarba dawk il-prodotti jsiru skart u l-impatti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;
l-użu jew il-konsum tal-enerġija, tal-ilma u ta’ riżorsi oħra fi stadju wieħed jew aktar taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, inkluż l-effett ta’ fatturi fiżiċi jew aġġornamenti tas-software u tal-firmware fuq l-effiċjenza tal-prodott u inkluż l-impatt fuq id-deforestazzjoni;
l-użu jew il-kontenut ta’ materjali riċiklati u l-irkupru ta’ materjali, inkluż materja prima kritika;
l-użu jew il-kontenut ta’ materjali rinnovabbli sostenibbli;
il-piż u l-volum tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu, u l-proporzjon bejn il-prodott u l-imballaġġ;
l-inkorporazzjoni ta’ komponenti użati;
il-kwantità, il-karatteristiċi u d-disponibbiltà tal-oġġetti tal-konsum meħtieġa għall-użu u l-manutenzjoni tajba kif espressi, fost l-oħrajn, permezz tar-rendiment, il-ħajja teknika, il-kapaċità ta’ użu mill-ġdid, tiswija u manifattura mill-ġdid, l-effiċjenza fir-riżorsi tal-massa u l-interoperabbiltà;
l-impronta ambjentali tal-prodott, espressa bħala kwantifikazzjoni, f’konformità mal-att delegat applikabbli, tal-impatti ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, kemm jekk b’rabta ma’ kategorija tal-impatt ambjentali waħda jew aktar jew ma’ sett aggregat ta’ kategoriji tal-impatt;
l-impronta tal-karbonju tal-prodott;
l-impronta tal-materjali tal-prodott;
ir-rilaxx tal-mikroplastik u tan-nanoplastik kif espress permezz tar-rilaxx matul l-istadji rilevanti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, inkluż matul il-manifattura, it-trasport, l-użu, u l-istadji ta’ tmiem il-ħajja;
l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija rilaxxati fi stadju wieħed jew aktar taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott kif espressi permezz tal-kwantitajiet u n-natura tal-emissjonijiet, inkluż il-ħoss;
l-ammonti ta’ skart iġġenerat, inkluż l-iskart mill-plastik u l-iskart mill-imballaġġ u l-faċilità tal-użu mill-ġdid tagħhom, u l-ammonti ta’ skart perikoluż iġġenerat;
il-prestazzjoni funzjonali u l-kundizzjonijiet għall-użu inkluż kif espress permezz tal-abbiltà li jitwettaq l-użu maħsub tagħhom, il-prekawzjonijiet tal-użu, il-ħiliet meħtieġa u l-kompatibbiltà ma’ prodotti jew sistemi oħra;
disinn ħafif kif espress permezz tat-tnaqqis fil-konsum tal-materjal, l-ottimizzazzjoni tat-tagħbija u tal-istress tal-istrutturi, l-integrazzjoni tal-funzjonijiet fil-materjal jew f’komponent wieħed tal-prodott, l-użu ta’ materjali b’densità aktar baxxa jew b’saħħa għolja u materjali ibridi, fir-rigward tal-iffrankar tal-materjali, ir-riċiklaġġ u aspetti oħra taċ-ċirkolarità, u t-tnaqqis tal-iskart.
ANNESS II
Proċedura għad-definizzjoni tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni
Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni speċifiċi għall-prodotti jew orizzontali għandhom jiġu stabbiliti kif ġej:
analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tagħżel numru ta’ mudelli rappreżentattivi tal-prodott jew tal-prodotti inkwistjoni fis-suq u tidentifika l-għażliet tekniċi għat-titjib tal-prestazzjoni tal-prodott fir-rigward tal-parametri tal-prodott imsemmija fl-Anness I,filwaqt li titqies il-vijabbiltà ekonomika tal-għażliet u jkunu evitati żieda sinifikanti f’impatti ambjentali oħra taċ-ċiklu tal-ħajja, u telf sinifikanti ta’ prestazzjoni jew siwi għall-konsumaturi.
L-analiżi msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tidentifika wkoll, għall-parametru li qed jiġi kkunsidrat, il-prodotti li jagħtu l-aħjar prestazzjoni u t-teknoloġiji disponibbli fis-suq, kif ukoll titjib fit-teknoloġija emerġenti.
Il-prestazzjoni tal-prodotti disponibbli fis-swieq internazzjonali u l-parametri referenzjarji stabbiliti fil-liġijiet ta’ pajjiżi oħra għandhom jitqiesu matul l-analiżi msemmija fl-ewwel paragrafu kif ukoll meta jkunu qed jiġu stabbiliti r-rekwiżiti.
Abbażi tal-analiżi msemmija fl-ewwel paragrafu, u filwaqt li titqies il-fattibbiltà ekonomika u teknika, inkluż id-disponibbiltà ta’ riżorsi u teknoloġiji ewlenin, u l-potenzjal ta’ titjib, għandhom jiġu definiti livelli jew rekwiżiti mhux kwantitattivi.
Kull limitu ta’ konċentrazzjoni għas-sustanzi kif imsemmi fl-Anness I, il-punt (f) għandu jkun ibbażat fuq analiżi bir-reqqa tas-sostenibbiltà tas-sustanzi u l-alternattivi identifikati tagħhom, u ma għandux ikollu effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. Kull rekwiżit tal-prestazzjoni rigward sustanzi kif imsemmi fl-Anness I, il-punt (f), għandu jqis il-valutazzjonijiet eżistenti tas-sikurezza kimika mwettqa mill-korpi rilevanti tal-Unjoni għas-sustanzi kkonċernati, kif ukoll sikuri u sostenibbli permezz tal-kriterji tad-disinn għas-sustanzi kimiċi u għall-materjali żviluppati mill-Kummissjoni. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni proposti għandhom jikkunsidraw ukoll aspetti ta’ infurzabbiltà, bħal limiti ta’ detezzjoni analitika.
Meta rilevanti, l-analiżi msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tqis l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima fuq il-prodott matul il-ħajja prospettiva tiegħu, u l-potenzjal tal-prodott li jtejjeb ir-reżiljenza għall-klima tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu.
Għandha issir analiżi tas-sensittività li tkopri l-fatturi rilevanti, bħall-prezz tal-enerġija jew riżorsi oħra, il-kost tal-materja prima u t-teknoloġiji meħtieġa, il-kostijiet tal-produzzjoni, ir-rati ta’ skont, u, meta xieraq, il-kostijiet ambjentali esterni, inkluż l-emissjonijiet evitati tal-gassijiet serra.
Għall-iżvilupp tal-analiżijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għandha titqies l-informazzjoni rilevanti disponibbli fil-qafas ta’ attivitajiet oħrajn tal-Unjoni, inklużi fost l-oħrajn pjanijiet direzzjonali settorjali eżistenti kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2021/1119, u għandha tinkludi informazzjoni teknika użata bħala bażi għar-Regolament (KE) Nru 66/2010, id-Direttiva 2010/75/UE, kriterji tekniċi ta’ skrinjar adottati skont ir-Regolament (UE) 2020/852 u l-kriterji tal-UE għall-akkwist pubbliku ekoloġiku, jew derivata minnhom.
Dan għandu japplika wkoll għall-informazzjoni disponibbli minn programmi eżistenti applikati f’partijiet oħrajn tad-dinja biex jiġi stabbilit ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-prodotti nnegozjati mas-sħab ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS III
Passaport diġitali tal-prodotti
(imsemmi fl-Artikoli 9 sa 12)
Ir-rekwiżiti relatati mal-passaport diġitali tal-prodotti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jispeċifikaw liema data għandha jew tista’ tiġi inkluża fil-passaport diġitali tal-prodotti minn fost l-elementi li ġejjin:
l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 7(2), il-punt (b), u l-Artikolu 7(5) jew minn liġi oħra tal-Unjoni applikabbli għall-grupp ta’ prodotti rilevanti;
l-identifikatur uniku tal-prodott fil-livell indikat fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4;
in-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Kummerċ Globali kif previst fl-istandard ISO/IEC 15459-6 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni/il-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali jew ekwivalenti ta’ prodotti jew il-partijiet tagħhom;
il-kodiċijiet rilevanti tal-komoditajiet, bħall-kodiċi TARIC kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87;
id-dokumentazzjoni tal-konformità u l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament jew liġi oħra tal-Unjoni applikabbli għall-prodott, bħad-dikjarazzjoni ta’ konformità, id-dokumentazzjoni teknika jew iċ-ċertifikati tal-konformità;
il-manwali tal-utent, l-istruzzjonijiet, it-twissijiet jew l-informazzjoni dwar is-sikurezza, kif meħtieġ minn liġijiet oħra tal-Unjoni applikabbli għall-prodott;
l-informazzjoni relatata mal-manifattur, bħall-identifikatur uniku tal-operatur tiegħu u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(7);
l-identifikaturi uniċi tal-operatur minbarra dawk tal-manifattur;
l-identifikaturi uniċi tal-faċilità;
l-informazzjoni relatata mal-importatur, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(3) u n-numru tar-Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) tiegħu;
l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u l-identifikatur tal-operatur uniku tal-operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1020, jew fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2023/988, jew kompiti simili skont liġijiet oħra tal-Unjoni applikabbli għall-prodott.
ir-referenza tal-fornitur ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti li jospita l-kopja ta’ riżerva tal-passaport diġitali tal-prodotti.
Il-mezz tad-data, l-identifikatur uniku tal-prodott imsemmi fil-punt (b), l-identifikaturi uniċi tal-operaturi msemmija fil-punti (g), (h) u (k), u l-identifikaturi uniċi tal-faċilità msemmija fil-punt (i) għandhom, meta rilevanti għall-prodotti kkonċernati, jikkonformaw mal-istandards ISO/IEC 15459-1:2014, ISO/IEC 15459-2:2015, ISO/IEC 15459-3:2014, ISO/IEC 15459-4:2014, ISO/IEC 15459-5:2014 and ISO/IEC 15459-6:2014.
L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jidentifikaw l-informazzjoni rilevanti għar-rekwiżiti tal-ekodisinn li l-manifatturi jistgħu jinkludu fil-passaport diġitali tal-prodotti flimkien mal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 9(2), il-punt (a), inkluż informazzjoni dwar tikketti volontarji speċifiċi applikabbli għall-prodott. Dan għandu jinkludi jekk tkunx ingħatat Ekotikketta tal-UE lill-prodott f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 66/2010.
ANNESS IV
Kontroll intern tal-produzzjoni
(Modulu A)
|
1. |
Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jassigura, u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4. |
|
2. |
Dokumentazzjoni teknika Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri sakemm ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-prodott. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kull meta applikabbli, mill-anqas l-elementi li ġejjin:
—
deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-użu maħsub tiegħu,
—
disinn kunċettwali u disinji tal-manifattura u skemi tal-komponenti, tas-subassemblaġġ, taċ-ċirkwiti, eċċ.
—
deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi msemmija u t-tħaddim tal-prodott,
—
lista tal-istandards armonizzati, speċifikazzjonijiet komuni jew speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħrajn li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, applikati kompletament jew parzjalment, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti meta dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li ġew applikati,
—
ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li saru, l-eżamijiet li twettqu, eċċ.,
—
ir-riżultati tal-kejl imwettaq fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn, inklużi d-dettalji tal-konformità ta’ dan il-kejl meta mqabbla mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4,
—
rapporti tat-testijiet, u
—
kopja tal-informazzjoni pprovduta f’konformità mar-rekwiżit ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 7.
|
|
3. |
Manifattura Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jassiguraw il-konformità tal-prodott mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4. |
|
4. |
Il-markatura CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE Il-manifattur għandu jwaħħal il-markatura tal-konformità meħtieġa ma’ kull prodott individwali li jissodisfa r-rekwiżiti tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4. Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub għal kull mudell ta’ prodott f’konformità mal-Artikolu 44 u jżommha, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal għaxar snin minn meta l-prodott ikun imqiegħed fis-suq jew fis-servizz. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha tidentifika l-prodott li tkun tfasslet għalih. Jekk tintalab, għandha tkun magħmula disponibbli kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità lill-awtoritajiet rilevanti. |
|
5. |
Rappreżentant awtorizzat L-obbligi tal-manifatturi stabbiliti fil-punt 4 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tagħhom, f’isimhom u fir-responsabbiltà tagħhom, dment li l-obbligi jkunu speċifikati fil-mandat. |
ANNESS V
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
(imsemmija fl-Artikolu 44)
1. Nru … (identifikazzjoni unika tal-prodott):
2. L-isem u l-indirizz tal-manifattur u, meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur:
3. Din id-dikjarazzjoni ta’ konformità tinħareġ fir-responsabbiltà unika tal-manifattur:
4. L-għan tad-dikjarazzjoni (deskrizzjoni tal-prodott suffiċjenti għall-identifikazzjoni mhux ambigwa tiegħu u li tippermetti t-traċċabbiltà; meta meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-prodott, din tista’ tinkludi immaġni):
5. L-għan tad-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (4) huwa konformi ma’ dan ir-Regolament, mal-att delegat adottat skont l-Artikolu 4 u, meta applikabbli, ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni:
6. Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti jew għall-ispeċifikazzjonijiet komuni użati jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħrajn li fir-rigward tagħhom tiġi ddikjarata l-konformità:
7. Meta applikabbli, il-korp innotifikat … (isem, numru) wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) u ħareġ iċ-ċertifikat jew id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni … (numru):
8. Meta xieraq, ir-referenza għal liġijiet oħra tal-Unjoni li jipprevedu t-twaħħil tal-markatura CE li jiġu applikati:
9. L-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur:
10. Informazzjoni addizzjonali:
iffirmata għal u f’isem:
(il-post u d-data tal-ħruġ):
(l-isem, il-funzjoni) (firma)
ANNESS VI
Kriterji għall-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 21)
Il-lista mhux eżawrjenti li ġejja ta’ kriterji għandha tintuża biex jiġu vvalutati l-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21:
Grad ta’ ftuħ tal-parteċipazzjoni
Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jridu jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ kull operatur li jqiegħed fis-suq prodott kopert mill-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, inkluż SMEs u operaturi ta’ pajjiżi terzi, fil-fażijiet preparatorji u fil-fażijiet ta’ implimentazzjoni. L-operaturi ekonomiċi li jkollhom l-intenzjoni li jistabbilixxu miżura ta’ awtoregolamentazzjoni għandhom iħabbru lill-pubbliku l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu dan qabel ma jinbeda l-proċess tal-iżvilupp tal-miżura.
Sostenibbiltà u valur miżjud
Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jridu jwieġbu għall-objettivi tal-politika ta’ dan ir-Regolament u jridu jkunu konsistenti mad-dimensjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-iżvilupp sostenibbli. Il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni jrid ikollhom approċċ integrat għall-protezzjoni tal-ambjent, tal-interessi tal-konsumaturi, tas-saħħa, tal-kwalità tal-ħajja u tal-interessi ekonomiċi.
Rappreżentattività
L-industrija u l-assoċjazzjonijiet relatati tagħha li jieħdu sehem f’miżura ta’ awtoregolamentazzjoni jridu jirrappreżentaw maġġoranza kbira tas-settur ekonomiku rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 21(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b). Trid tingħata attenzjoni biex ikun żgurat ir-rispett għal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 101 TFUE fir-rigward ta’ ftehimiet antikompetittivi.
Objettivi kwantifikati u mqassma fi stadji
L-objettivi definiti mill-firmatarji fil-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni tagħhom iridu jiġu stabbiliti b’termini ċari, kwantifikabbli u mhux ambigwi, u jibdew minn linja bażi definita tajjeb. Jekk il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni tkun tkopri perjodu twil ta’ żmien, iridu jiġu inklużi miri temporanji. Irid ikun possibbli li jsir monitoraġġ tal-konformità mal-objettivi u mal-miri temporanji b’mod affordabbli u kredibbli permezz ta’ indikaturi ċari u affidabbli.
Involviment tas-soċjetà ċivili
Biex tkun żgurata t-trasparenza, iridu jiġu ppubblikati miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni, inkluż f’sit web pubbliku u aċċessibbli b’xejn online u b’mezzi elettroniċi oħra għat-tixrid tal-informazzjoni.
Il-partijiet ikkonċernati, inkluż l-Istati Membri, l-industrija, l-NGOs ambjentali u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, għandhom jiġu mistiedna jikkummentaw dwar miżura ta’ awtoregolamentazzjoni.
Monitoraġġ u rapportar
Spettur indipendenti jrid jintgħażel u jinħatar biex jimmonitorja l-konformità tal-firmatarji mal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni. Il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni trid tagħti s-setgħa lill-ispettur indipendenti biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tagħha. Il-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni trid ukoll tistabbilixxi l-proċedura biex jintgħażel l-ispettur indipendenti u r-regoli biex jiġi żgurat li l-ispettur ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess u jkollu l-ħiliet meħtieġa biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tagħha.
Kull sena, kull firmatarju jrid jirrapporta l-informazzjoni u d-data kollha meħtieġa biex l-ispettur indipendenti jivverifika b’mod affidabbli l-konformità tal-firmatarju mal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni.
L-ispettur indipendenti jrid ifassal rapport ta’ konformità fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar ta’ sena.
Meta firmatarju ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, dan irid jieħu azzjoni korrettiva. L-ispettur indipendenti jrid jinnotifika lill-firmatarji l-oħra li jkunu qed jipparteċipaw fil-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni dwar nuqqas ta’ konformità minn firmatarju u dwar l-azzjoni korrettiva li l-firmatarju jkun biħsiebu jieħu.
Ir-riżultati ta’ kwalunkwe attività ta’ sorveljanza tas-suq imwettqa minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq li matula jkun ġie identifikat nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni għandhom jitqiesu mill-ispettur indipendenti, b’mod partikolari fir-rapport ta’ konformità, u għandha tittieħed azzjoni korrettiva.
Kosteffettività tal-amministrazzjoni ta’ miżura ta’ awtoregolamentazzjoni
Il-kost tal-amministrazzjoni tal-miżura ta’ awtoregolamentazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-monitoraġġ, ma jridx iwassal għal piż amministrattiv sproporzjonat, meta mqabbel mal-objettivi tagħha u ma’ strumenti ta’ politika disponibbli oħrajn.
ANNESS VII
Prodotti għall-konsumatur li l-qerda tagħhom mill-operaturi ekonomiċi hija pprojbita
Il-kodiċijiet tal-komoditajiet u d-deskrizzjonijiet huma meħuda min-nomenklatura magħquda kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 u kif stipulat fl-Anness I tiegħu, fil-verżjoni fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2024.
|
Il-kodiċi tal-komodità |
Deskrizzjoni |
|
1. Ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ |
|
|
4203 |
|
|
61 |
Oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, innittjati jew maħdumin bil-ganċ |
|
62 |
Oġġetti tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, mhux innittjati u mhux maħdumin bil-ganċ |
|
6504 |
Kpiepel u xedd ir-ras ieħor, jew imsawrin permezz tal-immaljar ta’ strixxi, inkella billi l-istrixxi ta’ kwalunkwe materjal jingħaqdu flimkien, kemm jekk ikunu infurrati jew imberflin kif ukoll jekk ma jkunux |
|
6505 |
Kpiepel u xedd ir-ras ieħor, innittjati jew maħdumin bil-ganċ, jew magħmulin mill-bizzilla, mill-feltru jew minn drapp tessili ieħor, bil-biċċa (iżda mhux fi strixxi), kemm jekk infurrati jew imberflin; xbieki għax-xagħar ta’ kwalunkwe materjal, kemm infurrati jew imberflin kif ukoll jekk le |
|
2. Xedd is-saqajn |
|
|
6401 |
Xedd is-saqajn li minnu ma jgħaddix ilma, bil-pett ta’ barra u l-wiċċ tal-lastiku jew tal-plastik, li l-wiċċ tiegħu la jkun imwaħħal mal-pett u lanqas assemblat bit-tpannit, imsiemer irbattuti (rivets), imsiemer, viti, tappijiet jew proċessi simili |
|
6402 |
Xedd is-saqajn ieħor bil-pett ta’ barra u l-wiċċ tal-lastiku jew tal-plastik |
|
6403 |
Xedd is-saqajn bil-pett ta’ barra tal-lastiku, tal-plastik, tal-ġilda jew tal-ġilda rikostitwita u bil-wiċċ tal-ġild |
|
6404 |
Xedd is-saqajn bil-pett ta’ barra tal-lastiku, tal-plastik, tal-ġilda jew tal-ġilda rikostitwita u bil-wiċċ magħmul minn materjali tessi |
|
6405 |
Xedd is-saqajn ieħor |
ANNESS VIII
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Id-Direttiva 2009/125/KE |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3 |
— |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 5 |
Artikoli 44, 45 u 46 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 7 |
Artikoli 69, 70 u 71 |
|
Artikolu 8 |
Artikoli 27 u 43 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 41 |
|
Artikolu 10 |
— |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 38 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 68 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 15 |
Artikoli 4 u 5 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 19 |
|
— |
Artikolu 24 |
|
— |
Artikolu 28 |
|
— |
Artikoli 30 sa 40 |
|
— |
Artikolu 42 |
|
— |
Artikoli 47 sa 67 |
|
— |
Artikolu 72 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 73 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 74 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 75 |
|
Artikolu 22 |
— |
|
Artikolu 23 |
— |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 79 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 80 |
|
Artikolu 26 |
— |
|
Anness I |
Artikoli 5, 7, Anness I |
|
Anness II |
Anness II |
|
— |
Anness III |
|
Anness III |
— |
|
Anness IV |
Anness IV |
|
Anness V |
— |
|
Anness VI |
Anness V |
|
Anness VII |
Artikolu 8 - |
|
Anness VIII |
Anness VI |
|
Anness IX |
— |
|
Anness X |
Anness VIII |
( ) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-Intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
( ) Ir-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar qafas għall-moviment liberu ta’ data mhux personali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 59).
( ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
( ) Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 1).
( ) Ir-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE (ĠU L 135, 23.5.2023, p. 1).
( *1 ) Ir-Regolament (UE) 204/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj).”