This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02023R1618-20240919
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/1618 of 8 August 2023 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of tungsten carbide, fused tungsten carbide and tungsten carbide simply mixed with metallic powder originating in the People’s Republic of China following an expiry review pursuant to Article 11(2) of Regulation (EU) 2016/1036 of the European Parliament and of the Council
Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1618 tat-8 ta’ Awwissu 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu, tal-karbur tat-tungstenu mdewweb u tal-karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1618 tat-8 ta’ Awwissu 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu, tal-karbur tat-tungstenu mdewweb u tal-karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1618/2024-09-19
02023R1618 — MT — 19.09.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1618 tat-8 ta’ Awwissu 2023 (ĠU L 199 9.8.2023, p. 48) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2461 tas-17 ta’ Settembru 2024 |
L 2461 |
1 |
18.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1618
tat-8 ta’ Awwissu 2023
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tat-tungstenu, tal-karbur tat-tungstenu mdewweb u tal-karbur tat-tungstenu mħallat sempliċiment ma’ trab metalliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Artikolu 1
L-istruttura TARIC għall-karburi tat-tungstenu mhux agglomerati mħalltin flimkien jew ma’ leganti metalliċi hija sostitwita b’dan li ġej:
|
- - Karburi tat-tungstenu |
3824300010 |
- - - Fil-forma ta’ partiċelli irregolari u mhux bi fluwidità libera, imħalltin sempliċiment ma’ trab metalliku |
3824300020 |
- - - Trab lest għall-ippressar, fil-forma ta’ partiċelli sferiċi jew granulari, omoġenji u bi fluwidità libera, imħallat sempliċiment ma’ trab metalliku u/jew karburi oħrajn, u ma’ legant organiku |
3824300030 |
- - - Oħrajn, fil-forma ta’ partiċelli sferiċi jew granulari, omoġenji u bi fluwidità libera, imħalltin sempliċiment ma’ trab metalliku u/jew karburi oħrajn |
3824300040 |
- - - Oħrajn, imħalltin sempliċiment ma’ trab metalliku u/jew karburi oħrajn |
3824300090 |
- - Oħrajn |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.