This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02022R1195-20240930
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/1195 of 11 July 2022 establishing measures to eradicate and prevent the spread of Synchytrium endobioticum (Schilbersky) Percival
Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1195 tal-11 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi miżuri għall-qerda tas-Synchytrium endobioticum (Schilbersky) Percival u għall-prevenzjoni tat-tifrix tiegħu
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1195 tal-11 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi miżuri għall-qerda tas-Synchytrium endobioticum (Schilbersky) Percival u għall-prevenzjoni tat-tifrix tiegħu
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1195/2024-09-30
02022R1195 — MT — 30.09.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1195 tal-11 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 185 12.7.2022, p. 65) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2382 tad-9 ta’ Settembru 2024 |
L 2382 |
1 |
10.9.2024 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1195
tal-11 ta’ Lulju 2022
li jistabbilixxi miżuri għall-qerda tas-Synchytrium endobioticum (Schilbersky) Percival u għall-prevenzjoni tat-tifrix tiegħu
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-fini tal-qerda tas-Synchytrium endobioticum (Schilbersky) Percival, u l-prevenzjoni tat-tifrix tiegħu fit-territorju tal-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“il-pest speċifikat” tfisser Synchytrium endobioticum (Schilbersky) Percival;
“pjanti speċifikati” tfisser pjanti ta’ Solanum tuberosum L. għajr iż-żrieragħ.
Artikolu 3
Stħarriġ u testijiet tal-laboratorju tal-pest speċifikat
Artikolu 4
Deżinjazzjoni ta’ siti tal-produzzjoni infestati u ta’ pjanti speċifikati infettati
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeżinjaw sit tal-produzzjoni bħala infestat mill-pest speċifikat, meta l-preżenza tal-pest speċifikat f’dak is-sit tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment mit-testijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2).
Roqgħat demarkati mill-awtoritajiet kompetenti bħala kkontaminati, f’konformità mal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 69/464/KEE, qabel l-1 ta’ Jannar 2022, għandhom jitqiesu li ġew deżinjati bħala siti tal-produzzjoni infestati.
Pjanti speċifikati mkabbra f’sit tal-produzzjoni ddeżinjat bħala infestat mill-pest speċifikat, jew li kienu f’kuntatt ma’ ħamrija li fiha jkun instab il-pest speċifikat, għandhom jiġu ddeżinjati uffiċjalment bħala infettati.
Artikolu 5
Stabbiliment ta’ żoni demarkati
Iż-żona demarkata għandha tikkonsisti minn:
żona infestata, li tinkludi mill-anqas is-sit tal-produzzjoni indikat bħala infestat; u
żona ta’ lqugħ, madwar iż-żona infestata.
Id-delimitazzjoni taż-żona ta’ lqugħ imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun ibbażata fuq prinċipji xjentifiċi sodi, fuq il-bijoloġija tal-pest speċifikat, fuq il-grad tal-infestazzjoni, fuq id-distribuzzjoni u l-frekwenza tal-kultivazzjoni ta’ pjanti speċifikati fiż-żona kkonċernata, fuq il-kundizzjonijiet ambjentali u ġeografiċi, kif ukoll fuq ir-riskju speċifiku tat-tixrid tal-ispori mistrieħa.
Artikolu 6
Miżuri ta’ qerda
F’żona infestata, għandhom japplikaw il-miżuri kollha li ġejjin:
l-ebda pjanta speċifikata ma għandha tithawwel, titkabbar jew tinħażen;
l-ebda pjanta oħra, maħsuba għat-tħawwil mill-ġdid barra miż-żona infestata, ma għandha titkabbar jew tinħażen, la fl-art lanqas f’ebda post ieħor;
il-ħamrija għandha titneħħa minn mal-pjanti għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b), b’metodi xierqa li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli ta’ tifrix tal-pest speċifikat, qabel ma jinġarru dawn il-pjanti miż-żona infestata għaż-żona ta’ lqugħ, jew barra miż-żona demarkata, jew immedjatament wara;
il-makkinarju għandu jitnaddaf mill-ħamrija u mill-fdalijiet tal-pjanti, qabel jew immedjatament wara li jinħareġ miż-żona infestata u qabel ma jidħol f’ebda sit tal-produzzjoni li jinsab fiż-żona ta’ lqugħ jew barra miż-żona demarkata;
kull ħamrija jew kull skart li joriġina minn żona infestata jista’ jiġi ttrasferit u jintuża jew jiġi ddepożitat barra minn dik iż-żona biss f’kundizzjonijiet li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli ta’ tifrix tal-pest speċifikat.
Pjanti għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2(a) u (b) li minnhom ma tkunx tneħħiet il-ħamrija jistgħu jinħarġu miż-żona demarkata biss jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
jinġarru għall-fini li titneħħa l-ħamrija minn dawk il-pjanti permezz ta’ metodi xierqa li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli ta’ tifrix tal-pest speċifikat;
it-trasport u t-tneħħija tal-ħamrija jseħħu taħt superviżjoni uffiċjali, u jkunu ġew stabbiliti miżuri xierqa li jipprevjenu b’mod effettiv it-tifrix tal-pest speċifikat.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li:
fiż-żona ta’ lqugħ, ma titkabbar l-ebda pjanta maħsuba għat-tħawwil mill-ġdid barra miż-żona demarkata;
fiż-żona ta’ lqugħ, jitkabbru biss pjanti speċifikati ta’ varjetà, li tkun reżistenti għall-patotipi tal-pest speċifikat li jinsabu fiż-żona infestata jew għall-patotipi kollha magħrufa li jseħħu fl-Istat Membru tagħhom, kif previst fl-Artikolu 7, u li ma jkunux għall-produzzjoni ta’ pjanti speċifikati għat-tħawwil; u
jekk jinġarru u jintużaw jew jiġu ddepożitati barra miż-żona demarkata xi ħamrija jew fdalijiet li joriġinaw miż-żona ta’ lqugħ dan irid isir f’kundizzjonijiet li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli ta’ tifrix tal-pest speċifikat.
Artikolu 7
Varjetajiet tal-patata reżistenti għall-patotipi tal-pest speċifikat
Artikolu 8
Notifika tal-preżenza kkonfermata tal-pest speċifikat fuq varjetà ta’ patata reżistenti
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, kull sena sal-31 ta’ Jannar, id-dettalji tal-konfermi magħmula skont il-paragrafu 2 fir-rigward tas-sena preċedenti.
Artikolu 9
Revoka tal-miżuri
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Metodi ta’ ttestjar għad-detezzjoni u għall-identifikazzjoni tal-pest speċifikat imsemmi fl-Artikolu 3(2)
1. Ittestjar permezz tal-ispori
Għad-detezzjoni u għall-identifikazzjoni, jintużaw l-isporanġi tas-sajf u l-ispori mistrieħa, li jinkisbu mill-ħamrija wara t-tgħarbil, jew direttament mill-materjal tal-pjanti.
2. Metodi għad-detezzjoni
Għall-estrazzjoni tal-ispori tal-pest speċifikat mill-ħamrija, għandu jintuża wieħed mill-metodi li ġejjin:
il-metodu ta’ tgħarbil tal-ħamrija, kif deskritt minn Pratt (1976) ( 1 );
il-metodu ta’ tgħarbil tal-ħamrija, kif deskritt minn van Leeuwen et al. (2005) ( 2 );
it-teknika ta’ ċentrifugazzjoni taż-żona għall-ipproċessar ta’ kampjuni bi throughput kbir, kif deskritt minn Wander et al. (2007) ( 3 ).
3. Metodi għall-identifikazzjoni
Wara l-estrazzjoni, l-ispori tal-pest speċifikat għandhom jiġu identifikati b’wieħed mill-metodi li ġejjin:
identifikazzjoni morfoloġika taħt mikroskopju tad-dawl b’ingrandiment ta’ 100x sa 400x;
PCR f’ħin reali bl-użu ta’ primers u sondi skont van Gent-Pelzer et al. (2010) ( 6 );
PCR f’ħin reali bl-użu ta’ primers u sondi skont Smith et al. (2014) ( 7 ).
4. Vijabbiltà tal-ispori mistrieħa
Id-determinazzjoni tal-vijabbiltà tal-ispori mistrieħa tista’ tinkiseb permezz ta’ eżaminazzjoni mikroskopika jew test bijoloġiku. Il-vijabbiltà tal-isporanġi tista’ tiġi ddeterminata permezz ta’ eżaminazzjoni mikroskopika tal-isporanġi mmuntati fil-laktofenol jew fl-ilma (Przetakiewicz 2015) ( 8 ). L-isporanġi b’kontenut granulari jew bi protoplasma kemxejn ittundjati jistgħu jitqiesu vijabbli. Dawk li jkunu plażmolizzati b’mod permanenti jew mingħajr ebda kontenut apparenti għandhom jitqiesu mejtin.
Bħala alternattiva, jew f’każ ta’ dubju, jista’ jsir test bijoloġiku, kif deskritt fil-punt 3 tal-Anness IV.
5. Determinazzjoni tal-patotipi
Id-determinazzjoni tal-patotipi tkun teħtieġ felul ġodda.
L-inokulu għat-test għandu jiġi prodott b’wieħed mill-metodi li ġejjin:
il-metodu tal-SASA (Science and Advice for Scottish Agriculture - Xjenza u Pariri għall-Agrikoltura Skoċċiża), li jikkonsisti miż-żewġ passi li ġejjin:
il-produzzjoni ta’ inokulu
It-tessut il-qadim (kannella) tal-felul għandu jitkisser f’biċċiet żgħar u jitnixxef bl-arja f’temperatura ambjentali sakemm jibbies. It-tessut iebes għandu jintaħan manwalment jew mekkanikament.
Il-materjal mitħun għandu jintgħarbel niexef, filwaqt li tinġabar il-frazzjoni minn 25 sa 75 μm, u mbagħad għandu jiġi estratt bl-użu tal-metodu tal-kloroform ta’ Pratt (1976)1;
il-produzzjoni ta’ felul frisk
Madwar 10 mg ta’ spori estratti mistrieħa għandhom jitferrxu fuq il-wiċċ ta’ 10 ml ilma sterili distillat f’Petri dish żgħir tal-plastik u għandhom jiġu inkubati fid-dlam f’temperatura ta’ 20 °C sal-ġerminazzjoni.
It-tuberi tal-patata b’nebbieta żgħira b’tul ta’ madwar 1 sa 2 mm għandhom jitqiegħdu f’kaxxi tal-plastik trasparenti, miksija b’karta tixju niedja bin-nebbieta mmarkati jħarsu ’l fuq. In-nebbieta għandhom jiddawru b’ċirku ta’ Vaselina mdewba bl-użu ta’ siringa. Iċ-ċirku ma għandux jinkiser u għandu jkun għoli biżżejjed li jżomm is-sospensjoni tal-ispori mingħajr ma tnixxi.
L-10 ml ta’ spori mistrieħa ġerminanti għandhom jerġgħu jiġu dilwiti sa 20 ml b’ilma sterili u jitqiegħdu fiċ-ċrieki bl-użu ta’ pipetta jew flixkun li jingħafas sakemm in-nebbieta tkun kompletament mgħaddsa fis-sospensjoni tal-ispori. Il-kaxxi tal-plastik għandhom jitgħattew bl-għotjien u jiġu inkubati għal 4 ijiem f’temperatura ta’ 10 °C, u wara dan, il-kaxxi għandhom jinfetħu, l-inokulu u ċ-ċrieki tal-Vaselina għandhom jitneħħew u l-kaxxi għandhom jiġu ttrasferiti f’serra mbexxa ħafif b’temperatura ta’ 15 sa 18 °C (mdawwla għal 16-il siegħa);
il-metodu ta’ Spiekermann u Kothoff (1924) ( 9 );
il-metodu ta’ Potoček et al. (1991) ( 10 );
Għad-determinazzjoni tal-patotipi kollha magħrufa li huma rilevanti għall-Unjoni (1(D1), 2(G1), 6(O1), 18(T1) u 38(Nevșehir), għandu jintuża test tal-infezzjoni differenzjali b’diversi varjetajiet tal-pjanta speċifikata kif indikat fit-tabella. It-test tal-infezzjoni għandu jitwettaq skont il-protokoll imsemmi fil-punt (d) (il-metodu ta’ Glynne-Lemmerzahl).
Sensittività selettiva tal-kultivari tal-patata għad-determinazzjoni tal-patotipi ta’ S. endobioticum
|
Kultivar |
Patotipi ta’ S. endobioticum |
|
|||
|
1(D1) |
2(G1) |
6(O1) |
18(T1) |
38(Nevșehir) |
|
|
Tomensa/Evora/Deodara |
S |
S |
S |
S |
S |
|
Irga/Producent |
R |
S |
S |
S |
S |
|
Talent |
R |
R* |
R* |
S |
S |
|
Saphir |
R |
S |
R |
R |
S |
|
Ikar/Gawin/Karolin/Belita |
R |
R |
R |
R |
R |
|
“S”: Suxxettibbli “R”: Reżistenti *: jindika suxxettibbiltà dgħajfa tal-varjetà għal S. endobioticum (“preżenza ta’ żoni bis-sori mhux nekrotiċi mingħajr il-formazzjoni ta’ felul”). |
|||||
ANNESS II
Mudell tal-istħarriġ kif imsemmi fl-Artikolu 3
Mudell għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġiet dwar il-marda tal-felul tal-patata mwettqa matul is-sena kalendarja ta’ qabel is-sena tar-rapportar.
Jekk jogħġbok uża din it-tabella biss għar-riżultati tal-istħarriġ għall-patata maħsuda f’pajjiżek.
|
Stat Membru |
Kategorija |
Żona ta’ kultivazzjoni (ha) |
Spezzjoni viżwali tat-tuberi |
Ittestjar tal-laboratorju |
Daqs inizjali taż-żona infestata (1) (ha) |
Daqs aġġornat taż-żona infestata (2) (ha) |
Numri tan-notifika tat-tifqigħat ġodda nnotifikati, kif applikabbli, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715 |
Informazzjoni addizzjonali |
||
|
Għadd ta’ lottijiet |
Għadd ta’ lottijiet suspettużi |
Għadd ta’ kampjuni ttestjati |
Għadd ta’ kampjuni pożittivi |
|||||||
|
|
Tuberi tal-patata għat-tħawwil |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tuberi tal-patata għal finijiet oħra minbarra t-tħawwil |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1)
Id-daqs totali taż-żona infestata qabel is-sena koperta mir-rapport.
(2)
Id-daqs totali taż-żona infestata fis-sena koperta mir-rapport. |
||||||||||
ANNESS III
Protokoll għall-valutazzjoni tar-reżistenza ta’ varjetà msemmija fl-Artikolu 7(2)
Il-protokoll għall-valutazzjoni tar-reżistenza ta’ varjetà għandu jinkludi l-passi li ġejjin.
Għandhom jiġu ttestjati minimu ta’ 40 tuberu jew plaggijiet tal-għajnejn għal kull varjetà tal-pjanta speċifikata. Dawn għandhom jinqasmu f’żewġ gruppi (replikati).
Ġeneralment, it-test għandu jdum sentejn. F’każ biss li varjetà turi li tkun estremament suxxettibbli għal patotip tal-pest speċifikat, it-tul tat-test jista’ jitnaqqas għal sena.
Qabel ma jibda staġun tal-ittestjar, l-inokulu għandu jiġi ttestjat għall-purità, bl-użu tal-metodi deskritti fl-Anness I.
Fit-test, għandu dejjem jiġi inkluż kontroll pożittiv, fil-forma ta’ varjetà tal-pjanta speċifikata, li jkun estremament suxxettibbli għall-patotip tal-pest speċifikat li għandu jiġi ttestjat.
Għandu jintuża wieħed mill-metodi ta’ ttestjar li ġejjin:
il-metodu ta’ Glynne-Lemmerzahl (Glynne 1925, Lemmerzahl 1930, Noble u Glynne 1970);
il-metodu Spieckermann (Spieckermann u Kothoff 1924); jew
il-metodu SASA (Science and Advice for Scottish Agriculture - Xjenza u Pariri għall-Agrikoltura Skoċċiża), li jikkonsisti fil-passi kollha li ġejjin:
It-tuberi kollha għandhom jiġu vvalutati u jingħataw punteġġ ta’ klassifikazzjoni tar-reżistenza minn 1 sa 5, kif stabbilit fit-tabella.
Kull varjetà ttestjata għandha titqiegħed fi grupp ta’ reżistenza (“reżistenti ħafna”, “reżistenti”, “kemxejn suxxettibbli”, jew “suxxettibbli ħafna”), skont il-firxa ta’ punteġġi osservati fi ħdan il-popolazzjoni rispettiva ta’ tuberi individwali jew ta’ plaggijiet tal-għajnejn ittestjati:
varjetà għandha titqies bħala “reżistenti ħafna”, jekk it-tuberi kollha fir-replikati kollha jkollhom punteġġ ta’ 1;
varjetà għandha titqies bħala “reżistenti”, jekk it-tuberi kollha fir-replikati kollha jkollhom punteġġ ta’ bejn 1 u 3;
varjetà għandha titqies bħala “kemxejn suxxettibbli”, jekk tuberu wieħed jew aktar ikollhom punteġġ ta’ 4 (jekk tuberu wieħed biss ikollu punteġġ ta’ 4, it-test jista’ jiġi ripetut, sabiex tiġi eskluża impurità fil-lott tal-varjetà);
varjetà għandha titqies bħala “suxxettibbli ħafna”, jekk mill-anqas tuberu wieħed f’replikat wieħed ikollu punteġġ ta’ 5.
Notazzjonijiet tal-għoti ta’ punteġġi standard għall-popolazzjonijiet tal-ittestjar tal-patata
|
Punteġġ standard |
Grupp ta’ reżistenza |
Deskrizzjoni tar-reżistenza |
Deskrizzjoni |
|
1 |
R1 |
Reżistenti ħafna |
Nekrożi tad-difiża bikrija; l-ebda formazzjoni viżibbli ta’ sorus. |
|
2 |
R1 |
Reżistenti |
Nekrożi ta’ difiża tardiva; formazzjoni ta’ sorus parzjalment viżibbli, sori immaturi jew nekrotiċi qabel il-maturità. |
|
3 |
R2 |
Reżistenti b’mod dgħajjef |
Nekrożi ta’ difiża tardiva ħafna; sori waħdiena jew żoni fejn żviluppaw għadd ta’ sori maturi, iżda kompletament imdawra bin-nekrożi; sa ħames sori tas-sajf mhux nekrotiċi permessi, nekrożi ċara f’żoni oħrajn tal-istess biċċa tat-tuberu. Mingħajr formazzjoni ta’ felul jew ta’ spori mistrieħa. Sabiex tittieħed deċiżjoni bejn il-gruppi 3 u 4, jista’ jeħtieġ li jitħejjew slajds irqaq ta’ tessut infettat: jekk ma jkunx hemm spori mistrieħa, il-punteġġ għandu jkun ta’ 3. |
|
4 |
S1 |
Kemxejn suxxettibbli |
Infezzjonijiet imxerrdin; għadd żgħajr ta’ sori jew ta’ żoni bis-sori mhux nekrotiċi; jista’ jkun hemm nekrożi tardiva fuq postijiet oħra infettati fuq in-nebbieta; jista’ jkun li n-nebbieta tkun xi ftit malformata (imħaxxna). Jinsabu sporanġi mistrieħa (tax-xitwa). Sabiex tittieħed deċiżjoni bejn il-gruppi 3 u 4, jista’ jeħtieġ li jitħejjew slajds irqaq ta’ tessut infettat: jekk jinsabu spori mistrieħa, il-punteġġ għandu jkun ta’ 4. |
|
5 |
S2 |
Suxxettibbli ħafna |
Żoni ta’ infezzjoni densa, bosta sori u żoni bis-sori maturi mhux nekrotiċi, żoni b’siti ta’ infezzjoni densa mhux nekrotiċi, formazzjoni predominanti ta’ felul. |
ANNESS IV
Kundizzjonijiet għar-revoka tal-miżuri kif imsemmija fl-Artikolu 9
1. Kundizzjonijiet għar-revoka tal-miżuri
1.1. Wara minimu ta’ 50 sena mill-aħħar detezzjoni tal-pest speċifikat, jekk ikun hemm rekord mingħajr waqfien ta’ għelejjel fiż-żona infestata li juri li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (3) ikunu ġew irrispettati matul iż-żmien kollu u li ż-żona infestata ma tkunx intużat bħala bur permanenti.
Meta ż-żona infestata tkun intużat bħala bur permanenti, il-miżuri jistgħu jiġu revokati biss meta ma jkun instab l-ebda sinjal ta’ infezzjoni bil-pest speċifikat fil-kampjuni tal-ħamrija li jkunu ttieħdu meta ġiet applikata l-iskema li għandha tintuża biex tinkiseb il-ħamrija għall-ittestjar stabbilita fil-punt 1.2;
jew
1.2. Wara minimu ta’ 20 sena mill-aħħar detezzjoni tal-pest speċifikat, jekk ikun hemm rekord mingħajr waqfien ta’ għelejjel li juri li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (3) ikunu ġew irrispettati matul iż-żmien kollu u li ż-żona infestata ma tkunx intużat bħala bur permanenti; u
L-iskema li għandha tintuża sabiex tinkiseb il-ħamrija għall-ittestjar għandha tinkludi l-passi kollha li ġejjin:
2. Revoka parzjali tal-miżuri
Wara minimu ta’ 10 snin mill-aħħar detezzjoni tal-pest speċifikat f’partijiet taż-żona infestata, tista’ titqies ir-revoka parzjali tal-miżuri previsti fl-Artikolu 6 għal dawn iż-żoni, fejn ikun hemm rekord mingħajr waqfien ta’ għelejjel li juri li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (3), ikunu ġew irrispettati matul iż-żmien kollu u li ż-żona infestata ma tkunx intużat bħala bur permanenti, u:
ma għandu jinstab l-ebda sinjal ta’ infezzjoni bil-pest speċifikat f’żewġ testijiet bijoloġiċi, kif deskritt fil-punt 3, b’kultivari suxxettibbli tal-patata; jew
ma jkun instab l-ebda sinjal ta’ infezzjoni bil-pest speċifikat f’test bijoloġiku wieħed, kif deskritt fil-punt 3, b’kultivari suxxettibbli tal-patata u anqas minn ħames spori mistrieħa vijabbli għal kull gramma ta’ ħamrija matul eżaminazzjoni diretta tal-ħamrija miż-żona infestata permezz ta’ mikroskopju wara estrazzjoni tal-ispori b’wieħed mill-metodi previsti fil-punt 2 tal-Anness I.
L-iskema li għandha tintuża sabiex tinkiseb il-ħamrija għall-ittestjar għandha tinkludi l-passi kollha li ġejjin:
Meta dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, ir-revoka parzjali tal-miżuri tista’ terġa’ titqies wara perjodu ta’ stennija ta’ minimu ta’ sentejn. Fid-determinazzjoni tat-tul ta’ dak il-perjodu ta’ stennija, l-Istati Membri għandhom iqisu l-livell ta’ infezzjoni u/jew in-numru ta’ spori vijabbli skoperti.
3. Testijiet bijoloġiċi għall-fini tar-revoka tal-miżuri
Bosta tuberi tal-pjanti speċifikati għandhom jiġu inkubati fi qsari flimkien ma’ mill-anqas 5 l ta’ ħamrija f’kundizzjonijiet ta’ temperatura, umdità u dawl, li jkunu favorevoli għat-tkabbir tal-patata. Għandu jintuża kultivar li jkun suxxettibbli ħafna għall-patotipi kollha (bħal Deodara, Evora, Morene, Tomensa, Maritiema, Arran Chief).
Il-pjanti tal-patata li jkunu qed jikbru għandhom jinżabru meta jitwalu sa madwar 60 cm. Wara madwar 100 jum, it-tuberi li jkunu għadhom kif iffurmaw għandhom jiġu eżaminati għall-preżenza ta’ xi felul.
Il-kontrolli negattivi tal-ħamrija ħielsa mill-pest speċifikat u l-kontrolli pożittivi tal-ħamrija infestata dejjem iridu jiġu inklużi fit-test. It-test jitqies validu, jekk il-felul jiġi prodott f’tuberi tal-kontroll pożittiv u ma tiġi prodotta l-ebda felula f’tuberi tal-kontroll negattiv. Għandhom jiġu rreġistrati l-kundizzjonijiet tat-temperatura u tal-umdità fis-serra. Il-felul prodott fil-kampjuni tat-test għandhom jiġu eżaminati b’mikroskopju għall-preżenza ta’ sporanġi tas-sajf u/jew ta’ spori mistrieħa.
It-test sħiħ għandu jitwettaq f’kundizzjonijiet li jipprevjenu kwalunkwe tixrid ulterjuri tal-pest speċifikat.
( 1 ) Pratt MA. 1976. Teknika ta’ tgħarbil bl-użu tal-ilma u ta’ flotazzjoni għad-detezzjoni ta’ sporanġi mistrieħa ta’ Synchytrium endobioticum fil-ħamrija. Annals of Applied Biology 82: 21 sa 29.
( 2 ) van Leeuwen GCM, Wander JGN, Lamers J, Meffert JP, van den Boogert PHJF, Baayen RP. 2005. Direct examination of soil for sporangia of Synchytrium endobioticum using chloroform, calcium chloride and zinc sulphate as extraction reagents. EPPO Bulletin 35: 25 sa 31.
( 3 ) Wander JGN, van den Berg W, van den Boogert PHJF, Lamers JG, van Leeuwen GCM, Hendrickx G, Bonants P. 2007. A novel technique using the Hendrickx centrifuge for extracting winter sporangia of Synchytrium endobioticum from soil. European Journal of Plant Pathology 119: 165 sa 174.
( 4 ) Lévesque CA, de Jong SN, Ward LJ & de Boer SH (2001) Molecular phylogeny and detection of Synchytrium endobioticum, the causal agent of potato wart. Canadian Journal of Plant Pathology 23: 200 sa 201.
( 5 ) van den Boogert PHJF, van Gent-Pelzer MPE, Bonants PJM, de Boer SH, Wander JGN, Lévesque CA, van Leeuwen GCM, Baayen RP. 2005. Development of PCR-based detection methods for the quarantine phytopathogen Synchytrium endobioticum, causal agent of potato wart disease. European Journal of Plant Pathology 113: 47 sa 57.
( 6 ) van Gent-Pelzer MPE, Krijger M, Bonants PJM. 2010. Improved real-time PCR assay for the detection of the quarantine potato pathogen, Synchytrium endobioticum, in zonal centrifuge extracts from soil and in plants. European Journal of Plant Pathology 126: 129 sa 133.
( 7 ) Smith DS, Rocheleau H, Chapados JT, Abbott C, Ribero S, Redhead SA, Lévesque CA, De Boer SH. 2014. Phylogeny of the genus Synchytrium and the development of TaqMan PCR assay for sensitive detection of Synchytrium endobioticum in soil. Phytopathology 104: 422 sa 432.
( 8 ) Przetakiewicz, J. 2015. The Viability of Winter Sporangia of Synchytrium endobioticum (Schilbersky) Percival From Poland. American Journal of Potato Research 92: 704 sa 708.
( 9 ) Spieckermann A, Kothoff P. 1924. Testing potatoes for wart resistance. Deutsche Landwirtschaftliche Presse 51: 114 sa 115.
( 10 ) Potoček J, Krajíčková K, Klabzubová S, Krejcar Z, Hnízdil M, Novák F, Perlová V. 1991. Identification of new Synchytrium endobioticum (Schilb.) Perc. pathotypes in Czech Republic. Ochrana Rostlin 27: 191 sa 205.
( 11 ) Glynne MD. 1925. Infection experiments with wart disease of potatoes. Synchytrium endobioticum. Annals of Applied Biology 12: 34 sa 60.
( 12 ) Lemmerzahl J. 1930. Metodu ssimplifikat ġdid għall-inokulazzjoni tal-kultivari tal-patata sabiex tiġi ttestjata r-reżistenza kontra l-felul. Züchter 2: 288 sa 297.
( 13 ) Noble M, Glynne MD. 1970. Wart disease of potatoes. FAO Plant Protection Bulletin 18: 125 sa 135.