This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02023R1542-20240718
Regulation (EU) 2023/1542 of the European Parliament and of the Council of 12 July 2023 concerning batteries and waste batteries, amending Directive 2008/98/EC and Regulation (EU) 2019/1020 and repealing Directive 2006/66/EC (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
02023R1542 — MT — 18.07.2024 — 001.003
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2023/1542 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (ĠU L 191 28.7.2023, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2024/1781 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Ġunju 2024 |
L 1781 |
1 |
28.6.2024 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2023/1542 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Lulju 2023
dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Għall-finijiet tal-Kapitolu II, meta l-batteriji mqiegħda fis-suq jistgħu jitqiesu li jaqgħu taħt aktar minn kategorija waħda, għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-kategorija li għaliha japplikaw l-aktar rekwiżiti stretti.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal batteriji li huma inkorporati fi jew li huma iddisinjati speċifikament biex ikunu inkorporati:
f’tagħmir konness mal-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali, l-armi, il-munizzjon u l-materjal tal-gwerra tal-Istati Membri, bl-esklużjoni ta’ prodotti li mhumiex maħsuba għal skopijiet speċifikament militari; u
f’tagħmir iddisinjat biex jintbagħat fl-ispazju.
Artikolu 2
Objettivi
L-objettivi ta’ dan ir-Regolament huma li jikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern, filwaqt li jipprevjeni u jnaqqas l-impatti negattivi tal-batteriji fuq l-ambjent, u li jipproteġi l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem billi jipprevjeni u jnaqqas l-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-ġestjoni tal-iskart ta’ batteriji.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“batterija” tfisser kwalunkwe apparat li jwassal enerġija elettrika ġġenerata permezz ta’ konverżjoni diretta ta’ enerġija kimika, li għandu ħżin intern jew estern, u li jikkonsisti f’ċellula tal-batteriji waħda jew aktar mhux rikarikabbli jew rikarikabbli, moduli jew f’pakketti tagħhom, u tinkludi batterija li kienet soġġetta għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, l-adattament għal skop differenti, jew il-manifattura mill-ġdid;
“pakkett tal-batteriji” tfisser kwalunkwe sett ta’ batteriji jew moduli li huma konnessi flimkien jew magħluqin f’kisi estern biex jiffurmaw unità sħiħa li mhijiex maħsuba biex tinqasam jew tinfetaħ mill-utent aħħari;
“modulu tal-batteriji” tfisser kwalunkwe sett ta’ ċelluli tal-batteriji li huma konnessi flimkien jew magħluqa f’kisi estern biex iċ-ċelluli jkunu protetti kontra l-impatt estern, u li huwa maħsub biex jintuża waħdu jew flimkien ma’ moduli oħra;
“ċellula tal-batterija” tfisser l-unità funzjonali bażika f’batterija magħmula minn elettrodi, elettrolit, kontenitur, terminals u, jekk applikabbli, separaturi, u li fihom il-materjali attivi li r-reazzjoni tagħhom tiġġenera enerġija elettrika;
“materjal attiv” tfisser materjal li jirreaġixxi b’mod kimiku biex jipproduċi enerġija elettrika meta ċ-ċellula tal-batterija tiskarika jew biex jaħżen l-enerġija elettrika meta l-batterija tkun qed tiġi ċċarġjata;
“batterija mhux rikarikabbli” tfisser batterija li mhijiex iddisinjata biex tiġi ċċarġjata mill-ġdid b’mod elettriku;
“batterija rikarikabbli” tfisser batterija li hija ddisinjata biex tiġi ċċarġjata mill-ġdid b’mod elettriku;
“batterija bi ħżin estern” tfisser batterija li hija ddisinjata speċifikament biex ikollha enerġija tagħha maħżuna esklużivament f’apparat estern wieħed jew aktar imwaħħal;
“batterija portabbli” tfisser batterija li hija ssiġillata, tiżen 5 kg jew inqas, li mhijiex iddisinjata speċifikament għal użu industrijali u la hija batterija ta’ vettura elettrika, batterija LMT, u lanqas batterija SLI;
“batterija portabbli ta’ użu ġenerali” tfisser batterija portabbli, kemm jekk rikarikabbli kif ukoll jekk le, li hija ddisinjata speċifikament biex tkun interoperabbli u li għandha wieħed mill-formati komuni li ġejjin ta’ 4,5 Volts (3R12), ċellula buttuna, D, C, AA, AAA, AAAA, A23, 9 Volts (PP3);
“batterija ta’ mezzi tat-trasport ħfief” jew “batterija LMT” tfisser batterija li hija ssiġillata, tiżen 25 kg jew inqas u li hija ddisinjata speċifikament biex tipprovdi potenza elettrika għat-trazzjoni ta’ vetturi bir-roti li tista’ titħaddem b’mutur elettriku waħdu jew b’kombinazzjoni ta’ qawwa motorizzata u saħħa fiżika tal-bniedem, inkluż vetturi tat-tip approvat tal-kategorija L fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), li mhijiex batterija ta’ vettura elettrika;
“batterija għall-istartjar, it-tidwil u t-tqabbid” jew “batterija SLI” tfisser batterija li hija ddisinjata speċifikament biex tipprovdi enerġija elettrika għall-istartjar, it-tidwil, jew it-tqabbid u li tista’ tintuża wkoll għal finijiet awżiljarji jew ta’ riżerva f’vetturi, mezzi oħra tat-trasport jew makkinarju;
“batterija industrijali” tfisser batterija li hija ddisinjata speċifikament għal użi industrijali, maħsuba għal użi industrijali wara li tkun ġiet soġġetta għal preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew l-adattament għal skop differenti, jew kwalunkwe batterija oħra li tiżen aktar minn 5 kg u li mhijiex la batterija ta’ vettura elettrika, la batterija LMT, u lanqas batterija SLI;
“batterija ta’ vetturi elettriċi” tfisser batterija li hija ddisinjata speċifikament biex tipprovdi potenza elettrika għat-trazzjoni f’vetturi ibridi jew elettriċi tal-kategorija L kif previst fir-Regolament (UE) Nru 168/2013, li tiżen aktar minn 25 kg, jew batterija li hija ddisinjata speċifikament biex tipprovdi potenza elettrika għat-trazzjoni f’vetturi ibridi jew elettriċi tal-kategoriji M, N jew O kif previst fir-Regolament (UE) 2018/858;
“sistema għall-ħżin tal-enerġija f’batteriji stazzjonarji” tfisser batterija industrijali bi ħżin intern li huwa ddisinjat speċifikament biex jaħżen minn u jwassal l-enerġija elettrika lill-grilja jew biex jaħżen għal u jwassal l-enerġija elettrika lill-utenti finali, irrispettivament minn fejn tintuża l-batterija u minn min;
“tqegħid fis-suq” tfisser li batterija titqiegħed għall-ewwel darba għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni;
“tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ batterija għad-distribuzzjoni jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas;
“tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu, għall-għan maħsub, ta’ batterija fl-Unjoni, mingħajr ma tkun tqegħdet qabel fis-suq;
“mudell ta’ batterija” tfisser verżjoni ta’ batterija li l-unitajiet kollha tagħha jaqsmu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament dwar is-sostenibbiltà, is-sikurezza, it-tikkettar, l-immarkar u informazzjoni, u l-istess identifikatur tal-mudell;
“batterija li tippreżenta riskju” tfisser batterija li għandha l-potenzjal li tħalli effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew is-sikurezza tal-persuni, fuq il-proprjetà jew l-ambjent sa punt li jmur lil hinn minn dak li huwa meqjus bħala raġonevoli u aċċettabbli fir-rigward tal-iskop maħsub tal-batterija jew skont il-kondizzjonijiet normali jew prevedibbli b’mod raġonevoli tal-użu tal-batterija kkonċernata, inkluż id-durata tal-użu u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti tat-tqegħid fis-servizz, tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni tagħha;
“impronta tal-karbonju” tfisser is-somma tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u t-tneħħija tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’sistema ta’ prodotti, espressa bħala ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju u bbażata fuq studju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (Product Environmental Footprint, PEF) bl-użu tal-kategorija tal-impatt unika tat-tibdil fil-klima;
“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur jew il-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni jew kwalunkwe persuna oħra fiżika jew ġuridika li hija soġġetta għall-obbligi b’rabta mal-manifattura tal-batteriji, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, l-adattament għal skop differenti, jew il-manifattura mill-ġdid tal-batteriji, it-tqegħid tagħhom għad-dispożizzjoni jew it-tqegħid tagħhom fis-suq, inkluż it-tqegħid fis-suq online, jew it-tqegħid ta’ batteriji fis-servizz f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
“operatur indipendenti” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun indipendenti mill-manifattur u mill-produttur u li tkun direttament jew indirettament involuta fit-tiswija, fil-manutenzjoni jew fl-adattament tal-batteriji għal skop differenti, inkluż l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, is-sewwejja, il-manifatturi jew id-distributuri ta’ tagħmir għat-tiswija, għodod jew spare parts, kif ukoll il-pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, l-operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ttestjar, l-operaturi li joffru taħriġ għall-installaturi, il-manifatturi u s-sewwejja ta’ tagħmir għal vetturi li jużaw fjuwils alternattivi;
“kodiċi QR” ifisser kodiċi matriċi li jinqara mill-magni li jgħaqqad ma’ informazzjoni kif mitlub minn dan ir-Regolament;
“sistema ta’ ġestjoni tal-batterija” tfisser apparat elettroniku li jikkontrolla jew jimmaniġġa l-funzjonijiet elettriċi u termali ta’ batterija biex jiżgura s-sikurezza, il-prestazzjoni u l-ħajja operattiva tal-batterija, li jimmaniġġa u jaħżen id-data dwar għall-parametri għad-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa u tul tal-ħajja mistenni ta’ batterija stabbiliti fl-Anness VII u jikkomunika mal-vettura, mal-mezz tat-trasport ħafif jew mal-apparat fejn tkun inkorporata l-batterija, jew ma’ infrastruttura tal-iċċarġjar pubblika jew privata;
“apparat” tfisser kwalunkwe tagħmir elettriku jew elettroniku, kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2012/19/UE, li huwa mħaddem kompletament jew parzjalment minn batterija jew li kapaċi jkun imħaddem hekk;
“stat ta’ ċarġ” tfisser l-enerġija disponibbli f’batterija espressa bħala perċentwali tal-kapaċità attribwita tagħha kif iddikjarat mill-manifattur;
“stat tas-saħħa” tfisser kejl tal-kondizzjoni ġenerali ta’ batterija rikarikabbli u l-kapaċità tagħha li twassal il-prestazzjoni speċifikata meta mqabbla mal-kondizzjoni inizjali tagħha;
“preparazzjoni għal użu mill-ġdid” tfisser preparazzjoni għal użu mill-ġdid kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (16), tad-Direttiva 2008/98/KE;
“preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti” tfisser kwalunkwe operazzjoni li biha skart ta’ batterija jew partijiet minnha jiġu mħejjija biex ikunu jistgħu jintużaw għal skop jew applikazzjoni differenti minn dawk li l-batterija kienet oriġinarjament iddisinjata għalihom;
“adattament għal skop differenti” tfisser kwalunkwe operazzjoni li tirriżulta f’batterija, li mhix skart ta’ batterija, jew partijiet minnha li tintuża jew jintużaw għal skop jew applikazzjoni differenti minn dak li kien maħsub oriġinarjament għall-batterija;
“manifattura mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni teknika fuq batterija użata li tinkludi ż-żarmar u l-evalwazzjoni taċ-ċelluri u tal-moduli kollha tal-batterija u l-użu ta’ ċertu għadd ta’ ċelluli u moduli tal-batteriji li huma ġodda, użati jew irkuprati mill-iskart, jew komponenti oħra tal-batteriji, sabiex il-kapaċità tal-batterija tiġi restawrata għal mill-inqas 90 % tal-kapaċità attribwita oriġinali, u l-istat ta’ saħħa taċ-ċelluli individwali kollha tal-batterija ma jkollux differenza ta’ aktar minn 3 %bejn iċ-ċelluli, u jirriżulta fl-użu tal-batterija għall-istess skop jew applikazzjoni bħal dik li għaliha l-batterija kienet oriġinarjament iddisinjata;
“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura batterija jew li tqabbad lil xi ħadd jiddisinja jew jimmanifattura batterija, u li tikkummerċjalizza dik il-batterija taħt isimha stess jew it-trademark tagħha jew li tqegħdha fis-servizz għall-finijiet tagħha stess;
“speċifikazzjonijiet tekniċi” tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn prodott, proċess jew servizz;
“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1)(c), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;
“markatura CE” tfisser markatura li permezz tagħha manifattur jindika li l-batterija hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tipprevedi t-twaħħil tagħha;
“akkreditament” tfisser akkreditament kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (10), tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“korp nazzjonali ta’ akkreditament” tfisser korp nazzjonali ta’ akkreditament kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ikunux ġew issodisfati r-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà, sikurezza, tikkettar, informazzjoni u diliġenza dovuta ta’ dan ir-Regolament;
“korp ta’ valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, inkluż il-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni;
“korp innotifikat” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkun ġie notifikat f’konformità mal-Kapitolu V;
“diliġenza dovuta tal-batteriji” tfisser l-obbligi ta’ operatur ekonomiku, b’rabta mas-sistema ta’ ġestjoni tiegħu, il-ġestjoni tar-riskji, il-verifiki minn partijiet terzi u s-sorveljanza minn korpi nnotifikati u d-divulgazzjoni tal-informazzjoni, għall-fini li jiġu identifikati, evitati u indirizzati u indirizzati r-riskji soċjali u ambjentali eżistenti u potenzjali marbuta mal-akkwist, l-ipproċessar u n-negozjar tal-materja prima u l-materja prima sekondarja meħtieġa għall-manifattura tal-batteriji, inkluż il-fornituri fil-katina u s-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom;
“sussidjarja” tfisser persuna ġuridika li permezz tagħha tiġi eżerċitata l-attività ta’ “impriża kontrollata” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (f), tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
“kumpanija prinċipali” tfisser kumpanija li tikkontrolla sussidjarja waħda jew iktar minn waħda;
“żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli” tfisser żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2017/821;
“kuntratti mill-bogħod” tfisser kuntratti mill-bogħod kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (7), tad-Direttiva 2011/83/UE;
“produttur” tfisser kwalunkwe manifattur, importatur jew distributur jew persuna fiżika jew ġuridika oħra li, irrispettivament mit-teknika ta’ bejgħ użata, inkluż permezz ta’ kuntratti mill-bogħod, jew:
huwa stabbilit fi Stat Membru u jimmanifattura batteriji taħt ismu jew bit-trademark tiegħu, jew jordna d-disinn jew il-manifattura ta’ batteriji u jfornihom għall-ewwel darba taħt ismu jew it-trademark tiegħu, inkluż dawk inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra, fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;
huwa stabbilit fi Stat Membru u jerġa’ jbigħ fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, taħt ismu jew bit-trademark tiegħu, batteriji, inkluż dawk inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra, manifatturati minn oħrajn, li fuqhom ma jidhrux l-isem jew it-trademark ta’ dawk il-manifatturi l-oħra;
huwa stabbilit fi Stat Membru u jforni għall-ewwel darba f’dak l-Istat Membru, fuq bażi professjonali, batteriji, inkluż dawk inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra, minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz; jew
ibigħ batteriji, inkluż dawk inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra, permezz ta’ kuntratti mill-bogħod direttament lill-utenti finali, kemm jekk huma unitajiet domestiċi privati kif ukoll jekk mhumiex, fi Stat Membru, u huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz;
“rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi Stat Membru li fih il-produttur iqiegħed il-batteriji fis-suq u li jkun differenti mill-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-produttur, u jinħatar mill-produttur f’konformità mal-Artikolu 8a(5), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva 2008/98/KE biex jissodisfa l-obbligi ta’ dak il-produttur skont il-Kapitolu VIII ta’ dan ir-Regolament;
“organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi” tfisser entità ġuridika li torganizza b’mod finanzjarju jew b’mod finanzjarju u operattiv it-twettiq tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem diversi produtturi;
“skart ta’ batteriji” tfisser kwalunkwe batterija li hija skart kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2008/98/KE;
“skart tal-manifattura tal-batteriji” tfisser il-materjali jew l-oġġetti rrifjutati matul il-proċess tal-manifattura tal-batteriji, li ma jistgħux jerġgħu jintużaw bħala parti integrali fl-istess proċess u jeħtieġ li jiġu riċiklati;
“sustanza perikoluża” tfisser sustanza kklassifikata bħala perikoluża skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
“trattament” tfisser kwalunkwe operazzjoni mwettqa fuq skart ta’ batteriji wara li dan ikun ġie ttrasferit lejn faċilità għall-issortjar, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, il-preparazzjoni għar-riċiklaġġ jew għar-riċiklaġġ;
“preparazzjoni għar-riċiklaġġ” tfisser it-trattament tal-iskart ta’ batteriji qabel kwalunkwe proċess ta’ riċiklaġġ, inkluż, fost oħrajn, għall-ħżin, l-immaniġġar u ż-żarmar tal-pakketti tal-batteriji jew is-separazzjoni tal-frazzjonijiet li mhumiex parti mill-batterija nnifisha;
“punt ta’ ġbir volontarju” tfisser kwalunkwe impriża jew korp pubbliku mingħajr skop ta’ qligħ, kummerċjali jew ekonomiċi oħrajn involuti fuq l-inizjattiva tagħhom stess fil-ġbir separat tal-iskart ta’ batteriji portabbli u skart ta’ batteriji LMT, iġġenerat minnhom jew minn utenti finali oħrajn, qabel ma’ dak l-iskart ta’ batteriji jingħadda lil produtturi, lil organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jew lil operaturi tal-immaniġġar tal-iskart għat-trattament sussegwenti;
“operatur tal-immaniġġar tal-iskart” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fuq bażi professjonali, tittratta l-ġbir separat jew it-trattament tal-iskart ta’ batteriji;
“faċilità permessa” tfisser stabbiliment jew impriża li huma permessi f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE biex iwettqu t-trattament tal-iskart ta’ batteriji;
“riċiklatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq riċiklaġġ f’faċilità permessa;
“tul tal-ħajja ta’ batterija” tfisser il-perjodu li jibda meta l-batterija tiġi manifatturata u jintemm meta l-batterija ssir skart;
“effiċjenza tar-riċiklaġġ” tfisser il-proporzjon, espress bħala perċentwali, miksub billi l-massa tal-frazzjonijiet tal-output li jikkostitwixxi r-riċiklaġġ tiġi diviża bil-massa tal-frazzjonijiet tal-input tal-iskart ta’ batteriji b’rabta ma’ proċess ta’ riċiklaġġ;
“leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni” tfisser kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kondizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti;
“awtorità nazzjonali” tfisser awtorità tal-approvazzjoni jew kwalunkwe awtorità oħra involuta fi u responsabbli għas-sorveljanza tas-suq fi Stat Membru fir-rigward tal-batteriji;
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li rċeviet mandat bil-miktub minn manifattur biex taġixxi f’ismu b’rabta ma’ kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-manifattur skont il-Kapitoli IV u VI;
“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed fis-suq batterija minn pajjiż terz;
“distributur” ifisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, minbarra l-manifattur jew l-importatur, li tqiegħed batterija għad-dispożizzjoni fis-suq;
“identifikatur uniku” tfisser sekwenza unika ta’ karattri għall-identifikazzjoni ta’ batteriji li tippermetti wkoll link web għall-passaport tal-batterija;
“pjattaforma online” tfisser pjattaforma online kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (i), tar-Regolament (UE) 2022/2065;
“parteċipant tas-suq” tfisser parteċipant tas-suq kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (25), tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
Minbarra d-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“skart”, “detentur tal-iskart”, “immaniġġar tal-iskart”, “prevenzjoni”, “ġbir”, “ġbir separat”, “skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur”, “użu mill-ġdid” u “riċiklaġġ”, stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;
“sorveljanza tas-suq”, “awtorità tas-sorveljanza tas-suq”, “fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni”, “azzjoni korrettiva”, “utent finali”, “sejħa lura” u “irtirar”, kif ukoll “riskju” fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Kapitoli I, IV, VI, VII u IX u tal-Annessi V, VIII u XIII ta’ dan ir-Regolament, stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;
“aggregatur indipendenti” u “ħżin tal-enerġija” stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944.
Artikolu 4
Moviment liberu
Artikolu 5
Rekwiżiti ta’ sostenibbiltà, sikurezza, tikkettar u informazzjoni għall-batteriji
Il-batteriji għandhom jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà u sikurezza stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u 12; u
ir-rekwiżiti ta’ tikkettar u informazzjoni stipulati fil-Kapitolu III.
KAPITOLU II
Rekwiżiti ta’ sostenibbiltà u sikurezza
Artikolu 6
Restrizzjonijiet fuq sustanzi
Artikolu 7
L-impronta tal-karbonju tal-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji industrijali rikarikabbli u l-batteriji LMT
Għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji industrijali rikarikabbli b’kapaċità ta’ aktar minn 2 kWh u l-batteriji LMT, għandha titfassal dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju, għal kull mudell ta’ batterija għal kull impjant tal-manifattura, f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fir-raba’ subparagrafu u li jkun fiha, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja:
informazzjoni amministrattiva dwar il-manifattur;
informazzjoni dwar il-mudell tal-batterija;
informazzjoni dwar il-pożizzjoni ġeografika tal-impjant tal-manifattura tal-batteriji;
l-impronta tal-karbonju tal-batterija, ikkalkulata bħala kg ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju għal kull kWh tal-enerġija totali pprovduta mill-batterija tul il-ħajja operattiva mistennija tagħha;
l-impronta tal-karbonju tal-batterija differenzjata skont l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja kif deskritt fil-punt 4 tal-Anness II;
in-numru ta’ identifikazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE tal-batterija;
link għall-web li jagħti aċċess għal verżjoni pubblika tal-istudju li jappoġġa l-valuri tal-impronta tal-karbonju msemmija fil-punti (d) u (e).
Id-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju għandha tapplika minn:
It-18 ta’ Frar 2025 jew 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi;
It-18 ta’ Frar 2026 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli ħlief dawk b’memorja esklużivament esterna;
It-18 ta’ Awwissu 2028 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali;
It-18 ta’ Awwissu 2030 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli b’memorja esterna.
Sakemm issir aċċessibbli permezz tal-kodiċi QR imsemmi fl-Artikolu 13(6), id-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju għandha takkumpanja l-batterija.
Il-Kummissjoni għandha, sat-18 ta’ Frar 2024 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, it-18 ta’ Frar 2025 għall-batteriji industrijali rikarikabbli, ħlief dawk b’memorja esterna, it-18 ta’ Frar 2027 għall-batteriji LMT u t-18 ta’ Frar 2029 għall-batteriji industrijali b’memorja esterna, tadotta:
att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-impronta tal-karbonju tal-batterija msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), f’konformità mal-elementi essenzjali stipulati fl-Anness II;
att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għad-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
Għal batteriji msemmija fl-ewwel subparagrafu, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII għandha turi li l-impronta tal-karbonju ddikjarata u l-klassifikazzjoni relatata fi klassi ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju jkunu ġew ikkalkolati f’konformità mal-metodoloġija stipulata fl-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1, ir-raba’ subparagrafu, il-punt (a) u r-raba’ subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu.
Ir-rekwiżiti tal-klassi ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw minn:
It-18 ta’ Awwissu 2026 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi;
It-18 ta’ Awwissu 2027 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli ħlief dawk b’memorja esklużivament esterna;
It-18 ta’ Frar 2030 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali;
It-18 ta’ Frar 2032 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli b’memorja esterna.
Il-Kummissjoni għandha, sat-18 ta’ Frar 2025 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, it-18 ta’ Awwissu 2026 għall-batteriji industrijali rikarikabbli ħlief dawk b’memorja esklużivament esterna, it-18 ta’ Awwissu 2028 għall-batteriji LMT u t-18 ta’ Awwissu 2030 għall-batteriji industrijali rikarikabbli b’memorja esterna, tadotta:
att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-klassijiet ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fit-tħejjija ta’ dak l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 8 tal-Anness II;
att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-formati għat-tikkettar imsemmi fl-ewwel subparagrafu u l-format għad-dikjarazzjoni dwar il-klassi tal-prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija f’dak is-subparagrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 8 tal-Anness II, tirrieżamina l-għadd ta’ klassijiet ta’ prestazzjoni u l-limiti bejniethom, kull tliet snin u, fejn xieraq, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 biex temenda l-għadd ta’ klassijiet ta’ prestazzjoni u limiti bejniethom bil-għan li żżommhom rappreżentattivi tar-realtà tas-suq u l-iżviluppi mistennija fis-suq.
Ir-rekwiżit għal limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika minn:
It-18 ta’ Frar 2028 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji ta’ vetturi elettriċi;
It-18 ta’ Frar 2029 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli ħlief dawk bi ħżin esklużivament estern;
It-18 ta’ Awwissu 2031 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji LMT;
It-18 ta’ Awwissu 2033 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fit-tielet subparagrafu, skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli bi ħżin estern.
Il-Kummissjoni għandha, sat-18 ta’ Awwissu 2026 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, it-18 ta’ Frar 2028 għall-batteriji industrijali rikarikabbli, ħlief dawk b’memorja esterna, it-18 ta’ Frar 2030 għall-batteriji LMT u t-18 ta’ Frar 2032 għall-batteriji industrijali b’memorja esterna, tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-ewwel subparagrafu. Fit-tħejjija ta’ dak l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis il-kondizzjonijiet rilevanti stipulati fil-punt 9 tal-Anness II.
L-introduzzjoni ta’ limitu massimu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja għandha tiskatta, jekk tkun meħtieġa, klassifikazzjoni mill-ġdid tal-klassijiet ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 8
Kontenut riċiklat f’batteriji industrijali, batteriji tal-vetturi elettriċi, batteriji LMT u batteriji SLI
L-ewwel subparagrafu għandu japplika mit-18 ta’ Awwissu 2033 għall-batteriji LMT li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f’materjali attivi.
Sat-18 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi, għall-batteriji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tas-sehem perċentwali ta’ kobalt, litju jew nikil li huwa preżenti f’materjali attivi u li ġie rkuprat mill-iskart tal-manifattura tal-batteriji jew mill-iskart ta’ wara l-konsum, u s-sehem perċentwali ta’ ċomb li huwa preżenti fil-batteriji u li ġie rkuprat mill-iskart u l-format għad-dokumentazzjoni.
Mit-18 ta’ Awwissu 2031, għal batteriji industrijali b’kapaċità akbar minn 2 kWh, ħlief dawk bi ħżin esklużivament estern, batteriji tal-vetturi elettriċi u batteriji SLI li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f’materjali attivi, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII għandha turi li dawk il-batteriji fihom, f’materjali attivi, is-sehem perċentwali minimu segwenti ta’ kobalt, litju jew nikil, rispettivament, li ġie rkuprat minn skart tal-manifattura tal-batteriji jew skart ta’ wara l-konsum, u s-sehem perċentwali minimu ta’ ċomb li huwa preżenti fil-batterija u li ġie rkuprat minn skart, għal kull mudell ta’ batterija għal kull sena u għal kull impjant ta’ manifattura:
16 % kobalt;
85 % ċomb;
6 % litju;
6 % nikil.
Mit-18 ta’ Awwissu 2036, għal batteriji industrijali b’kapaċità akbar minn 2 kWh, ħlief dawk bi ħżin esklużivament estern, batteriji tal-vetturi elettriċi, batteriji LMT u batteriji SLI li fihom kobalt, ċomb, litju jew nikil f’materjali attivi, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII għandha turi li dawk il-batteriji fihom, f’materjali attivi, is-sehem perċentwali minimu segwenti ta’ kobalt, ċomb, litju jew nikil, rispettivament, li ġie rkuprat minn skart tal-manifattura tal-batteriji jew skart ta’ wara l-konsum, u s-sehem minimu perċentwali ta’ ċomb li huwa preżenti fil-batterija u li ġie rkuprat minn skart, għal kull mudell ta’ batterija kull sena u għal kull impjant ta’ manifattura:
26 % kobalt;
85 % ċomb;
12 % litju;
15 % nikil.
Fejn ġustifikat u xieraq abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-ewwel subparagrafu jew minħabba bidliet konsiderevoli oħra fit-teknoloġija tal-batteriji li jkollhom impatt fuq it-tip ta’ materjali rkuprati, il-Kummissjoni għandha tadotta sat-18 ta’ Awwissu 2029, att delegat f’konformità mal-Artikolu 89, biex temenda l-miri stipulati fil-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 9
Ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni u durabbiltà għall-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda l-valuri minimi msemmija fl-ewwel subparagrafu jew iżżid aktar parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà għal dawk stipulati fl-Anness III fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku.
Meta tiġi biex tħejji l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li jitnaqqas l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali, inkluż billi tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi tal-batteriji portabbli, u għandha tqis l-istandards internazzjonali u l-iskemi ta’ tikkettar rilevanti.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li d-dispożizzjonijiet stipulati bl-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkollhomx impatt negattiv sinifikanti fuq is-sikurezza u l-funzjonalità ta’ dawk il-batteriji jew l-apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra li fihom jiġu inkorporati dawk il-batteriji, l-affordabbiltà u l-kost għall-utenti finali u l-kompetittività tal-industrija.
Artikolu 10
Ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni u ta’ durabbiltà għall-batteriji industrijali rikarikabbli, batteriji LMT u l-batteriji tal-vetturi elettriċi
Għall-batteriji msemmija fl-ewwel subparagrafu, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII għandha tinkludi spjegazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, tal-istandards u tal-kondizzjonijiet użati għall-kejl, il-kalkolu jew l-istima tal-valuri għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà. Dik l-ispjegazzjoni għandha tinkludi, mill-inqas, l-elementi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness IV.
Sat-18 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex issupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxi valuri minimi għall-parametri tal-prestazzjoni elettrokimika u tad-durabbiltà stabbiliti fil-Parti A tal-Anness IV li għandhom jinkisbu mill-batteriji LMT.
Fit-tħejjija tal-atti delegati imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa li jitnaqqas l-impatt ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji industrijali rikarikabbli b’kapaċità akbar minn 2 kWh, ħlief dawk bi ħżin esklużivament estern, u tal-batteriji LMT, u tiżgura li r-rekwiżiti stipulati fih ma jkollhomx impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità ta’ dawk il-batteriji jew l-apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra li fihom jiġu inkorporati dawk il-batteriji, l-affordabbiltà tagħhom u l-kompetittività tal-industrija.
Artikolu 11
Il-possibbiltà li l-batteriji portabbli u l-batteriji LMT jinqalgħu u jiġu sostitwiti
Batterija portabbli għandha titqies li tista’ titneħħa mill-utent aħħari meta tkun tista’ titneħħa minn prodott bl-użu ta’ għodod disponibbli kummerċjalment, mingħajr il-ħtieġa tal-użu ta’ għodod speċjalizzati, sakemm ma jiġux ipprovduti mingħajr ħlas mal-prodott, għodod proprjetarji, enerġija termali jew solventi li jżarmaw il-prodott.
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq prodotti li jinkorporaw batteriji portabbli għandha tiżgura li dawk il-prodotti jkunu akkumpanjati minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza dwar l-użu, it-tneħħija u s-sostituzzjoni tal-batteriji. Dawk l-istruzzjonijiet u dik l-informazzjoni dwar is-sikurezza għandhom ikunu disponibbli b’mod permanenti online fuq sit web disponibbli għall-pubbliku b’mod li jinftiehem faċilment għall-utenti finali.
Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tiżgura livell ogħla ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem relatata mat-tneħħija u s-sostituzzjoni tal-batteriji portabbli mill-utenti finali stipulata fi kwalunkwe liġi tal-Unjoni dwar it-tagħmir elettriku u elettroniku kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2012/19/UE.
B’deroga mill-paragrafu 1, il-prodotti li ġejjin li jinkorporaw batteriji portabbli jistgħu jiġu ddisinjati b’tali mod li l-batterija tkun tista’ titneħħa u tiġi sostitwita biss minn professjonisti indipendenti:
apparat iddisinjat speċifikament biex jaħdem primarjament f’ambjent li huwa regolarment soġġett għat-titjir tal-ilma, flussi tal-ilma jew immersjoni tal-ilma, u li huwa maħsub biex ikun jista’ jinħasel jew jitlaħlaħ;
apparati mediċi professjonali ta’ immaġni u radjoterapija, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2017/745, u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2017/746.
Id-deroga stipulata fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandha tkun applikabbli biss meta tali deroga tkun meħtieġa biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-utent u tal-apparat.
Artikolu 12
Is-sikurezza tas-sistemi għall-ħżin tal-enerġija f’batteriji stazzjonarji
Sat-18 ta’ Awwissu 2024, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII għandha:
turi li s-sistemi għall-ħżin tal-enerġija f’batteriji stazzjonarji huma konformi mal-paragrafu 1 u jinkludu evidenza li jkunu ġew ittestjati b’suċċess għall-parametri tas-sikurezza stipulati fl-Anness V, li għalihom għandhom jintużaw metodoloġiji tal-ittestjar mill-aktar avvanzati. Il-parametri tas-sikurezza għandhom japplikaw biss sa fejn ikun jeżisti periklu korrispondenti għas-sistema għall-ħżin tal-enerġija f’batteriji stazzjonarji inkwistjoni meta tintuża fil-kondizzjonijiet previsti mill-manifattur;
tinkludi valutazzjoni ta’ perikli possibbli għas-sikurezza tas-sistema għall-ħżin tal-enerġija f’batteriji stazzjonarji li mhumiex indirizzati fl-Anness V;
tinkludi evidenza li l-perikli msemmija fil-punt (b) ġew mitigati u ttestjati b’suċċess; metodoloġiji tal-ittestjar tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għandhom jintużaw għal tali ttestjar;
tinkludi struzzjonijiet ta’ mitigazzjoni f’każ li jistgħu jseħħu l-perikli identifikati pereżempju nar jew splużjoni.
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tiġi rieżaminata jekk batterija titħejja għall-użu mill-ġdid, tiġi ppreparata għall-adattament għal skop differenti, tiġi manifatturata mill-ġdid jew tiġi adattata għal skop differenti.
KAPITOLU III
Rekwiżiti ta’ tikkettar, immarkar u informazzjoni
Artikolu 13
Tikkettar u mmarkar tal-batteriji
Is-simbolu tal-ġbir separat għandu jgħatti mill-inqas 3 % tal-ispazju tal-akbar naħa tal-batterija sa daqs massimu ta’ 5 × 5 cm.
Fil-każ ta’ ċelluli tal-batteriji ċilindriċi, is-simbolu tal-ġbir separat għandu jgħatti mill-inqas 1,5 % tal-ispazju tal-wiċċ tal-batterija u għandu jkollu daqs massimu ta’ 5 × 5 cm.
Meta d-daqs tal-batterija jkun tali li s-simbolu tal-ġbir separat ikun iżgħar minn 0,47 × 0,47 cm, il-batterija ma għandhiex għalfejn tiġi mmarkata b’dak is-simbolu. Minflok, fuq l-imballaġġ għandu jiġi stampat simbolu tal-ġbir separat ta’ mill-inqas 1 × 1 cm.
Is-simbolu kimiku rilevanti li jindika l-kontenut ta’ metalli tqal għandu jkun stampat taħt is-simbolu tal-ġbir separat u għandu jgħatti spazju ta’ mill-anqas kwart tad-daqs ta’ dak is-simbolu.
Mit-18 ta’ Frar 2027, il-batteriji kollha għandhom ikunu mmarkati b’kodiċi QR kif deskritt fil-Parti C tal-Anness VI. Il-kodiċi QR għandu jipprovdi aċċess għal dan li ġej:
għall-batteriji LMT, il-batteriji industrijali b’kapaċità ta’ aktar minn 2 kWh u l-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-passaport tal-batterija f’konformità mal-Artikolu 77;
għal batteriji oħra, l-informazzjoni applikabbli msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, id-dikjarazzjoni ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 18, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 52(3) u l-informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji stipulata fl-Artikolu 74(1), il-punti (a) sa (f);
għall-batteriji SLI, l-ammont ta’ kobalt, ċomb, litju jew nikil irkuprat mill-iskart u preżenti f’materjali attivi fil-batterija, ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 8.
Din l-informazzjoni għandha tkun kompluta, aġġornata u preċiża.
Artikolu 14
Informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa u tul tal-ħajja mistenni tal-batteriji
L-aċċess ta’ qari biss għad-data għall-parametri stipulati fl-Anness VII permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-batterija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprovdut, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-manifattur tal-batterija, fuq bażi mhux diskriminatorja lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun xtrat il-batterija legalment, inkluż operaturi indipendenti jew operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, jew lil kwalunkwe parti terza li taġixxi f’isimha fi kwalunkwe ħin għall-fini ta’:
it-tqegħid tal-batterija għad-dispożizzjoni ta’ aggregaturi indipendenti jew parteċipanti fis-suq permezz tal-ħżin tal-enerġija;
l-evalwazzjoni tal-valur residwu jew tal-ħajja li jifdal tal-batterija u l-kapaċità għal użu ulterjuri, abbażi tal-istima tal-istat tas-saħħa tal-batterija;
l-iffaċilitar tal-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, tal-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, tal-adattament għal skop differenti, tal-manifattura mill-ġdid tal-batterija;
KAPITOLU IV
Konformità tal-batteriji
Artikolu 15
Preżunzjoni tal-konformità tal-batteriji
Artikolu 16
Speċifikazzjonijiet komuni
F’każijiet eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 9, 10, 12, 13, 14 u 78 jew it-testijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), fejn:
dawk ir-rekwiżiti jew it-testijiet ma jkunux koperti minn standards armonizzati, jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
il-Kummissjoni tkun talbet organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standard armonizzat għal dawk ir-rekwiżiti jew it-testijiet; u
mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun ġiet issodisfata:
it-talba tal-Kummissjoni ma tkun ġiet aċċettata minn ebda waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni,
il-Kummissjoni tosserva dewmien żejjed fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati mitluba, jew
organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni pproduċiet standard li ma jikkorrispondix għalkollox għat-talba tal-Kummissjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet komuni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-korpi rilevanti jew tal-grupp ta’ esperti u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
Artikolu 17
Proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità
Il-valutazzjoni tal-konformità tal-batteriji mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 6, 9, 10, 12, 13 u 14 għandha titwettaq f’konformità ma’ waħda mill-proċeduri li ġejjin:
għal batteriji manifatturati f’serje:
“Modulu A - Kontroll intern tal-produzzjoni”, stipulat fil-Parti A tal-Anness VIII, jew
“Modulu D1 - Assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess tal-produzzjoni”, stipulat fil-Parti B tal-Anness VIII;
għal batteriji mhux manifatturati f’serje:
“Modulu A - Kontroll intern tal-produzzjoni”, stipulat fil-Parti A tal-Anness VIII, jew
“Modulu G - Konformità bbażata fuq il-verifika tal-unità”, stipulat fil-Parti C tal-Anness VIII.
Il-valutazzjoni tal-konformità tal-batteriji mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7 u 8 għandha titwettaq f’konformità ma’ waħda mill-proċeduri li ġejjin:
“Modulu D1 - Assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess tal-produzzjoni” stipulat fil-Parti B tal-Anness VIII għall-batteriji manifatturati f’serje; jew
“Modulu G - Konformità bbażata fuq il-verifika tal-unità” stipulat fil-Parti C tal-Anness VIII għall-batteriji mhux manifatturati f’serje.
Artikolu 18
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
Artikolu 19
Prinċipji ġenerali tal-markatura CE
Il-markatura CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali stipulati fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
Artikolu 20
Ir-regoli u l-kondizzjonijiet għat-twaħħil tal-markatura CE
KAPITOLU V
Notifika ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità
Artikolu 21
Notifika
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità awtorizzati biex iwettqu kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 22
Awtoritajiet tan-notifika
Artikolu 23
Rekwiżiti relatati mal-awtoritajiet tan-notifika
Artikolu 24
Obbligu ta’ informazzjoni dwar l-awtoritajiet tan-notifika
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ tal-korpi nnotifikati, u dwar kwalunkwe bidla fihom.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 25
Rekwiżiti marbuta mal-korpi nnotifikati
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu involuti direttament fid-disinn, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni, id-distribuzzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-batteriji, jew jirrappreżentaw lill-partijiet li jkunu involuti f’dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jinvolvu ruħhom fl-ebda attività li tista’ tkun f’kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom ikunu nnotifikati. Dan għandu japplika, b’mod partikolari, għas-servizzi ta’ konsulenza.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jiżgura li l-attivitajiet tal-kumpaniji omm jew oħt tiegħu, tas-sussidjarji jew tas-sottokuntratturi ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tiegħu.
F’kull mument, u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità stipulata fl-Anness VIII, għall-awditi perjodiċi f’konformità mal-Artikolu 48(2) u verifika minn parti terza f’konformità mal-Artikolu 51, u għal kull kategorija ta’ batteriji li b’rabta magħhom ikun ġie nnotifikat, korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu:
il-persunal meħtieġ b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;
id-deskrizzjonijiet tal-proċeduri meħtieġa li f’konformità magħhom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, filwaqt li jiġu żgurati t-trasparenza u ta’ dawk il-proċeduri u l-kapaċità tagħhom li jiġu riprodotti;
politiki u proċeduri xierqa li jiddistingwu bejn l-attivitajiet li jwettaq bħala korp innotifikat u kompiti oħrajn;
il-proċeduri meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità, li jieħdu kont dovut tad-daqs ta’ impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-batterija inkwistjoni u l-massa jew in-natura tas-serje tal-proċess ta’ produzzjoni.
Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi marbuta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tiegħu b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni, it-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha tal-ittestjar meħtieġa. Dan għandu jinkludi l-istabbiliment u s-superviżjoni ta’ proċeduri interni, politiki ġenerali, kodiċijiet ta’ kondotta jew regoli interni oħrajn, l-assenjazzjoni ta’ persunal għal kompiti speċifiċi u d-deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-konformità, mingħajr ma jiġu ddelegati lil sottokuntrattur jew sussidjarju.
Il-membri tal-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollhom dawn li ġejjin:
taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-attivitajiet kollha tal-valutazzjoni tal-konformità li b’rabta magħhom ikun ġie nnotifikat il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità;
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jwettqu u awtorità adegwata biex iwettqu dawk il-valutazzjonijiet;
għarfien u fehim xierqa tar-rekwiżiti u l-obbligi stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14 u fl-Artikoli 48 sa 52, tal-istandards armonizzati applikabbli msemmija fl-Artikolu 15 u tal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u tal-liġi nazzjonali;
il-kapaċità li jfasslu ċertifikati, rekords u rapporti li juru li jkunu twettqu l-valutazzjonijiet tal-konformità.
Ir-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-persunal responsabbli biex iwettqu l-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet tal-konformità mwettqa jew mir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.
Artikolu 26
Preżunzjoni ta’ konformità tal-korpi nnotifikati
Meta korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stipulati fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huwa għandu jkun preżunt li huwa konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 25 sa fejn l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 27
Sussidjarji ta’ korpi nnotifikati u sottokuntrattar minnhom
Artikolu 28
Applikazzjoni għal notifika
Artikolu 29
Proċedura ta’ notifika
Artikolu 30
Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi nnotifikati
Artikoli 31
Tibdil fin-notifiki
Artikolu 32
Kontestazzjoni għall-kompetenza ta’ korpi nnotifikati
Artikolu 33
Obbligi operazzjonali tal-korpi nnotifikati
Artikolu 34
Appell kontra deċiżjonijiet tal-korpi nnotifikati
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi nnotifikati.
Artikolu 35
Obbligu ta’ informazzjoni dwar korpi nnotifikati
Korp innotifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika dwar dawn li ġejjin:
kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat ta’ konformità jew deċiżjoni ta’ approvazzjoni;
kwalunkwe ċirkostanza li taffettwa l-kamp ta’ applikazzjoni tan-notifika jew il-kondizzjonijiet għaliha;
kwalunkwe talba għal informazzjoni li jkun irċieva mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tiegħu;
fuq talba, kwalunkwe attività ta’ valutazzjoni tal-konformità li ssir fil-kamp ta’ applikazzjoni tan-notifika u kwalunkwe attività oħra mwettqa, inkluż attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.
Korp innotifikat għandu jipprovdi lil korpi nnotifikati oħrajn li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkopru l-istess kategoriji ta’ batteriji bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati ma’:
riżultati negattivi u, fuq talba, pożittivi ta’ valutazzjoni tal-konformità; u
kwalunkwe restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni.
Artikolu 36
Skambju ta’ esperjenza u prattika tajba
Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ skambju ta’ esperjenza u prattika tajba bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-politika ta’ notifika.
Artikolu 37
Koordinazzjoni ta’ korpi nnotifikati
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu stabbiliti koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifikati u li dawn jitħaddmu kif xieraq fil-forma ta’ grupp ta’ koordinazzjoni settorjali tal-korpi nnotifikati.
Korpi nnotifikati għandhom jipparteċipaw fil-ħidma ta’ dak il-grupp ta’ koordinazzjoni settorjali, direttament jew permezz ta’ rappreżentanti maħtura.
KAPITOLU VI
Obbligi tal-operaturi ekonomiċi minbarra l-obbligi fil-Kapitoli VII u VIII
Artikolu 38
Obbligi tal-manifatturi
Meta jqiegħdu batterija fis-suq jew iqiegħduha fis-servizz, inkluż għall-iskopijiet tal-manifatturi stess, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-batterija:
tkun ġiet iddisinjata u mmanifatturata f’konformità mal-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikolu 12 u 14, u tkun akkumpanjata minn struzzjonijiet ċari, li jinftiehmu u li jinqraw u informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa jew lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru li fih il-batterija tkun ser titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz; u
tkun immarkata jew ittikkettjata f’konformità mal-Artikolu 13;
Artikolu 39
Obbligi tal-fornituri ta’ ċelluli tal-batteriji u moduli ta’ batteriji
Il-fornituri ta’ ċelluli tal-batteriji u ta’ moduli tal-batteriji għandhom jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament meta jfornu ċelluli jew moduli tal-batteriji lil manifattur. Dik l-informazzjoni għandha tingħata mingħajr ħlas.
Artikolu 40
Obbligi tar-rappreżentanti awtorizzati
Il-mandat tar-rappreżentant awtorizzat għandu jkun validu biss meta jiġi aċċettat bil-miktub mir-rappreżentant awtorizzat.
Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mingħand il-manifattur. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkollu l-mezzi xierqa biex iwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba, b’lingwa tal-Unjoni ddeterminata mill-awtorità kompetenti. Il-mandat għandu jinkludi tal-inqas l-kompiti li ġejjin:
iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika, ir-rapport ta’ verifika u d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 4a tal-Artikolu 51(2) u r-rapporti tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 48(2) għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-batterija tkun tqiegħdet fis-suq jew fis-servizz;
wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdiha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-batterija. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’format elettroniku u, fuq talba, f’format stampat;
jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali, fuq talba tagħhom, fuq kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa mill-batteriji koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.
Artikolu 41
Obbligi tal-importaturi
Qabel ma jqiegħdu batterija fis-suq, l-importaturi għandhom jivverifikaw li:
id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII tfasslu u li l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti msemmija fl-Artikolu 17 twettqet mill-manifattur;
il-batterija jkollha l-markatura CE, imsemmija fl-Artikolu 19 u tkun immarkata f’konformità mal-Artikolu 13;
il-batterija tkun akkumpanjata mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14 u minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa jew lingwi, li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru li fih il-batterija għandha ssir disponibbli fis-suq; u
il-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 38(6) u (7).
Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li batterija mhijiex konformi mal-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14, l-importatur ma għandux iqiegħed dik il-batterija fis-suq sakemm din issir konformi. Barra minn hekk, meta l-batterija tippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq billi jagħti d-dettalji tan-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
Artikolu 42
Obbligi tad-distributuri
Qabel ma jqiegħdu batterija fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li:
il-produttur huwa rreġistrat fir-reġistru tal-produtturi msemmi fl-Artikolu 55;
il-batterija jkollha l-markatura CE, imsemmija fl-Artikolu 19 u tkun immarkata u ttikkettjata f’konformità mal-Artikolu 13;
il-batterija tkun akkumpanjata mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14 u minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa jew lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru li fih il-batterija għandha ssir disponibbli fis-suq jew titqiegħed fis-servizz; u
il-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 38(6) u (7) u fl-Artikolu 41(3) rispettivament.
Artikolu 43
Obbligi tal-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni
Il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw li, għall-batteriji li jimmaniġġaw, il-kondizzjonijiet waqt il-ħażna, l-imballaġġ, l-indirizzar jew id-dispaċċ ma jipperikolawx il-konformità mal-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-operaturi ekonomiċi rilevanti stipulati f’dan il-Kapitolu, il-fornituri tas-servizzi ta’ ġestjoni għandhom, minbarra r-rekwiżit imsemmi fl-ewwel paragrafu, iwettqu l-kompiti stipulati fl-Artikolu 40(3), il-punt (c), u l-Artikolu 40(4).
Artikolu 44
Każ fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri
Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi ta’ manifattur skont l-Artikolu 38, meta tkun tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
batterija titqiegħed fis-suq jew titqiegħed fis-servizz taħt l-isem jew it-trademark tal-importatur jew tad-distributur stess;
batterija li tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew fis-servizz tiġi mmodifikata minn dak l-importatur jew id-distributur b’tali mod li tkun tista’ tiġi affettwata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament; jew
l-iskop ta’ batterija diġà mqiegħda fis-suq jew fis-servizz jiġi mmodifikat minn dak l-importatur jew id-distributur.
Artikolu 45
Obbligi tal-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq jew li jqiegħdu fis-servizz batteriji li kienu soġġetti għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid
Artikolu 46
Identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi
Fuq talba ta’ awtorità nazzjonali, l-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq:
l-identità ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornielhom batterija;
l-identità ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku li jkunu fornewlu batterija, kif ukoll il-kwantità u l-mudelli preċiżi.
KAPITOLU VII
Obbligi tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-politiki ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji
Artikolu 47
Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu
Dan il-Kapitolu ma japplikax għall-operaturi ekonomiċi li kellhom fatturat nett ta’ inqas minn EUR 40 miljun fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-aħħar sena finanzjarja, u li mhumiex parti minn grupp, li jikkonsisti f’impriżi prinċipali u sussidjarji, li, fuq bażi konsolidata, jaqbeż il-limitu ta’ EUR 40 miljun.
Dan il-Kapitolu ma japplikax għall-operaturi ekonomiċi b’rabta mat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz batteriji li kienu soġġetti għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew l-adattament għal skop differenti, jew għall-manifattura mill-ġdid, jekk tali batteriji kienu diġà tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz qabel ma għaddew minn dawn l-operazzjonijiet.
Dan il-Kapitolu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-liġi tal-Unjoni dwar l-obbligi ta’ diliġenza dovuta fir-rigward ta’ minerali u metalli li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli.
Artikolu 48
Politiki ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex:
temenda l-lista ta’ materja prima fil-punt 1 tal-Anness X u l-kategoriji ta’ riskju fil-punt 2 tal-Anness X fid-dawl tal-progress xjentifiku u teknoloġiku fil-manifattura tal-batteriji u fil-kimika u l-emendi għar-Regolament (UE) 2017/821;
temenda l-lista ta’ strumenti internazzjonali fil-punt 3 tal-Anness X, f’konformità mal-iżviluppi fil-fora internazzjonali rilevanti dwar l-istandards relatati mal-politiki tad-diliġenza dovuta u mal-protezzjoni tal-ambjent u tad-drittijiet soċjali;
temenda l-obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li huma stipulati fl-Artikoli 49 u 50 fid-dawl tal-emendi tar-Regolament (UE) 2017/821, u temenda l-lista ta’ strumenti tad-diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment stipulati fil-punt 4 tal-Anness X.
Artikolu 49
Sistema ta’ ġestjoni tal-operatur ekonomiku
Kull operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 48(1) għandu:
jadotta, u jikkomunika b’mod ċar lill-fornituri u lill-pubbliku, politika ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji tal-kumpanija, fir-rigward tal-materja prima elenkata fil-punt 1 tal-Anness X, u l-kategoriji ta’ riskju soċjali u ambjentali assoċjati elenkati fil-punt 2 tal-Anness X;
jinkorpora fil-politika tad-diliġenza dovuta tal-batteriji tiegħu standards li huma konsistenti mal-istandards stipulati fl-istrumenti ta’ diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment elenkati fil-punt 4 tal-Anness X;
jistruttura s-sistema ta’ ġestjoni interna tiegħu biex jappoġġa l-politika ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji tiegħu billi jassenja r-responsabbiltà lill-ogħla livell maniġerjali tiegħu biex jissorvelja l-politika ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji tiegħu kif ukoll iżomm rekords ta’ dik is-sistema għal minimu ta’ 10 snin;
jistabbilixxi u jħaddem sistema ta’ kontrolli u trasparenza fir-rigward tal-katina tal-provvista, inkluż katina ta’ kustodja jew sistema ta’ traċċabbiltà li tidentifika atturi upstream fil-katina tal-provvista;
jinkorpora l-politika tad-diliġenza dovuta tal-batteriji tiegħu, inklużi miżuri tal-ġestjoni tar-riskju, f’kuntratti u ftehimiet mal-fornituri; u
jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ lmentar, inkluż sistema ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji ta’ twissija bikrija u mekkaniżmu ta’ rimedju, jew jipprovdi għal tali mekkaniżmi permezz ta’ ftehimiet kollaborattivi ma’ operaturi jew organizzazzjonijiet ekonomiċi oħra jew billi jiffaċilita r-rikors għal espert jew korp estern, bħal ombudsman; tali mekkaniżmi għandhom ikunu bbażati fuq il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.
Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d), għandha tkun appoġġata b’dokumentazzjoni li tipprovdi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
deskrizzjoni tal-materja prima, inkluż l-isem kummerċjali u t-tip tagħha;
l-isem u l-indirizz tal-fornitur li fornixxa l-materja prima preżenti fil-batteriji lill-operatur ekonomiku li jqiegħed fis-suq il-batteriji li jkun fihom il-materja prima inkwistjoni;
il-pajjiż tal-oriġini tal-materja prima u t-tranżazzjonijiet tas-suq mill-estrazzjoni tal-materja prima għall-fornitur immedjat għall-operatur ekonomiku li jqiegħed il-batterija fis-suq;
il-kwantitajiet tal-materja prima preżenti fil-batterija mqiegħda fis-suq, espressi f’perċentwal jew f’piż;
ir-rapporti ta’ verifika minn parti terza maħruġa minn korp innotifikat u fir-rigward tal-fornituri kif imsemmi fl-Artikolu 50(3);
jekk ir-rapporti msemmija fil-punt (e) ma jkunux disponibbli u meta l-materja prima toriġina minn żona affettwata minn kunflitti u ta’ riskju għoli, informazzjoni addizzjonali f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-operaturi ekonomiċi upstream, kif stipulat fil-Gwida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli ta’ Minerali minn Żoni Affettwati minn Kunflitti u ta’ Riskju Għoli, fejn rilevanti, bħall-minjiera tal-oriġini, il-postijiet fejn il-materja prima tiġi kkonsolidata, innegozjata u pproċessata, u t-taxxi, it-tariffi u r-royalties huma mħallsa.
Ir-rapporti ta’ verifika minn partijiet terzi msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu disponibbli minn fornituri kif imsemmi fl-Artikolu 50(3) għall-operaturi downstream tal-katina tal-provvista.
Artikolu 50
Obbligi tal-ġestjoni f’każ ta’ riskju
L-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 48(1) għandu:
jidentifika u jivvaluta r-riskju ta’ impatti negattivi fil-katina tal-provvista tiegħu, assoċjat mal-kategoriji ta’ riskju elenkati fil-punt 2 tal-Anness X bħala parti mill-pjan ta’ ġestjoni tiegħu, inkluż abbażi tal-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 49 kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tkun disponibbli għall-pubbliku jew ipprovduta mill-partijiet ikkonċernati, b’referenza għall-politika ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji tagħha;
ifassal u jimplimenta strateġija biex jirrispondi għar-riskji identifikati biex tipprevjeni, ittaffi jew inkella tindirizza l-impatti negattivi billi:
jirrapporta s-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu lill-ogħla livell ta’ ġestjoni tiegħu assenjat f’konformità mal-Artikolu 49(1), il-punt (c);
jadotta miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji li huma konsistenti mal-istandards ta’ diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment elenkati fil-punt 4 tal-Anness X, billi titqies il-kapaċità tiegħu li jinfluwenza u, fejn meħtieġ, jieħu passi biex jeżerċita pressjoni fuq il-fornituri inklużi s-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom, li jistgħu jipprevjenu jew itaffu r-riskju identifikat bl-aktar mod effettiv;
it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tar-riskju, il-monitoraġġ u t-traċċar tal-prestazzjoni tal-isforzi ta’ mitigazzjoni tar-riskju, ir-rapportar lura lill-ogħla livell ta’ ġestjoni tiegħu assenjat f’konformità mal-Artikolu 49(1), il-punt (c), u l-kunsiderazzjoni tas-sospensjoni jew tat-twaqqif tal-involviment ma’ fornitur jew is-sussidjarju jew is-sottokuntrattur tiegħu wara tentattivi falluti ta’ mitigazzjoni, abbażi tal-kuntratti u l-ftehimiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 49(1), il-punt (e);
it-twettiq ta’ valutazzjonijiet tal-fatti u tar-riskji addizzjonali għal riskji li jeħtieġu mitigazzjoni, jew wara bidla fiċ-ċirkostanzi.
Artikolu 51
Verifika minn parti terza ta’ politiki ta’ diliġenza dovuta għall-batteriji
Il-korp innotifikat għandu jwettaq verifika minn parti terza. Tali verifiki minn parti terza għandhom:
ikopru l-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi kollha użati mill-operaturi ekonomiċi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom tad-diliġenza dovuta f’konformità mal-Artikoli 49, 50 u 52;
ikollhom bħala l-objettiv tagħhom id-determinazzjoni tal-konformità tal-prattiki ta’ diliġenza dovuta tal-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq f’konformità mal-Artikoli 49, 50 u 52;
fejn rilevanti, tinkludi kontrolli fuq l-impriżi u tiġbor informazzjoni mill-partijiet ikkonċernati;
jidentifikaw għall-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu batteriji fis-suq, oqsma għat-titjib potenzjali b’rabta mal-prattiki tagħhom ta’ diliġenza dovuta;
tirrispetta l-prinċipji tal-awditjar tal-indipendenza, il-kompetenza u l-obbligu ta’ rendikont, kif stabbilit fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli ta’ Minerali minn Żoni Affettwati minn Kunflitti u ta’ Riskju Għoli.
Artikolu 52
Divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar politiki ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji
Artikolu 53
Rikonoxximent ta’ skemi ta’ diliġenza dovuta
Meta tiġi biex tiddetermina r-rikonoxximent ta’ skema ta’ diliġenza dovuta, il-Kummissjoni għandha tqis il-prattiki diversi tal-industrija koperti minn dik l-iskema u għandha tqis ukoll l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u l-metodu użat minn dik l-iskema biex jiġu identifikati r-riskji.
KAPITOLU VIII
Immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji
Artikolu 54
Awtorità kompetenti
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dettalji tal-organizzazzjoni u l-operat tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti, inkluż ir-regoli amministrattivi u proċedurali għal:
ir-reġistrazzjoni tal-produtturi f’konformità mal-Artikolu 55;
l-awtorizzazzjoni tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi f’konformità mal-Artikolu 58;
is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi f’konformità mal-Artikolu 57;
il-ġbir tad-data dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji f’konformità mal-Artikolu 75;
id-disponibbiltà tal-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 76.
Artikolu 55
Reġistru tal-produtturi
Il-produtturi għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni permezz ta’ sistema elettronika tal-ipproċessar tad-data kif imsemmi fil-paragrafu 9, il-punt (a).
Il-produtturi għandhom iqiegħdu biss għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ Stat Membru batteriji, inkluż dawk inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra, jekk huma jew, fil-każ ta’ awtorizzazzjoni, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għar-responsabbiltà estiża tal-produttur, huma rreġistrati f’dak l-Istat Membru.
L-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
l-isem, u l-ismijiet tad-ditta jekk disponibbli, li bihom il-produttur jopera fl-Istat Membru u l-indirizz tal-produttur inkluż il-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, in-numru tat-telefon, jekk ikun hemm, l-indirizz tas-sit web u l-indirizz tal-posta elettronika, li jindikaw punt ta’ kuntatt uniku;
il-kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru tar-reġistru kummerċjali tiegħu jew numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti u n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa nazzjonali jew Ewropew;
il-kategorija jew kategoriji, ta’ batteriji li l-produttur ikollu l-ħsieb li jqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru, jiġifieri batteriji portabbli, batteriji industrijali, batteriji LMT, batteriji tal-vetturi elettriċi, jew batteriji SLI, u l-kimika tagħhom;
l-informazzjoni dwar kif il-produttur jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu stipulati fl-Artikolu 56 u r-rekwiżiti skont l-Artikoli 59, 60 u 61, rispettivament:
għall-batteriji portabbli jew batteriji LMT, ir-rekwiżiti tal-punt (d) għandhom jiġu ssodisfati billi jiġu pprovduti:
għall-batteriji SLI, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi, ir-rekwiżiti tal-punt (d) għandhom jiġu ssodisfati billi jiġu pprovduti:
dikjarazzjoni mill-produttur jew, fejn applikabbli, mir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), li tiddikjara li l-informazzjoni pprovduta hija vera.
Fejn l-obbligi skont dan l-Artikolu jiġu ssodisfati f’isem il-produttur minn rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur li jirrappreżenta aktar minn produttur wieħed, minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3, dak ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt għal kull wieħed mill-produtturi rrappreżentati separatament.
L-awtorità kompetenti għandha:
tagħmel disponibbli fuq is-sit web tagħha informazzjoni dwar il-proċess ta’ applikazzjoni permezz ta’ sistema elettronika għall-ipproċessar tad-data;
tagħti reġistrazzjonijiet u tipprovdi numru tar-reġistrazzjoni f’perjodu massimu ta’ 12-il ġimgħa mill-mument li tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafi 2 u 3.
L-awtorità kompetenti tista’:
tistabbilixxi modalitajiet fir-rigward tar-rekwiżiti u l-proċess tar-reġistrazzjoni mingħajr ma żżid rekwiżiti sostantivi ma’ dawk stipulati fil-paragrafi 2 u 3;
titlob ħlasijiet proporzjonati u bbażati fuq il-kostijiet lill-produtturi għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.
L-awtorità kompetenti għandha tirtira r-reġistrazzjoni tal-produttur jekk din ma tkunx għadha teżisti.
Artikolu 56
Responsabbiltà Estiża tal-Produttur
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produttur għandhom ikopru l-ispejjeż li ġejjin għall-prodotti li l-produttur jagħmel disponibbli fis-suq fl-Istat Membru kkonċernat:
l-ispejjeż ta’ ġbir separat tal-iskart ta’ batteriji u t-trasport u t-trattament sussegwenti tagħhom, b’kont meħud ta’ kwalunkwe dħul miksub mill-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew il-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew mill-valur ta’ materja prima sekondarja rkuprata minn skart riċiklat ta’ batteriji;
l-ispejjeż tat-twettiq ta’ stħarriġ dwar il-kompożizzjoni tal-iskart muniċipali mħallat miġbur f’konformità mal-Artikoli 69(5);
l-ispejjeż tal-għoti ta’ informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-iskart ta’ batteriji f’konformità mal-Artikolu 74;
l-ispejjeż tal-ġbir tad-data u r-rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 75.
Meta batterija msemmija fil-paragrafu 2 tkun soġġetta għal aktar minn responsabbiltà estiża waħda tal-produttur, l-ewwel produttur li jagħmel dik il-batterija disponibbli fis-suq ma għandux iġarrab kostijiet addizzjonali bħala riżultat tal-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-kostijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri rigward tali mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż.
Artikolu 57
Organizzazzjoni b’Kompetenza fil-Qasam tar-Responsabbiltà tal-Produtturi
Fil-każ ta’ ssodisfar kollettiv ta’ obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jiżguraw it-trattament ugwali tal-produtturi, irrispettivament mill-oriġini jew mid-daqs tagħhom, mingħajr ma jqiegħdu piż sproporzjonat fuq il-produtturi ta’ kwantitajiet żgħar ta’ batteriji, inkluż intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Dawn għandhom jiżguraw ukoll li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa lilhom mill-produtturi:
ikunu modulati f’konformità mal-Artikolu 8a(4), il-punt (b), tad-Direttiva 2008/98/KE u bħala minimu skont il-kategorija ta’ batterija u l-kimika tal-batterija, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-kapaċità ta’ ċċarġjar mill-ġdid, il-livell ta’ kontenut riċiklat fil-manifattura tal-batteriji u jekk il-batteriji kienux soġġetti għal preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, għall-adattament għal skop differenti jew għall-manifattura mill-ġdid, u l-impronta tal-karbonju tagħhom; u
jiġu aġġustati biex jitqies kwalunkwe dħul miksub mill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mill-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew mill-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew mill-valur ta’ materja prima sekondarja rkuprata minn skart riċiklat ta’ batteriji.
Artikolu 58
Awtorizzazzjoni dwar l-issodisfar ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi
L-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss fejn jintwera:
li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8a(3), il-punti (a) sa (d), tad-Direttiva 2008/98/KE jkunu ġew issodisfati u l-miżuri stabbiliti mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu fir-rigward tal-ammont ta’ batteriji li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru mill-produttur jew il-produtturi li tkun qed taġixxi f’isimhom l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi; u
billi tiġi pprovduta evidenza dokumentarja, li r-rekwiżiti tal-Artikolu 59(1) u (2) jew ir-rekwiżiti tal-Artikolu 60(1), (2) u (4), ikunu ġew issodisfati u li l-arranġamenti kollha jkunu fis-seħħ biex tagħmilha possibli li tintlaħaq u tinżamm b’mod durabbli tal-anqas il-mira tal-ġbir imsemmija fl-Artikolu 59(3) u l-Artikolu 60(3), rispettivament.
Artikolu 59
Ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli
Il-produtturi ta’ batteriji portabbli jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jiżguraw li l-iskart kollu ta’ batteriji portabbli, irrispettivament min-natura, il-kompożizzjoni kimika, il-kondizzjoni, id-ditta jew l-oriġini tagħhom jinġabar separatament, fit-territorju ta’ Stat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji portabbli għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba. Għal dak l-iskop, huma għandhom:
jistabbilixxu sistema ta’ teħid lura u ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli;
joffru l-ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli, mingħajr ħlas, lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), u jipprevedu l-ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli mill-entitajiet kollha li jkunu għamlu użu minn dik l-offerta (“punti ta’ ġbir konnessi għall-iskart ta’ batteriji portabbli”);
jipprevedu l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-ġbir u t-trasport ‘tal-iskart ta’ batteriji portabbli, inkluż il-forniment, mingħajr ħlas, ta’ kontenituri xierqa għall-ġbir u t-trasport li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), għall-punti ta’ ġbir konnessi għall-iskart ta’ batteriji portabbli;
jiġbru, mingħajr ħlas, l-iskart ta’ batteriji portabbli miġbur mill-punti tal-ġbir konnessi, bi frekwenza li tkun proporzjonata għaż-żona koperta u l-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji portabbli ġeneralment miġbur mill-punti ta’ ġbir konnessi għall-iskart ta’ batteriji portabbli;
jiġbru, mingħajr ħlas, l-iskart ta’ batteriji portabbli mneħħi mill-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, bi frekwenza li tkun proporzjonata għall-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji portabbli;
jiżguraw li l-iskart ta’ batteriji portabbli miġbur mill-punti ta’ ġbir konnessi għall-iskart ta’ batteriji portabbli u mneħħi mill-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku sussegwentement ikun soġġett għal trattament f’faċilità permessa minn operatur tal-immaniġġar tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 70.
Il-produtturi ta’ batteriji portabbli jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ teħid lura u ta’ ġbir tal-iskart ta’ batteriji portabbli:
tikkonsisti f’punti ta’ ġbir stabbiliti minnhom f’kooperazzjoni ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
distributuri f’konformità mal-Artikolu 62;
faċilitajiet għat-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw soġġetti għad-Direttiva 2000/53/KE;
l-awtoritajiet pubbliċi, jew il-partijiet terzi li jwettqu l-immaniġġar tal-iskart f’isimhom, f’konformità mal-Artikolu 66;
il-punti ta’ ġbir volontarji f’konformità mal-Artikolu 67;
faċilitajiet għat-trattament tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku soġġetti għad-Direttiva 2012/19/KE; u
tkopri t-territorju kollu tal-Istat Membru b’kont meħud tad-daqs u d-densità tal-popolazzjoni, il-volum mistenni tal-iskart ta’ batteriji portabbli, l-aċċessibbiltà għal u l-prossimità għall-utenti finali, li ma jkunx limitat għal żoni fejn il-ġbir u l-immaniġġar sussegwenti tal-iskart ta’ batteriji portabbli huma profittabbli.
Il-produtturi ta’ batteriji portabbli jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jilħqu b’mod durabbli, mill-inqas il-miri tal-ġbir li ġejjin għall-iskart ta’ batteriji portabbli:
45 % sal-31 ta’ Diċembru 2023;
63 % sal-31 ta’ Diċembru 2027;
73 % sal-31 ta’ Diċembru 2030.
Il-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jikkalkolaw ir-rata tal-ġbir imsemmija f’dan il-paragrafu f’konformità mal-Anness XI.
Artikolu 60
Ġbir tal-iskart ta’ batteriji LMT
Il-produtturi ta’ batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jiżguraw li l-iskart kollu ta’ batteriji LMT, irrispettivament min-natura, il-kompożizzjoni kimika, il-kondizzjoni, id-ditta jew l-oriġini tagħhom, jinġabar separatament fit-territorju ta’ Stat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji fis-suq għall-ewwel darba. Għal dak l-iskop, huma għandhom:
jistabbilixxu sistema ta’ teħid lura u ġbir tal-iskart ta’ batteriji LMT;
joffru l-ġbir tal-iskart ta’ batteriji LMT, mingħajr ħlas, lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), u jipprevedu l-ġbir tal-iskart ta’ batteriji LMT mill-entitajiet kollha li jkunu għamlu użu minn dik l-offerta (“punti ta’ ġbir konnessi għall-batteriji LMT”);
jipprevedu l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-ġbir u t-trasport tal-iskart ta’ batteriji LMT, inkluż il-forniment, mingħajr ħlas, ta’ kontenituri xierqa għall-ġbir u t-trasport li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/68/KE, għall-punti ta’ ġbir konnessi għall-batteriji LMT;
jiġbru, mingħajr ħlas, l-iskart ta’ batteriji LMT miġbur mill-punti tal-ġbir konnessi għall-batteriji LMT, bi frekwenza li tkun proporzjonata għaż-żona koperta u l-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji LMT ġeneralment miġbur minn dawk il-punti ta’ ġbir;
jiġbru, mingħajr ħlas, l-iskart ta’ batteriji LMT imneħħi mill-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, bi frekwenza li tkun proporzjonata għall-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji LMT;
jiżguraw li l-iskart ta’ batteriji LMT miġbur minn punti ta’ ġbir konnessi għall-batteriji LMT u mneħħi mill-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku sussegwentement ikun soġġett għal trattament f’faċilità permessa minn operatur tal-immaniġġar tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 70.
Produtturi għall-batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ teħid lura u ta’ ġbir tal-iskart ta’ batteriji LMT:
tikkonsisti f’punti ta’ ġbir stabbiliti minnhom f’kooperazzjoni ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
distributuri f’konformità mal-Artikolu 62;
faċilitajiet għat-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw skont id-Direttiva 2000/53/KE;
l-awtoritajiet pubbliċi, jew il-partijiet terzi li jwettqu l-immaniġġar tal-iskart f’isimhom, f’konformità mal-Artikolu 66;
il-punti ta’ ġbir volontarji f’konformità mal-Artikolu 67;
faċilitajiet għat-trattament tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku soġġetti għad-Direttiva 2012/19/UE; u
tkopri t-territorju kollu tal-Istat Membru b’kont meħud tad-daqs u d-densità tal-popolazzjoni, il-volum mistenni tal-iskart ta’ batteriji LMT, l-aċċessibbiltà għal u l-prossimità għall-utenti finali, li ma jkunx limitat għal żoni fejn il-ġbir u l-immaniġġar sussegwenti tal-iskart ta’ batteriji LMT huma profittabbli.
Il-produtturi ta’ batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jilħqu, u jżommu b’mod durabbli, mill-inqas il-miri tal-ġbir li ġejjin ‘tal-iskart ta’ batteriji LMT:
51 % sal-31 ta’ Diċembru 2028;
61 % sal-31 ta’ Diċembru 2031.
Il-produtturi ta’ batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jikkalkolaw ir-rata tal-ġbir imsemmija f’dan il-paragrafu f’konformità mal-Anness XI.
Il-produtturi ta’ batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom:
jistabbilixxu l-punti ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), b’infrastruttura tal-ġbir adegwata għall-ġbir separat tal-iskart ta’ batteriji LMT li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sikurezza applikabbli u jkopru l-kostijiet meħtieġa mġarrba minn dawk il-punti ta’ ġbir b’rabta mal-attivitajiet ta’ teħid lura; il-kontenituri għall-ġbir u l-ħżin temporanju ta’ tali skart ta’ batteriji fil-punt tal-ġbir għandhom ikunu adegwati fid-dawl tal-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji LMT li x’aktarx jinġabru minn dawk il-punti ta’ ġbir;
jiġbru l-iskart ta’ batteriji LMT mill-punti ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), bi frekwenza li tkun proporzjonata għall-kapaċità tal-ħżin tal-infrastruttura tal-ġbir separat u l-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji li ġeneralment jinġabar minn dawk il-punti ta’ ġbir; u
jipprevedu l-konsenja tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur mill-punti ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu lill-faċilitajiet permessi għat-trattament f’konformità mal-Artikoli 70 u 73.
Artikolu 61
Ġbir tal-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi
Il-produtturi tal-batteriji SLI, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jieħdu lura, mingħajr ħlas u mingħajr obbligu fuq l-utent finali li jixtri batterija ġdida, u lanqas li jkun xtara l-batterija mingħandhom, u għandhom jiżguraw li l-iskart kollu tal-batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi irrispettivament min-natura, il-kompożizzjoni kimika, il-kondizzjoni, id-ditta jew l-oriġini tal-kategorija rispettiva tagħhom li jkunu qiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jinġabar separatament. Għal dak l-għan, huma għandhom jaċċettaw li jieħdu lura skart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi mingħand l-utenti finali, jew minn sistemi ta’ teħid lura u ta’ ġbir li jinkludu punti ta’ ġbir stabbiliti minnhom f’kooperazzjoni ma’:
id-distributuri ta’ batteriji SLI, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi f’konformità mal-Artikolu 62(1);
l-operaturi li jwettqu manifattura mill-ġdid jew adattament għal skop differenti ta’ batteriji SLI, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi;
il-faċilitajiet għat-trattament tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku u ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw imsemmija fl-Artikolu 65 għal skart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi li jirriżulta mill-operazzjonijiet tagħhom;
l-awtoritajiet pubbliċi, jew il-partijiet terzi li jwettqu l-immaniġġar tal-iskart f’isimhom, f’konformità mal-Artikolu 66.
L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jirrikjedu li l-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), jistgħu jiġbru skart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi biss jekk ikunu kkonkludew kuntratt mal-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi.
Meta l-iskart ta’ batteriji industrijali jkun jirrikjedi ż-żarmar minn qabel fil-bini tal-utenti privati u mhux kummerċjali, l-obbligu tal-produttur li jieħu lura dak l-iskart ta’ batteriji ma għandu jirriżulta fl-ebda spiża marbuta maż-żarmar u l-ġbir ta’ dak tal-iskart ta’ batteriji li tiġġarrab minn dawk l-utenti.
Il-produtturi tal-batteriji SLI, tal-batteriji industrijali u tal-batteriji tal-vetturi elettriċi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom:
jipprovdu lis-sistemi ta’ teħid lura u ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 1 b’infrastruttura tal-ġbir adegwata għall-ġbir separat tal-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sikurezza applikabbli, u jkopru l-kostijiet meħtieġa mġarrba minn dawk is-sistemi ta’ teħid lura u ta’ ġbir b’rabta mal-attivitajiet ta’ teħid lura; il-kontenituri għall-ġbir u l-ħżin temporanju ta’ tali skart ta’ batteriji fis-sistemi ta’ teħid lura u ta’ ġbir għandhom ikunu adegwati fid-dawl tal-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi li x’aktarx jinġabru minn dawk il-punti ta’ ġbir;
jiġbru l-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi mis-sistemi ta’ teħid lura u ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 1 bi frekwenza li tkun proporzjonata għall-kapaċità tal-ħżin tal-infrastruttura tal-ġbir separat u l-volum u n-natura perikoluża tal-iskart ta’ batteriji li ġeneralment jinġabar permezz ta’ dawk is-sistemi ta’ teħid lura u ta’ ġbir; u
jipprevedu l-konsenja tal-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur mill-utenti finali u mis-sistemi ta’ teħid lura u ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sal-faċilitajiet permessi għat-trattament f’konformità mal-Artikoli 70 u 73.
Artikolu 62
Obbligi tad-distributuri
Id-distributuri għandhom jieħdu lura l-iskart ta’ batteriji mingħand l-utent finali mingħajr ħlas u mingħajr ma jimponu obbligu fuq l-utent finali li jixtri jew li kellu jixtri batterija ġdida, irrispettivament mill-kompożizzjoni kimika, id-ditta jew l-oriġini tagħhom kif ġej:
għall-iskart ta’ batteriji portabbli, fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tad-distributur jew fil-viċinanza immedjata tiegħu;
għall-iskart ta’ batteriji LMT, l-iskart ta’ batteriji SLI, l-iskart ta’ batteriji industrijali u l-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi, fl-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tad-distributur jew fil-viċinanzi tiegħu.
L-obbligu ta’ teħid lura stipulat fil-paragrafu 1:
ma għandux japplika għal skart ta’ prodotti li fihom il-batteriji;
għandu jkun limitat għall-kategoriji tal-iskart ta’ batteriji li d-distributur għandu jew kellu bħala batteriji fl-offerta tiegħu u, għall-iskart ta’ batteriji portabbli, għall-kwantità li normalment jarmu l-utenti finali mhux professjonali.
Għall-finijiet tal-konformità mal-Artikolu 30(1), il-punti (d) u (e), tar-Regolament (UE) 2022/2065, il-fornituri tal-pjattaformi online, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament, li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi għandhom jiksbu l-informazzjoni li ġejja mingħand il-produtturi li joffru l-batteriji, inklużi l-batteriji inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra, lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni:
dettalji li jikkonċernaw ir-reġistru tal-produtturi msemmi fl-Artikolu 55 u n-numru jew in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-produtturi f’dak ir-reġistru;
awtoċertifikazzjoni mill-produttur li jimpenja ruħu li joffri biss batteriji, inkluż dawk inkorporati f’apparati, mezzi ta’ trasport ħfief jew vetturi oħra, li fir-rigward tagħhom ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fl-Artikolu 56(1), (2), (3) u (4), fl-Artikolu 57(1) u fl-Artikolu 58(1), (2) u (7).
Artikolu 63
Sistemi ta’ depożitu għar-ritorn ta’ batteriji
Sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà u l-benefiċċji potenzjali tal-istabbiliment ta’ sistemi ta’ depożitu għar-ritorn ta’ batteriji, b’mod partikolari għall-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tikkunsidra li tieħu l-miżuri xierqa, inkluż l-adozzjoni ta’ proposti leġiżlattivi.
Artikolu 64
Obbligi tal-utenti finali
Artikolu 65
Obbligi tal-operaturi ta’ faċilitajiet ta’ trattament
Artikolu 66
Parteċipazzjoni tal-awtoritajiet tal-immaniġġar tal-iskart pubbliku
L-awtoritajiet pubbliċi tal-immaniġġar tal-iskart għandhom jiżguraw li l-iskart ta’ batteriji miġbur jiġi ttrattat f’konformità mal-Artikolu 70, billi:
jgħadduh lill-produtturi tal-kategorija rilevanti ta’ batteriji jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), lill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart magħżula f’konformità mal-Artikolu 57(8); jew
iwettqu t-trattament tal-iskart ta’ batteriji miġbur huma stess f’konformità mal-Artikolu 68(2).
Artikolu 67
Parteċipazzjoni tal-punti tal-ġbir volontarji
Artikolu 68
Restrizzjonijiet dwar it-trasferiment tal-iskart ta’ batteriji portabbli u skart ta’ batteriji LMT
Artikolu 69
Obbligi għall-Istati Membri rigward il-miri ta’ ġbir għall-iskart ta’ batteriji portabbli u l-iskart ta’ batteriji LMT
Meta l-awtorità kompetenti tikkomunika l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-abbozz tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva, il-produttur jew l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu dawk l-osservazzjonijiet, ifasslu l-pjan ta’ azzjoni korrettiva, filwaqt li jqisu dawk l-osservazzjonijiet, u għandhom jimplimentawh skont dan.
Il-kontenut tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva u l-konformità miegħu mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jitqiesu meta jiġi evalwat jekk il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni stipulata fl-Artikolu 55 u, fejn applikabbli, l-awtorizzazzjoni stipulata fl-Artikolu 58 għadhomx jiġu ssodisfati.
Artikolu 70
Trattament
Artikolu 71
Miri għall-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ materjali
Artikolu 72
Vjeġġi tal-iskart ta’ batteriji
Fejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru jistabbilixxu li vjeġġ maħsub ta’ batteriji użati jikkonsisti fi skart ta’ batteriji, il-kostijiet ta’ analiżijiet, spezzjonijiet u ħżin xierqa tal-batteriji użati suspettati li huma skart jistgħu jiġu imposti fuq il-produtturi tal-kategorija rilevanti ta’ batteriji, fuq partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom jew fuq persuni oħra li jorganizzaw il-vjeġġ. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89, li jissupplimentaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness XIV, b’mod partikolari dwar l-istat tas-saħħa, biex issir distinzjoni bejn il-vjeġġ ta’ batteriji użati u l-iskart ta’ batteriji.
Artikolu 73
Preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti tal-iskart ta’ batteriji LMT, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi
Sabiex jiddokumenta li l-iskart ta’ batterija LMT, l-iskart ta’ batterija industrijali u l-iskart ta’ batterija tal-vetturi elettriċi soġġett għal preparazzjoni għal użu mill-ġdid, jew għal preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, ma għadux aktar skart, id-detentur tal-batterija għandu, fuq talba ta’ awtorità kompetenti, juri dan li ġej:
evidenza tal-evalwazzjoni jew tal-ittestjar tal-istat tas-saħħa mwettqa fi Stat Membru fil-forma ta’ kopja tar-rekord li tikkonferma l-kapaċità tal-batterija li tagħti l-prestazzjoni rilevanti għall-użu tagħha wara preparazzjoni għal użu mill-ġdid, jew preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti;
użu ulterjuri tal-batterija li kienet soġġetta għal preparazzjoni għal użu mill-ġdid, jew għal preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, jiġi dokumentat permezz ta’ fattura jew ta’ kuntratt għall-bejgħ jew għat-trasferiment tas-sjieda tal-batterija;
evidenza ta’ protezzjoni xierqa kontra ħsara waqt it-trasport, it-tagħbija u l-ħatt, inkluż permezz ta’ imballaġġ suffiċjenti u stivar xieraq tat-tagħbija.
Artikolu 74
Informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji
Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, il-produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali u tad-distributuri l-informazzjoni li ġejja dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji fir-rigward tal-kategoriji ta’ batteriji li huma jfornu fit-territorju ta’ Stat Membru:
ir-rwol tal-utenti finali fil-kontribut għall-prevenzjoni tal-iskart, inkluż permezz ta’ informazzjoni dwar prattiki tajbin u rakkomandazzjonijiet rigward l-użu tal-batteriji bl-għan li jiġu estiżi l-fażi tal-użu tagħhom u l-possibbiltajiet ta’ użu mill-ġdid, preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti u manifattura mill-ġdid;
ir-rwol tal-utenti finali fil-kontribut għall-ġbir separat tal-iskart ta’ batteriji f’konformità mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 64 sabiex jippermettu t-trattament tagħhom;
il-ġbir separat, il-punti ta’ teħid lura u ġbir, il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, u t-trattament disponibbli għall-iskart ta’ batteriji;
l-istruzzjonijiet ta’ sikurezza meħtieġa għall-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji, inkluż b’rabta mar-riskji assoċjati ma’ batteriji li fihom il-litju u l-immaniġġar tagħhom;
it-tifsira tat-tikketti u s-simboli fuq il-batteriji f’konformità mal-Artikolu 13 jew stampati fuq l-imballaġġ tagħhom jew fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-batteriji; u
l-impatt tas-sustanzi, b’mod partikolari sustanzi perikolużi, preżenti fil-batteriji fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem jew is-sikurezza tan-nies, inkluż l-impatt minħabba r-rimi mhux xieraq tal-iskart ta’ batteriji, bħal rimi tal-iskart jew rimi bħala skart muniċipali mhux isseparat.
Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli:
f’intervalli ta’ żmien regolari għal kull mudell ta’ batterija mill-mument li l-mudell tal-batterija kkonċernat jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru bħala minimu fil-punt tal-bejgħ b’mod viżibbli u permezz ta’ pjattaformi online;
b’lingwa jew lingwi li jistgħu faċilment jinftiehmu mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru fejn il-batterija tkun ser titqiegħed fis-suq.
Mill-mument li batterija tiġi fornuta fit-territorju ta’ Stat Membru, il-produtturi għandhom jagħmlu disponibbli elettronikament, bla ħlas u fuq talba, lill-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jkunu qed iwettqu preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew trattament, sa fejn dan ikun meħtieġ minn dawk l-operaturi biex iwettqu dawk l-attivitajiet, l-informazzjoni speċifika li ġejja dwar il-mudell tal-batterija fir-rigward tat-trattament tajjeb u li jirrispetta l-ambjent tal-iskart ta’ batteriji:
il-proċessi għaż-żarmar ta’ mezzi tat-trasport ħfief, vetturi u apparati jsir b’mod li jippermetti t-tneħħija tal-batteriji inkorporati;
il-miżuri protettivi u tas-sikurezza, inkluż fir-rigward ta’ sikurezza okkupazzjonali u l-protezzjoni min-nirien, applikabbli għall-ħażna, għat-trasport u għall-proċessi tat-trattament għall-iskart ta’ batteriji.
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tidentifika l-komponenti u l-materjali u l-pożizzjoni tas-sustanzi perikolużi kollha f’batterija, sa fejn dan ikun meħtieġ mill-operaturi li jwettqu preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew trattament, sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli b’lingwa jew b’lingwi, li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-operaturi msemmija fl-ewwel subparagrafu, kif determinat mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu ser titqiegħed il-batterija.
Id-distributuri għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 anki meta jbigħu l-prodotti tagħhom permezz ta’ pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti.
Artikolu 75
Rekwiżiti minimi għar-rapportar lill-awtoritajiet kompetenti
Il-produtturi ta’ batteriji portabbli u l-produtturi ta’ batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti, għal kull sena kalendarja, tal-anqas l-informazzjoni li ġejja skont il-kimika u l-kategorija ta’ batteriji u tal-iskart ta’ batteriji:
l-ammont ta’ batteriji portabbli u batteriji LMT li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru, minbarra batteriji li jkunu telqu mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’dik is-sena, qabel ma jinbiegħu lill-utenti finali;
l-ammont ta’ batteriji portabbli ta’ użu ġenerali li jkunu tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru, minbarra batteriji portabbli ta’ użu ġenerali li jkunu telqu mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’dik is-sena, qabel ma jkunu nbiegħu lill-utenti finali;
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli u skart ta’ batteriji LMT miġbur f’konformità mal-Artikoli 59 u 60, rispettivament;
ir-rata tal-ġbir milħuqa mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur għall-iskart ta’ batteriji portabbli u għall-iskart ta’ batteriji LMT;
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli u tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur u kkonsenjat lil faċilitajiet permessi għat-trattament;
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli u tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi għat-trattament, għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti;
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli u tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti.
Meta l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart minbarra produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur, jiġbru skart ta’ batteriji portabbli jew skart ta’ batteriji LMT minn distributuri jew punti ta’ ġbir oħrajn għall-iskart ta’ batteriji portabbli jew għall-iskart ta’ batteriji LMT, huma għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli jew tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur skont il-kimika tagħhom.
Il-produtturi ta’ batteriji SLI, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi jew fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1) l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja l-informazzjoni li ġejja, skont il-kimiki u l-kategoriji tal-iskart ta’ batteriji:
l-ammont ta’ batteriji SLI, batteriji industrijali u batteriji tal-vetturi elettriċi li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru, minbarra batteriji li jkunu telqu mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’dik is-sena, qabel ma jinbiegħu lill-utenti finali;
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti;
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għat-trattament;
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi, għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew għat-trattament.
Meta l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart jiġbru l-iskart ta’ batteriji mingħand id-distributuri jew minn punti oħra tal-ġbir tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi jew mingħand l-utenti finali, huma għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja l-informazzjoni li ġejja skont il-kimiki u l-kategoriji tal-iskart ta’ batteriji:
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur;
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti;
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali u skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għat-trattament;
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji SLI, skart ta’ batteriji industrijali skart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti jew għat-trattament.
L-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart li jwettqu t-trattament u r-riċiklaturi għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn iseħħ it-trattament tal-iskart ta’ batteriji, għal kull sena kalendarja u mill-Istat Membru fejn ikun inġabar l-iskart ta’ batteriji, l-informazzjoni li ġejja:
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji riċevut għat-trattament;
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji li bdew jgħaddu mill-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti jew proċessi tar-riċiklaġġ;
data dwar l-effiċjenza tar-riċiklaġġ għall-iskart ta’ batteriji, l-irkupru ta’ materjali mill-iskart ta’ batteriji u d-destinazzjoni u r-rendiment tal-frazzjonijiet tal-output finali.
Ir-rapportar dwar l-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ materjali għandu jkopri l-passi individwali kollha tar-riċiklaġġ u l-frazzjonijiet tal-output korrispondenti kollha. Meta operazzjonijiet tar-riċiklaġġ jitwettqu f’aktar minn faċilità waħda, l-ewwel riċiklatur għandu jkun responsabbli biex jiġbor l-informazzjoni u jirrapporta dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir it-trattament tal-iskart ta’ batteriji, għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, fejn ikunu nġabru l-batteriji, jekk tkun differenti.
L-iskart ta’ batteriji mibgħut lil Stat Membru ieħor għat-trattament f’dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jiġi inkluż fid-data dwar l-effiċjenza tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ materjali u għandu jgħodd għall-kisba tal-miri stabbiliti fl-Anness XII mill-Istat Membru li fih ikun inġabar dak l-iskart.
Artikolu 76
Rapportar lill-Kummissjoni
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku f’forma aggregata għal kull sena kalendarja u fil-format stabbilit mill-Kummissjoni fl-att ta’ implementazzjoni adottat skont il-paragrafu 5, id-data li ġejja dwar il-batteriji portabbli, il-batteriji LMT, il-batteriji SLI, il-batteriji industrijali u l-batteriji tal-vetturi elettriċi, skont il-kategoriji tal-batteriji u l-kimiki tagħhom:
l-ammont ta’ batteriji li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fi Stat Membru, inklużi dawk inkorporati f’apparati, vetturi jew prodotti industrijali, bl-esklużjoni tal-batteriji li jkunu telqu mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’dik is-sena, qabel ma jinbiegħu lill-utenti finali;
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji miġbur f’konformità mal-Artikoli 59, 60 u 61, u r-rati ta’ ġbir ikkalkolat abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness XI;
l-ammont tal-iskart ta’ batteriji industrijali u l-ammont tal-iskart ta’ batteriji tal-vetturi elettriċi miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti;
il-valuri għall-effiċjenzi tar-riċiklaġġ miksuba kif imsemmi fil-Parti B tal-Anness XII u l-valuri għall-irkupru ta’ materjali miksub kif imsemmi fil-Parti C tal-Anness XII, fir-rigward tal-batteriji miġbura f’dak l-Istat Membru.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik id-data disponibbli fi żmien 18-il xahar mit-tmiem is-sena tar-rapportar li għaliha tinġabar id-data. Huma għandhom jagħmlu pubblika dik id-data b’mod elettroniku fil-format stabbilit mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 5, bl-użu ta’ servizzi tad-data faċilment aċċessibbli. Id-data għandha tkun tista’ tinqara minn magna, tiġi ssortjata u titfittex, u għandha tirrispetta l-istandards miftuħa għall-użu minn partijiet terzi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ssir disponibbli.
L-ewwel perjodu ta’ rapportar għandu jikkonċerna l-ewwel sena kalendarja sħiħa wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rapportar lill-Kummissjoni, f’konformità mal-paragrafu 5.
Minbarra l-obbligi skont id-Direttivi 2000/53/KE u 2012/19/UE, id-data msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), ta’ dan l-Artikolu għandha tinkludi l-batteriji inkorporati f’vetturi u f’apparati, u l-iskart ta’ batteriji mneħħi minn dawk il-vetturi u apparati f’konformità mal-Artikolu 65.
KAPITOLU IX
Passaport diġitali tal-batteriji
Artikolu 77
Passaport tal-batteriji
L-informazzjoni fil-passaport tal-batteriji għandha tinkludi:
informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali f’konformità mal-punt 1 tal-Anness XIII;
informazzjoni aċċessibbli biss għall-korpi nnotifikati, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni f’konformità mal-punti 2 u 3 tal-Anness XIII; u
informazzjoni aċċessibbli biss għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika b’interess leġittimu fl-aċċess u l-ipproċessar ta’ dik l-informazzjoni għall-finijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tielet subparagrafu f’konformità mal-punti 2 u 4 tal-Anness XIII.
Il-finijiet għall-aċċess u l-ipproċessar tal-informazzjoni kif imsemmi fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu, għandhom:
jikkonċernaw iż-żarmar tal-batterija, inkluż il-miżuri ta’ sikurezza li għandhom jittieħdu matul iż-żarmar, u l-kompożizzjoni dettaljata tal-mudell tal-batterija u tkun essenzjali biex dawk li jsewwu, li jimmanifatturaw mill-ġdid, l-operaturi tat-tieni ħajja u r-riċiklaturi jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet ekonomiċi rispettivi tagħhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament; jew
fil-każ ta’ batteriji individwali, ikunu essenzjali għax-xerrej tal-batterija jew għall-partijiet li jaġixxu f’isem ix-xerrej, għall-fini li l-batterija individwali ssir disponibbli għall-aggregaturi tal-enerġija jew għall-parteċipanti fis-suq tal-enerġija indipendenti.
L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tiġi inkluża fil-passaport tal-batteriji sa fejn applikabbli għall-kategorija jew is-subkategorija tal-batterija kkonċernata.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda l-Anness XIII fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-passaport tal-batteriji fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku.
Il-kodiċi QR u l-identifikatur uniku għandhom jikkonformaw mal-istandards ISO/IEC 15459-1:2014, 15459-2:2015, 15459-3:2014, 15459-4:2014, 15459-5:2014 u 15459-6:2014 jew l-ekwivalenti tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 biex temenda t-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku billi tissostitwixxi l-istandards imsemmija f’dak is-subparagrafu jew iżżid standards Ewropej jew internazzjonali oħra li magħhom għandhom jikkonformaw il-kodiċi QR u l-identifikatur uniku.
Fejn l-istatus ta’ batterija jinbidel għal dak ta’ skart ta’ batterija, ir-responsabbiltà għall-issodisfar tal-obbligi skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ttrasferita jew lill-produttur jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), lill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew lill-operatur tal-immaniġġar tal-iskart magħżul f’konformità mal-Artikolu 57(8).
Il-kriterji biex jiġu speċifikati l-persuni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c), u biex jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jniżżlu, jikkondividu, jippubblikaw u jużaw mill-ġdid l-informazzjoni msemmija fil-punti 2 u 4 tal-Anness XIII għandhom ikunu dawn li ġejjin:
il-ħtieġa li jkun hemm tali informazzjoni sabiex jiġu evalwati l-istatus u l-valur residwu tal-batterija u l-kapaċità tagħha għal użu ulterjuri;
il-ħtieġa li jkun hemm tali informazzjoni għall-fini ta’ preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti, manifattura mill-ġdid jew riċiklaġġ tal-batterija, jew għall-għażla bejn dawk l-operazzjonijiet;
il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-aċċess u l-ipproċessar tal-informazzjoni fil-passaport tal-batteriji li tkun kummerċjalment sensittiva jkunu limitati għall-minimu neċessarju f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni.
Artikolu 78
Disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport tal-batteriji
Id-disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport tal-batteriji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:
il-passaport tal-batteriji għandu jkunu kompletament interoperabbli ma’ passaporti ta’ prodotti diġitali oħra meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni dwar id-disinn ekoloġiku, fir-rigward tal-aspetti tekniċi, semantiċi u organizzattivi tal-komunikazzjoni minn tarf sa tarf u tat-trasferiment tad-data;
il-konsumaturi, l-operaturi ekonomiċi u atturi rilevanti oħra għandu jkollhom aċċess għall-passaport tal-batteriji mingħajr ħlas u abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom stabbiliti fl-Anness XIII u l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 77(9);
id-data inkluża fil-passaport tal-batteriji għandha tinħażen mill-operatur ekonomiku responsabbli għall-issodisfar tal-obbligi skont l-Artikolu 77(4) jew (7), jew mill-operaturi awtorizzati li jaġixxu f’isimhom;
jekk id-data inkluża fil-passaport tal-batteriji tinħażen jew tiġi pproċessata b’xi mod ieħor minn operaturi awtorizzati li jaġixxu f’isem l-operatur ekonomiku responsabbli għall-issodisfar tal-obbligi skont l-Artikolu 77(4) jew (7), dawk l-operaturi ma għandhomx jitħallew ibigħu, jużaw mill-ġdid jew jipproċessaw tali data, kompletament jew parzjalment, lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-forniment tas-servizzi rilevanti ta’ ħżin jew ipproċessar;
il-passaport tal-batteriji għandu jibqa’ disponibbli wara li l-operatur ekonomiku responsabbli għall-issodisfar tal-obbligi skont l-Artikolu 77(4) jew (7) ma jibqax jeżisti jew iwaqqaf l-attività tiegħu fl-Unjoni;
id-drittijiet għall-aċċess, għall-introduzzjoni, il-modifika jew l-aġġornament tal-informazzjoni fil-passaport tal-batteriji għandhom ikunu ristretti abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess speċifikati fl-Anness XIII u l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 77(9);
għandhom ikunu żgurati l-awtentikazzjoni, l-affidabbiltà u l-integrità tad-data;
il-passaporti tal-batteriji għandhom ikunu tali li jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà u ta’ privatezza u jevitaw il-frodi.
KAPITOLU X
Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u proċeduri ta’ salvagwardja tal-Unjoni
Artikolu 79
Proċedura fil-livell nazzjonali għat-trattament tal-batteriji li jippreżentaw riskju
Meta, matul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq isibu li l-batterija ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament (“batterija mhux konformi”), huma għandhom mingħajr dewmien jirrikjedu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjoni korrettiva xierqa kollha, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u proporzjonat man-natura tar-riskju, biex il-batterija ssir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, biex jirtiraha mis-suq, jew biex isejħilha lura.
L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-korp innotifikat rilevanti kif xieraq.
L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-batterija mhux konformi, l-oriġini ta’ dik il-batterija, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex dovut għal xi waħda minn dawn li ġejjin:
in-nuqqas tal-batterija li tikkonforma mal-Artikoli 6 sa 10 jew l-Artikolu 12, 13 jew 14;
nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15;
nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16.
Artikolu 80
Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni
Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3).
Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-batterija mhux konformi tiġi rtirata mis-suq tagħhom, u għandhom jinformaw b’dan lill-Kummissjoni.
Jekk il-miżura nazzjonali titqies mhux ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira dik il-miżura.
Artikolu 81
Batteriji konformi li jippreżentaw riskju
Artikolu 82
Azzjonijiet konġunti
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jwettqu attivitajiet konġunti ma’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi jew lill-utenti finali. Tali attivitajiet konġunti jistgħu jinkludu l-istabbiliment mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ ċentri ta’ kompetenza tal-batteriji, bil-ħsieb li jippromwovu l-konformità, jidentifikaw in-nuqqas ta’ konformità, iqajmu sensibilizzazzjoni u jipprovdu gwida fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Artikolu 83
Nuqqas ta’ konformità formali
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 79, fejn Stat Membru jasal għal waħda mis-sejbiet li ġejjin, huwa għandu jirrikjedi li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nuqqas ta’ konformità kkonċernat:
il-markatura CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament;
il-markatura CE ma tkunx twaħħlet;
in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat, fejn meħtieġ skont l-Anness VIII, ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 20 jew ma jkunx twaħħal;
id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx tfasslet jew ma tkunx tfasslet b’mod korrett;
id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII jew ma tkunx disponibbli, jew inkella ma tkunx kompluta;
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(7) jew fl-Artikolu 41(3) tkun nieqsa, falza jew mhux kompluta;
kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 38 jew 41 ma ġiex issodisfat;
Artikolu 84
Nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tad-diliġenza dovuta
KAPITOLU XI
Akkwist pubbliku ekoloġiku u proċedura biex jiġu emendati r-restrizzjonijiet fuq sustanzi
Artikolu 85
Akkwist pubbliku ekoloġiku
Artikolu 86
Proċedura ta’ restrizzjoni għas-sustanzi
Jekk id-dossier ta’ restrizzjonijiet juri li tkun meħtieġa azzjoni madwar l-Unjoni kollha, minbarra kwalunkwe miżura diġà fis-seħħ, l-Istat Membru għandu jippreżentah lill-Aġenzija fil-format stipulat fl-Anness XV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, sabiex jinbeda l-proċess deskritt fil-paragrafi 4 sa 9 ta’ dan l-Artikolu, u l-Artikolu 87 u 88.
L-Aġenzija għandha tagħmel id-dossier ta’ restrizzjonijiet disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha, inkluż ir-restrizzjonijiet issuġġeriti skont il-paragrafi 2 u 3, mingħajr dewmien, filwaqt li tindika b’mod ċar id-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. L-Aġenzija għandha tistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha sabiex jippreżentaw individwalment jew konġuntament fi żmien erba’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni:
kummenti dwar id-dossier ta’ restrizzjonijiet u r-restrizzjonijiet issuġġeriti;
analiżi soċjoekonomika tar-restrizzjonijiet issuġġeriti, li tinkludi analiżi tal-alternattivi, jew informazzjoni li tista’ tikkontribwixxi għal tali analiżi, b’eżami tal-vantaġġi u tal-iżvantaġġi tar-restrizzjonijiet issuġġeriti. Tali analiżi għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness XVI għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Artikolu 87
Opinjoni tal-Kumitati tal-Aġenzija
Artikolu 88
Preżentazzjoni ta’ opinjoni lill-Kummissjoni
KAPITOLU XII
Setgħat delegati u proċedura tal-kumitat
Artikolu 89
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 90
Proċedura tal-kumitat
Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
KAPITOLU XIII
Emendi
Artikolu 91
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/1020
Ir-Regolament (UE) 2019/1020 huwa emendat kif ġej:
fl-Anness I, il-punt 21 tal-lista tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:
Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 1) ;”.
Artikolu 92
Emenda għad-Direttiva 2008/98/KE
Fl-Artikolu 8a(7) tad-Direttiva 2008/98/KE, jinżdied is-subparagrafu li ġej:
“ ►C1 Għall-batteriji, kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 ) ◄ , l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur li ġew stabbiliti qabel l-4 ta’ Lulju 2018, jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu sat-18 ta’ Awwissu 2025.
KAPITOLU XIV
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 93
Penali
Sat-18 ta’ Awwissu 2025 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 94
Rieżami
B’kont meħud tal-progress tekniku u l-esperjenza prattika miksuba fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tinkludi, fir-rapport tagħha, evalwazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin ta’ dan ir-Regolament:
il-lista ta’ formati komuni li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ batteriji portabbli ta’ użu ġenerali;
ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà u sikurezza stipulati fil-Kapitolu II, inkluż il-ħtieġa possibbli li tiġi introdotta projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ batteriji li mhumiex konformi mar-restrizzjonijiet stipulati fl-Anness I;
ir-rekwiżiti ta’ tikkettar u informazzjoni stipulati fil-Kapitolu III;
ir-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta għall-batteriji stipulati fl-Artikoli 48 sa 53;
il-miżuri dwar l-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji stipulati fil-Kapitolu VIII, inkluż il-possibbiltà li jiġu introdotti żewġ sottokategoriji ta’ batteriji portabbli jiġifieri batteriji portabbli rikarikabbli u mhux rikarikabbli, b’miri ta’ ġbir separat, u li tiġi introdotta mira ta’ ġbir separat għall-batteriji portabbli ta’ użu ġenerali;
il-miżuri rigward il-passaport tal-batteriji stabbiliti fil-Kapitolu IX;
il-ksur u l-effettività, il-proporzjonalità u d-dissważività tal-penali kif stabbiliti fl-Artikolu 93;
analiżi tal-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-kompetittività u fuq l-investimenti fis-settur tal-batteriji, kif ukoll tal-piż amministrattiv li jirriżulta minn dan ir-Regolament.
Fejn ikun xieraq, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendar tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jkun fih ir-riżultati ta’ tali valutazzjoni sa 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe wieħed mill-atti leġiżlattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu, jew sat-30 ta’ Ġunju 2031, skont liema jiġi l-ewwel. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha takkumpanja r-rapport tagħha bi proposta leġiżlattiva li temenda l-Kapitolu VII.
Artikolu 95
Tħassir u regoli tranżizzjonali
Id-Direttiva 2006/66/KE hija mħassra b’effett mit-18 ta’ Awwissu 2025.
Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikomplu japplikaw kif stabbilit hawn taħt:
l-Artikolu 11 sat-18 ta’ Frar 2027;
l-Artikolu 12(4) u (5) sal-31 ta’ Diċembru 2025, ħlief fir-rigward tad-dispożizzjoni li jikkonċerna t-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni li għandha tkompli tapplika sat-30 ta’ Ġunju 2027;
l-Artikolu 21(2) sat-18 ta’ Awwissu 2026.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 96
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw kif ġej:
l-Artikolu 11 għandu japplika mit-18 ta’ Frar 2027;
l-Artikolu 17 u l-Kapitolu VI għandhom japplikaw mit-18 ta’ Awwissu 2024, ħlief għall-Artikolu 17(2) li għandu japplika minn 12-il xahar wara d-data tal-ewwel pubblikazzjoni tal-lista msemmija fl-Artikolu 30(2);
il-Kapitolu VIII għandu japplika mit-18 ta’ Awwissu 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
RESTRIZZJONI FUQ SUSTANZI
Kolonna 1 Deżinjazzjoni tas-sustanza jew tal-grupp ta’ sustanzi |
Kolonna 2 Kondizzjonijiet tar-restrizzjoni |
1. Merkurju CAS Nru 7439-97-6 KE Nru 231-106-7 u l-komposti tiegħu |
Il-batteriji, kemm jekk inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra kif ukoll jekk le, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,0005 % merkurju (espress bħala metall tal-merkurju) skont il-piż. |
2. Kadmju CAS Nru 7440-43-9 KE Nru 231-152-8 u l-komposti tiegħu |
Il-batteriji portabbli, kemm jekk inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra, kif ukoll jekk le, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,002 % kadmju (espress bħala metall tal-kadmju) skont il-piż. |
3. Ċomb CAS Nru 7439-92-1 KE Nru 231-100-4 u l-komposti tiegħu |
1. Mit-18 ta’ Awwissu 2024, il-batteriji portabbli, kemm jekk inkorporati f’apparati kif ukoll jekk le, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,01 % ċomb (espress bħala metall taċ-ċomb) skont il-piż. 2. Ir-restrizzjoni stabbilita fil-punt 1 ma għandhiex tapplika għal ċelluli buttuna taż-żingu-arja portabbli sat-18 ta’ Awwissu 2028. |
ANNESS II
IMPRONTA TAL-KARBONJU
1. Kamp ta’ applikazzjoni
Dan l-Anness jipprovdi elementi essenzjali dwar kif tiġi kkalkulata l-impronta tal-karbonju.
Il-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-impronta tal-karbonju li għandha tiġi pprovduta permezz tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 7 għandha tibni fuq l-elementi essenzjali inklużi f’dan l-Anness, tkun konformi mal-aħħar verżjoni tal-metodu tal-Kummissjoni dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (il-PEF) u mar-Regoli tal-Kategorija rilevanti marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEFCRs) u tirrifletti l-ftehimiet internazzjonali u l-progress tekniku/xjentifiku fil-qasam tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja.
Il-kalkolu tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja għandu jkun ibbażat fuq il-lista ta’ materjali, l-enerġija u l-materjali awżiljarji użati f’impjant tal-manifattura speċifiku għall-produzzjoni ta’ mudell speċifiku ta’ batterija. B’mod partikolari, il-komponenti elettroniċi, pereżempju l-unitajiet tal-ġestjoni tal-batteriji u l-unitajiet tas-sikurezza, u l-materjali tal-katodu għandhom jiġu identifikati b’mod preċiż, peress li jistgħu jsiru l-kontributur ewlieni għall-impronta tal-karbonju tal-batteriji.
2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“data dwar l-attivitajiet” tfisser l-informazzjoni assoċjata mal-proċessi waqt il-ħolqien ta’ mudelli tal-Inventarji taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LCI), fejn kull wieħed mir-riżultati aggregati tal-LCI tal-katini tal-proċessi li jirrappreżentaw l-attivitajiet ta’ proċess jiġi mmultiplikat bid-data dwar l-attivitajiet korrispondenti u mbagħad ikkombinat sabiex tinkiseb l-impronta tal-karbonju assoċjata ma’ dak il-proċess;
“lista ta’ materjali” tfisser lista tal-materja prima, is-subassemblaġġi, l-assemblaġġi intermedji, is-subkomponenti u l-partijiet, u l-kwantitajiet ta’ kull wieħed meħtieġa għall-manifattura tal-batterija;
“data speċifika għall-kumpanija” tfisser data li hija mkejla jew miġbura direttament minn faċilità waħda jew aktar (data speċifika għas-sit) li hija rappreżentattiva tal-attivitajiet tal-kumpanija, tali data hija magħrufa wkoll bħala “data primarja”;
“unità funzjonali” tfisser l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-funzjonijiet, is-servizzi, jew it-tnejn, ipprovduti mill-batterija;
“ċiklu tal-ħajja” tfisser l-istadji konsekuttivi u interkonnessi ta’ sistema ta’ prodotti, mill-akkwist tal-materja prima jew il-ġenerazzjoni minn riżorsi naturali sar-rimi finali (ISO 14040:2006 jew standard ekwivalenti);
“inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (LCI)” tfisser is-sett ikkombinat ta’ skambji ta’ flussi elementari, tal-iskart u ta’ prodotti f’sett ta’ data tal-LCI;
“sett ta’ data tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (LCI)” tfisser dokument jew fajl b’informazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott speċifikat jew referenza oħra, bħas-sit jew il-proċess, li jkopri metadata deskrittiva u inventarju kwantitattiv taċ-ċiklu tal-ħajja, li jista’ jinkludi sett ta’ data ta’ proċess tal-unità, sett ta’ data parzjalment aggregat jew aggregat;
“fluss ta’ referenza” tfisser il-kejl tal-outputs minn proċessi f’sistema partikolari tal-prodotti li jkunu meħtieġa biex tiġi ssodisfata l-funzjoni espressa mill-unità funzjonali (abbażi tal-ISO 14040:2006 jew standard ekwivalenti);
“data sekondarja” tfisser data li ma hijiex miġbura jew mitkejla direttament minn proċess speċifiku fil-katina tal-provvista tal-kumpanija jew stmata minn dik il-kumpanija jew stmata direttament minn dik il-kumpanija, iżda li tinkiseb minn bażi tad-data tal-LCI ta’ parti terza jew minn sorsi oħra; tali data tinkludi data medja tal-industrija, pereżempju minn data ppubblikata dwar il-produzzjoni, statistika tal-gvern, u assoċjazzjonijiet tal-industrija, kif ukoll studji tal-letteratura, studji tal-inġinerija u privattivi, u li tista’ tkun ibbażata wkoll fuq data finanzjarja, u tinkludi data proxy u data ġenerika oħra; u tinkludi wkoll data primarja li tgħaddi minn pass orizzontali ta’ aggregazzjoni;
“limitu tas-sistema” tfisser l-aspetti inklużi jew esklużi mill-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja.
Barra minn hekk, ir-regoli armonizzati għall-kalkolu tal-impronta tal-karbonju tal-batteriji għandhom jinkludu kwalunkwe definizzjoni ulterjuri meħtieġa għall-interpretazzjoni tagħhom.
3. Unità funzjonali u fluss ta’ referenza
L-unità funzjonali hija ddefinita bħala kWh (kilowatt-siegħa) waħda tal-enerġija totali pprovduta mis-sistema tal-batterija matul il-ħajja operattiva tal-batterija, imkejla f’kWh. L-enerġija totali tinkiseb min-numru ta’ ċikli mmultiplikat bl-ammont ta’ enerġija fornuta matul kull ċiklu.
Il-fluss ta’ referenza huwa l-piż ta’ batterija meħtieġ biex tiġi ssodisfata funzjoni speċifika u għandu jitkejjel f’kg ta’ batterija għal kull kWh tal-enerġija totali mwassla mill-batterija matul il-ħajja operattiva tagħha. Id-data kwantitattiva kollha dwar l-input u l-output miġbura mill-manifattur biex tiġi kwantifikata l-impronta tal-karbonju għandha tiġi kkalkulata b’rabta mal-fluss ta’ referenza.
B’eċċezzjoni għall-ewwel paragrafu, għal batteriji ta’ riżerva li għandhom bħala l-funzjoni primarja tagħhom li jiżguraw il-kontinwità ta’ sors ta’ enerġija, l-unità funzjonali hija definita bħala l-kapaċità li jiġi pprovdut kWmin (kilowatt-minuti) wieħed ta’ kapaċità ta’ potenza ta’ riżerva fi kwalunkwe mument matul il-ħajja tal-batterija. Għaldaqstant, il-fluss ta’ referenza għall-batteriji ta’ riżerva huwa l-piż ta’ batterija meħtieġ biex tiġi ssodisfata l-funzjoni definita u għandu jitkejjel f’kg ta’ batterija għal kull kWmin ta’ kapaċità ta’ potenza ta’ riżerva diviża bil-ħajja operattiva tal-batterija fi snin. Id-data kwantitattiva kollha dwar l-input u l-output miġbura minn manifatturi ta’ batteriji ta’ riżerva biex tiġi kwantifikata l-impronta tal-karbonju għandha tiġi kkalkulata b’rabta ma’ dak il-fluss ta’ referenza.
F’każijiet eċċezzjonali, bħal fil-każ ta’ batteriji għal vetturi ibridi mhux plug-in, il-metodoloġija tista’ tiddefinixxi unità funzjonali differenti.
4. Limitu tas-sistema
L-istadji li ġejjin taċ-ċiklu tal-ħajja u l-proċessi involuti fihom għandhom jiġu inklużi fil-limitu tas-sistema:
Stadju taċ-ċiklu tal-ħajja |
Proċessi involuti |
L-akkwist u l-ipproċessar minn qabel tal-materja prima |
Jinkludi l-estrazzjoni u akkwist ieħor rilevanti, l-ipproċessar minn qabel u t-trasport ta’ materjali attivi, sal-manifattura ta’ ċelluli u komponenti ta’ batterija (materjali attivi, separatur, elettrolit, kejsings, komponenti attivi u passivi tal-batteriji), u komponenti elettriċi jew elettroniċi. |
Il-produzzjoni tal-prodott ewlieni |
Assemblaġġ ta’ ċelluli tal-batteriji u assemblaġġ ta’ batteriji biċ-ċelluli tal-batteriji u l-komponenti elettriċi jew elettroniċi |
Id-distribuzzjoni |
Trasport lejn il-post tal-bejgħ |
Tmiem il-ħajja u r-riċiklaġġ |
Il-ġbir, iż-żarmar u r-riċiklaġġ |
Il-proċessi li ġejjin involuti fl-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jiġu esklużi mil-limitu tas-sistema:
Il-fażi tal-użu għandha tiġi eskluża mill-kalkoli tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja, minħabba li ma hijiex taħt l-influwenza diretta tal-manifatturi, ħlief fejn jintwera li l-għażliet li jsiru mill-manifatturi tal-batteriji fl-istadju tad-disinn jistgħu jagħtu kontribut mhux negliġibbli għal dak l-impatt.
5. L-użu ta’ settijiet ta’ data speċifiċi u sekondarji għall-kumpaniji
Minħabba l-għadd kbir ta’ komponenti tal-batterija u l-kumplessità ta’ proċessi tal-manifattura, l-operatur ekonomiku għandu jillimita, fejn ġustifikat, l-użu ta’ data speċifika għall-kumpanija għall-ipproċessar u l-analiżi tal-komponenti tal-partijiet speċifiċi għall-batterija.
B’mod partikolari, id-data kollha dwar l-attivitajiet relatata mal-anodu, il-katodu, l-elettrolit, is-separatur u l-kejsing taċ-ċelluli tal-batterija għandha tirreferi għal mudell speċifiku ta’ batterija prodott f’impjant speċifiku tal-produzzjoni. Għaldaqstant, ma għandha tintuża l-ebda data awtomatika dwar l-attività. Id-data tal-attività speċifika għall-batterija għandha tintuża flimkien mas-settijiet ta’ data sekondarji rilevanti konformi mal-PEF.
Billi d-dikjarazzjoni dwar l-impronta tal-karbonju hija speċifika għal mudell ta’ batterija prodott f’sit ta’ produzzjoni definit, it-teħid ta’ kampjuni tad-data miġbura minn impjanti differenti li jipproduċu l-istess mudell ta’ batterija ma għandux ikun permess.
Fejn hemm bidla fil-lista ta’ materjali jew fit-taħlita tal-enerġija użati biex tiġi prodotta mudell ta’ batterija, l-impronta tal-karbonju għal dak il-mudell tal-batterija għandha tiġi kkalkulata mill-ġdid.
Ir-regoli armonizzati li għandhom jiġu pprovduti permezz ta’ att delegat kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) għandhom jinkludu mmudellar dettaljat tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja li ġejjin:
6. Valutazzjoni tal-impatt tal-impronta tal-karbonju
L-impronta tal-karbonju tal-batterija għandha tiġi kkalkulata billi jintuża l-metodu tal-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja tat-“tibdil fil-klima” rrakkomandat fir-rapport taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-2019 intitolat “Suġġerimenti għall-aġġornament tal-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEF)”.
Ir-riżultati għandhom jingħataw bħala riżultati kkaratterizzati mingħajr normalizzazzjoni u ponderazzjoni. Il-lista tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni li għandhom jintużaw tinsab fuq il-Pjattaforma Ewropea dwar il-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LCA).
7. Kumpens
Il-kumpens jiġi kkalkulat skont xenarju ta’ referenza li jirrappreżenta xenarju ipotetiku ta’ x’emissjonijiet kien ikun hemm fin-nuqqas tal-proġett ta’ mitigazzjoni li jiġġenera l-kumpens.
Il-kumpens ma għandux jiġi inkluż fid-dikjarazzjoni dwar l-impronta tal-karbonju, iżda jista’ jiġi rrappurtat b’mod separat bħala tagħrif ambjentali addizzjonali u jintuża għal skopijiet ta’ komunikazzjoni.
8. Klassijiet ta’ prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju
Skont id-distribuzzjoni tal-valuri fid-dikjarazzjonijiet tal-impronta tal-karbonju ta’batteriji mqiegħda fis-suq, għandhom jiġu identifikati għadd sinifikanti ta’ klassijiet tal-prestazzjoni, bil-kategorija A li hija l-aħjar klassi bl-inqas impatt tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja, sabiex ikun hemm lok għal differenzjazzjoni fis-suq tal-kategoriji ta’ batteriji msemmija fl-Artikolu 7(1).
L-istabbiliment tal-limitu għal kull klassi tal-prestazzjoni, kif ukoll il-wisa’ ta’ dik il-klassi, għandhom ikunu bbażati fuq id-distribuzzjoni tal-prestazzjonijiet tal-kategoriji ta’ batteriji msemmija fl-Artikolu 7(1) imqiegħda fis-suq fit-tliet snin preċedenti, it-titjib teknoloġiku mistenni, u fatturi tekniċi oħra.
9. Limiti massimi tal-karbonju
Abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tad-dikjarazzjonijiet dwar l-impronta tal-karbonju u d-distribuzzjoni relattiva tal-klassijiet tal-prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju tal-mudelli tal-batteriji mqiegħda fis-suq, u filwaqt li jitqies il-progress xjentifiku u tekniku f’dan il-qasam, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-limiti massimi tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja għall-kategoriji ta’ batteriji msemmija fl-Artikolu 7(1), wara li tkun wettqet valutazzjoni tal-impatt dedikata li tiddetermina il-valuri għal-limiti massimi.
Meta tistabbilixxi l-limiti massimi tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis id-distribuzzjoni relattiva tal-valuri tal-impronta tal-karbonju għal batteriji fis-suq, l-ammont ta’ progress fit-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tal-batteriji mqiegħda fis-suq u l-kontribut attwali u potenzjali ta’ dawk il-limiti massimi tal-impronta tal-karbonarju taċ-ċiklu tal-ħajja għall-objettivi tal-Unjoni dwar il-mobbiltà sostenibbli u n-newtralità klimatika sal-2050.
ANNESS III
PARAMETRI TAL-PRESTAZZJONI ELETTROKIMIKA U TAD-DURABBILTÀ GĦAL BATTERIJI PORTABBLI TA’ UŻU ĠENERALI
Parti A
Parametri għal batteriji mhux rikarikabbli
1. Id-durata medja minima: il-ħin minimu medju li ntlaħaq minn kampjun ta’ batteriji mal-iskarika meta jintużaw taħt kondizzjonijiet speċifiċi, bħat-temperatura u l-umdità relattiva.
2. Prestazzjoni ta’ skarika mdewma:, it-tnaqqis relattiv tad-durata medja minima, bid-durata medja minima mkejla fil-bidu bħala l-punt ta’ referenza, wara perjodu definit u taħt kondizzjonijiet speċifiċi, bħat-temperatura u l-umdità relattiva.
3. Ir-reżistenza għat-tnixxija: ir-reżistenza għall-ħruġ mhux ippjanat ta’ elettroliti, gass jew materjal ieħor.
Parti B
Parametri għal batteriji rikarikabbli
1. Il-kapaċità attribwita: il-valur tal-kapaċità ta’ batterija, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, bħat-temperatura u l-umdità relattiva, u ddikjarat mill-manifattur.
2. Iż-żamma (kapaċità) ( 7 ) taċ-ċarġ: il-kapaċità li batterija tista’ taħdem wara l-ħżin, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, bħat-temperatura u l-umdità relattiva, għal żmien speċifiku, mingħajr iċċarġjar mill-ġdid sussegwenti u espressa bħala perċentwal tal-kapaċità attribwita.
3. L-irkupru (kapaċità) taċ-ċarġ: il-kapaċità li batterija tista’ taħdem b’iċċarġjar mill-ġdid sussegwenti wara l-ħżin, taħt kundizzjonijiet speċifiċi bħat-temperatura u l-umdità, għal żmien speċifiku u espressa bħala perċentwal tal-kapaċità attribwita.
4. Reżistenza f’ċikli: l-għadd ta’ ċikli ta’ ċarġ u ta’ skarika li batterija tista’ twettaq taħt kundizzjonijiet speċifiċi, bħat-temperatura u l-umdità relattiva, qabel ma l-kapaċità taqa’ taħt frazzjoni speċifikata tal-kapaċità attribwita.
5. Ir-reżistenza għat-tnixxija: ir-reżistenza għall-ħruġ mhux ippjanat ta’ elettroliti, gass jew materjal ieħor.
ANNESS IV
REKWIŻITI TA’ PRESTAZZJONI ELETTROKIMIKA U TA’ DURABBILTÀ GĦAL BATTERIJI LMT, BATTERIJI INDUSTRIJALI B’KAPAĊITÀ AKBAR MINN 2 KWH U BATTERIJI TAL-VETTURI ELETTRIĊI
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“Kapaċità attribwita” tfisser l-għadd totali ta’ sigħat ampere (Ah) li jistgħu jittieħdu minn batterija kompletament iċċarġjata taħt kundizzjonijiet ta’ referenza.
“Tbaxxija tal-kapaċità” tfisser it-tnaqqis matul iż-żmien u mal-użu tal-ammont ta’ ċarġ li batterija tista’ tforni bil-vultaġġ attribwit, fir-rigward tal-kapaċità attribwita oriġinali.
“Potenza” tfisser l-ammont ta’ enerġija li batterija hija kapaċi tipprovdi matul perjodu speċifikat taħt kundizzjonijiet ta’ referenza.
“Tbaxxija tal-potenza” tfisser it-tnaqqis tul iż-żmien u mal-użu fl-ammont ta’ potenza li batterija tista’ tforni bil-vultaġġ attribwit.
“Reżistenza interna” tfisser l-oppożizzjoni għall-fluss tal-kurrent ġewwa ċellula jew batterija taħt ċerti kundizzjonijiet, jiġifieri, it-total tar-reżistenza elettronika u r-reżistenza jonika għall-kontribut għar-reżistenza effettiva totali inkluż il-proprjetajiet induttivi/kapaċitattivi.
“Effiċjenza enerġetika taċ-ċiklu sħiħ” tfisser il-proporzjon tal-enerġija netta fornuta minn batterija waqt test ta’ skarika mal-enerġija totali meħtieġa biex l-istat taċ-ċarġ inizjali jiġi rrestawrat permezz ta’ ċarġ standard.
Parti A
Parametri relatati mal-prestazzjoni elettrokimika u d-durabbiltà
1. Il-kapaċità attribwita (f’Ah) u t-tbaxxija tal-kapaċità (f’%).
2. Il-potenza (f’W) u t-tbaxxija tal-potenza (f’%).
3. Ir-reżistenza interna (f’Ω) u ż-żieda fir-reżistenza interna (f’%).
4. Fejn applikabbli, l-effiċjenza enerġetika taċ-ċiklu sħiħ u t-tbaxxija tagħha (f’%).
5. It-tul tal-ħajja mistenni tal-batterija taħt il-kundizzjonijiet ta’ referenza li tkun ġiet iddisinjata għalihom f’termini ta’ ċikli, ħlief għal applikazzjonijiet mhux ċikliċi, u snin kalendarji.
Parti B
Elementi biex jiġi spjegat il-kejl għall-parametri elenkati fil-Parti A
1. Ir-rata tal-iskarika u r-rata taċ-ċarġ applikati.
2. Il-proporzjon bejn il-potenza nominali tal-batterija (W) u l-enerġija tal-batterija (Wh).
3. Il-profondità tal-iskarika fit-test tal-ħajja taċ-ċiklu.
4. Il-kapaċità f’termini ta’ potenza fi stat ta’ ċarġ ta’ 80 % u 20 %.
5. Kwalunkwe kalkolu mwettaq bil-parametri mkejla, jekk applikabbli.
ANNESS V
PARAMETRI TAS-SIKUREZZA
1. Xokk termali u ċiklar
Dan it-test għandu jitfassal biex jevalwa l-bidliet fl-integrità tal-batterija li jirriżultaw mill-espansjoni u mill-kontrazzjoni tal-komponenti taċ-ċelluli mal-espożizzjoni għal bidliet estremi u f’daqqa fit-temperatura, u l-konsegwenzi potenzjali ta’ tali bidliet. Waqt xokk termali, l-batterija għandha tiġi esposta għal żewġ limiti tat-temperatura u tinżamm f’kull limitu tat-temperatura għal perjodu speċifikat.
2. Protezzjoni kontra xort fiċ-ċirkwit estern
Dan it-test għandu jevalwa l-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ batterija meta jiġi applikat xort fiċ-ċirkwit estern. It-test jista’ jevalwa l-attivazzjoni tal-apparat tal-protezzjoni kontra l-kurrent żejjed jew il-kapaċità taċ-ċelluli li jifilħu l-kurrent mingħajr ma tintlaħaq sitwazzjoni perikoluża (eż. runaway termali, splużjoni, nar). Il-fatturi ta’ riskju ewlenin huma l-ġenerazzjoni tas-sħana fil-livell taċ-ċelluli u l-arki elettriċi, li jistgħu jagħmlu ħsara liċ-ċirkwiti jew iwasslu għal tnaqqis fir-reżistenza tal-iżolament.
3. Protezzjoni minn ċarġ eċċessiv
Dan it-test għandu jevalwa l-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ batterija f’sitwazzjonijiet ta’ ċarġ eċċessiv. Ir-riskji ta’ sikurezza ewlenin matul ċarġ eċċessiv huma d-dekompożizzjoni tal-elettrolit, tal-katodu u tal-anodu, id-dekompożizzjoni eżotermika tas-saff tal-interfażi ta’ elettrolit solidu (SEI), id-degradazzjoni tas-separatur, u l-ipplejtjar bil-litju, li jistgħu jwasslu biex il-batterija tisħon waħedha u għal runaway termali. Il-fatturi li jaffettwaw l-eżitu tat-test għandhom, bħala minimu, jinkludu, ir-rata tal-iċċarġjar u l-istat ta’ ċarġ li finalment jintlaħaq. Il-protezzjoni tista’ tiġi żgurata jew permezz tal-kontroll tal-vultaġġ (interruzzjoni wara li jintlaħaq il-limitu tal-vultaġġ tal-iċċarġjar) jew bil-kontroll tal-kurrent (interruzzjoni wara li jinqabeż il-kurrent massimu tal-iċċarġjar).
4. Protezzjoni minn skarika eċċessiva
Dan it-test għandu jevalwa l-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ batterija f’sitwazzjonijiet ta’ skarika eċċessiva. Ir-riskji tas-sikurezza matul skarika eċċessiva jinkludu t-treġġigħ lura tal-polarità li jwassal għall-ossidazzjoni tal-kollettur tal-kurrent anodiku (Ram) u għal ipplejtjar fuq in-naħa tal-katodu. Anki skarika eċċessiva minuri tista’ tikkawża l-formazzjoni ta’ dendrite u fl-aħħar mill-aħħar tikkawża xort fiċ-ċirkwit.
5. Protezzjoni minn temperatura eċċessiva
Dan it-test għandu jevalwa l-effett tal-falliment tal-kontroll tat-temperatura jew il-falliment ta’ karatteristiċi oħra għal protezzjoni kontra s-sħana eċċessiva interna waqt it-tħaddim.
6. Protezzjoni minn propagazzjoni termali
Dan it-test għandu jevalwa l-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ batterija f’sitwazzjonijiet ta’ propagazzjoni termali. Runaway termali f’ċellula waħda tista’ tikkawża reazzjoni kaskata fil-batterija kollha li tista’ tkun magħmula minn bosta ċelluli. Dan jista’ jwassal għal konsegwenzi severi inkluż rilaxx sinifikanti ta’ gass. Dan it-test għandu jqis it-testijiet li qed jiġu żviluppati għall-applikazzjonijiet tat-trasport mill-ISO u r-Regolament Tekniku Globali tan-NU.
7. Ħsara mekkanika minn forzi esterni
Dawn it-testijiet għandhom jissimulaw sitwazzjoni waħda jew aktar li fihom batterija tiġi esposta aċċidentalment għal stress mekkaniku u tibqa’ operattiva għall-iskop li għalih tkun ġiet iddisinjata. Il-kriterji għas-simulazzjoni ta’ dawn is-sitwazzjonijiet jenħtieġ li jirriflettu l-użi tal-ħajja reali.
8. Xort fiċ-ċirkwit intern
Dan it-test għandu jevalwa l-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ batterija f’sitwazzjonijiet ta’ xort fiċ-ċirkwit intern. L-okkorrenza ta’ xortijiet fiċ-ċirkwit intern, waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin għall-manifatturi tal-batteriji, potenzjalment twassal għal ivventjar, runaway termali u sparking li jista’ jqabbad il-fwar tal-elettroliti li joħorġu miċ-ċellula. Il-ġenerazzjoni ta’ tali xort fiċ-ċirkwiti interni tista’ tiġi attivata mill-imperfezzjonijiet tal-manifattura, il-preżenza ta’ impuritajiet fiċ-ċelluli jew it-tkabbir dendritiku tal-litju, u hija l-kawża tal-parti l-kbira tal-inċidenti tas-sikurezza. Huma possibbli xenarji ta’ xortijiet interni fiċ-ċirkwit (eż. il-kuntatt elettriku tal-katodu/anodu, il-kollettur tal-kurrent tal-aluminju/il-kollettur tal-kurrent tar-ram, il-kollettur tal-kurrent tal-aluminju/anodu) kull wieħed b’reżistenza għall-kuntatt differenti.
9. Abbuż termali
Matul dan it-test, il-batterija għandha tkun esposta għal temperaturi elevati (f’IEC 62619 it-temperatura hija 85 °C) li jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet ta’ dekompożizzjoni eżotermika u jwasslu għal runaway termali fiċ-ċellula.
10. Test tan-nar
Ir-riskju ta’ splużjoni għandu jiġi vvalutat billi l-batterija tiġi esposta għan-nar.
11. Emissjonijiet ta’ gassijiet
Il-batteriji jista’ jkun fihom ammonti sinifikanti ta’ materjal potenzjalment perikoluż, pereżempju elettroliti li jieħdu n-nar malajr ħafna, komponenti korrużivi u tossiċi. Jekk tkun esposta għal ċerti kundizzjonijiet, l-integrità tal-batterija tista’ tiġi kompromessa li tirriżulta fir-rilaxx ta’ gassijiet perikolużi. Għalhekk, huwa importanti li jiġu identifikati l-emissjonijiet ta’ gassijiet minn sustanzi rilaxxati mill-batterija matul it-testijiet: ir-riskju ta’ gassijiet tossiċi emessi minn elettroliti mhux milwiema għandhom jitqiesu sew għall-parametri kollha tas-sikurezza elenkati fil-punti 1 sa 10.
ANNESS VI
REKWIŻITI TA’ TIKKETTAR, IMMARKAR U INFORMAZZJONI
Parti A: Informazzjoni ġenerali dwar il-batteriji
L-informazzjoni fuq it-tikketta ta’ batterija għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja rigward il-batterija:
l-informazzjoni li tidentifika l-manifattur f’konformità mal-Artikolu 38(7);
il-kategorija ta’ batterija u l-informazzjoni li tidentifika l-batterijaf’konformità mal-Artikolu 38(6);
il-post tal-manifattura (il-pożizzjoni ġeografika tal-impjant tal-manifattura tal-batteriji);
id-data tal-manifattura (ix-xahar u s-sena);
il-piż;
il-kapaċità;
il-kimika;
is-sustanzi perikolużi preżenti fil-batterija, għajr il-merkurju, il-kadmju jew iċ-ċomb;
aġent tat-tifi tan-nar li jista’ jintuża;
il-materja prima kritika preżenti fil-batterija f’konċentrazzjoni ta’ aktar minn 0,1 % piż skont il-piż.
Parti B: Simbolu għal ġbir separat ta’ batteriji
Parti C: Kodiċi QR
Il-kodiċi QR għandu jkun f’kuntrast għoli mal-kulur tal-isfond u ta’ daqs li jista’ jinqara faċilment minn qarrej QR li jkun ġeneralment disponibbli, bħalma huma dawk integrati f’apparat ta’ komunikazzjoni li jinżamm fl-idejn.
ANNESS VII
PARAMETRI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-ISTAT TAS-SAĦĦA U T-TUL TAL-ĦAJJA MISTENNI TAL-BATTERIJI
Parti A
Il-parametri għad-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa ta’ batteriji ta’ vetturi elettriċi, sistemi tal-ħżin tal-enerġija f’batteriji stazzjonarji u batteriji LMT:
Għall-batteriji tal-vetturi elettriċi:
l-istat tal-enerġija ċċertifikata (SOCE).
Għal sistemi tal-ħżin tal-enerġija f’batteriji stazzjonarji u batteriji LMT:
il-kapaċità li jifdal;
fejn possibbli, il-kapaċità tal-potenza li jifdal;
fejn possibbli, l-effiċjenza taċ-ċiklu sħiħ li jifdal;
l-evoluzzjoni tar-rati ta’ awtoskarika;
fejn possibbli, ir-reżistenza ohmika.
Parti B
Il-parametri għad-determinazzjoni tat-tul tal-ħajja mistenni tas-sistemi għall-ħżin tal-enerġija f’batteriji stazzjonarji u batteriji LMT:
id-data tal-manifattura tal-batterija u, fejn xieraq, id-data tat-tqegħid fis-servizz;
it-throughput tal-enerġija;
it-throughput tal-kapaċità;
it-traċċar ta’ avvenimenti ta’ ħsara, bħall-għadd ta’ avvenimenti ta’ skarika profonda, il-ħin imqatta’ f’temperaturi estremi, il-ħin tal-iċċarġjar f’temperaturi estremi;
l-għadd ta’ ċikli sħaħ ekwivalenti ta’ ċarġ u skarika.
ANNESS VIII
PROĊEDURI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Parti A
MODULU A – KONTROLL INTERN TAL-PRODUZZJONI
1. Deskrizzjoni tal-modulu
Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-batteriji kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 6, 9, 10, 12, 13 u 14 applikabbli għalihom.
2. Dokumentazzjoni teknika
Il-manifattur għandu jfassal id-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tippermetti l-valutazzjoni tal-konformità tal-batterija mar-rekwiżiti rilevanti msemmija fil-punt 1 u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskji.
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-batterija. Fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:
deskrizzjoni ġenerali tal-batterija u l-użu maħsub tagħha;
id-disinn kunċettwali u tpinġijiet tal-manifattura u skemi tal-komponenti, tas-subassemblaġġi u taċ-ċirkwiti;
id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa għall-fehim tat-tpinġijiet u l-iskemi msemmija fil-punt (b) u għat-tħaddim tal-batterija;
eżemplari tat-tikketta meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 13;
lista tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li tinkludi indikazzjoni ta’ liema partijiet ġew applikati, lista tal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li tinkludi indikazzjoni ta’ liema partijiet ġew applikati, u lista tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħra rilevanti użati għal skopijiet ta’ kejl jew kalkolu;
fejn l-istandards armonizzati u l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-punt (e) ma jkunux ġew applikati jew ma jkunux disponibbli, deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 6, 9, 10, 12, 13 u 14 jew biex tiġi vverifikata l-konformità tal-batteriji ma’ dawk ir-rekwiżiti;
ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula u l-eżamijiet imwettqa, u l-evidenza teknika jew dokumentarja użata; u
ir-rapporti tat-testijiet.
3. Il-manifattura
Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw li l-batteriji jikkonformaw mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt 1.
4. Il-markatura CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
Il-manifattur għandu jwaħħal il-markatura CE ma’ kull batterija individwali li tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt 1, jew, fejn dak ma jkunx possibbli jew mhux ġustifikat minħabba n-natura tal-batterija, mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-batterija.
Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal kull mudell ta’ batterija f’konformità mal-Artikolu 18 u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar batterija li tappartjeni għall-mudell tal-batterija rispettiv. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-batterija li għalih tkun tħejjiet.
Kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tingħata lill-awtoritajiet nazzjonali meta tintalab.
5. Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur
L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 4 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.
Parti B
MODULU D1 - ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PROĊESS TA’ PRODUZZJONI
1. Deskrizzjoni tal-modulu
L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 4 u 7, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ operaturi ekonomiċi oħra f’konformità ma’ dan ir-Regolament, li l-batteriji kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Artikoli 7 u 8, jew, skont l-għażla tal-manifattur, ir-rekwiżiti applikabbli kollha stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14.
2. Dokumentazzjoni teknika
Il-manifattur għandu jfassal id-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti l-valutazzjoni tal-konformità tal-batterija mar-rekwiżiti rilevanti msemmija fil-punt 1, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskji.
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-batterija. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas l-elementi li ġejjin:
deskrizzjoni ġenerali tal-batterija u l-użu maħsub tagħha;
id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet tal-manifattura u l-iskemi tal-komponenti, tas-subassemblaġġi u taċ-ċirkwiti;
id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa għall-fehim tat-tpinġijiet u l-iskemi msemmija fil-punt (b) u għat-tħaddim tal-batterija;
eżemplari tat-tikketta meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 13;
lista tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, jew tat-tnejn li huma, li ġew applikati, u, fil-każ ta’ standards armonizzati, speċifikazzjonijiet komuni, jew it-tnejn li huma, applikati parzjalment, indikazzjoni ta’ liema partijiet ġew applikati;
lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra użati għall-finijiet ta’ kejl jew ta’ kalkolu u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14 jew biex tiġi vverifikata l-konformità tal-batteriji ma’ dawk ir-rekwiżiti, meta l-istandards armonizzati, l-ispeċifikazzjonijiet komuni, jew it-tnejn li huma, ma jkunux ġew applikati jew ma jkunux disponibbli;
ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, u l-eżamijiet imwettqa, u l-evidenza teknika jew dokumentarja użata;
studju li jappoġġa l-valuri tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7(1) u l-klassi tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7(2), li jkun fih il-kalkoli magħmula f’konformità mal-metodoloġija stipulata fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 7(1), ir-raba’ subparagrafu, il-punt (a), u l-evidenza u l-informazzjoni li jiddeterminaw id-data tal-input għal dawk il-kalkoli;
studju li jappoġġa s-sehem tal-kontenut riċiklat imsemmi fl-Artikolu 8, li jkun fih il-kalkoli magħmula f’konformità mal-metodoloġija stipulata fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu, u l-evidenza u l-informazzjoni li jiddeterminaw id-data tal-input għal dawk il-kalkoli; u
ir-rapporti tat-testijiet.
3. Disponibbiltà tad-dokumentazzjoni teknika
Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-batterija.
4. Il-manifattura
Il-manifattur għandu jopera sistema approvata tal-kwalità għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni tal-prodott finali u għall-ittestjar tal-batteriji kkonċernati kif speċifikat fil-punt 5 u għandu jkun soġġett għal sorveljanza kif speċifikat fil-punt 6.
5. Sistema tal-kwalità
1. Il-manifattur għandu jiddepożita applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tiegħu tal-kwalità mal-korp innotifikat tal-għażla tiegħu għall-batterji kkonċernati.
L-applikazzjoni għandha tinkludi:
l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni ssir mir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, l-isem u l-indirizz ta’ dan ukoll;
dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma tressqet għand ebda korp innotifikat ieħor;
l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tal-batterija maħsuba;
id-dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sistema tal-kwalità msemmija fil-punt 5.2;
id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2.
2. Is-sistema tal-kwalità għandha tiżgura li l-batteriji jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14.
L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom jiġu dokumentati b’mod sistematiku u b’mod ordnat fl-għamla ta’ politiki, proċeduri u struzzjonijiet miktuba. Id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità għandha tagħmilha possibbli li jkun hemm interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, pjanijiet, manwali u reġistri tal-kwalità.
Id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità għandha, b’mod partikolari, ikun fiha deskrizzjoni xierqa ta’ dawn li ġejjin:
l-għanijiet ta’ kwalità u l-istruttura, ir-responsabbiltajiet u l-poteri organizzattivi tal-ġestjoni f’dak li jkollu x’jaqsam mal-kwalità tal-prodott;
il-proċeduri għad-dokumentazzjoni u l-monitoraġġ tal-parametri u d-data meħtieġa għall-kalkolu u l-aġġornament tas-sehem tal-kontenut riċiklat imsemmi fl-Artikolu 8 u, fejn applikabbli, il-valuri u l-klassi tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7;
it-tekniki, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi korrispondenti tal-manifattura, tal-kontroll tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità li ser jintużaw;
l-eżamijiet, il-kalkoli, il-kejl u t-testijiet li ser jitwettqu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha ser isiru;
ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma rapporti ta’ spezzjonijiet, u data tal-kalkoli, il-kejl u t-testijiet, data dwar il-kalibrazzjoni, rapporti dwar il-kwalifiki dwar il-persunal ikkonċernat;
il-mezzi ta’ monitoraġġ tal-ksib tal-kwalità meħtieġa tal-prodott u tal-funzjonament effettiv tas-sistema tal-kwalità.
3. Il-korp innotifikat għandu jivvaluta s-sistema tal-kwalità biex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 5.2.
Huwa għandu jassumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema tal-kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.
Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, it-tim tal-awditjar għandu jkollu tal-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ evalwazzjoni fil-qasam tal-prodott rilevanti u t-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat, u għarfien tar-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14.
L-awditu għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-bini tal-manifattur.
It-tim tal-awditjar għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 sabiex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14 u jwettaq l-eżamijiet, il-kalkoli, il-kejl u t-testijiet neċessarji bil-ħsieb li jiżgura l-konformità tal-batterija ma’ dawk ir-rekwiżiti. It-tim tal-awditjar għandu jivverifika l-affidabbiltà tad-data użata għall-kalkolu tas-sehem tal-kontenut riċiklat imsemmi fl-Artikolu 8 u, fejn applikabbli, il-valuri u l-klassi tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7 kif ukoll l-implimentazzjoni xierqa tal-metodoloġija rilevanti tal-kalkolu.
Wara li jkun ivvaluta s-sistema ta’ kwalità, il-korp innotifikat għandu jjinnotifikata d-deċiżjoni tiegħu lill-manifattur. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-awditu u r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.
4. Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema tal-kwalità kif approvata u li jżommha hekk sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti.
5. Il-manifattur għandu jżomm informat lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema tal-kwalità dwar kull tibdil maħsub għas-sistema tal-kwalità.
Il-korp innotifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema tal-kwalità modifikata hix ser tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 5.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ valutazzjoni mill-ġdid.
Il-korp innotifikat għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.
6. Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat
L-għan tas-sorveljanza hu li jkun aċċertat li l-manifattur iwettaq kif dovut l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema tal-kwalità approvata.
Il-manifattur għandu, għal finijiet ta’ valutazzjoni, jagħti aċċess lill-korp innotifikat għas-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħżin u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:
id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità msemmija fil-punt 5.2;
id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2;
ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma rapporti ta’ spezzjonijiet, u data tal-kalkoli, il-kejl u t-testijiet, data dwar il-kalibrazzjoni u rapporti dwar il-kwalifiki dwar il-persunal ikkonċernat.
Il-korp innotifikat għandu jwettaq awditi perjodiċi biex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema tal-kwalità, u għandu jipprovdi lill-manifattur rapport tal-awditu. Matul tali awditi, il-korp innotifikat għandu jivverifika mill-inqas l-affidabbiltà tad-data użata għall-kalkolu tas-sehem tal-kontenut riċiklat imsemmi fl-Artikolu 8 u, fejn applikabbli, il-valuri u l-klassi tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7, kif ukoll l-implimentazzjoni xierqa tal-metodoloġija rilevanti tal-kalkolu.
Barra minn hekk, il-korp innotifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat, il-korp innotifikat, jekk ikun neċessarju, jista’ jwettaq eżamijiet, kalkoli, kejl u testijiet, jew iqabbad lil min jagħmilhom, sabiex jivverifika li s-sistema tal-kwalità tkun qed taħdem sewwa. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-manifattur rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu xi testijiet, rapport tat-testijiet.
7. Il-markatura CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
Il-manifattur għandu jwaħħal il-markatura CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 5.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull batterija individwali li tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt 1, jew, fejn dan ma jkunx possibbli jew mhux ġustifikat minħabba n-natura tal-batterija, mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-batterija.
Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal kull mudell ta’ batterija f’konformità mal-Artikolu 18 u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar batterija li tappartjeni għall-mudell tal-batterija rispettiv. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-batterija li għalih tkun tħejjiet.
Kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tingħata lill-awtoritajiet nazzjonali meta tintalab.
8. Disponibbiltà tad-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità
Il-manifattur għandu, għal perjodu ta’ 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-batterija, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:
id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità msemmija fil-punt 5.2;
il-bidla msemmija fil-punt 5.5, kif approvata;
id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat imsemmija fil-punti 5.5, 6.3 u 6.4.
9. Obbligi ta’ informazzjoni tal-korp innotifikat
Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa jew irtirati u għandu, perjodikament jew fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità tan-notifika l-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità rifjutati, sospiżi jew inkella limitati.
Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi nnotifikati l-oħrajn bl-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li rrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita, u, fuq talba, bl-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa minnu.
10. Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur
L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 3, 5.1, 5.5, 7 u 8 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, f’isem il-manifattur u taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur, dment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat.
Parti C
MODULU G - KONFORMITÀ ABBAŻI TAL-VERIFIKA TAL-UNITÀ
1. Deskrizzjoni tal-modulu
Il-konformità abbażi tal-verifika tal-unità hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 5, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ operaturi ekonomiċi oħra f’konformità ma’ dan ir-Regolament, li l-batterija kkonċernata, li tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-punt 4, tkun konformi mar-rekwiżiti applikabli stipulati fl-Artikoli 7 u 8, jew, skont l-għażla tal-manifattur, ir-rekwiżiti applikabbli kollha stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14.
2. Dokumentazzjoni teknika
1. Il-manifattur għandu jħejji d-dokumentazzjoni teknika u jqegħidha għad-dispożizzjoni tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 4. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti l-valutazzjoni tal-konformità tal-batterija mar-rekwiżiti rilevanti msemmija fil-punt 1 u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskji.
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-batterija.
Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas l-elementi li ġejjin:
deskrizzjoni ġenerali tal-batterija u l-użu maħsub tagħha;
id-disinn kunċettwali u tpinġijiet tal-manifattura u skemi tal-komponenti, tas-subassemblaġġi u taċ-ċirkwiti;
id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa għall-fehim tat-tpinġijiet u l-iskemi msemmija fil-punt (b) u għat-tħaddim tal-batterija;
eżemplari tat-tikketta meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 13;
lista tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, jew fit-tnejn li huma, li ġew applikati, u, fil-każ ta’ standards armonizzati, speċifikazzjonijiet komuni applikati parzjalment, jew fit-tnejn li huma, indikazzjoni ta’ liema partijiet ġew applikati;
lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra użati għall-finijiet ta’ kejl jew ta’ kalkolu u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt 1 jew biex tiġi vverifikata l-konformità tal-batteriji ma’ dawk ir-rekwiżiti, meta l-istandards armonizzati, l-ispeċifikazzjonijiet komuni, jew it-tnejn li huma, ma jkunux ġew applikati jew ma jkunux disponibbli;
ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula u tal-eżamijiet imwettqa, u l-evidenza teknika jew dokumentarja użata;
studju li jappoġġa l-valuri u l-klassi tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7, li jkun fih il-kalkoli magħmula f’konformità mal-metodoloġija stipulata fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 7(1), ir-raba’ subparagrafu, il-punt (a), u l-evidenza u l-informazzjoni li jiddeterminaw id-data tal-input għal dawk il-kalkoli;
studju li jappoġġa s-sehem tal-kontenut riċiklat imsemmi fl-Artikolu 8, li jkun fih il-kalkoli magħmula f’konformità mal-metodoloġija stipulata fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu, u l-evidenza u l-informazzjoni li jiddeterminaw id-data tal-input għal dawk il-kalkoli; u
ir-rapporti tat-testijiet.
2. Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-batterija.
3. Il-manifattura
Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw li l-batterija manifatturata hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt 1.
4. Verifika
Korp innotifikat magħżul mill-manifattur għandu jwettaq eżamijiet, kalkoli, kejl u testijiet xierqa, kif stipulati fl-istandards armonizzati rilevanti msemmija fl-Artikolu 15, fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, jew it-tnejn li huma, jew testijiet ekwivalenti, biex jivverifika l-konformità tal-batterija mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt 1, jew iqabbad lil min jagħmilhom. Fin-nuqqas ta’ tali standard armonizzat jew speċifikazzjoni komuni, il-korp innotifikat ikkonċernat għandu jiddeċiedi dwar l-eżamijiet, il-kalkoli, il-kejl u t-testijiet xierqa li għandhom jitwettqu.
Il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ konformità fir-rigward tal-eżamijiet, il-kalkoli, il-kejl u t-testijiet li jkunu twettqu u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu mal-batterija approvata, jew iqabbad lil min iwaħħlu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati ta’ konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-batterija.
5. Il-markatura CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
Il-manifattur għandu jwaħħal il-markatura CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 4, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull batterija li tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt 1, jew, fejn dan ma jkunx possibbli jew mhux ġustifikat minħabba n-natura tal-batterija, mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-batterija.
Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE f’konformità mal-Artikolu 18 għal kull batterija u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-batterija. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-batterija li għaliha tkun tħejjiet.
Kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tingħata lill-awtoritajiet nazzjonali meta tintalab.
6. Rappreżentant awtorizzat tal-manifattur
L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 2.2., 4.2. u 5 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, f’isem il-manifattur u taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur, dment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat.
ANNESS IX
DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE Nru* …
* (numru ta’ identifikazzjoni tad-dikjarazzjoni)
1. Il-mudell tal-batterija (prodott, kategorija, u lott jew numru tas-serje):
2. L-isem u l-indirizz tal-manifattur u, fejn ikun applikabbli, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu:
3. Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur.
4. L-għan tad-dikjarazzjoni (deskrizzjoni tal-batterija u identifikazzjoni li tippermetti t-traċċabbiltà, u li tista’, fejn xieraq, tinkludi stampa tal-batterija):
5. L-għan tad-dikjarazzjoni deskritta fil-punt 4 huwa konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni: … (referenza għall-atti l-oħra tal-Unjoni applikati).
6. Referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti jew għall-ispeċifikazzjonijiet komuni użati jew referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħrajn li fir-rigward tagħhom tiġi ddikjarata l-konformità:
7. Il-korp innotifikat … (isem, indirizz, numru) … wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) … u ħareġ iċ-ċertifikat(i): … (dettalji, inkluż id-data tagħha, u, fejn xieraq, informazzjoni dwar it-tul ta’ u l-kondizzjonijiet għall-validità tagħha).
8. Informazzjoni addizzjonali
Iffirmata għal u f’isem:
(post u data tal-ħruġ):
(isem, funzjoni) (firma)
ANNESS X
LISTA TAL-MATERJA PRIMA U L-KATEGORIJI TA’ RISKJU
1. Materja prima:
kobalt;
grafit naturali;
litju;
nikil;
komposti kimiċi bbażati fuq il-materja prima elenkata fil-punti (a) sa (d), li huma meħtieġa għall-manifattura tal-materjali attivi tal-batteriji.
2. Kategoriji ta’ riskju soċjali u ambjentali:
l-ambjent, il-klima u s-saħħa tal-bniedem, meta jitqiesu l-effetti diretti, indotti, indiretti u kumulattivi, inklużi:
l-arja, inkluż it-tniġġis tal-arja, bħall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra,
l-ilma, inkluż qiegħ il-baħar u l-ambjent tal-baħar, u inkluż it-tniġġis tal-ilma, l-użu tal-ilma, il-kwantitajiet tal-ilma (għargħar jew pixkiet) u l-aċċess għall-ilma,
il-ħamrija, inkluż it-tniġġis tal-ħamrija, l-erożjoni tal-ħamrija, l-użu tal-art u d-degradazzjoni tal-art,
il-bijodiversità, inkluż il-ħsara lill-ħabitats, il-fawna selvaġġa, il-flora u l-ekosistemi, inkluż is-servizzi tal-ekosistema,
sustanzi perikolużi,
ħsejjes u vibrazzjonijiet,
is-sikurezza tal-pjanti,
l-użu tal-enerġija,
l-iskart u r-residwi;
id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-ħaddiema u r-relazzjonijiet industrijali, inklużi:
is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol,
it-tħaddim tat-tfal,
ix-xogħol furzat,
id-diskriminazzjoni,
il-libertajiet tat-trade unions;
il-ħajja komunitarja, inkluża dik tal-popli indiġeni.
3. L-istrumenti internazzjonali li jkopru r-riskji msemmija fil-punt 2 jinkludu:
l-Għaxar Prinċipji tal-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti;
il-Linji gwida tal-UNEP għall-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja tal-Prodotti;
il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, b’mod partikolari d-Deċiżjoni COP VIII/28 - Linji gwida volontarji dwar l-inklużjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-Bijodiversità fil-valutazzjoni tal-impatt;
il-Ftehim ta’ Pariġi tan-NU;
it-tmien Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO kif definiti fid-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol;
kwalunkwe konvenzjoni ambjentali internazzjonali oħra li torbot lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha;
id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol;
il-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali.
4. L-istrumenti ta’ diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment u applikabbli għar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta stipulati fil-Kapitolu VII ta’ dan ir-Regolament:
il-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;
il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;
il-Linji gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali;
id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali;
il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju;
il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u ta’ Riskju Għoli.
ANNESS XI
KALKOLU TAR-RATI TA’ ĠBIR GĦALL-ISKART TA’ BATTERIJI PORTABBLI U L-ISKART TA’ BATTERIJI LMT
1. Il-produtturi tal-kategorija rilevanti ta’ batteriji jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ir-rata ta’ ġbir bħala l-perċentwal miksub bid-diviżjoni tal-piż tal-iskart tal-batteriji, miġbur f’konformità mal-Artikoli 59, 60 u 69, rispettivament, f’sena kalendarja partikolari fi Stat Membru bil-piż medju ta’ tali batteriji li l-produtturi jqiegħdu direttament fis-suq għad-dispożizzjoni tal-utenti finali jew inkella jikkonsenjaw lil partijiet terzi sabiex iqegħduhom fis-suq għad-dispożizzjoni tal-utenti finali f’dak l-Istat Membru matul it-tliet snin kalendarji preċedenti. Ir-rata ta’ ġbir għandha tiġi kkalkulata għall-batteriji portabbli f’konformità mal-Artikolu 59, u għall-batteriji LMT f’konformità mal-Artikolu 60 rispettivament.
Sena |
Ġbir ta’ data |
Kalkolu |
Rekwiżit ta’ rapportar |
|
Sena 1 |
Bejgħ fis-sena 1 (S1) |
|
|
|
Sena 2 |
Bejgħ fis-sena 2 (S2) |
|
|
|
Sena 3 |
Bejgħ fis-sena 3 (S3) |
|
|
|
Sena 4 |
Bejgħ fis-sena 4 (S4) |
Ġbir fis-sena 4 (C4) |
Rata ta’ ġbir (CR4) = 3*C4/(S1+S2+S3) |
CR4 |
Sena 5 |
Bejgħ fis-sena 5 (S5) |
Ġbir fis-sena 5 (C5) |
Rata ta’ ġbir (CR5) = 3*C5/(S2+S3+S4) |
CR5 |
Eċċ. |
Eċċ. |
Eċċ. |
Eċċ. |
|
2. Il-produtturi tal-kategorija rilevanti ta’ batteriji jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-bejgħ annwali tal-batteriji lil utenti finali f’sena partikolari, bħala l-piż ta’ tali batteriji mqiegħda fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru fis-sena kkonċernata, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe batterija li tkun telqet mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’dik is-sena, qabel ma nbiegħet lill-utenti finali. Dak il-bejgħ għandu jiġi kkalkulat separatament għall-batteriji portabbli u għall-batteriji LMT.
3. Għal kull batterija, għandha tingħadd biss l-ewwel darba li din issir disponibbli fis-suq ta’ Stat Membru.
4. Il-kalkolu previst fil-punti 1 u 2 għandu jkun ibbażat fuq data miġbura jew fuq stimi statistikament sinifikanti bbażati fuq data miġbura.
ANNESS XII
REKWIŻITI TA’ ĦŻIN U TA’ TRATTAMENT, INKLUŻ TAR-RIĊIKLAĠĠ
Parti A: Rekwiżiti ta’ ħżin u ta’ trattament
1. It-trattament għandu, bħala minimu, jinkludi t-tneħħija tal-fluwidi u l-aċidi kollha.
2. It-trattament u kwalunkwe ħżin, inkluż ħżin temporanju, f’faċilitajiet ta’ trattament, inkluż f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ, għandu jsir f’postijiet b’uċuħ impermeabbli u b’għata adatta kontra l-elementi tat-temp jew f’kontenituri xierqa.
3. L-iskart ta’ batteriji f’faċilitajiet ta’ trattament, inkluż f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ, għandu jinħażen b’tali mod li dan ma jitħallatx ma’ skart minn materjal konduttiv jew kombustibbli.
4. Għandhom ikunu fis-seħħ prekawzjonijiet speċjali u miżuri ta’ sikurezza għat-trattament tal-iskart ta’ batteriji abbażi tal-litju matul l-immaniġġar, is-separazzjoni u l-ħżin. Miżuri bħal dawn għandhom jinkludu protezzjoni mill-esponiment għal:
sħana eċċessiva, bħal temperaturi għoljin, nar jew dawl tax-xemx dirett;
ilma, bħal preċipitazzjoni u għargħar;
kwalunkwe tgħaffiġ jew ħsara fiżika.
Skart ta’ batteriji abbażi tal-litju għandhom jinħażnu fl-orjentazzjoni tagħhom normalment installata, jiġifieri qatt rashom ’l isfel, u f’żoni ventilati tajjeb u għandhom ikunu mgħottija b’iżolament tal-gomma kontra vultaġġ għoli. Il-faċilitajiet tal-ħżin tal-iskart għal batteriji abbażi tal-litju għandhom jiġu mmarkati b’sinjal ta’ twissija.
5. Il-merkurju għandu jiġi sseparat waqt it-trattament fi fluss identifikabbli, li għandu jiġi immobilizzat u mormi b’mod sikur u ma jistax jikkawża effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent.
6. Il-kadmju għandu jiġi sseparat waqt it-trattament fi fluss identifikabbli, li għandu jingħata destinazzjoni sikura u ma jistax jikkawża effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent.
Parti B: Miri għall-effiċjenzi ta’ riċiklaġġ
1. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, ir-riċiklaġġ għandu jikseb mill-anqas il-miri li ġejjin għall-effiċjenzi ta’ riċiklaġġ:
riċiklaġġ ta’ 75 % skont il-piż medju ta’ batteriji taċ-ċomb u l-aċidu;
riċiklaġġ ta’ 65 % skont il-piż medju ta’ batteriji abbażi tal-litju;
riċiklaġġ ta’ 80 % skont il-piż medju ta’ batteriji tan-nikil u tal-kadmju;
riċiklaġġ ta’ 50 % skont il-piż medju tal-iskart ta’ batteriji oħrajn.
2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030, ir-riċiklaġġ għandu jikseb mill-anqas il-miri li ġejjin għall-effiċjenzi ta’ riċiklaġġ:
riċiklaġġ ta’ 80 % skont il-piż medju ta’ batteriji taċ-ċomb u l-aċidu;
riċiklaġġ ta’ 70 % skont il-piż medju ta’ batteriji abbażi tal-litju.
Parti C: Miri għall-irkupru ta’ materjali
1. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027, ir-riċiklaġġ kollu għandu jikseb mill-anqas il-miri li ġejjin għall-irkupru ta’ materjali:
90 % għall-kobalt;
90 % għar-ram;
90 % għaċ-ċomb;
50 % għal-litju;
90 % għan-nikil.
2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2031, ir-riċiklaġġ kollu għandu jikseb mill-anqas il-miri li ġejjin għall-irkupru ta’ materjali:
95 % għall-kobalt;
95 % għar-ram;
95 % għaċ-ċomb;
80 % għal-litju;
95 % għan-nikil.
ANNESS XIII
TAGĦRIF LI GĦANDU JIĠI INKLUŻ FIL-PASSAPORT TAL-BATTERIJI
1. INFORMAZZJONI AĊĊESSIBBLI GĦALL-PUBBLIKU RELATATA MAL-MUDELL TAL-BATTERIJA
Passaport tal-batteriji għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja relatata mal-mudell tal-batterija li għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku:
l-informazzjoni speċifikata fil-Parti A tal-Anness VI;
il-kompożizzjoni tal-materjal tal-batterija, inkluż il-kimika tagħha, is-sustanzi perikolużi preżenti fil-batterija, għajr il-merkurju, il-kadmju jew iċ-ċomb, u l-materja prima kritika preżenti fil-batterija;
l-informazzjoni dwar l-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7(1) u (2);
informazzjoni dwar l-akkwist responsabbli kif indikat fir-rapport dwar il-politika tad-diliġenza dovuta tal-batteriji msemmija fl-Artikolu 52(3);
informazzjoni dwar il-kontenut irriċiklat kif jinsab fid-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1);
is-sehem tal-kontenut rinnovabbli;
il-kapaċità attribwita (f’Ah);
il-vultaġġ minimu, nominali u massimu, bil-meded tat-temperatura meta jkunu rilevanti;
il-kapaċità f’termini ta’ potenza oriġinali (f’Watts) u l-limiti, b’medda ta’ temperaturi meta rilevanti;
it-tul tal-ħajja mistenni tal-batterija espress f’ċikli, u t-test ta’ referenza użat;
il-limitu tal-kapaċità għall-eżawriment (għall-batteriji tal-vetturi elettriċi biss);
il-medda tat-temperaturi li l-batterija tista’ tiflaħ meta ma tkunx qed tintuża (test ta’ referenza);
il-perjodu li għalih tapplika l-garanzija kummerċjali għall-ħajja kalendarja;
l-effiċjenza inizjali taċ-ċiklu sħiħ tal-enerġija u b’50 % tal-ħajja taċ-ċiklu;
ir-reżistenza interna taċ-ċellola u tal-pakkett tal-batterija;
ir-rata C tat-test rilevanti tal-ħajja taċ-ċiklu.
ir-rekwiżiti dwar l-immarkar stipulati fl-Artikolu 13(3) u (4);
id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 18;
l-informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart ta’ batteriji stipulata fl-Artikolu 74(1), il-punti (a) sa (f).
2. INFORMAZZJONI RELATATA MAL-MUDELL TAL-BATTERIJA AĊĊESSIBBLI BISS LIL PERSUNI B’INTERESS LEĠITTIMU U L-KUMMISSJONI
Passaport tal-batteriji għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja relatata mal-mudell tal-batterija, li għandha tkun aċċessibbli biss lil persuni b’interess leġittimu u l-Kummissjoni:
il-kompożizzjoni, inkluż il-materjali użati fil-katodu, l-anodu u l-elettrolit;
in-numri tal-partijiet għall-komponenti u d-dettalji ta’ kuntatt tas-sorsi għall-partijiet tal-bdil;
informazzjoni dwar iż-żarmar, inkluż mill-inqas:
il-miżuri tas-sikurezza.
3. INFORMAZZJONI AĊĊESSIBBLI BISS LILL-KORPI NNOTIFIKATI, L-AWTORITAJIET TAS-SORVELJANZA TAS-SUQ U L-KUMMISSJONI
Passaport tal-batteriji għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja relatata mal-mudell tal-batterija, li għandha tkun aċċessibbli biss lill-korpi nnotifikati, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni:
4. INFORMAZZJONI U DATA RELATATI MA’ BATTERIJA INDIVIDWALI AĊĊESSIBBLI BISS LIL PERSUNI B’INTERESS LEĠITTIMU
Passaport tal-batteriji għandu jinkludi l-informazzjoni u data speċifiċi li ġejjin relatata ma’ batterija individwali, li għandha tkun aċċessibbli biss lil persuni b’interess leġittimu:
il-valuri għall-parametri tal-prestazzjoni u tad-durabbiltà msemmija fl-Artikolu 10(1), meta l-batterija titqiegħed fis-suq u meta tkun soġġetta għal bidliet fl-istatus tagħha;
informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa tal-batterija skont l-Artikolu 14;
informazzjoni dwar l-istatus tal-batterija, definita bħala “oriġinali”, “adattata għal skop differenti”, “użata mill-ġdid”, “manifatturata mill-ġdid” jew “skart”;
informazzjoni u data li jirriżultaw mill-użu tagħha, inkluż l-għadd ta’ ċikli tal-iċċarġjar u tal-iskarika u avvenimenti negattivi, bħal aċċidenti, kif ukoll informazzjoni rreġistrata perjodikament dwar il-kondizzjonijiet ambjentali tat-tħaddim, inkluż it-temperatura, u dwar l-istat ta’ ċarġ.
ANNESS XIV
REKWIŻITI MINIMI GĦAL VJEĠĠI TA’ BATTERIJI UŻATI
1. Sabiex issir distinzjoni bejn il-batteriji użati u l-iskart ta’ batteriji, fejn id-detentur, jiġifieri l-persuna fiżika jew ġuridika fil-pussess tal-batteriji użati jew tal-iskart ta’ batteriji, jiddikjara li għandu l-intenzjoni li jittrasporta jew li qiegħed jittrasporta batteriji użati u mhux skart ta’ batteriji, dak id-detentur għandu jkun meħtieġ li jkollu disponibbli dan li ġej biex jissostanzja dik id-dikjarazzjoni:
kopja tal-fattura u tal-kuntratt relatati mal-bejgħ jew mat-trasferiment tas-sjieda tal-batteriji li jiddikjaraw li l-batteriji huma maħsuba għal użu mill-ġdid dirett u li huma kompletament funzjonali;
evidenza tal-evalwazzjoni jew l-ittestjar f’forma ta’ kopja tar-reġistri, bħaċ-ċertifikat tal-ittestjar, prova tal-funzjonalità għal kull batterija jew frazzjoni tagħha fil-konsenja, u l-protokoll li jkun fih l-informazzjoni kollu dwar ir-reġistri f’konformità mal-punt 3;
dikjarazzjoni li tkun saret mid-detentur li ebda materjal jew tagħmir fil-konsenja mhuwa skart kif definit bl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2008/98/KE; u
protezzjoni adatta kontra ħsara waqt it-trasportazzjoni, it-tagħbija u l-ħatt, b’mod partikolari permezz ta’ imballaġġ suffiċjenti u arranġament adatt tat-tagħbija.
2. Il-punt 1(a) u (b) u l-punt 3 ma għandux japplika meta jintwera permezz ta’ provi dokumentati li l-vjeġġ ikun qiegħed isir fil-qafas ta’ ftehim ta’ trasferiment minn negozju għal ieħor u li:
il-batterija użata tintbagħat lura lill-produttur jew lil parti terza li taġixxi f’ismu għat-tiswija taħt garanzija bl-intenzjoni tal-użu mill-ġdid; jew
jekk il-batterija użata hija għal użu professjonali, tintbagħat lill-produttur jew lil parti terza li taġixxi f’ismu jew faċilità ta’ parti terza f’pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni C(2001)107/Final tal-Kunsill OECD dwar il-Kontroll ta’ Movimenti Transkonfinali tal-Iskart Destinat għal Operazzjonijiet ta’ Rkupru, għall-manutenzjoni jew it-tiswija skont kuntratt validu bl-intenzjoni tal-użu mill-ġdid; jew
jekk il-batterija użata hija għal użu professjonali u hija difettuża, tintbagħat lill-produttur jew lil parti terza li taġixxi f’ismu għall-analiżi tal-kawża prinċipali skont kuntratt validu, f’każijiet fejn tali analiżi tista’ titwettaq biss mill-produttur jew minn partijiet terzi li jaġixxu f’ismu.
3. Sabiex jintwera li l-batteriji li jkunu qed jiġu ttrasportati jikkostitwixxu batteriji użati, u mhux skart ta’ batteriji, id-detentur tagħhom għandu jwettaq il-passi li jmiss għall-ittestjar u ż-żamma ta’ reġistri:
il-batterija għandha tiġi ttestjata għall-istat tas-saħħa tagħha u l-preżenza ta’ sustanzi perikolużi għandha tiġi evalwata;
ir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-ittestjar imsemmija fil-punt (a) għandhom jiġu rreġistrati.
ir-reġistru għandu jitwaħħal b’mod sigur iżda mhux permanenti fuq il-batterija użata stess, jekk il-batterija użata ma tkunx ġiet ippakkjata, jew inkella fuq l-imballaġġ, sabiex ikun jista’ jinqara mingħajr ma jitneħħa l-imballaġġ;
ir-reġistru għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
4. Minbarra d-dokumentazzjoni meħtieġa fil-punti 1, 2 u 3, kull tagħbija (per eżempju kontejner tat-trasport jew trakk, ta’ batteriji użati għandha tkun akkumpanjata minn:
dokument tat-trasport rilevanti; u
dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà mill-persuna responsabbli għaliha.
5. Fin-nuqqas ta’ prova li oġġett huwa batterija użata u mhux skart ta’ batterija, fil-forma tad-dokumentazzjoni xierqa meħtieġa skont il-punti 1, 2, 3 u 4, u fin-nuqqas ta’ protezzjoni xierqa kontra ħsara matul it-trasportazzjoni, it-tagħbija u l-ħatt, b’mod partikolari permezz tal-imballaġġ suffiċjenti u l-arranġament adatt tat-tagħbija, li huma l-obbligi tad-detentur li jorganizza t-trasport, l-oġġett għandu jitqies skart u għandu jkun preżunt li t-tagħbija hija konsenja illegali. F’tali każijiet, it-tagħbija għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.
ANNESS XV
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 2006/66/KE |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt 1 |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt 2 |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1 it-tieni paragrafu |
— |
Artikolu 2 |
Artikolu 1(3), (4) u (5) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 1(3) u (4) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 1(5) |
Artikolu 2(2), punt (a) |
Artikolu 1(5), punt (a) |
Artikolu 2(2), punt (b) |
Artikolu 1(5), punt (a) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3, punt 1 |
Artikolu 3(1), punt 1 |
Artikolu 3, punt 2 |
Artikolu 3(1), punt 2 |
Artikolu 3, punt 3 |
Artikolu 3(1), punt 9 |
Artikolu 3, punt 4 |
— |
Artikolu 3, punt 5 |
Artikolu 3(1), punt 12 |
Artikolu 3, punt 6 |
Artikolu 3(1), punt 13 |
Artikolu 3, punt 7 |
Artikolu 3(1), punt 50 |
Artikolu 3, punt 8 |
Artikolu 3(2), punt (a) |
Artikolu 3, punt 9 |
— |
Artikolu 3, punt 10 |
Artikolu 3(1), punt 53 |
Artikolu 3, punt 11 |
Artikolu 3(1), punt 26 |
Artikolu 3, punt 12 |
Artikolu 3(1), punt 47 |
Artikolu 3, punt 13 |
Artikolu 3(1), punt 65 |
Artikolu 3, punt 14 |
Artikolu 3(1), punt 16 |
Artikolu 3, punt 15 |
Artikolu 3(1), punt 22 |
Artikolu 3, punt 16 |
— |
Artikolu 3, punt 17 |
— |
Artikolu 4 |
Artikolu 6 |
Artikolu 4(1) |
Anness I |
Artikolu 4(1), punt (a) |
Anness I, entrata 1 |
Artikolu 4(1), punt (b) |
Anness I, entrata 2 |
Artikolu 4(2) |
— |
Artikolu 4(3) |
— |
Artikolu 4(3), punt (a) |
— |
Artikolu 4(3), punt (b) |
— |
Artikolu 4(3), punt (c) |
— |
Artikolu 4(4) |
— |
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 6 |
Artikolu 4 |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 6(2) |
— |
Artikolu 7 |
Artikolu 2 |
Artikolu 8 |
Artikoli 59, 62 u 64 sa 67 |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 59 |
Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 59(1), punt (a) Artikolu 59(1), punt (b) |
Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 62 |
Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c) |
Artikolu 61(1) Artikolu 62(1) |
Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, punt (d) |
Artikolu 59(2), punt (a)(ii) Artikolu 60(1), punt (c) |
Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 59(5) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 59(1) u Artikolu 59(2) |
Artikolu 8(2), punt (a) |
Artikolu 59(1) u Artikolu 59(2) |
Artikolu 8(2), punt (b) |
Artikolu 59(2) |
Artikolu 8(2), punt (c) |
— |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 61 |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 61 |
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 10 |
Artikoli 59, 60 u 69 |
Artikolu 10(1) |
— |
Artikolu 10(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 75(4) |
Artikolu 10(2) |
Artikoli 59 u 60 |
Artikolu 10(2), punt (a) |
— |
Artikolu 10(2), punt (b) |
Artikolu 59(3) u Artikolu 60(3) |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 69(2) u Artikolu 76(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 10(4) |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 11, it-tieni paragrafu |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 12 |
Artikolu 70 |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 70(2) |
Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 59(1), il-punt (f), Artikolu 60(1), punt (f), u Artikolu 60(3), punt (c) |
Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 71(1) |
Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu |
— |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 71(4) |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 70(3) |
Artikolu 12(4) |
Artikolu 71(2) u (3) |
Artikolu 12(5) |
Artikolu 75(5), punt (c), u Artikolu 76(1), punt (d) |
Artikolu 12(6) |
Artikolu 71(4) |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 13(1) |
— |
Artikolu 13(2) |
— |
Artikolu 14 |
Artikolu 70(1) |
Artikolu 15 |
Artikolu 72 |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 72(1) |
Artikolu 15(2) |
Artikolu 72(3) |
Artikolu 15(3) |
Artikolu 72(4) |
Artikolu 16 |
Artikolu 56 |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 56(1) u (4) |
Artikolu 16(1), punt (a) |
Artikolu 56(4), punt (a) |
Artikolu 16(1), punt (b) |
Artikolu 56(4), punt (a) |
Artikolu 16(2) |
— |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 56(1), punt (c) |
Artikolu 16(4) |
Artikolu 74(5) |
Artikolu 16(5) |
— |
Artikolu 16(6) |
— |
Artikolu 17 |
Artikolu 55 |
Artikolu 18 |
Artikolu 57(2), punt (c) |
Artikolu 18(1) |
— |
Artikolu 18(2) |
— |
Artikolu 18(3) |
— |
Artikolu 19 |
Artikolu 59(1), Artikolu 60(1), Artikolu 61(1), Artikolu 62 u Artikoli 64 sa 67 |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 59(2), Artikolu 60(2), Artikolu 61(1) u Artikoli 62, 65, 66 u 67 |
Artikolu 19(2) |
Artikolu 57(2), punt (c) |
Artikolu 20 |
Artikolu 74 |
Artikolu 20(1) |
Artikolu 74(1) |
Artikolu 20(1), punt (a) |
Artikolu 74(1), punt (f) |
Artikolu 20(1), punt (b) |
Artikolu 74(1), punt (b) |
Artikolu 20(1), punt (c) |
Artikolu 74(1), punt (c) |
Artikolu 20(1), punt (d) |
Artikolu 74(1), punt (b) |
Artikolu 20(1), punt (e) |
Artikolu 74(1), punt (e) |
Artikolu 20(2) |
Artikolu 74 |
Artikolu 20(3) |
Artikolu 74(4) |
Artikolu 21 |
Artikolu 20 Artikolu 13, Anness VI, Parti A, B u C |
Artikolu 21(1) |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 21(2) |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 21(3) |
Artikolu 13(5) |
Artikolu 21(4) |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 21(5) |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 21(6) |
— |
Artikolu 21(7) |
— |
Artikolu 22a |
— |
Artikolu 23 |
Artikolu 94 |
Artikolu 23(1) |
Artikolu 94(1) |
Artikolu 23(2) |
Artikolu 94(2) |
Artikolu 23(2), punt (a) |
— |
Artikolu 23(2), punt (b) |
Artikolu 94(2), l-ewwel subparagrafu, punt (e) |
Artikolu 23(2), punt (c) |
Artikolu 71(5) u (6) |
Artikolu 23(3) |
Artikolu 94(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 23a |
Artikolu 89 |
Artikolu 23a(1) |
Artikolu 89(1) |
Artikolu 23a(2) |
Artikolu 89(2) |
Artikolu 23a(3) |
Artikolu 89(3) |
Artikolu 23a(4) |
Artikolu 89(5) |
Artikolu 23a(5) |
Artikolu 89(6) |
Artikolu 24 |
Artikolu 90 |
Artikolu 24(1) |
Artikolu 90(1) |
Artikolu 24(2) |
Artikolu 90(3) |
Artikolu 24(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 90(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 25 |
Artikolu 93 |
Artikolu 26 |
— |
Artikolu 27 |
— |
Artikolu 28 |
Artikolu 95 |
Artikolu 29 |
Artikolu 96 |
Artikolu 30 |
— |
Anness I |
Anness XI |
Anness II |
Anness VI, Parti B |
Anness III |
Anness XII |
Anness III, Parti A |
Anness XII, Parti A |
Anness III, Parti B |
Anness XII, Parti B |
Anness IV |
Artikolu 55 |
( 1 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
( 3 ) Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).
( 5 ) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
( 6 ) Ir-Regolament (UE) 204/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj).
( *1 ) Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).
( *2 ) Ir-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 99).
( *3 ) Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 1);”
►C1 ( *4 ) Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 1).”. ◄
( 7 ) L-IEC issemmi ċ-ċarġ u l-kapaċità. It-tnejn li huma jirrappreżentaw l-istess kwantità fiżika (ċarġ); l-unika differenza hija li ċ-ċarġ hija espressa f’C = A*s filwaqt li l-kapaċità f’A*h. Fil-prattika l-kapaċità hija użata fil-parti l-kbira tal-każijiet.