This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02022O0912-20231120
Guideline (EU) 2022/912 of the European Central Bank of 24 February 2022 on a new-generation Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer system (TARGET) and repealing Guideline ECB/2012/27 (ECB/2022/8)
Consolidated text: Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (BĊE/2022/8)
Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (BĊE/2022/8)
ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2022/912/2023-11-20
Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:
Att li jemenda | Tip ta’ emenda | Is-subdiviżjoni kkonċernata | Data tal-effett |
---|---|---|---|
32024O2616 | Emendata minn | anness I appendiċi II paragrafu 4 punt (b) | 01/12/2024 |
32024O2616 | Emendata minn | artikolu 9 paragrafu 8 | 01/12/2024 |
32024O2616 | Emendata minn | anness I appendiċi VI taqsima 6 | 01/12/2024 |
32024O2616 | Emendata minn | anness III punt 42 | 01/12/2024 |
32024O2616 | Emendata minn | anness I appendiċi II paragrafu 3 punt (b) punt (ii) | 01/12/2024 |
32024O2616 | Emendata minn | anness I appendiċi II paragrafu 4 punt (c) | 01/12/2024 |
32024O2616 | Emendata minn | anness I appendiċi VI taqsima 7 | 01/12/2024 |
32024O2616 | Emendata minn | anness III punt 11 | 01/12/2024 |
32024O2616 | Emendata minn | anness I appendiċi II paragrafu 2 punt (a) | 01/12/2024 |
32024O2616 | Emendata minn | artikolu 11 paragrafu 5 punt (b) | 01/12/2024 |
32024O2616 | Emendata minn | anness I appendiċi II paragrafu 3 punt (a) punt (ii) | 01/12/2024 |
32024O2616 | Emendata minn | anness I parti I artikolu 12 | 01/12/2024 |
32024O2616 | Emendata minn | anness I appendiċi V punt 6 | 01/12/2024 |
32024O2616 | Emendata minn | anness I appendiċi II paragrafu 4 punt (d) | 01/12/2024 |
02022O0912 — MT — 20.11.2023 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
LINJA GWIDA (UE) 2022/912 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-24 ta’ Frar 2022 (ĠU L 163 17.6.2022, p. 84) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
LINJA GWIDA (UE) 2022/2250 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tad-9 ta’ Novembru 2022 |
L 295 |
50 |
16.11.2022 |
|
LINJA GWIDA (UE) 2023/2415 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-7 ta’ Settembru 2023 |
L |
1 |
27.10.2023 |
Ikkoreġut bi:
LINJA GWIDA (UE) 2022/912 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-24 ta’ Frar 2022
dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (BĊE/2022/8)
TAQSIMA I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
It-TARGET tipprovdi l-kontijiet li ġejjin għas-saldu f’euro fi flus tal-bank ċentrali,
Kontijiet ta’ flus ewlenin (MCAs) għas-saldu ta’ operazzjonijiet ma’ banek ċentrali;
Kontijiet ta’ flus dedikati għas-saldu gross f’ħin reali (RTGS DCAs) u subkontijiet għall-ħlasijiet interbankarji u tal-klijenti f’ħin reali, u s-saldu ta’ tranżazzjonijiet ma’ sistemi anċillari (AS);
Kontijiet tekniċi ta’ sistema anċillari tas-saldu gross f’ħin reali (kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS), kontijiet tekniċi ta’ sistema anċillari għas-Saldu ta’ Ħlasijiet Istantanji tat-TARGET (TIPS) (kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS) u kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija tas-sistemi anċillari (kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS) għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet ma’ AS;
Kontijiet ta’ flus dedikati għat-TARGET2-Securities (T2S DCAs) għall-ħlasijiet fi flus relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ titoli; u
Kontijiet ta’ flus dedikati għas-saldu ta’ ħlasijiet istantanji tat-TARGET (TIPS DCAs) għas-saldu ta’ ħlasijiet istantanji.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida, kull wieħed mit-termini li ġejjin għandu jkollha t-tifsira mogħtija lilu fl-Anness III:
“grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet”;
“detentur ta’ BIC indirizzabbli”;
“sistema anċillari” (AS);
“kont ta’ fondi ta’ garanzija ta’ sistema anċillari” (kont ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS);
“proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari” (proċedura ta’ saldu ta’ AS);
“ordni ta’ trasferiment ta’ sistema anċillari” (ordni ta’ trasferiment ta’ AS);
“awtokollateralizzazzjoni”;
“ordni awtomatizzata ta’ trasferiment ta’ likwidità”;
“likwidità disponibbli”;
“grupp bankarju”;
“fergħa”;
“messaġġ imxandar”;
“jum ta’ negozju” jew “jum ta’ negozju tat-TARGET”;
“Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju” (BIC);
“opinjoni dwar il-kapaċità”;
“ordni ta’ trasferiment ta’ flus”;
“bank ċentrali” (BĊ);
“operazzjoni tal-bank ċentrali”;
“BĊN konness”;
“Soluzzjoni ta’ Kontinġenza”;
“istituzzjoni ta’ kreditu”;
“bilanċ tal-memorandum ta’ kreditu” (CMB);
“saldu bejn is-sistemi ”;
“Kont ta’ Flus Dedikat” (DCA)
“rata tal-faċilità ta’ depożitu”;
“faċilità ta’ depożitu”;
“BĊN taż-żona tal-euro”;
“L-Iskema ta’ Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju (SCT Inst) tas-SEPA tal-Kunsill Ewropew tal-Ħlasijiet” jew “Skema SCT Inst”;
“BĊ tal-Eurosistema”;
“każ ta’ inadempjenza”;
“fondi ta’ garanzija”;
“proċedimenti ta’ insolvenza”;
“ordni ta’ ħlas istantanju”;
“oriġinatur”;
“kreditu intraġurnata”;
“ditta ta’ investiment”;
“BĊNi tal-Livell 3”;
“ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità”;
“rata tal-faċilità ta’ self marġinali”;
“faċilità ta’ self marġinali”;
“servizz ta’ tiftix bi proxy mobbli (MPL)”;
“ħlas kważi istantanju ”;
“fornitur tas-servizz ta’ network” (NSP);
“ordni ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldata”;
“parteċipant”;
“benefiċjarju”;
“pagatur”;
“ordni ta’ ħlas”;
“risposta pożittiva għall-irtirar”;
“korp tas-settur pubbliku”;
“parti aċċessibbli”;
“Proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari għas-saldu gross f’ħin reali” (proċedura ta’ saldu ta’ RTGS AS);
“Kont tekniku ta’ sistema anċillari għas-saldu gross f’ħin reali”;
“talba għall-irtirar”;
“ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli”;
“grupp ta’ kont bankarju tas-saldu”;
“bank tas-saldu”;
“sospensjoni”;
“kont tat-TARGET”;
“sistema komponenti tat-TARGET”;
“koordinatur tat-TARGET”;
“proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari għas-Saldu ta’ Ħlasijiet Istantanji TARGET (TIPS)” (proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS);
“kont tekniku ta’ sistema anċillari għas-Saldu ta’ Ħlasijiet Istantanji TARGET (TIPS)” (kont tekniku ta’ TIPS AS);
“maniġer tas-saldu tat-TARGET”
“TARGET2-Securities” (T2S);
“ħsara teknika tat-TARGET”.
Artikolu 3
Sistemi komponenti tat-TARGET
Artikolu 4
Konnessjoni tal-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom ma hijiex l-euro
Il-BĊNi ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom ma hijiex l-euro jistgħu jikkollegaw mat-TARGET biss jekk ikunu kkonkludew ftehim mal-BĊi tal-Eurosistema. Dan il-ftehim għandu jispeċifika illi l-BĊNi konnessi se jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida, suġġett għal kwalunkwe speċifikazzjoni u modifika xierqa miftiehma bejn iż-żewġ naħat.
Artikolu 5
Tranżazzjonijiet intra-SEBĊ
It-tranżazzjonijiet fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) iddenominati f’euro għandhom ikunu pproċessati permezz tat-TARGET, bl-eċċezzjoni ta’ ħlasijiet li l-BĊi bilateralment jew multilateralment jiftiehmu li jipproċessaw permezz ta’ kontijiet korrispondenti, fejn xieraq.
Artikolu 6
Obbligi u pretensjonijiet intra-Eurosistema
TAQSIMA II
GOVERNANZA
Artikolu 7
Livelli ta’ governanza
TAQSIMA III
OPERAT TAT-TARGET
Artikolu 8
Servizz ta’ appoġġ għas-Sistema
Kull BĊ tal-Eurosistema għandu jistabbilixxi u jżomm servizz ta’ appoġġ għas-sistema li jipprovdi appoġġ lill-parteċipanti tas-sistema komponenti tat-TARGET nazzjonali rispettiv tiegħu. Is-servizz ta’ appoġġ għandu jkun disponibbli mill-inqas bejn is-07:00 CET u s-18:15 CET. Dan jiġi estiż għas-18:30 CET fl-aħħar jum tal- perjodu ta’ żamma tar-riżerva tal-Eurosistema.
Artikolu 9
Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET
B’effett mid-data meta is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kollateral tal-Eurosistema (ECMS) tibda tiffunzjona, kif ikkomunikat fuq is-sit web tal-BĊE, il-BĊi tal-Eurosistema ma għandhomx jiftħu kontijiet għajr kontijiet tat-TARGET għal parteċipanti eliġibbli biex jipparteċipaw fit-TARGET bl-għan li jipprovdu servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Linja Gwida, suġġett għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
kontijiet għal dawk il-parteċipanti elenkati taħt l-Artikolu 4(2)(a) u (b) tal-Parti I tal-Anness I;
kontijiet fejn il-fondi jinżammu intraġurnata għall-iskop uniku li jitwettqu depożiti u ġbid ta’ flus kontanti;
kontijiet biex jintużaw sabiex jinżammu fondi sekwestrati jew fondi mirhuna lil kreditur terz jew fondi msemmija fl-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/1) ( 2 );
kontijiet użati minn parteċipanti f’sistemi operati minn BĊN u użati biex jikklerjaw ħlasijiet istantanji li jikkonformaw mal-iskema SCT Inst;
kontijiet li għandhom jintużaw minn istituzzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1) għall-fini ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi applikabbli, u biex jitqiesu bħala kontijiet ta’ riżerva f’konformità ma’ dak ir-Regolament. Dawn il-kontijiet jistgħu jinfetħu biss u jibqgħu miftuħa sakemm jinfetaħ kont tat-TARGET għall-istituzzjoni rilevanti skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, l-Artikoli 4 u 5, jew meta l-parteċipazzjoni minn dik l-istituzzjoni fit-TARGET tkun ġiet itterminata skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, l-Artikolu 25. Ir-rekwiiti li ġejjin għandhom japplikaw:
fondi fuq tali kontijiet għandhom jintużaw biss għall-finijiet ta’ u f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1);
il-BĊi tal-Eurosistema li jkunu fetħu dawn il-kontijiet għandhom fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar ta’ kull sena jissottomettu lill-korp ta’ ġestjoni teknika u operattiv tal-Livell 2 rapport dwar in-numru ta’ dawn il-kontijiet miftuħa fis-sena kalendarja preċedenti u r-raġuni għaliex infetaħ kull kont bħal dan.
Il-BĊE għandu jadotta t-Termini u l-Kundizzjonijiet tat-TARGET-ECB billi jimplimenta l-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET kif stabbilit fl-Anness I ħlief li:
it-TARGET-ECB għandha tipprovdi biss servizzi ta’ kklerjar u saldu lil organizzazzjonijiet tal-ikklerjar u tas-saldu, inklużi entitajiet stabbiliti barra ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), jekk ikunu suġġetti għal sorveljanza minn awtorità kompetenti u l-aċċess tagħhom għat-TARGET-ECB ikun ġie approvat mill-Kunsill Governattiv;
It-TARGET-ECB ma għandhiex tipprovdi kreditu intraġurnata jew awtokollateralizzazzjoni.
Artikolu 10
Kreditu intraġurnata — awtokollateralizzazzjoni
Artikolu 11
Kundizzjonijiet addizzjonali għal AS
Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jipprovdu servizzi ta’ trasferiment ta’ fondi fi flus tal-bank ċentrali lil AS li jaġixxu f’dik il-kapaċità. Dawn is-servizzi għandhom jiġu offruti permezz ta’:
il-proċedura ta’ Saldu ta’ TIPS AS biss biex jappoġġaw is-saldu ta’ ħlasijiet istantanji skont l-iskema SCT Inst jew ħlasijiet kważi istantanji fil-kotba tal-AS; jew
il-Proċeduri ta’ Saldu ta’ RTGS AS għall-każijiet ta’ negozju l-oħrajn kollha.
Minbarra dawk il-kundizzjonijiet fl-Anness I, il-BĊi tal-Eurosistema jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet b’rabta mal-parteċipazzjoni ta’ AS fit-TARGET li jkunu relatati ma’:
proċeduri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ kontinġenza;
in-natura tal-intitolament għal fondi miżmuma f’kont tat-TARGET fejn il-fondi miżmuma ma jkunux jifformaw parti mill-patrimonju tal-AS;
id-drittijiet ta’ rahan tal-BĊi u paċuti fuq kontijiet tat-TARGET miżmuma minn AS jew f’isimha;
il-ġbir u d-distribuzzjoni ta’ imgħax akkumulat;
rekwiżiti regolatorji (inkluża s-sorveljanza) fuq AS jew banek tas-saldu ta’ AS (inklużi dawk applikati minn regolaturi barranin);
skambju ta’ informazzjoni biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ politika tal-Eurosistema.
Artikolu 12
Metodoloġija tal-finanzjament u tal-kost
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà
Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ miżuri speċifikati mill-Kunsill Governattiv li jistabbilixxu l-politika tas-sigurtà u r-rekwiżiti u l-kontrolli tas-sigurtà applikabbli għat-TARGET, inkluż fir-rigward tar-reżiljenza ċibernetika u s-sigurtà tal-informazzjoni.
Artikolu 14
Regoli tal-awditjar
Valutazzjonijiet tal-awditjar għandhom jitwettqu f’konformità mal-prinċipji u l-arranġamenti stipulati fil-Politika tal-Awditjar tas-SEBĊ tal-Kunsill Governattiv.
Artikolu 15
Obbligi f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni
Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jitterminaw minnufih mingħajr avviż minn qabel jew jissospendu l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fis-sistema komponenti tat-TARGET rilevanti jekk:
jinfetħu proċedimenti ta’ insolvenza fir-rigward ta’ parteċipant; jew
parteċipant ma jibqax jissodisfa l-kriterji ta’ aċċess għall-parteċipazzjoni fis-sistema komponenti rilevanti tat-TARGET.
Jekk BĊ tal-Eurosistema jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET f’konformità mal-paragrafu 1 jew għal raġunijiet ta’ prudenza skont l-Artikolu 17, huwa għandu jinnotifika immedjatament lill-BĊi l-oħrajn kollha tal-Eurosistema, filwaqt li jipprovdi dawn kollha li ġejjin:
l-isem u l-BIC tal-parteċipant;
l-informazzjoni li fuqha l-BĊN taż-żona tal-euro jkun ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, inkluż kwalunkwe informazzjoni jew opinjoni miksuba mill-awtorità superviżorja rilevanti;
il-miżura meħuda u perjodu ta’ żmien propost għall-applikazzjoni tagħha.
Kull BĊ tal-Eurosistema għandu jiskambja l-informazzjoni dwar dak il-parteċipant, inkluża informazzjoni relatata ma’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus indirizzati lilu, jekk jintalab jagħmel dan minn BĊ ieħor tal-Eurosistema.
BĊ tal-Eurosistema li jkun ittermina jew li jkun issospenda l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fis-sistema komponenti tat-TARGET tiegħu f’konformità mal-paragrafu 1 għandu jassumi r-responsabbiltà fir-rigward tal-BĊi l-oħrajn tal-Eurosistema jekk:
sussegwentement jawtorizza s-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus indirizzati lil parteċipanti li jkun issospenda jew ittermina l-parteċipazzjoni tagħhom; jew
ma jikkonformax mal-obbligi fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 16
Proċeduri għar-rifjut ta’ applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fit-TARGET għal raġunijiet ta’ prudenza
Fejn, skont l-Artikolu 5(5)(c) ta-Parti I tal-Anness I BĊ tal-Eurosistema jirrifjuta applikazzjoni għal sħubija fit-TARGET għal raġunijiet ta’ prudenza, dak il-BĊ tal-Eurosistema għandu jinforma minnufih lill-BĊi l-oħrajn tal-Eurosistema b’tali rifjut.
Artikolu 17
Proċeduri għas-sospensjoni, il-limitazzjoni jew it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni fit-TARGET għal raġunijiet ta’ prudenza, u l-aċċess għall-kreditu intraġurnata u għall-awtokollateralizzazzjoni
Artikolu 18
Proċeduri għall-kooperazzjoni mill-BĊi tal-Eurosistema b’rabta ma’ miżuri amministrattivi jew restrittivi
B’rabta mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 29(3) tal-Parti I tal-Anness I:
kwalunkwe BĊ tal-Eurosistema għandu jaqsam minnufih mal-BĊi kollha potenzjalment affettwati l-informazzjoni kollha li jirċievi b’rabta ma’ proposta ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ flus, bl-eċċezzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn kontijiet differenti tal-istess parteċipant;
kwalunkwe BĊ tal-Eurosistema li jirċievi mingħand parteċipant evidenza li tkun saret notifika lil, jew li jkun ingħata kunsens mingħand, kwalunkwe awtorità kompetenti għandu jibgħat minnufih tali evidenza lil kwalunkwe BĊ ieħor li jaġixxi bħala l-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas tal-pagatur jew tal-benefiċjarju kif xieraq;
il-BĊ tal-Eurosistema li jaġixxi bħala fornitur ta’ servizz ta’ ħlas tal-pagatur għandu mbagħad jinforma minnufih lill-pagatur li jista’ jdaħħal ordni ta’ trasferiment ta’ flus rilevanti fit-TARGET.
Artikolu 19
Proċeduri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ kontinġenza
Artikolu 20
Trattament tal-pretensjonijiet skont l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET
Artikolu 21
Trattament tat-telf ikkawżat minn ħsara teknika tat-TARGET
F’każ ta’ ħsara teknika tat-TARGET:
Fuq in-naħa tal-pagatur, kwalunkwe BĊ li miegħu pagatur ikun poġġa depożitu jibbenefika minn ċertu qligħ finanzjarju li jammonta għad-differenza bejn ir-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema u r-rata ta’ depożitu applikata għaż-żieda marġinali fl-użu tal-faċilità ta’ depożitu tal-Eurosistema għall-perjodu tal-ħsara teknika tat-TARGET u sal-ammont tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldati. Fejn il-pagatur jitħalla b’fondi żejda mhux remunerati, il-qligħ finanzjarju jammonta għar-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema, applikat għall-ammont ta’ fondi żejda li ma jrendux imgħax għall-perjodu tal-ħsara teknika tat-TARGET u sal-ammont tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldati.
Min-naħa tal-benefiċjarju, il-BĊ li minnu l-benefiċjarju jkun issellef billi uża l-faċilità ta’ self marġinali jibbenefika minn ċertu qligħ finanzjarju li jammonta għad-differenza bejn ir-rata tal-faċilità ta’ self marġinali u r-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema, applikata għaż-żieda marġinali fl-użu tal-faċilità ta’ self marġinali għall-perjodu tal-ħsara teknika tat-TARGET u sal-ammont tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldati.
Il-qligħ finanzjarju tal-BĊE jammonta għal:
il-qligħ fir-rigward tal-BĊNi konnessi li jirriżulta mir-remunerazzjoni differenti tal-bilanċi fi tmiem il-jum ta’ dawn il-BĊNi konnessi fir-rigward tal-BĊE; u
l-ammont ta’ imgħax ta’ penali li jirċievi l-BĊE mingħand BĊNi konnessi kull meta wieħed minn dawk il-BĊNi konnessi jimponi penali fuq parteċipant talli jonqos milli jirrimborża kreditu intraġurnata fil-ħin, kif stipulat fil-ftehim bejn il-BĊi tal-Eurosistema u l-BĊNi konnessi.
Artikolu 22
Drittijiet ta’ titolu fir-rigward ta’ fondi fuq subkontijiet u garanzija intra-Eurosistema
TAQSIMA IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 23
Soluzzjoni tat-tilwim u liġi applikabbli
Artikolu 24
Revoka tal-Linja Gwida 2013/47/UE (BĊE/2012/27)
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
Artikolu 26
Dispożizzjonijiet mixxellanji u tranżitorji
Fid-data speċifikata fl-Artikolu 25(2):
il-bilanċi ta’ parteċipant fil-kontijiet PM tat-TARGET2 għandhom jiġu ttrasferiti fl-MCAs rilevanti kif speċifikat mill-parteċipant;
TARGET2 TIPS DCAs ta’ parteċipant għandhom isiru TIPS DCAs;
TARGET2 T2S DCAs ta’ parteċipant għandhom isiru T2S DCAs;
kontijiet tekniċi tat-TARGET2, kontijiet tekniċi tat-TARGET2 TIPS AS u kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija tat-TARGET2 ta’ parteċipant għall-proċeduri ta’ saldu ta’ AS għandhom isiru kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS, kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS u kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS rispettivament;
Il-bilanċi ta’ parteċipant fuq il-Kontijiet Domestiċi għandhom jiġu ttrasferiti fl-MCAs rilevanti kif speċifikat mill-parteċipant.
Artikolu 27
Destinatarji, miżuri ta’ implimentazzjoni u rapportar lil-livell 1
ANNESS I
KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FIT-TARGET
PARTI I
Termini u kundizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
It-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din il-Parti I jirregolaw ir-relazzjoni bejn [daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti tiegħu fit-TARGET [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]. It-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Partijiet II, III, IV, V, VI u VII li ġejjin japplikaw sakemm il-parteċipanti jagħżlu u jingħataw kont wieħed jew aktar deskritti f’dawn il-Partijiet. It-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Partijiet I sa VII ta’ dan l-Anness jissejħu f’din il-Linja Gwida kollettivament bħala l-“Kundizzjonijiet Armonizzati” jew il-“Kundizzjonijiet”.
Artikolu 2
Appendiċijiet
L-Appendiċijiet li ġejjin jifformaw parti integrali minn dawn il-Kundizzjonijiet:
Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus
Skema ta’ kumpens tat-TARGET
Termini ta’ referenza għall-opinjonijiet dwar il-kapaċità u tal-pajjiż
Proċeduri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ kontinġenza
Skeda operattiva tat-TARGET
Skeda tat-tariffi
Rekwiżiti rigward il-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-operat
Daħħal jekk meħtieġ: Lista ta’ definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III tal-Linja Gwida]
Artikolu 3
Deskrizzjoni ġenerali tat-TARGET
TARGET tipprovdi:
MCAs għas-saldu ta’ operazzjonijiet tal-bank ċentrali;
RTGS DCAs għas-saldu gross f’ħin reali ta’ valur kbir ta’ ħlasijiet u subkontijiet jekk ikun meħtieġ għal saldu ta’ AS;
T2S DCAs għal ħlasijiet ta’ flus b’rabta ma’ saldu tat-titoli;
TIPS DCAs għas-saldu ta’ ħlasijiet istantanji; u
il-kontijiet li ġejjin għas-saldu ta’ AS: (i) kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS; (ii) kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS; u (iii) kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.
Kull kont fit-TARGET-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiġi identifikat permezz ta’ numru tal-kont uniku magħmul mill-elementi deskritti fil-paragrafu 2 tal-Appendiċi I.
Artikolu 4
Kriterji ta’ aċċess
It-tipi ta’ entitajiet li ġejjin huma eliġibbli biex isiru parteċipanti fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] fuq talba:
istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;
istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;
BCNi ta’ Stati Membri u l-BCE;
sakemm l-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) ma jkunux suġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat, li l-implimentazzjoni tagħhom, fl-opinjoni ta’ [żid isem il-BĊ] wara li informa lill-BĊE, ma tkunx kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tat-TARGET.
Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, idaħħal ukoll l-entitajiet li ġejjin bħala parteċipanti:
dipartimenti tat-teżor ta’ gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri;
korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri awtorizzati jżommu kontijiet għall-klijenti;
ditti ta’ investiment stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE; u
ditti ta’ investiment stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;
entitajiet li jimmaniġġjaw AS u li jaġixxu f’dik il-kapaċità; u
istituzzjonijiet ta’ kreditu jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet tat-tipi elenkati fil-punti (a) sa (d), fiż-żewġ każijiet meta dawn ikunu stabbiliti f’pajjiż li miegħu l-Unjoni tkun daħlet fi ftehim monetarju li jippermetti aċċess minn kwalunkwe waħda minn dawn l-entitajiet għal sistemi ta’ ħlas fl-Unjoni suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim monetarju u dment li r-reġim legali rilevanti li japplika fil-pajjiż ikun ekwivalenti għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
Artikolu 5
Proċedura ta’ applikazzjoni
Sabiex tibda tipparteċipa fit-TARGET-[daħħal l-isem tal-BĊ/referenza tal-pajjiż] entità eliġibbli kif deskritt fl-Artikolu 4(1) jew entità li tista’ tiġi ammessa minn [daħħal l-isem tal-BĊ] taħt l-Artikolu 4(2) għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
tinstalla, iġġestixxi, topera, timmonitorja u tiżgura s-sigurtà tal-infrastruttura tal-IT meħtieġa biex taqbad mat-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u tkun tista’ tissottometilha ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus. Meta jagħmlu hekk, il-parteċipanti applikanti jistgħu jinvolvu lil partijiet terzi, imma jibqgħu unikament responsabbli;
tkun għaddiet mit-testijiet meħtieġa minn [daħħal l-isem tal-BĊ];
jekk tkun applikat għal RTGS DCA, T2S DCA jew TIPS DCA għandu jkollha wkoll jew tiftaħ MCA ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ];
tipprovdi opinjoni dwar il-kapaċità fil-forma speċifikata fl-Appendiċi III, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti f’din l-opinjoni dwar il-kapaċità ma jkunux diġà nkisbu minn [daħħal l-isem tal-BĊ] f’kuntest ieħor;
għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u fl-Artikolu 4(2)(c)(ii), jipprovdu opinjoni tal-pajjiż fil-forma speċifikata fl-Appendiċi III, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti f’din l-opinjoni tal-pajjiż ma jkunux diġà nkisbu minn [daħħal l-isem tal-BĊ] f’kuntest ieħor;
jekk tkun applikanta għal TIPS DCA, tkun aderixxiet mal-iskema SCT Inst billi ffirmat l-Ftehim ta’ Aderenza dwar it-Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju tas-SEPA;
jekk tkun applikanta għal kont tekniku TIPS AS, ipprovdiet evidenza li l-ittra ta’ divulgazzjoni li turi l-intenzjoni tagħha li tkun Mekkaniżmu ta’ Kklerjar u Saldu (CSM) konformi mal-SCT Inst ġiet ipprovduta lill-Kunsill Ewropew tal-Ħlasijiet (EPC).
L-applikanti għandhom japplikaw ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ] u bħala minimu jehmżu l-informazzjoni/id-dokumenti li ġejjin:
il-formoli ta’ ġbir ta’ data ta’ referenza mimlija kif ipprovduti minn [daħħal l-isem tal-BĊ];
l-opinjoni dwar il-kapaċità, jekk meħtieġa minn [daħħal l-isem tal-BĊ], u l-opinjoni tal-pajjiż, jekk meħtieġa minn [daħħal l-isem tal-BĊ];
jekk tkun applikanta għal TIPS DCA, evidenza tal-aderenza tagħha mal-iskema SCT Inst;
jekk l-applikanta tkun qed tapplika biex tuża l-proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS, evidenza li pprovdiet lill-EPC bl-ittra ta’ divulgazzjoni li turi l-intenzjoni tagħha li tkun CSM konformi mal-SCT Inst.
jekk l-applikanta ħatret aġent tal-ħlas, l-evidenza li l-aġent tal-ħlas ikun aċċetta li jaġixxi f’dak ir-rwol.
Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni jekk:
l-applikanta ma tkunx entità eliġibbli kif deskritt fl-Artikolu 4(1) jew entità li tista’ tiġi ammessa minn [daħħal l-isem tal-BĊ] skont l-Artikolu 4(2);
wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma jiġux issodisfati; u/jew
skont il-valutazzjoni ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ], tali parteċipazzjoni tipperikola l-istabbiltà, is-sodezza u s-sikurezza ġenerali tat-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew ta’ kwalunkwe sistema komponenti oħra tat-TARGET, jew tipperikola t-twettiq tal-kompiti tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] kif deskritt fi [irreferi għal-liġi nazzjonali rilevanti] u fl-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew toħloq riskji għal raġunijiet ta’ prudenza.
Artikolu 6
Parteċipanti
Artikolu 7
Aċċess għal kont ta’ parteċipant minn entitajiet differenti mill-parteċipant
Artikolu 8
Fatturazzjoni
Artikolu 9
Gruppi ta’ Fatturazzjoni
Artikolu 10
Obbligi ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] u tal-parteċipant
Artikolu 11
Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni
Artikolu 12
Remunerazzjoni tal-Kontijiet
L-MCAs, id-DCAs u s-subkontijiet għandhom jew jiġu rremunerati b’żero fil-mija jew bir-rata tal-faċilità tad-depożitu, skont liema tkun l-aktar baxxa, sakemm ma jintużawx biex jinżammu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
riżervi minimi;
riżervi f’eċċess;
depożiti tal-gvern kif iddefiniti fl-Artikolu 2 il-punt (5) tal-Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/7) ( 5 ).
Fil-każ ta’ riżervi minimi, il-kalkolu u l-ħlas tar-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet għandhom ikunu rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 ( 6 ) u mir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).
Fil-każ ta’ riżervi f’eċċess, il-kalkolu u l-ħlas tar-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet għandhom ikunu rregolati mid-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) ( 7 ).
Fil-każ ta’ depożiti tal-gvern, ir-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet għandha tiġi rregolata mid-dispożizzjonijiet relatati ma’ dawk id-depożiti tal-gvern kif stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Linja Gwida (UE) 2019/671 (BĊE/2019/7)
Artikolu 13
Ġestjoni tal-Kontijiet
Artikolu 14
Riżervi minimi
Artikolu 15
Ammonti minimi u massimi
Artikolu 16
Grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet
Artikolu 17
Aċċettazzjoni u rifjut ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus sottomessi mill-parteċipanti għandhom jitqiesu aċċettati minn [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk:
il-messaġġ ta’ trasferiment jikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi tat-TARGET deskritti fl-Appendiċi I;
il-messaġġ jikkonforma mar-regoli u l-kundizzjonijiet tal-ifformattjar deskritti fl-Appendiċi I;
il-messaġġ jgħaddi mir-rikonċiljazzjoni ta’ kontroentrati deskritta fl-Appendiċi I;
f’każijiet fejn pagatur ikun ġie sospiż fir-rigward tal-addebitar tal-kont(ijiet) tiegħu jew benefiċjarju jkun ġie sospiż fir-rigward tal-akkreditar tal-kont(ijiet) tiegħu, ikun inkiseb il-kunsens espliċitu tal-BĊ tal-parteċipant sospiż;
f’każijiet fejn l-ordni ta’ trasferiment ta’ flus issir bħala parti minn proċedura ta’ saldu ta’ RTGS AS, il-kont tal-parteċipant jiġi inkluż fil-grupp tal-kont bankarju tas-saldu mitlub minn dik l-AS kif stabbilit fl-Artikolu 1(7) tal-Parti VI; u
fil-każ ta’ saldu bejn is-sistemi bħala parti minn proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS, l-AS ikkonċernata tkun parti minn arranġament ta’ saldu bejn is-sistemi kif stabbilit fl-Artikolu 9 tal-Parti VI.
Artikolu 18
Dħul ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fis-sistema u l-irrevokabbiltà tagħhom
Għall-finijiet tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE u [daħħal dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw dawn l-Artikoli tad-Direttiva 98/26/KE]:
l-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus, ħlief kif previst fil-punti b), c) u d) ta’ dan il-paragrafu, għandhom jitqiesu mdaħħla fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u irrevokabbli fil-mument li l-kont tat-TARGET tal-parteċipant rilevanti jiġi ddebitat;
l-ordnijiet ta' ħlas istantanju għandhom jitqiesu mdaħħla fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u irrevokabbli fil-mument li l-fondi rilevanti fuq it-TIPS DCA tal-parteċipant jew fuq il-kont tekniku ta’ TIPS AS tiegħu jkunu riżervati;
fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li jiġu saldati fuq it-T2S DCAs u li huma suġġetti għat-tqabbil ta’ żewġ ordnijiet ta’ trasferiment separati:
dawn l-ordnijiet ta’ trasferiment, ħlief kif previst fil-punt (ii) ta’ dan is-subparagrafu, għandhom jitqiesu mdaħħla fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] fil-mument li fih ikunu ġew iddikjarati konformi mar-regoli tekniċi tat-T2S mill-Pjattaforma T2S u irrevokabbli fil-mument li t-tranżazzjoni tkun ingħatat l-istatus “rikonċiljata” fuq il-Pjattaforma T2S;
fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li jinvolvu CSD parteċipanti wieħed li għandu komponent ta’ rikonċiljazzjoni separat fejn l-ordnijiet ta’ trasferiment jintbagħtu direttament lil dak is-CSD parteċipanti biex jiġu rrikonċiljati fil-komponent ta’ rikonċiljazzjoni separat tiegħu, dawn l-ordnijiet ta’ trasferiment għandhom jitqiesu li ddaħħlu fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] fil-mument li fih ikunu ġew iddikjarati konformi mar-regoli tekniċi tat-T2S minn dak is-CSD parteċipanti u irrevokabbli mill-mument li t-tranżazzjoni tkun ingħatat l-istatus “rikonċiljata” fuq il-Pjattaforma T2S. Lista ta’ CSDs parteċipanti msemmija f’dan il-punt (ii) hija disponibbli fis-sit web tal-BĊE;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus b’rabta mal-proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS għandhom jitqiesu mdaħħla fis-sistema komponenti tat-TARGET tal-kont li għandu jiġi ddebitat fil-mument li fih jiġu aċċettati minn dik is-sistema komponenti tat-TARGET u irrevokabbli f’dak il-mument.
Artikolu 19
Proċeduri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ kontinġenza
L-Eurosistema tipprovdi Soluzzjoni ta’ Kontinġenza għall-użu jekk l-avvenimenti deskritti fil-paragrafu 1 iseħħu. Il-konnessjoni ma’ u l-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza jistgħu jsiru fuq talba minn parteċipant, u għandhom ikunu obbligatorji fil-każijiet li ġejjin:
għal parteċipanti meqjusa minn [daħħal l-isem tal-BĊ] bħala kritiċi u għal parteċipanti li jsaldaw tranżazzjonijiet kritiċi ħafna kif stabbilit fl-Appendiċi IV;
b’effett mill-21 ta’ Marzu 2025, għall-AS kollha u għad-detenturi kollha ta’ RTGS DCA.
Artikolu 20
Rekwiżiti ta’ sigurtà
Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jimponi l-miżuri ta’ rimedju li ġejjin fuq parteċipanti li l-livell ta’ konformità tagħhom jkun ġie vvalutat bħala nuqqas ta’ konformità minuri jew maġġuri, f’ordni dejjem akbar ta’ severità:
monitoraġġ imsaħħaħ: il-parteċipant għandu jipprovdi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] b’rapport fix-xahar dwar il-progress tiegħu fl-indirizzar tan-nuqqas ta’ konformità, iffirmat minn eżekuttiv anzjan. Il-parteċipant għandu jħallas ukoll penali ta’ EUR 1 000 fix-xahar għal kull kont affettwat. Din il-miżura ta’ rimedju tista’ tiġi imposta fil-każ li l-parteċipant jirċievi t-tieni valutazzjoni konsekuttiva ta’ nuqqas ta’ konformità minuri jew valutazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità maġġuri;
sospensjoni: il-parteċipazzjoni fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tista’ tiġi sospiża fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 25(2)(b) u/jew (c). B’deroga mill-Artikolu 25, il-parteċipant għandu jingħata avviż ta’ tliet xhur dwar tali sospensjoni. Il-parteċipant għandu jħallas ukoll penali ta’ EUR 2 000 fix-xahar għal kull kont sospiż. Din il-miżura ta’ rimedju tista’ tiġi imposta f’każ li l-parteċipant jirċievi t-tieni valutazzjoni konsekuttiva ta’ nuqqas ta’ konformità maġġuri;
sospensjoni: il-parteċipazzjoni fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tista’ tiġi sospiża fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 25(2)(b) u/jew (c). B’deroga mill-Artikolu 25, il-parteċipant għandu jingħata avviż ta’ tliet xhur. Il-parteċipant għandu jħallas penali addizzjonali ta’ EUR 1 000 għal kull kont itterminat. Din il-miżura ta’ rimedju tista’ tiġi imposta jekk il-parteċipant ma jkunx indirizza n-nuqqas ta' konformità maġġuri għas-sodisfazzjon tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] wara sospensjoni ta’ tliet xhur.
Artikolu 21
Skema ta’ Kumpens
Jekk ordni ta’ trasferiment ta’ flus ma tkunx tista’ tiġi saldata fl-istess jum ta’ negozju li fih ġiet aċċettata minħabba ħsara teknika fit-TARGET, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joffri li jikkumpensa lill-parteċipant ikkonċernat f’konformità mal-proċedura speċjali stabbilita fl-Appendiċi II.
Artikolu 22
Reġim ta’ responsabbiltà
Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma għandux ikun responsabbli:
sa fejn il-ħsara tkun ikkawżata mill-parteċipant; jew
jekk it-telf jirriżulta minn avvenimenti esterni lil hinn mill-kontroll raġonevoli ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] (force majeure).
Artikolu 23
Evidenza
Artikolu 24
Durata u terminazzjoni ordinarja tal-parteċipazzjoni u għeluq tal-kontijiet
Parteċipant jista’ jittermina kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin fi kwalunkwe ħin billi jagħti avviż ta’ 14-il jum ta’ negozju dwar dan, sakemm ma jiftiehemx fuq perjodu ta’ avviż iqsar ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ]:
il-parteċipazzjoni sħiħa tiegħu fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], ħlief meta l-parteċipant ikun istituzzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), f’liema każ il-parteċipant għandu jkompli jżomm mill-inqas MCA wieħed għall-fini ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-riżervi minimi applikabbli, sakemm il-parteċipant ikompli jikkonforma mal-Artikoli 4 u 5;
wieħed jew aktar mid-DCAs, mill-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS u/jew mill-kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS tiegħu;
wieħed jew aktar mill-MCAs tiegħu, ħlief meta l-parteċipant ikun istituzzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), f’liema każ il-parteċipant għandu jkompli jżomm mill-inqas MCA waħda għall-fini ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-riżervi minimi applikabbli, sakemm il-parteċipant ikompli jikkonforma mal-Artikoli 4 u 5.
Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jittermina kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin fi kwalunkwe ħin billi jagħti avviż ta’ tliet xhur dwar dan, sakemm ma jiftiehemx fuq perjodu ta’ avviż differenti mal-parteċipant rilevanti:
il-parteċipazzjoni sħiħa ta’ parteċipant fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], ħlief meta l-parteċipant ikun istituzzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), f’liema każ il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkompli joffri mill-inqas MCA wieħed għall-fini ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-riżervi minimi applikabbli, sakemm il-parteċipant ikompli jikkonforma mal-Artikoli 4 u 5;
wieħed jew aktar mid-DCAs, mill-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS jew mill-kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS tal-parteċipant;
wieħed jew aktar mill-MCAs ta’ parteċipant, sakemm il-parteċipant jibqa’ jkollu mill-inqas MCA wieħed.
Artikolu 25
Sospensjoni u terminazzjoni straordinarja tal-parteċipazzjoni
Il-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandha tiġi tterminata minnufih mingħajr avviż minn qabel jew sospiża jekk iseħħ wieħed mill-avvenimenti ta’ inadempjenza li ġejjin:
il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza; u/jew
il-parteċipant ma jibqax jissodisfa l-kriterji ta’ aċċess stabbiliti fl-Artikolu 4.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, it-teħid ta’ miżuri ta’ prevenzjoni tal-kriżijiet jew ta’ miżuri ta’ mmaniġġjar tal-kriżijiet skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/59/UE kontra parteċipant ma għandux awtomatikament jikkwalifika bħala l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza.
Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jittermina mingħajr avviż minn qabel jew jissospendi l-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET-[daħħal il-BĊ/ir-referenza tal-pajjiż] jekk:
iseħħ każ ta’ inadempjenza wieħed jew aktar (minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1);
il-parteċipant ikun fi ksur materjali ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-Kundizzjonijiet;
il-parteċipant jonqos milli jwettaq kwalunkwe obbligu materjali lejn il-[daħħal l-isem tal-CB];
il-parteċipant ma jibqax ikollu ftehim validu ma’ NSP biex jipprovdi l-konnessjoni meħtieġa mat-TARGET;
iseħħ kwalunkwe avveniment ieħor relatat mal-parteċipant li, skont il-valutazzjoni ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ], tipperikola l-istabbiltà, is-sodezza u s-sikurezza ġenerali tat-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew ta’ kwalunkwe sistema komponenti oħra tat-TARGET, jew tipperikola t-twettiq tal-kompiti tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] kif deskritt fi [irreferi għal-liġi nazzjonali rilevanti] u fl-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew toħloq riskji għal raġunijiet ta’ prudenza;
BĊN jissospendi jew jittermina l-aċċess tal-parteċipant għall-kreditu intraġurnata, inkluża l-awtokollateralizzazzjoni, skont l-Artikolu 13 tal-Parti II; u/jew
il-parteċipant ikun eskluż minn jew inkella ma jibqax membru ta’ waħda mill-Grupp ta’ Utenti Magħluq (Closed Group of Users) tal-NSP.
Artikolu 26
Għeluq ta’ kontijiet TARGET minn [daħħal l-isem tal-BĊ] mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni
Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] skont l-Artikolu 24 jew 25, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħlaq il-kontijiet fit-TARGET tal-parteċipant ikonċernat, wara li jkun issalda jew irrifjuta kwalunkwe ordni ta’ trasferiment ta’ flus fil-kju, u għamel użu mid-drittijiet tiegħu ta’ rahan u ta’ tpaċija skont l-Artikolu 27.
Artikolu 27
Id-drittijiet ta’ rahan u ta’ tpaċija ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ]
[Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu rahan fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri tal-parteċipant fil-kontijiet tat-TARGET tiegħu, biex b’dan jikkollateralizza kwalunkwe pretensjoni kurrenti jew futura li tirriżulta mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]
[Daħħal jekk applikabbli: Il-pretensjonijiet kurrenti u futuri ta’ parteċipant fir-rigward tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] li jirriżultaw minn bilanċ tal-kreditu fil-kontijiet tat-TARGET għandhom jiġu ttrasferiti lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] bħala kollateral, jiġifieri bħala trasferiment fiduċjarju, għal kull pretensjoni kurrenti jew futura tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] fir-rigward tal-parteċipant li tirriżulta mill-[daħħal ir-referenza għall-arranġament li jimplimenta dawn il-Kundizzjonijiet]. Dan il-kollateral għandu jiġi stabbilit bis-sempliċi fatt illi l-fondi jkunu ġew akkreditati lill-kontijiet tat-TARGET tal-parteċipant.]
[Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu imposta flessibbli fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri tal-parteċipant fil-kontijiet tat-TARGET tiegħu, biex b’dan jikkollateralizza kwalunkwe pretensjoni kurrenti jew futura li tirriżulta mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]
Malli jseħħ:
każ ta’ inadempjenza, imsemmi fl-Artikolu 25(1); jew
kwalunkwe każ ieħor ta’ inadempjenza jew avveniment imsemmi fl-Artikolu 25(2) li jkun wassal għat-terminazzjoni jew għas-sospensjoni tal-parteċipazzjoni tal-parteċipant, minkejja l-bidu ta’ kwalunkwe proċediment ta’ insolvenza fir-rigward ta’ parteċipant u minkejja kwalunkwe ċessjoni, qbid ġudizzjarju jew qbid ieħor jew disponiment ieħor ta’ jew fir-rigward tad-drittijiet tal-parteċipant,
l-obbligi kollha tal-parteċipant għandhom jiġu aċċellerati awtomatikament u immedjatament, mingħajr avviż minn qabel u mingħajr il-ħtieġa ta’ approvazzjoni minn qabel ta’ kwalunkwe awtorità, sabiex ikunu dovuti immedjatament. Barra minn dan, l-obbligi reċiproċi tal-parteċipant u l-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandhom jiġu paċuti awtomatikament ma' xulxin, u l-parti li għandha tagħti l-ogħla ammont għandha tħallas id-differenza lill-parti l-oħra.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx joħolqu xi dritt, rahan, imposta jew pretensjoni jew tpaċija fir-rigward tal-kontijiet TARGET li ġejjin użati minn AS:
kontijiet tat-TARGET użati skont il-proċeduri ta’ saldu ta’ AS skont il-Parti VI jew il-Parti VII;
kontijiet tat-TARGET miżmuma minn AS skont il-Partijiet II sa V, fejn il-fondi miżmuma f’tali kontijiet ma jkunux jappartjenu għall-AS iżda jinżammu f’isem il-klijenti tagħhom jew jintużaw biex jiġu saldati ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’isem il-klijenti tagħhom.
Artikolu 28
Kunfidenzjalità
B’deroga mill-paragrafu 1, il-parteċipant jaqbel li l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jiżvela informazzjoni dwar il-ħlasijiet, informazzjoni teknika jew organizzattiva rigward il-parteċipant, il-parteċipanti mill-istess grupp bankarju jew il-klijenti tal-parteċipant, miksuba waqt l-operat ta’ TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] lil:
BĊi oħrajn jew partijiet terzi li jkunu involuti fl-operat tat-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], sa fejn dan ikun meħtieġ għall-funzjonament effiċjenti tat-TARGET jew għall-monitoraġġ tal-iskopertura tal-parteċipant jew tal-grupp bankarju tiegħu;
BĊi oħrajn sabiex iwettqu l-analiżi meħtieġa għall-operazzjonijiet tas-suq, il-funzjonijiet tal-politika monetarja, l-istabbiltà finanzjarja jew l-integrazzjoni finanzjarja; jew
awtoritajiet superviżorji, ta’ riżoluzzjoni u ta’ sorveljanza tal-Istati Membri u tal-Unjoni, inklużi l-BĊi, sal-punt li dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom,
u dment li fil-każijiet kollha bħal dawn l-iżvelar ma jkunx f’kunflitt mal-liġi applikabbli.
Artikolu 29
Protezzjoni tad-data, prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, miżuri amministrattivi jew restrittivi u kwistjonijiet relatati
Il-parteċipanti, meta jaġixxu bħala l-fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ pagatur jew ta’ benefiċjarju, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li jirriżultaw minn miżuri amministrattivi jew restrittivi imposti skont l-Artikolu 75 jew 215 tat-Trattat li għalihom ikunu soġġetti, inkluż fir-rigward tan-notifika u/jew tal-kisba ta’ kunsens minn awtorità kompetenti fir-rigward tal-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet. Barra minn dan:
meta il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ikun il-fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ parteċipant li jkun pagatur:
il-parteċipant għandu jagħmel in-notifika meħtieġa jew jikseb il-kunsens f’isem il-bank ċentrali li jkun meħtieġ primarjament li jagħmel notifika jew li jikseb kunsens, u għandu jipprovdi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] b’evidenza li jkun għamel notifika jew li jkun irċieva l-kunsens;
il-parteċipant ma għandu jdaħħal l-ebda ordni ta' trasferiment ta' fondi f'kont miżmum minn entità differenti mill-parteċipant fit-TARGET sakemm ma jkunx kiseb konferma minn [daħħal l-isem tal-BĊ] li n-notifika meħtieġa saret jew li l-kunsens inkiseb minn jew f'isem il-fornitur tas-servizz ta' ħlas tal-benefiċjarju;
meta il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ikun fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ parteċipant li jkun benefiċjarju, il-parteċipant għandu jagħmel in-notifika meħtieġa jew jikseb il-kunsens f’isem il-bank ċentrali li jkun primarjament meħtieġ li jagħmel notifika jew jikseb il-kunsens, u għandu jipprovdi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] b’evidenza li għamel in-notifika jew li rċieva l-kunsens.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, it-termini “fornitur ta’ servizz ta’ ħlas”, “pagatur” u “benefiċjarju” għandu jkollhom it-tifsira attribwita lilhom fil-miżuri amministrattivi jew restrittivi applikabbli.
Artikolu 30
Avviżi
Artikolu 31
Relazzjoni kuntrattwali ma’ NSP
Sabiex jibagħtu struzzjonijiet u messaġġi lit-TARGET jew jirċevuhom minnha, il-parteċipanti għandhom:
jikkonkludu kuntratt ma’ NSP fil-qafas tal-kuntratt ta’ konċessjoni ma’ dak l-NSP sabiex jistabbilixxi konnessjoni teknika mat-TARGET [daħħal referenza tal-pajjiż/BĊ]; jew
jikkollegaw permezz ta’ entità oħra li hija stess tkun ikkonkludiet kuntratt ma’ NSP fil-qafas tal-kuntratt ta’ konċessjoni ma’ dak l-NSP.
Artikolu 32
Proċedura ta’ emenda
Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' fi kwalunkwe ħin jemenda unilateralment dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet. L-emendi ta’ dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet tagħhom għandhom jitħabbru permezz ta’ [niżżel il-mezz rilevanti ta’ tħabbir]. L-emendi għandhom jitqiesu li ġew aċċettati sakemm il-parteċipant ma joġġezzjonax b’mod espliċitu fi żmien 14-il jum minn meta jiġi informat b’tali emendi. Jekk parteċipant joġġezzjona għall-emenda, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ikun intitolat itemm minnufih il-parteċipazzjoni ta’ dak il-parteċipant fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u jagħlaq kwalunkwe kont tat-TARGET tiegħu.
Artikolu 33
Drittijiet ta’ partijiet terzi
Artikolu 34
Il-liġi ta’ governanza, il-ġuriżdizzjoni u l-post tat-twettiq
Artikolu 35
Separabbiltà
Jekk xi dispożizzjoni f’dawn il-Kundizzjonijiet tkun jew issir invalida, dan ma għandux jippreġudika l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dawn il-Kundizzjonijiet.
Artikolu 36
Dħul fis-seħħ u natura vinkolanti
PARTI II
Termini u kundizzjonijiet speċjali għall-kontijiet ta’ flus ewlenin (MCAs)
Artikolu 1
Ftuħ u mmaniġġjar ta’ MCA
L-MCA primarju indikat f’konformità mal-paragrafu 2 għandu jintuża wkoll għall-finijiet li ġejjin:
ir-remunerazzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 12 tal-Parti I, sakemm il-parteċipant ma jkunx indika parteċipant ieħor fit-TARGET-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] għal dak il-għan;
l-għoti ta’ kreditu intraġurnata, fejn applikabbli.
Artikolu 2
Ġestjoni konġunta ta’ MCA
Fuq talba ta’ detentur ta’ MCA, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jippermetti li MCA miżmum minn dak id-detentur ta’ MCA jiġi ġestit konġuntament minn wieħed minn dawn li ġejjin:
detentur ieħor ta’ MCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż];
detentur ta’ MCA f’sistema komponenti oħra tat-TARGET;
[daħħal l-isem tal-BĊ] jekk applikabbli].
Jekk id-detentur ta’ MCA jkollu aktar minn MCA wieħed, kull MCA miżmum jista’ jiġi ġestit konġuntament minn ġestjonarju konġunt differenti.
Il-ġestjonarju konġunt għandu jkollu l-istess drittijiet u privileġġi fir-rigward ta’ MCA li jimmaniġġja flimkien ma’ ħaddieħor bħalma jkollu fir-rigward tal-MCA tiegħu stess.
L-Artikolu 3
Grupp ta’ trasferiment tal-likwidità ta’ MCA
Artikolu 4
Tranżazzjonijiet ipproċessati permezz ta’ MCA
It-tranżazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu pproċessati permezz ta’ MCA fit-TARGET-[daħħal l-BĊ/ir-referenza tal-pajjiż]:
operazzjonijiet tal-bank ċentrali;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn u minn kontijiet ta’ depożitu mil-lum għall-għada miftuħa minn [daħħal l-isem tal-BĊ] f’isem il-parteċipant;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn MCA ieħor fl-istess grupp ta’ trasferiment ta’ likwidità ta’ MCA;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn T2S DCA, TIPS DCA jew RTGS DCA, jew lejn subkont tagħhom.
It-tranżazzjoni li ġejja tista’ tiġi pproċessata permezz ta’ MCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]:
[daħħal jekk meħtieġ [ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jirriżultaw minn depożiti u ġbid ta’ flus.]]
Artikolu 5
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità
Detentur ta’ MCA jista’ jissottometti ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bħala waħda minn dawn li ġejjin:
ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjata, li għandha tkun struzzjoni għall-eżekuzzjoni immedjata;
ordni permanenti ta’ trasferiment tal-likwidità, li għandha tkun struzzjoni għall-eżekuzzjoni rikorrenti tat-trasferiment ta’ ammont speċifikat fl-okkorrenza ta’ avveniment predefinit kull jum ta’ negozju.
Artikolu 6
Ordnijiet ta’ trasferiment tal-likwidità bbażati fuq ir-regoli
Artikolu 7
Proċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus
F’każ li ma jkunx hemm fondi biżżejjed fuq MCA sabiex isir is-saldu, għandha tapplika r-regola rilevanti kif stabbilita fil-punti (a) sa (e) [skont it-tip ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ flus].
Ordni ta’ ħlas fuq l-MCA: l-istruzzjoni għandha tiġi rrifjutata jekk tinbeda minn [daħħal l-isem tal-BĊ] u twassal kemm għal bidla fil-linja ta’ kreditu intraġurnata tal-parteċipant kif ukoll għal debitu jew kreditu korrispondenti tal-MCA tiegħu. L-istruzzjonijiet l-oħra kollha għandhom jinżammu fil-kju.
Ordni ta’ trasferiment tal-likwidità immedjata: l-ordni għandha tiġi rrifjutata mingħajr saldu parzjali jew kwalunkwe tentattiv ieħor ta’ saldu.
Ordni permanenti ta’ trasferiment tal-likwidità: l-ordni għandha tiġi ssaldata parzjalment mingħajr ebda tentattiv ieħor ta’ saldu.
Ordni ta’ trasferiment tal-likwidità bbażata fuq ir-regoli: l-ordni għandha tiġi ssaldata parzjalment mingħajr ebda tentattiv ieħor ta’ saldu.
Ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità lil kont ta’ depożitu mil-lum għall-għada: l-ordni għandha tiġi rrifjutata mingħajr saldu parzjali jew kwalunkwe tentattiv ieħor ta’ saldu.
Artikolu 8
Ordnijiet ta’ riżervazzjoni ta’ likwidità
Detentur ta’ MCA jista’ jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jirriżerva ammont speċifikat ta’ likwidità fuq l-MCA tiegħu għall-finijiet tas-saldu ta’ operazzjonijiet tal-bank ċentrali jew ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn kontijiet ta’ depożitu mil-lum għall-għada permezz ta’ waħda minn dawn:
ordni ta’ riżervazzjoni ta’ likwidità kurrenti li għandu jkollha effett immedjat għall-jum ta’ negozju tat-TARGET kurrenti;
ordni permanenti ta’ riżervazzjoni tal-likwidità li għandha titwettaq fil-bidu ta’ kull jum ta’ negozju tat-TARGET.
Artikolu 9
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni
Artikolu 10
Entitajiet eliġibbli għal kreditu intraġurnata
[Daħħal l-isem tal-BĊN] jista’ jagħti wkoll kreditu intraġurnata lill-entitajiet li ġejjin:
istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE li ma jkunux kontropartijiet eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u/jew li ma jkollhomx aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali, inkluż meta jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE u inklużi friegħi stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu stabbiliti barra miż-ŻEE;
dipartimenti tat-teżor ta’ gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri u korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri awtorizzati jżommu kontijiet għall-klijenti;
ditti tal-investiment stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE dment li jkunu kkonkludew arranġament ma’ parteċipant b’aċċess għal kreditu intraġurnata kif stabbilit fil-paragrafu 1 hawn fuq biex jiżguraw li kwalunkwe pożizzjoni ta’ debitu residwu fi tmiem il-jum rilevanti tkun koperta; u
entitajiet minbarra dawk li jaqgħu fil-punt (a) li jimmaniġġjaw AS u jaġixxu f’dik il-kapaċità;
sakemm fil-każijiet speċifikati fil-punti (a) sa (d), l-entità li tirċievi kreditu intraġurnata tkun stabbilita fl-istess ġuriżdizzjoni bħal [daħħal l-isem tal-BĊN].
[Daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jipprovdi aċċess għall-faċilità ta’ kreditu mil-lum għall-għada għal ċerti CCPs eliġibbli, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 139(2)(c) tat-Trattat flimkien mal-Artikoli 18 u 42 tal-Istatut tas-SEBĊ u [daħħal id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 1(1) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)]. Tali CCPs eliġibbili huma dawk li, fil-ħinijiet rilevanti kollha:
ikunu entitajiet eliġibbli għall-finijiet tal-paragrafu 2(d), dment ukoll li dawk l-entitajiet eliġibbli jkunu awtorizzati bħala CCPs f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali;
ikunu stabbiliti fiż-żona tal-euro;
ikollhom aċċess għal kreditu intraġurnata.
Artikolu 11
Kollateral eliġibbli għal kreditu intraġurnata
Il-kreditu intraġurnata għandu jkun ibbażat fuq kollateral eliġibbli. Il-kollateral eliġibbli għandu jikkonsisti fl-istess assi eliġibbli għall-użu fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, u għandu jkun suġġett għall-istess regoli ta’ valwazzjoni u ta’ kontroll tar-riskju bħal dawk stabbiliti fi [daħħal id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw ir-Raba’ Parti tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)].
Artikolu 12
Proċedura ta’ estensjoni tal-kreditu għal kreditu intraġurnata
In-nuqqas mill-entità msemmija fl-Artikolu 10(2)(a), (c) jew (d) li tħallas lura l-kreditu intraġurnata fi tmiem il-jum għal kwalunkwe raġuni għandu jagħmel lil dik l-entità responsabbli għall-penali li ġejjin:
jekk l-entità inkwistjoni jkollha bilanċ ta’ debitu fil-kont tagħha fi tmiem il-jum għall-ewwel darba fi żmien perjodu ta’ 12-il xahar, allura din l-entità għandha tħallas imgħax ta’ penali kkalkolat b’rata ta’ ħames punti perċentwali ogħla mir-rata ta’ faċilità ta’ self marġinali fuq l-ammont ta’ tali bilanċ ta’ debitu;
jekk l-entità inkwistjoni jkollha bilanċ ta’ debitu fil-kont tagħha fi tmiem il-jum għal mill-inqas it-tieni darba fl-istess perjodu ta’ 12-il xahar, allura, l-imgħax ta’ penali msemmi fis-subparagrafu (a) għandu jiżdied bi 2.5 punti perċentwali għal kull darba addizzjonali wara l-ewwel darba li tkun seħħet pożizzjoni ta’ debitu f’dan il-perjodu ta’ 12-il xahar.
Artikolu 13
Sospensjoni, limitazzjoni jew terminazzjoni ta’ kreditu intraġurnata
[Daħħal l-isem tal-BĊN] għandu jissospendi jew jittermina l-aċċess għall-kreditu intraġurnata jekk iseħħ wieħed mill-avvenimenti ta’ inadempjenza li ġejjin:
l-MCA primarju tal-parteċipant ma’ [daħħal l-isem tal-BĊN] jiġi sospiż jew itterminat;
il-parteċipant ikkonċernat ma jibqax jissodisfa kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 għall-forniment ta’ kreditu intraġurnata;
tittieħed deċiżjoni minn awtorità ġudizzjarja jew awtorità oħra kompetenti biex tiġi implimentata proċedura għall-istralċ fir-rigward tal-parteċipant jew il-ħatra ta’ likwidatur jew uffiċjal analogu fuq il-parteċipant jew kwalunkwe proċedura oħra analoga;
il-parteċipant isir soġġett għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Unjoni li jirrestrinġu l-kapaċità tal-parteċipant li juża l-fondi tiegħu;
l-eliġibbiltà tal-parteċipant bħala kontroparti għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema tkun ġiet sospiża jew itterminata.
PARTI III
Termini u kundizzjonijiet speċjali għal kontijiet ta’ flus dedikati għas-saldu gross f’ħin reali (RTGS DCAs)
Artikolu 1
Ftuħ u mmaniġġjar ta’ RTGS DCA
Artikolu 2
Detenturi ta’ BIC indirizzabbli
Artikolu 3
Aċċess għal diversi destinatarji
Detentur ta’ RTGS DCA li jkun istituzzjoni ta’ kreditu kif stipulat fl-Artikolu 4(1)(a) jew (b) tal-Parti I jista’ jagħti awtorizzazzjoni lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-friegħi li ġejjin biex jużaw l-RTGS DCA tiegħu sabiex jissottomettu u/jew jirċievu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus direttament permezz ta’ aċċess għal diversi destinatarji:
istituzzjonijiet ta’ kreditu kif stipulat fl-Artikolu 4(1)(a) jew (b) tal-Parti I li jappartjenu għall-istess grupp bankarju bħad-detentur ta’ RTGS DCA;
friegħi ta’ dak id-detentur ta’ RTGS DCA;
friegħi oħra jew l-uffiċċju prinċipali tal-istess entità legali bħad-detentur ta’ RTGS DCA.
Artikolu 4
Grupp ta’ trasferiment tal-likwidità ta’ RTGS
Artikolu 5
Tranżazzjonijiet ipproċessati fuq RTGS DCA u fis-subkontijiet tiegħu
It-tranżazzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu pproċessati permezz ta’ RTGS DCA jew is-subkontijiet tiegħu fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]:
[daħħal jekk meħtieġ [ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jirriżultaw minn depożiti u ġbid ta’ flus];
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn RTGS DCA ieħor fl-istess grupp ta’ trasferiment ta’ likwidità ta’ RTGS:
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lejn TIPS DCA jew MCA;
trasferimenti ta’ likwidità lejn kont ta’ depożitu mil-lum għall-għada.
Artikolu 6
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità
Detentur ta’ RTGS DCA jista’ jissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bħala waħda minn dawn li ġejjin:
ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjata, li għandha tkun struzzjoni għall-eżekuzzjoni immedjata;
ordni permanenti ta’ trasferiment tal-likwidità, li għandha tkun struzzjoni għall-eżekuzzjoni rikorrenti tat-trasferiment ta’ ammont speċifikat fl-okkorrenza ta’ avveniment predefinit kull jum ta’ negozju;
Artikolu 7
Ordnijiet ta’ trasferiment tal-likwidità bbażati fuq ir-regoli
Detentur ta’ RTGS DCA jista’ jispeċifika ammont minimu u/jew massimu għall-RTGS DCA tiegħu.
Billi jistabbilixxi limitu massimu u jagħżel ordni ta’ trasferiment tal-likwidità bbażata fuq ir-regoli, jekk, wara s-saldu ta’ ordni ta’ ħlas jew ordni ta’ trasferiment ta’ AS, jinkiser il-limitu massimu, id-detentur ta’ RTGS DCA jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] sabiex jeżegwixxi ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli li takkredita lil MCA indikat minn dak id-detentur ta’ RTGS DCA. L-MCA akkreditat jista’ jappartjeni għal parteċipant ieħor fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew f’sistema komponenti oħra tat-TARGET.
Bl-istabbiliment ta’ limitu minimu, u bl-għażla ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli, jekk, wara s-saldu ta’ ordni ta’ ħlas jew ordni ta’ trasferiment ta’ AS, jinkiser il-limitu minimu, tinbeda ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli li taddebita MCA awtorizzat mid-detentur ta’ MCA. L-MCA ddebitat jista’ jappartjeni għal parteċipant ieħor fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew f’sistema komponenti oħra tat-TARGET. Id-detentur tal-MCA ddebitat irid jawtorizza li l-MCA tiegħu jiġi ddebitat b’dan il-mod.
Artikolu 8
Regoli ta’ prijorità
L-ordni ta’ prijorità għall-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus kontanti, f’livell dekrexxenti ta’ urġenza, għandha tkun:
urġenti;
għolja;
normali.
L-ordnijiet li ġejjin għandhom jiġu assenjati awtomatikament il-prijorità “urġenti”:
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità inklużi ordnijiet awtomatizzati ta’ trasferiment ta’ likwidità;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’kont tekniku ta’ AS għall-proċedura D ta’ saldu ta’ RTGS AS.
Artikolu 9
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq RTGS DCAs
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq RTGS DCAs għandhom jiġu saldati immedjatament malli jiġu aċċettati, jew aktar tard kif indikat mid-detentur ta’ RTGS DCA skont l-Artikolu 16 jew l-Artikolu 17, sakemm fil-każijiet kollha:
ikun hemm likwidità disponibbli fuq l-RTGS DCA tal-pagatur;
ma jkun hemm l-ebda ordni ta’ trasferiment ta’ flus ta’ prijorità ugwali jew ogħla fil-kju; u
jiġi osservat kwalunkwe limitu ta’ debitu stabbilit f’konformità mal-Artikolu 15.
Jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata fir-rigward ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ flus, għandu japplika dan li ġej.
Fil-każ ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzata, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jingħata struzzjonijiet biex jeżegwixxi l-istruzzjoni parzjalment u biex jeżegwixxi trasferimenti ulterjuri ta’ likwidità kull meta l-likwidità tkun disponibbli, sal-ammont tal-ordni inizjali ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzata.
Fil-każ ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjata, l-ordni għandha tiġi rrifjutata mingħajr saldu parzjali jew kwalunkwe tentattiv ieħor ta’ saldu sakemm l-ordni ma tinbediex minn AS, f’liema każ għandha tiġi saldata parzjalment mingħajr ebda tentattiv ieħor ta’ saldu.
Fil-każ ta’ ordni permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità jew ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli, l-ordni għandha tiġi saldata parzjalment mingħajr ebda tentattiv ieħor ta’ saldu. Ordni permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità skattata mill-proċeduri C jew D mandatorji ta’ saldu ta’ RTGS AS u li għaliha ma jkunx hemm biżżejjed fondi fuq l-RTGS DCA għandha tiġi saldata wara tnaqqis pro rata tal-ordnijiet kollha. Ordni permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità skattata minn proċedura C fakultattiva ta’ saldu ta’ RTGS AS u li għaliha ma jkunx hemm biżżejjed fondi fuq l-RTGS DCA għandha tiġi rrifjutata.
Artikolu 10
Immaniġġjar tal-kju u ottimizzazzjoni tas-saldu
L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq RTGS DCAs li jitħallew fil-kju f’konformità mal-Artikolu 9(3) għandhom jiġu pproċessati skont il-prijorità tagħhom. Soġġett għall-paragrafu 2 sa 5, il-prinċipju “joħroġ li daħal l-ewwel” (first in first out, FIFO) għandu japplika f’kull kategorija jew subkategorija ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bi prijorità kif ġej:
ordnijiet urġenti ta’ trasferiment ta’ flus: l-ordnijiet awtomatizzati ta’ trasferiment ta’ likwidità għandhom jitqiegħdu l-ewwel fil-kju. Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS u ordnijiet urġenti oħra ta’ trasferiment ta’ flus għandhom jitqiegħdu t-tieni fil-kju;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ta’ prijorità għolja ma għandhomx jiġu saldati waqt li ordnijiet urġenti ta’ trasferiment ta’ flus jkunu fil-kju;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ta’ prijorità normali ma għandhomx jiġu saldati waqt li ordnijiet urġenti ta’ trasferiment ta’ flus ikunu fil-kju.
Sabiex jottimizza s-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fil-kju, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’:
juża l-proċeduri ta’ ottimizzazzjoni deskritti fl-Appendiċi I;
jissalda ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bi prijorità aktar baxxa (jew tal-istess prijorità iżda aċċettati aktar tard) qabel ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bi prijorità ogħla (jew tal-istess prijorità aċċettati qabel), jekk l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bi prijorità aktar baxxa jinnettjaw mal-ħlasijiet li għandhom jidħlu u fil-bilanċ jirriżultaw f’żieda ta’ likwidità għall-pagatur;
jissalda ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bi prijorità normali qabel ħlasijiet oħra ta’ prijorità normali fil-kju aċċettati qabel, sakemm ikunu disponibbli biżżejjed fondi u minkejja li dan jista’ jikser il-prinċipju FIFO.
Artikolu 11
Ordnijiet ta’ riżervazzjoni ta’ likwidità
Detentur ta’ RTGS DCA jista’ jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jirriżerva ammont speċifikat ta’ likwidità fuq l-RTGS DCA tiegħu bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
ordni ta’ riżervazzjoni ta’ likwidità kurrenti li għandu jkollha effett immedjat għall-jum ta’ negozju tat-TARGET kurrenti;
ordni permanenti ta’ riżervazzjoni tal-likwidità li għandha titwettaq fil-bidu ta’ kull jum ta’ negozju tat-TARGET.
Detentur ta’ RTGS DCA għandu jassenja wieħed mill-istatusijiet li ġejjin lil ordni ta’ riżervazzjoni ta’ likwidità kurrenti jew permanenti:
prijorità għolja: tippermetti l-użu tal-likwidità għal ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ta’ prijorità urġenti jew għolja;
prijorità urġenti: tippermetti l-użu tal-likwidità biss għal ordnijiet urġenti ta’ trasferiment ta’ flus.
Artikolu 12
Talba u tweġiba għall-irtirar
Artikolu 13
Direttorju tat-RTGS
Id-direttorju tal-RTGS huwa lista ta’ BICs użati għat-twassil tal-informazzjoni u jinkludi l-BICs ta’:
detenturi ta’ RTGS DCA;
kwalunkwe entità b’aċċess għal diversi destinatarji;
detenturi ta’ BICs indirizzabbli.
Artikolu 14
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni
Artikolu 15
Limiti tad-debitu
Artikolu 16
Struzzjonijiet tal-parteċipanti fir-rigward tal-ħinijiet tas-saldu
Artikolu 17
Ordnijiet għall-ħlas magħmula minn qabel
Artikolu 18
Debitu dirett
Artikolu 19
Funzjonalità ta’ ħlasijiet ta’ riżerva
Fil-każ ta’ ħsara fl-infrastruttura ta’ ħlas tiegħu, detentur ta’ RTGS DCA jista’ jitlob lil [daħħal l-isem tal-BĊ] sabiex jattiva l-funzjonalità ta’ ħlasijiet ta’ riżerva. Dan jippermetti lid-detentur ta’ RTGS DCA li jdaħħal ċerti ordnijiet ta’ ħlas bl-użu tal-Interfaċċa tal-Utent Grafiku (GUI).
Artikolu 20
Drittijiet ta’ titolu fir-rigward ta’ fondi fuq subkontijiet
PARTI IV
Termini u kundizzjonijiet speċjali għal kontijiet ta’ flus dedikati għat-TARGET2-securities (T2S DCAs)
Artikolu 1
Ftuħ u mmaniġġjar ta’ T2S DCA
Artikolu 2
Kollegament bejn il-kontijiet tat-titoli u t-T2S DCAs
Artikolu 3
Tranżazzjonijiet ipproċessati fuq T2S DCAs
It-tranżazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu pproċessati permezz ta’ T2S DCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/tal-pajjiż]:
is-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ flus li jirriżultaw mit-T2S sakemm id-detentur ta’ T2S DCA jkun indika l-kont(ijiet) tat-titoli rilevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 2;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil RTGS DCA, TIPS DCA jew MCA;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn T2S DCAs li jappartjenu għall-istess parteċipant jew li fir-rigward tagħhom ġie indikat l-istess MCA skont l-Artikolu 1(3);
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bejn it-T2S DCA u t-T2S DCA ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] fil-kuntest partikolari tal-Artikolu 10(2) u (3).
Artikolu 4
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità
Detentur ta’ RTGS DCA jista’ jissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bħala waħda minn dawn li ġejjin:
ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjata, li għandha tkun struzzjoni għall-eżekuzzjoni immedjata;
ordni permanenti ta’ trasferiment tal-likwidità, li għandha tkun struzzjoni għall-eżekuzzjoni rikorrenti ta’ (i) trasferiment ta’ ammont ta’ trasferiment speċifikat jew (ii) trasferiment biex jitnaqqas il-bilanċ tat-T2S DCA għal livell predefinit bl-ammont tat-tnaqqis li jkun qed jiġi ttrasferit lil RTGS DCA, TIPS DCA jew MCA, fl-okkorrenza ta’ avveniment predefinit kull jum ta’ negozju.
ordni predefinita ta’ trasferiment tal-likwidità, li għandha tkun struzzjoni għall-eżekuzzjoni unika ta’ (i) trasferiment ta’ ammont ta’ trasferiment speċifikat jew (ii) trasferiment biex jitnaqqas il-bilanċ tat-T2S DCA għal livell predefinit bl-ammont tat-tnaqqis li jkun qed jiġi ttrasferit lil RTGS DCA, TIPS DCA jew MCA, fl-okkorrenza ta’ avveniment predefinit kull jum ta’ negozju.
Artikolu 5
Riżervazzjoni u bblokkar tal-likwidità
Artikolu 6
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq T2S DCAs
Wara li ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità lil TIPS DCA, MCA, RTGS DCA jew T2S DCA tkun ġiet aċċettata kif stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Parti I, it-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandha tivverifika jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fuq it-T2S DCA tal-pagatur biex isir is-saldu. Jekk ikun hemm biżżejjed fondi disponibbli, l-ordni ta' trasferiment ta' likwidità għandha tiġi saldata immedjatament. Jekk ma jkunux disponibbli fondi biżżejjed, għandu japplika dan li ġej:-
fil-każ ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjata, l-ordni għandha tiġi rrifjutata mingħajr saldu parzjali jew kwalunkwe tentattiv ieħor ta’ saldu sakemm dawn ma jkunux inbdew minn parti terza kif indikat f’konformità mal-Artikolu 7 tal-Parti I, f’liema każ għandhom jiġu saldati parzjalment mingħajr ebda tentattiv ieħor ta’ saldu;
fil-każ ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità predefinita jew permanenti, l-ordni għandha tiġi saldata parzjalment mingħajr ebda tentattiv ieħor ta’ saldu.
Artikolu 7
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni
Artikolu 8
Entitajiet eliġibbli għal faċilitajiet ta’ awtokollateralizzazzjoni
Artikolu 9
Kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ awtokollateralizzazzjoni
Barra minn hekk, kollateral eliġibbli għall-awtokollateralizzazzjoni:
[daħħal kif rilevanti: jista’ jkun limitat mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] permezz ta’ esklużjoni ex ante ta’ kollateral potenzjali b’rabtiet mill-qrib];
ikun suġġett għal ċerti għażliet diskrezzjonarji għall-esklużjoni ta’ kollateral eliġibbli kif mogħti lill-BĊNi taż-żona tal-euro permezz ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE.
Artikolu 10
Għoti ta’ kreditu u proċedura ta’ rkupru
L-awtokollateralizzazzjoni għandha tiġi rimborżata mhux aktar tard miż-żmien definit fl-Appendiċi V, u f’konformità mal-proċess li ġej:
il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jirrilaxxa l-istruzzjoni ta’ rimborż li tiġi saldata bil-kundizzjoni li jkunu disponibbli flus biex tiġi rrimborżata l-awtokollateralizzazzjoni pendenti;
jekk, wara li jsir il-pass (a), il-bilanċ fuq it-T2S DCA ma jkunx biżżejjed biex jirrimborża l-awtokollateralizzazzjoni pendenti, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jiċċekkja T2S DCAs oħra miftuħa fil-kotba tiegħu għall-istess detentur ta’ T2S DCA u jittrasferixxi flus minn kwalunkwe wieħed minn dawn il-kontijiet jew minnhom kollha lejn it-T2S DCA fejn l-istruzzjonijiet ta’ rimborż ikunu pendenti;
jekk, wara li jkunu saru l-passi (a) u (b), il-bilanċ fuq T2S DCA ma jkunx biżżejjed biex jirrimborża l-awtokollateralizzazzjoni pendenti, id-detentur ta’ T2S DCA għandu jitqies li ta struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jittrasferixxi l-kollateral li jkun intuża biex tinkiseb l-awtokollateralizzazzjoni pendenti fil-kont tal-kollateral ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ]. Minn hemm ’il quddiem, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprovdi l-likwidità għar-rimborż tal-awtokollateralizzazzjoni pendenti u għandu jiddebita mingħajr dewmien l-MCA primarju tad-detentur ta’ T2S DCA.
Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu japplika penali ta' EUR 1 000 għal kull jum tan-negozju fejn ikun sar rikors jew diversi rikorsi għar-rilokazzjoni ta’ kollateral taħt il-punt (c). Il-penali għandha tiġi ddebitata mill-MCA primarju tad-detentur ta’ T2S DCA imsemmi fil-punt (c).
Artikolu 11
Sospensjoni, limitazzjoni jew terminazzjoni ta’ faċilitajiet ta’ awtokollateralizzazzjoni
PARTI V
Termini u kundizzjonijiet speċjali għal kontijiet ta’ flus iddedikati għas-saldu ta’ ħlasijiet istantanji tat-TARGET (TIPS) (TIPS DCAs)
Artikolu 1
Ftuħ u mmaniġġjar ta’ TIPS DCA
Artikolu 2
Kif jintbagħtu u jiġu riċevuti messaġġi
Detentur ta’ TIPS DCA jista’ jibgħat messaġġi:
direttament, u/jew
permezz ta’ oriġinatur wieħed jew diversi.
Detentur ta’ TIPS DCA għandu jirċievi messaġġi:
direttament; jew
permezz ta’ oriġinatur wieħed.
Artikolu 3
Partijiet aċċessibbli
Artikolu 4
Tranżazzjonijiet ipproċessati fuq TIPS DCAs
It-tranżazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu pproċessati permezz ta’ TIPS DCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/tal-pajjiż]:
ordnijiet ta' ħlas istantanju;
risposti pożittivi għall-irtirar;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS , MCAs, T2S DCAs jew RTGS DCAs;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità f’subkontijiet;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità f’kontijiet ta’ depożitu mil-lum għall-għada.
Artikolu 5
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjati
Detentur ta’ TIPS DCA jista’ jissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjati.
Artikolu 6
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq TIPS DCAs
Wara li ordni ta’ ħlas istantanju tkun ġiet aċċettata kif stipulat fl-Artikolu 17 tal-Parti I, it-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandha tivverifika jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fuq it-TIPS DCA tal-pagatur biex isir is-saldu u dan li ġej għandu japplika:
jekk ma jkunux disponibbli fondi suffiċjenti, l-ordni ta’ ħlas istantanju għandha tiġi rrifjutata;
jekk ikunu disponibbli fondi suffiċjenti, l-ammont korrispondenti għandu jiġi rriżervat sakemm tasal it-tweġiba tal-benefiċjarju. Jekk il-benefiċjarju jaċċetta, l-ordni ta’ ħlas istantanju għandha tiġi saldata u r-riżervazzjoni għandha titneħħa fl-istess ħin. Jekk il-benefiċjarju jirrifjuta jew ma tingħatax risposta f’waqtha, skont it-tifsira tal-iskema SCT Inst, l-ordni tal-ħlas istantanju għandha tiġi rrifjutata u r-riżervazzjoni għandha titneħħa fl-istess ħin.
Artikolu 7
Talba għall-irtirar
Artikolu 8
Direttorju tat-TIPS
Id-direttorju tal-TIPS huwa lista ta’ BICs użati għat-twassil tal-informazzjoni u jinkludi l-BICs ta’:
detenturi ta’ TIPS DCA;
partijiet aċċessibbli.
Artikolu 9
Repożitorju ta’ MPL
Artikolu 10
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni straordinarja
Jekk il-parteċipazzjoni ta’ detentur ta’ TIPS DCA fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tiġi sospiża għal raġunijiet differenti minn dawk speċifikati fl-Artikolu 25(1)(a) tal-Parti I, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu:
jirrifjuta kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus dieħla tiegħu;
jirrifjuta kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus ħierġa tiegħu; jew
jirrifjuta l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jkunu kemm deħlin kif ukoll ħerġin tiegħu.
PARTI VI
Termini u kundizzjonijiet speċjali għas-sistemi anċillari (AS) li jużaw proċeduri ta’ saldu ta’ sistema anċillari għas-saldu gross f’ħin reali (RTGS AS)
Artikolu 1
Ftuħ u Mmaniġġjar ta’ kontijiet tekniċi ta’ AS u l-użu ta’ proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS
L-AS għandha tagħżel mill-inqas waħda mill-proċeduri ta’ saldu li ġejjin għall-finijiet tal-ipproċessar tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS:
il-proċedura ta’ saldu A ta’ RTGS AS;
il-proċedura ta’ saldu B ta’ RTGS AS;
il-proċedura ta’ saldu C ta’ RTGS AS;
il-proċedura ta’ saldu D ta’ RTGS AS;
il-proċedura ta’ saldu E ta’ RTGS AS;
Artikolu 2
Prijorità ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS
L-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ AS għandhom jiġu assenjati awtomatikament il-prijorità “urġenti”.
Artikolu 3
Proċedura ta’ saldu A ta’ RTGS AS
L-AS tista’ tagħżel is-servizzi li ġejjin:
is-servizz tal-“perjodu ta’ informazzjoni”, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1);
is-servizz tal-“perjodu ta’ saldu”, kif imsemmi fl-Artikolu 8(3).
Artikolu 4
Proċedura ta’ saldu B ta’ RTGS AS
L-AS tista’ tagħżel is-servizzi li ġejjin:
is-servizz tal-“perjodu ta’ informazzjoni”, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1);
is-servizz tal-“perjodu ta’ saldu”, kif imsemmi fl-Artikolu 8(3).
Artikolu 5
Proċedura ta’ saldu C ta’ RTGS AS
L-AS tista’ tissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS bħala lott f’fajl wieħed jew f’diversi fajls waqt li ċ-ċiklu jkun miftuħ. L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus jistgħu jkunu għal kwalunkwe waħda mit-tranżazzjonijiet li ġejjin:
id-debitu tas-subkontijiet tal-banek tas-saldu u l-kreditu tal-kont tekniku ta’ RTGS AS;
id-debitu tal-kont tekniku ta’ RTGS AS u l-kreditu tas-subkontijiet tal-banek tas-saldu;
id-debitu tal-kont tekniku ta’ RTGS AS u l-kreditu tal-RTGS DCAs tal-banek tas-saldu.
Artikolu 6
Proċedura ta’ saldu D ta’ RTGS AS
Artikolu 7
Proċedura ta’ saldu E ta’ RTGS AS
L-AS tista’ tissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS bħala lott f’fajl wieħed jew aktar bejn:
l-RTGS DCAs tal-banek tas-saldu u l-kont tekniku ta’ RTGS AS jekk jintuża; u
l-RTGS DCAs tal-banek tas-saldu.
L-AS għandha tkun responsabbli biex tiżgura li l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS fil-fajl ikunu f’sekwenza korretta sabiex jiġi żgurat saldu bla xkiel.
L-AS tista’ tagħżel is-servizzi li ġejjin:
is-servizz tal-“perjodu ta’ informazzjoni”, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1);
is-servizz tal-“perjodu ta’ saldu”, kif imsemmi fl-Artikolu 8(3).
Artikolu 8
Perjodu ta’ informazzjoni u perjodu ta’ saldu
Matul il-“perjodu ta’ saldu” l-AS, jew il-[daħħal l-isem tal-BĊ] f’isimha, jista’ jirrevoka jew ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS singoli (għall-proċedura ta’ saldu E ta’ RTGS AS) jew fajls (għall-proċeduri ta’ saldu A u B ta’ RTGS AS) li ma jkollhomx status finali u dan li ġej għandu japplika:
jekk il-proċedura ta’ saldu E ta’ RTGS AS tintuża għal saldu bilaterali, l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS rilevanti għandhom jitreġġgħu lura;
jekk il-proċedura ta’ saldu E ta’ RTGS AS ma tintużax għal saldu bilaterali, jew jekk fil-proċedura ta’ saldu A ta’ RTGS AS ifalli s-saldu kollu, kwalunkwe ordni ta’ trasferiment ta’ AS saldata fil-fajl għandha titreġġa’ lura u l-banek tas-saldu kollha u l-AS għandhom jiġu informati permezz ta’ messaġġ imxandar.
jekk tintuża l-proċedura ta’ saldu B ta’ RTGS AS, is-saldu kollu jfalli u l-banek tas-saldu kollha u l-AS għandhom jiġu informati permezz ta’ messaġġ imxandar.
Artikolu 9
Saldu bejn is-sistemi
Iż-żewġ AS li jużaw saldu bejn is-sistemi għandhom jiġu nnotifikati permezz ta’ messaġġ imxandar dwar is-saldu jew ir-rifjut tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS.
Artikolu 10
Effett ta’ sospensjoni jew terminazzjoni
Jekk AS tissospendi jew tittermina l-użu tal-proċeduri ta’ saldu ta’ AS matul iċ-ċiklu ta’ saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jlesti ċ-ċiklu tas-saldu.
PARTI VII
Termini u kundizzjonijiet speċjali għal sistemi anċillari li jużaw il-proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari għas-saldu ta’ ħlasijiet istantanji tat-TARGET (TIPS) (proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS)
Artikolu 1
Ftuħ u mmaniġġjar ta’ kont tekniku TIPS AS
Artikolu 2
Kif jintbagħtu u jiġu riċevuti messaġġi
Detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS jista’ jibgħat messaġġi:
direttament;
permezz ta’ oriġinatur wieħed jew diversi.
Detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS għandu jirċievi messaġġi:
direttament; jew
permezz ta’ oriġinatur wieħed.
Artikolu 3
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjati
Detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS jista’ jissottometti ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjati.
Artikolu 4
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS
Wara li ordni ta’ ħlas istantanju tkun ġiet aċċettata kif stipulat fl-Artikolu 17(1) tal-Parti I, il-[daħħal isem il-BĊ] għandha tivverifika jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fuq il-kont tekniku ta’ TIPS AS tal-pagatur biex isir is-saldu u dan li ġej għandu japplika:
jekk ma jkunux disponibbli fondi suffiċjenti, l-ordni ta’ ħlas istantanju għandha tiġi rrifjutata;
jekk ikunu disponibbli fondi suffiċjenti, l-ammont korrispondenti għandu jiġi rriżervat sakemm tasal it-tweġiba tal-benefiċjarju. Jekk il-benefiċjarju jaċċetta, l-ordni ta’ ħlas istantanju għandha tiġi saldata u r-riżervazzjoni għandha titneħħa fl-istess ħin. Jekk il-benefiċjarju jirrifjuta jew ma tingħatax risposta f’waqtha, skont it-tifsira tal-iskema SCT Inst, l-ordni tal-ħlas istantanju għandha tiġi rrifjutata u r-riżervazzjoni għandha titneħħa fl-istess ħin.
Artikolu 5
Talba għall-irtirar
Artikolu 6
Proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS
Il-proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS għandha tkun operazzjonali matul il-ħinijiet stabbiliti fl-Appendiċi V.
Artikolu 7
Partijiet aċċessibbli permezz ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS
Artikolu 8
Tranżazzjonijiet ipproċessati fuq il-kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS
It-tranżazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu pproċessati permezz ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/tal-pajjiż]:
ordnijiet ta' ħlas istantanju;
risposti pożittivi għall-irtirar;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil TIPS DCAs.
Artikolu 9
Direttorju tat-TIPS
Id-direttorju tat-TIPS huwa lista ta’ BICs użati għat-twassil tal-informazzjoni u jinkludi l-BICs ta’:
detenturi ta’ TIPS DCA;
partijiet aċċessibbli.
Artikolu 10
Repożitorju ta’ MPL
Artikolu 11
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni straordinarja
Jekk il-parteċipazzjoni ta’ detentur ta’ kont tekniku TIPS AS fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tiġi sospiża għal raġunijiet differenti minn dawk speċifikati fl-Artikolu 25(1)(a) tal-Parti I, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu:
jirrifjuta kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus dieħla tiegħu;
jirrifjuta kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus ħierġa tiegħu; jew
jirrifjuta l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jkunu kemm deħlin kif ukoll ħerġin tiegħu.
APPENDIĊI I
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-IPPROĊESSAR TA’ ORDNIJIET TA’ TRASFERIMENT TA’ FLUS
Minbarra l-Kundizzjonijiet Armonizzati, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw ghall-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus:
1. Rekwiżiti tal-ittestjar għall-parteċipazzjoni fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]
Kull parteċipant għandu jagħmel sensiela ta’ testijiet biex jagħti prova tal-kompetenza teknika u operazzjonali tiegħu qabel ma jkun jista’ jipparteċipa fit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż].
2. Numri tal-kontijiet
Il-kont ta’ kull parteċipant għandu jiġi identifikat b’numru uniku tal-kont magħmul minn massimu ta’ 34 karattru li jikkonsistu f'ħames taqsimiet kif ġej:
Isem |
Numru ta’ Karattri |
Kontenut |
Tip ta’ kont |
1 |
M = MCA R = RTGS DCA C = T2S DCA I = TIPS DCA T = Kont tekniku ta’ RTGS AS U = Subkont A = Kont tekniku ta’ TIPS AS G = Kont ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS D = Kont ta’ depożitu mil-lum għall-għada X = Kont ta’ Kontinġenza |
Kodiċi tal-Pajjiż tal-Bank Ċentrali |
2 |
Kodiċi ISO tal-pajjiż: 3166-1 |
Kodiċi tal-munita |
3 |
EUR |
BIC |
11 |
BIC tad-detentur tal-kont |
L-isem tal-kont |
Mass. 17 |
Test liberu (1) |
(1)
Għas-subkontijiet din it-taqsima trid tibda bil-kodiċi AS bil-kodiċi ta’ 3 karattri tal-AS kif definit mill-bank ċentrali. |
3. Regoli dwar il-messaġġi fit-TARGET
Kull parteċipant għandu jikkonforma mal-istruttura tal-messaġġi u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kampijiet, kif definit fil-Parti 3 tal-Ispeċifikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati għall-Utent (UDFS).
L-intestaturi tal-applikazzjonijiet tan-negozju għandhom jiġu mehmuża mat-tipi kollha ta’ messaġġi pproċessati fuq l-MCAs, l-RTGS DCAs (inklużi s-subkontijiet) kontijiet tekniċi RTGS AS, kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS u T2S DCAs kif ġej:
Tip ta’ Messaġġ |
Deskrizzjoni |
head.001 |
Intestatura tal-applikazzjoni tan-negozju |
head.002 |
Intestatura tal-fajl tan-negozju |
4. Tipi ta’ messaġġi pproċessati fit-TARGET
It-tipi ta’ messaġġi li ġejjin huma pproċessati fuq l-MCAs:
Tip ta’ Messaġġ |
Deskrizzjoni |
Amministrazzjoni (admi) |
|
admi.004 |
SystemEventNotification |
admi.005 |
ReportQueryRequest |
admi.007 |
ReceiptAcknowledgement |
Immaniġġjar tal-Flus (camt) |
|
camt.003 |
GetAccount |
camt.004 |
ReturnAccount |
camt.005 |
GetTransaction |
camt.006 |
ReturnTransaction |
camt.018 |
GetBusinessDayInformation |
camt.019 |
ReturnBusinessDayInformation |
camt.025 |
Receipt |
camt.046 |
GetReservation |
camt.047 |
ReturnReservation |
camt.048 |
ModifyReservation |
camt.049 |
DeleteReservation |
camt.050 |
LiquidityCreditTransfer |
camt.053 |
BankToCustomerStatement |
camt.054 |
BankToCustomerDebitCreditNotification |
Ikklerjar u Saldu ta’ Ħlasijiet (pacs) |
|
pacs.009 |
FinancialInstitutionCreditTransfer |
pacs.010 |
FinancialInstitutionDirectDebit |
It-tipi ta’ messaġġi li ġejjin huma pproċessati fuq RTGS DCAs, u fejn rilevanti fuq il-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS u l-kontijiet tal-fondi ta’ garanzija ta’ AS:
Amministrazzjoni (admi) |
|
admi.004 |
SystemEventNotification |
admi.005 |
ReportQueryRequest |
admi.007 |
ReceiptAcknowledgement |
Immaniġġjar tal-Flus (camt) |
|
camt.003 |
GetAccount |
camt.004 |
ReturnAccount |
camt.005 |
GetTransaction |
camt.006 |
ReturnTransaction |
camt.007 |
ModifyTransaction |
camt.009 |
GetLimit |
camt.010 |
ReturnLimit |
camt.011 |
ModifyLimit |
camt.012 |
DeleteLimit |
camt.018 |
GetBusinessDayInformation |
camt.019 |
ReturnBusinessDayInformation |
camt.021 |
ReturnGeneralBusinessInformation |
camt.025 |
Receipt |
camt.029 |
ResolutionOfInvestigation |
camt.046 |
GetReservation |
camt.047 |
ReturnReservation |
camt.048 |
ModifyReservation |
camt.049 |
DeleteReservation |
camt.050 |
LiquidityCreditTransfer |
camt.053 |
BankToCustomerStatement |
camt.054 |
BankToCustomerDebitCreditNotification |
camt.056 |
FIToFIPaymentCancellationRequest |
|
|
Ikklerjar u Saldu ta’ Ħlasijiet (pacs) |
|
pacs.002 |
PaymentStatusReport |
pacs.004 |
PaymentReturn |
pacs.008 |
CustomerCreditTransfer |
pacs.009 |
FinancialInstitutionCreditTransfer |
pacs.010 |
FinancialInstitutionDirectDebit |
Bidu ta’ Ħlasijiet (pain) |
|
pain.998 |
ASInitiationStatus |
pain.998 |
ASTransferNotice |
pain.998 |
ASTransferInitiation |
It-tipi ta’ messaġġi li ġejjin huma pproċessati fuq it-T2S DCAs:
Message Type |
Description |
Administration (admi) |
|
admi.005 |
ReportQueryRequest |
admi.006 |
ResendRequestSystemEventNotification |
admi.007 |
ReceiptAcknowledgement |
Cash Management (camt) |
|
camt.003 |
GetAccount |
camt.004 |
ReturnAccount |
camt.005 |
GetTransaction |
camt.006 |
ReturnTransaction |
camt.009 |
GetLimit |
camt.010 |
ReturnLimit |
camt.011 |
ModifyLimit |
camt.012 |
DeleteLimit |
camt.018 |
GetBusinessDayInformation |
camt.019 |
ReturnBusinessDayInformation |
camt.024 |
ModifyStandingOrder |
camt.025 |
Receipt |
camt.050 |
LiquidityCreditTransfer |
camt.051 |
LiquidityDebitTransfer |
camt.052 |
BankToCustomerAccountReport |
camt.053 |
BankToCustomerStatement |
camt.054 |
BankToCustomerDebitCreditNotification |
camt.064 |
LimitUtilisationJournalQuery |
camt.065 |
LimitUtilisationJournalReport |
camt.066 |
IntraBalanceMovementInstruction |
camt.067 |
IntraBalanceMovementStatusAdvice |
camt.068 |
IntraBalanceMovementConfirmation |
camt.069 |
GetStandingOrder |
camt.070 |
ReturnStandingOrder |
camt.071 |
DeleteStandingOrder |
camt.072 |
IntraBalanceMovementModificationRequest |
camt.073 |
IntraBalanceMovementModificationRequestStatusAdvice |
camt.074 |
IntraBalanceMovementCancellationRequest |
camt.075 |
IntraBalanceMovementCancellationRequestStatusAdvice |
camt.078 |
IntraBalanceMovementQuery |
camt.079 |
IntraBalanceMovementQueryResponse |
camt.080 |
IntraBalanceModificationQuery |
camt.081 |
IntraBalanceModificationReport |
camt.082 |
IntraBalanceCancellationQuery |
camt.083 |
IntraBalanceCancellationReport |
camt.084 |
IntraBalanceMovementPostingReport |
camt.085 |
IntraBalanceMovementPendingReport |
It-tipi ta’ messaġġi li ġejjin huma pproċessati fuq il-kontijiet tekniċi ta’ TIPS DCAs u TIPS AS:
Message Type |
Description |
Administration (admi) |
|
pacs.002 |
FIToFIPayment Status Report |
pacs.004 |
PaymentReturn |
pacs.008 |
FIToFICustomerCreditTransfer |
pacs.028 |
FIToFIPaymentStatusRequest |
Cash Management (camt) |
|
camt.003 |
GetAccount |
camt.004 |
ReturnAccount |
camt.011 |
ModifyLimit |
camt.019 |
ReturnBusinessDayInformation |
camt.025 |
Receipt |
camt.029 |
ResolutionOfInvestigation |
camt.050 |
LiquidityCreditTransfer |
camt.052 |
BankToCustomerAccountReport |
camt.053 |
BankToCustomerStatement |
camt.054 |
BankToCustomerDebitCreditNotification |
camt.056 |
FIToFIPaymentCancellationRequest |
acmt.010 |
AccountRequestAcknowledgement |
acmt.011 |
AccountRequestRejection |
acmt.015 |
AccountExcludedMandateMaintenanceRequest |
Reference data (reda) |
|
reda.016 |
PartyStatusAdviceV01 |
reda.022 |
PartyModificationRequestV01 |
5. Rikonċiljazzjoni ta’ kontroentrati
L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus kollha għandhom jgħaddu minn rikonċiljazzjoni ta’ kontroentrati, li l-għan tagħha huwa li tirrifjuta ordnijiet li jkunu ġew sottomessi aktar minn darba (ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus duplikati). Id-dettalji jinsabu fit-Taqsima 3 tal-Parti I tal-UDFS rilevanti.
6. Regoli ta’ validazzjoni u kodiċijiet tal-iżbalji
Il-validazzjoni tal-messaġġi titwettaq skont il-linji gwida tal-High Value Payments Plus (HVPS+) dwar il-validazzjonijiet tal-messaġġi speċifikati mill-istandard ISO 20022, u l-validazzjonijiet speċifiċi għat-TARGET. Ir-regoli dwar il-validazzjoni u l-kodiċijiet tal-iżbalji huma deskritti fid-dettall fil-partijiet rispettivi tal-UDFS kif ġej:
għall-MCAs, fil-Kapitolu 14 tas-CLM UDFS;
għall-RTGS DCAs, fil-Kapitolu 13 tal-RTGS UDFS;
għat-T2S DCAs, fil-Kapitolu 4.1 tat-T2S UDFS;
Jekk ordni ta' ħlas istantanju jew tweġiba għall-irtirar pożittiva tiġi miċħuda għal kwalunkwe raġuni, id-detentur ta’ TIPS DCA għandu jirċievi rapport dwar l-istatus tal-ħlas (pacs.002), kif deskritt fil-Kapitolu 4.2 tat-TIPS UDFS. Jekk ordni ta' trasferiment ta' likwidità tiġi rrifjutata għal kwalunkwe raġuni, id-detentur ta’ TIPS DCA għandu jirċievi rifjut (camt.025), kif deskritt fil-Kapitolu 1.6 tat-TIPS UDFS.
7. Ħinijiet u avvenimenti ta’ saldu predeterminati
RTGS DCAs
Għal ordnijiet ta’ ħlas li jużaw l-Indikatur tal-Ewwel Ħin ta’ Debitu, għandu jintuża l-element tal-messaġġ “/FromTime/”.
Għal ordnijiet ta’ ħlas li jużaw l-Indikatur tal-Aħħar Ħin ta’ Debitu, għandhom ikunu disponibbli żewġ għażliet.
L-element tal-messaġġ “RejectTime”: jekk l-ordni ta’ ħlas ma tkunx tista’ tiġi saldata sal-ħin tad-debitu indikat, l-ordni ta’ trasferiment ta’ flus għandha tiġi rrifjutata.
L-element tal-messaġġ “TillTime”: jekk l-ordni ta’ ħlas ma tkunx tista’ tiġi saldata sal-ħin tad-debitu indikat, l-ordni ta’ trasferiment ta’ flus ma għandhiex tiġi rrifjutata iżda għandha tinżamm fil-kju rilevanti.
Taħt iż-żewġ għażliet, jekk ordni ta’ ħlas b’Indikatur tal-Aħħar Ħin ta’ Debitu ma tiġix saldata 15-il minuta qabel il-ħin indikat fiha, għandha tintbagħat awtomatikament notifika permezz tal-GUI.
T2S DCAs
Għal ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjati, ma tkun meħtieġa l-ebda XML tag speċifika;
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità predefiniti u ordnijiet permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità jistgħu jiskattaw permezz ta’ ħin jew avveniment speċifiku fil-jum tas-saldu:
għas-saldu f’ħin speċifiku, għandha tintuża l-XML tag “Time(/ExctnTp/Tm/)”,
għas-saldu malli jseħħ avveniment speċifiku, għandha tintuża l-XML tag “(EventType/ExctnTp/Evt/)”.
il-perjodu ta’ validità għal ordnijiet permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità għandu jiġi stabbilit bit-tags XML li ġejjin: “FromDate/VldtyPrd/FrDt/” u “ToDate/VldtyPrd/ToDt/”.
8. Tpaċija ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fuq RTGS DCAs
Għandhom isiru kontrolli ta’ tpaċija u, jekk ikun xieraq, kontrolli ta’ tpaċija estiżi (iż-żewġ termini huma ddefiniti fis-subparagrafi a) u (b) fuq ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus sabiex jiġi ffaċilitat is-saldu bla xkiel.
Kontroll ta’ tpaċija għandu jiddetermina jekk l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus tal-benefiċjarju li jkunu fuq quddiem għall-kju tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bil-prijorità “urġenti” jew, jekk ma japplikax, “għolja” humiex disponibbli biex jiġu paċuti mal-ordni ta’ trasferiment ta’ flus tal-pagatur (minn hawn’il quddiem “ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus paċuti”). Jekk ordni ta’ trasferiment ta’ flus paċuta ma tipprovdix fondi suffiċjenti għall-ordni ta’ trasferiment ta’ flus tal-pagatur rispettiv, għandu jiġi ddeterminat jekk hemmx likwidità suffijċenti disponibbli fl-RTGS DCA tal-pagatur.
Jekk il-kontroll ta’ tpaċija ma jirnexxix, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ japplika kontroll ta’ tpaċija estiż. Kontroll ta’ tpaċija estiża jiddetermina jekk ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus paċuti humiex disponibbli fi kwalunkwe wieħed mill-kjuwijiet tal-benefiċjarju irrispettivament minn meta jkunu daħlu fil-kju. Madankollu, jekk fil-kju tal-benefiċjarju jkun hemm ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ta’ prijorità ogħla indirizzati lil parteċipanti oħra, il-prinċipju FIFO jista’ jinkiser biss jekk is-saldu ta’ tali ordni ta’ trasferiment ta’ flus paċuta jirriżulta f’żieda fil-likwidità għall-benefiċjarju.
9. Algoritmi ta’ ottimizzazzjoni fuq RTGS DCAs u subkontijiet
Għandhom jiġu applikati erba’ algoritmi sabiex jiġi ffaċilitat is-saldu bla xkiel tal-flussi tal-ħlasijiet. Aktar informazzjoni hija disponibbli fil-Parti 2 tal-RTGS UDFS.
Taħt l-algoritmu ta’ “ottimizzazzjoni parzjali”, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu:
jikkalkula u jivverifika l-pożizzjonijiet ta’ likwidità, il-limiti u r-riżervazzjonijiet ta’ kull RTGS DCA rilevanti; u
jekk il-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ RTGS DCA rilevanti waħda jew aktar tkun negattiva, joħroġ ordnijiet ta’ ħlas singoli sakemm il-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kull RTGS DCA rilevanti tkun pożittiva.
Minn hemm ’il quddiem, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-BĊi l-oħrajn involuti għandhom, sakemm ikun hemm fondi suffiċjenti, jissaldaw l-ordnijiet rilevanti li jifdal ta’ trasferiment ta’ flus (ħlief l-ordnijiet ta’ ħlas estratti deskritti fil-punt (ii)) fl-istess ħin fuq l-RTGS DCAs tal-parteċipanti kkonċernati.
Meta joħroġ ordnijiet ta’ ħlas, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jibda mill-RTGS DCA tal-parteċipant bl-ogħla pożizzjoni ta’ likwidità totali negattiva u mill-ordni ta’ ħlas fl-aħħar tal-kju bl-aktar prijorità baxxa. Il-proċess tal-għażla għandu jaħdem biss għal żmien qasir, li għandu jiġi ddeterminat mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] fid-diskrezzjoni tiegħu.
Taħt l-algoritmu ta’ “ottimizzazzjoni multipla”, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu:
iqabbel pari ta’ RTGS DCAs tal-parteċipanti biex jiddetermina jekk ordnijiet ta’ ħlas fil-kju jistgħux jiġu saldati fil-likwidità disponibbli fl-RTGS DCAS taż-żewġ parteċipanti kkonċernati u fil-limiti stabbiliti minnhom (billi jibda mill-par RTGS DCAs bl-iżgħar differenza bejn l-ordnijiet ta’ ħlas indirizzati lil xulxin), u l-BĊi involuti għandhom jirreġistraw dawk il-ħlasijiet simultanjament fuq l-RTGS DCAs taż-żewġ parteċipanti; u
jekk, fir-rigward ta’ par RTGS DCAs kif deskritt fil-punt (i), il-likwidità ma tkunx biżżejjed biex tiffinanzja l-pożizzjoni bilaterali, joħroġ ordnijiet ta’ ħlas uniċi sakemm ikun hemm likwidità suffiċjenti. F’dan il-każ, il-BĊi involuti għandhom jissaldaw il-ħlasijiet li jifdal, ħlief dawk estratti, simultanjament fuq l-RTGS DCAs taż-żewġ parteċipanti.
Wara li jitwettqu l-kontrolli speċifikati fil-punti (i) sa (ii), il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jikkontrolla l-pożizzjonijiet ta’ saldu multilaterali (bejn l-RTGS DCA ta’ parteċipant u l-RTGS DCAs ta’ parteċipanti oħrajn li fir-rigward tagħhom ġie stabbilit limitu multilaterali). Għal dan il-għan, il-proċedura deskritta fis-subparagrafi (i) sa (ii) għandha tapplika mutatis mutandis.
Skont l-algoritmu “ottimizzazzjoni parzjali b’AS” li jappoġġa l-proċedura ta’ saldu B, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jsegwi l-istess proċedura bħal dik għall-algoritmu ta’ ottimizzazzjoni parzjali, iżda mingħajr ma joħroġ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS (għal AS li ssalda fuq bażi multilaterali simultanja, jiġifieri l-proċedura ta’ saldu B ta’ RTGS AS).
L-algoritmu “ottimizzazzjoni fuq is-subkontijiet” jintuża biex jiġi ottimizzat is-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS bi prijorità urġenti fuq is-subkontijiet tal-parteċipanti. Meta juża dan l-algoritmu l-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jikkalkula l-pożizzjoni tal-likwidità totali tas-subkont ta’ kull parteċipant billi jistabbilixxi jekk l-aggregat tal-ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ AS ħerġin u deħlin li jkunu pendenti fil-kju huwiex negattiv jew pożittiv. Jekk l-eżitu ta’ dawn il-kalkoli u l-kontrolli jkun pożittiv għal kull subkont rilevanti, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u BĊi oħrajn involuti għandhom isaldaw trasferimenti ta’ flus kollha fl-istess ħin fuq is-subkontijiet tal-parteċipanti kkonċernati. Jekk l-eżitu ta’ dawn il-kalkoli u l-kontrolli jkun negattiv, ma għandu jsir l-ebda saldu. Barra minn hekk, dan l-algoritmu ma jqis l-ebda limitu jew riżervazzjoni. Għal kull bank tas-saldu tiġi kkalkolata l-pożizzjoni totali u, jekk il-pożizzjonijiet għall-banek tas-saldu kollha jkunu koperti, għandhom jiġu saldati t-tranżazzjonijiet kollha. It-tranżazzjonijiet li ma jkunux koperti jiġu rritornati fil-kju.
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus imdaħħla wara li l-algoritmu ta’ ottimizzazzjoni multipla, l-algoritmu ta’ ottimizzazzjoni parzjali jew l-algoritmu tal-ottimizzazzjoni parzjali ta’ AS ikun beda, xorta waħda jistgħu jiġu saldati immedjatament jekk il-pożizzjonijiet u l-limiti tal-RTGS DCAs tal-parteċipanti kkonċernati jkunu kompatibbli kemm mas-saldu ta’ dawn l-ordnijiet kif ukoll mas-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fil-proċedura ta’ ottimizzazzjoni attwali.
L-algoritmu ta’ ottimizzazzjoni parzjali u l-algoritmu ta’ ottimizzazzjoni multipla għandhom jitħaddmu b’mod sekwenzjali f’dik l-ordni. Dawn ma għandhomx jitħaddmu jekk il-proċedura ta’ saldu B tkun qed taħdem.
L-algoritmi għandhom jaħdmu b’mod flessibbli billi jiġi stabbilit intervall latenti definit minn qabel bejn l-applikazzjoni ta’ algoritmi differenti sabiex jiġi żgurat intervall minimu bejn it-tħaddim ta’ żewġ algoritmi. Is-sekwenza tal-ħin għandha tiġi kkontrollata awtomatikament. L-intervent manwali għandu jkun possibbli.
Waqt li tkun inkluża f’algoritmu li jkun qed jaħdem, ordni ta’ ħlas ma għandhiex tiġi riordinata (bidla tal-pożizzjoni fi kju) jew revokata. Talbiet għar-riordinazzjoni jew ir-revoka ta’ ordni ta’ ħlas għandhom jitpoġġew fil-kju sakemm l-algoritmu jkun lest. Jekk l-ordni ta’ ħlas ikkonċernata tiġi ssaldata waqt li l-algoritmu jkun qed jaħdem, kwalunkwe talba għar-riordinazzjoni jew għar-revoka għandha tiġi rrifjutata. Jekk l-ordni ta’ ħlas ma tiġix saldata, it-talbiet tal-parteċipant għandhom jitqiesu immedjatament.
10. Konnettività
Il-parteċipanti għandhom jikkollegaw mat-TARGET billi jużaw waħda mill-modalitajiet li ġejjin.
Il-modalità utent għal applikazzjoni (U2A): fil-modalità U2A, il-parteċipanti jikkollegaw permezz ta’ GUI li tippermetti lill-utenti jwettqu funzjonijiet tan-negozju abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom. Dan jippermetti lill-utenti jdaħħlu u jżommu data tan-negozju kif ukoll li jirkupraw informazzjoni kummerċjali. Il-Manwal għall-Utenti (UHB) rilevanti jipprovdi informazzjoni eżawrjenti dwar kull funzjoni tan-negozju li tipprovdi l-GUI rispettiva.
Il-modalità applikazzjoni għal applikazzjoni (A2A): fil-modalità A2A l-applikazzjonijiet tas-software jikkomunikaw mat-TARGET billi jiskambjaw messaġġi u fajls singoli bbażati fuq id-drittijiet ta’ aċċess rispettivi tagħhom u l-konfigurazzjoni tal-abbonament u tar-routing tal-messaġġi. Il-komunikazzjoni A2A tiddependi fuq messaġġi XML, bl-użu tal-istandard ISO 20022 fejn applikabbli, kemm għal komunikazzjoni ’l ġewwa kif ukoll ’il barra.
Il-modalitajiet ta’ konnessjoni huma deskritti f’aktar dettall fl-ESMIG UDFS.
11. Il-UDFS u l-Manwal għall-Utent
Aktar dettalji u eżempji li jispjegaw ir-regoli ta’ hawn fuq jinsabu fil-UDFS rispettivi u fil-Manwali għall-Utenti għal kull servizz, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq [daħħal kif meħtieġ is-sit web tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] u] is-sit web tal-BĊE bl-Ingliż.
APPENDIĊI II
SKEMA TA’ KUMPENS TAT-TARGET
1. Prinċipji ġenerali
Jekk ikun hemm ħsara teknika fit-TARGET, il-parteċipanti jistgħu jissottomettu talbiet għal kumpens f’konformità mal-iskema ta’ kumpens tat-TARGET stabbilita f’dan l-Appendiċi.
Sakemm il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ma jiddeċidix mod ieħor, l-iskema ta' kumpens tat-TARGET ma għandhiex tapplika jekk il-ħsara teknika tat-TARGET tirriżulta minn avvenimenti barra mill-kontroll raġonevoli tal-BĊi konċernati jew bħala riżultat ta’ atti jew omissjonijiet ta’ partijiet terzi.
Il-kumpens taħt l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET għandu jkun l-unika proċedura ta' kumpens offruta f’każ ta' ħsara teknika tat-TARGET. Il-parteċipanti jistgħu, madankollu, jużaw mezzi legali oħra biex jagħmlu talba għat-telf. Jekk parteċipant jaċċetta offerta ta' kumpens taħt l-iskema ta' kumpens tat-TARGET, dan għandu jikkostitwixxi l-qbil irrevokabbli tal-parteċipant li b'hekk ikun qed jirrinunzja għat-talbiet kollha fir-rigward ta' dawk l-ordnijiet ta' trasferiment ta’ flus li għalihom hija taċċetta kumpens (inkluż kwalunkwe talba għal telf konsegwenzjali) li jista’ jkollu kontra kwalunkwe BĊ, u li l-ħlas ta' kumpens korrispondenti li jirċievi jikkostitwixxi s-saldu sħiħ u finali ta' dawk it-talbiet kollha. Il-parteċipant għandu jindennizza lill-BĊi kkonċernati, sal-massimu tal-ammont irċevut skont l-iskema ta' kumpens tat-TARGET, fir-rigward ta' kwalunkwe talba ulterjuri li titqajjem minn xi parteċipant ieħor jew xi parti terzi oħra fir-rigward tal-ordni ta' trasferiment ta’ flus jew tat-trasferiment ta’ flus ikkonċernat.
L-għoti ta’ offerta ta’ kumpens ma għandux jikkostitwixxi ammissjoni ta’ responsabbiltà mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] jew minn kwalunkwe BĊ ieħor fir-rigward ta’ ħsara teknika fit-TARGET.
2. Kundizzjonijiet għall-offerti ta’ kumpens
Pagatur jista’ jissottometti talba għall-kumpens ta’ tariffa amministrattiva u tal-imgħax jekk, minħabba ħsara teknika tat-TARGET ordni ta’ trasferiment ta’ flus ma tkunx ġiet saldata fil-jum tan-negozju li fih tkun ġiet aċċettata.
Benefiċjarju jista’ jissottometti talba għal tariffa amministrattiva jekk minħabba ħsara teknika tat-TARGET ma jkunx irċieva trasferiment ta’ flus li kien qed jistenna li jirċievi f’jum ta’ negozju partikolari. Il-benefiċjarju jista’ jissottometti wkoll talba għal kumpens tal-imgħax jekk tiġi ssodisfata waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
fil-każ ta’ parteċipanti li għandhom aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali: minħabba ħsara teknika fit-TARGET, benefiċjarju kellu juża l-faċilità ta’ self marġinali; u/jew
fil-każ tal-parteċipanti kollha: kien teknikament impossibbli li wieħed jirrikorri għas-suq tal-flus jew tali rifinanzjament kien impossibbli għal raġunijiet oġġettivament raġonevoli oħrajn.
3. Kalkolu tal-kumpens
Fir-rigward ta' offerta ta' kumpens għal pagatur:
it-tariffa amministrattiva għandha tkun ta’ EUR 50 għall-ewwel ordni ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldata, EUR 25 għal kull waħda mill-erba’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jmiss u EUR 12,50 għal kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus oħra bħal din. It-tariffa amministrattiva għandha tiġi kkalkulata separatament fir-rigward ta' kull benefiċjarju;
il-kumpens ta' imgħax għandu jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta' rata ta' referenza stabbilita minn jum għal jum. Din ir-rata ta’ referenza għandha tkun l-inqas waħda bejn ir-rata ta’ referenza ta’ terminu qasir tal-euro (€STR) u r-rata tal-faċilità ta’ self marġinali. Ir-rata ta’ referenza għandha tiġi applikata għall-ammont tal-ordni ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldata bħala riżultat tal-ħsara teknika tat-TARGET għal kull jum fil-perjodu mid-data tas-sottomissjoni attwali jew, fir-rigward tal-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus imsemmija fil-paragrafu 2(b)(ii), tas-sottomissjoni maħsuba tal-ordni ta’ trasferiment ta’ flus sad-data li fiha l-ordni ta’ trasferiment ta’ flus kienet jew setgħet ġiet saldata b’suċċess. Kwalunkwe imgħax jew imposta li tirriżulta mit-tqegħid ta’ kwalunkwe ordni ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldata fuq depożitu mal-Eurosistema għandha titnaqqas minn, jew tiġi imposta fuq, l-ammont ta’ kwalunkwe kumpens, skont il-każ;
l-ebda kumpens tal-imgħax ma għandu jkun pagabbli jekk u sa fejn il-fondi li jirriżultaw minn ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldati jkunu tqiegħdu fis-suq jew intużaw biex jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta’ riżerva.
Fir-rigward ta' offerta ta' kumpens għal benefiċjarju:
it-tariffa amministrattiva għandha tkun ta’ EUR 50 għall-ewwel ordni ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldata, EUR 25 għal kull waħda mill-erba’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jmiss u EUR 12,50 għal kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus oħra bħal din. It-tariffa amministrattiva għandha tiġi kkalkulata separatament fir-rigward ta’ kull pagatur;
il-metodu stabbilit fis-subparagrafu (a)(ii) għall-kalkolu tal-kumpens tal-imgħax għandu japplika ħlief li l-kumpens tal-imgħax għandu jitħallas b’rata ugwali għad-differenza bejn ir-rata tal-faċilità ta’ self marġinali u r-rata ta’ referenza, u għandu jiġi kkalkulat fuq l-ammont ta’ kwalunkwe rikors għall-faċilità ta’ self marġinali li jseħħ bħala riżultat tal-ħsara teknika tat-TARGET.
4. Regoli proċedurali
Talba għal kumpens għandha tintbagħat fuq il-formola tat-talba li tinsab fuq is-sit web ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] bl-Ingliż (ara [daħħal referenza għas-sit web tal-BĊ]). Il-pagaturi għandhom jibagħtu formola tat-talba separata fir-rigward ta' kull benefiċjarju u l-benefiċjarji għandhom jibagħtu formola tat-talba separata fir-rigward ta' kull pagatur. Għandhom jiġu pprovduti biżżejjed informazzjoni u dokumenti addizzjonali insostenn tal-informazzjoni indikata fil-formola tat-talba. Tista' tintbagħat talba waħda biss fir-rigward ta' ħlas speċifiku jew ordni ta' ħlas speċifika.
Il-parteċipanti għandhom jissottomettu l-formoli tat-talba tagħhom lil [daħħal l-isem tal-BĊ] fi żmien erba’ ġimgħat minn ħsara teknika fit-TARGET. Kwalunkwe informazzjoni u evidenza addizzjonali mitluba minn [daħħal l-isem tal-BĊ] għandhom jiġu pprovduti fi żmien ġimagħtejn minn meta ssir din it-talba.
Il-[daħħal l-isem tal-BC] għandu janalizza t-talbiet u jibgħathom lill-BĊE. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u kkomunikat lill-parteċipanti, it-talbiet kollha rċevuti għandhom jiġu vvalutati sa mhux aktar tard minn 14-il ġimgħa wara li tkun seħħet il-ħsara teknika fit-TARGET.
Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jikkomunika r-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fis-subparagrafu (c) lill-parteċipanti rilevanti. Jekk il-valutazzjoni tkun tinvolvi offerta ta’ kumpens, il-parteċipanti kkonċernati għandhom, fi żmien erba’ ġimgħat mill-komunikazzjoni ta’ tali offerta, jew jaċċettawha jew jirrifjutawha, fir-rigward ta’ kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus inkluża f’kull talba, billi jiffirmaw ittra standard ta’ aċċettazzjoni (fil-formola disponibbli fuq is-sit web ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] (ara [daħħal ir-referenza għas-sit web tal-BĊ]). Jekk il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma jirċevix din l-ittra fi żmien erba' ġimgħat, il-parteċipanti kkonċernati jitqiesu li jkunu rrifjutaw l-offerta ta' kumpens.
Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħmel ħlasijiet ta' kumpens meta jirċievi l-ittra ta' aċċettazzjoni tal-kumpens tal-parteċipant. L-ebda imgħax ma għandu jitħallas fuq kwalunkwe ħlas ta’ kumpens.
APPENDIĊI III
TERMINI TA’ REFERENZA GĦALL-OPINJONIJIET DWAR IL-KAPAĊITÀ U TAL-PAJJIŻ
Termini ta’ referenza għall-opinjonijiet dwar il-kapaċità għal parteċipanti fit-TARGET
[Daħħal l-isem tal-BĊ]
[indirizz]
Parteċipazzjoni fl-[isem tas-sistema]
[post]
[data]
Għażiż Sinjur jew Sinjura,
Aħna nltabna nagħtu din l-Opinjoni bħala konsulenti legali [interni jew esterni] ta’ [speċifika l-isem tal-Parteċipant jew tal-fergħa tal-Parteċipant] fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jinħolqu skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni li fiha huwa stabbilit il-Parteċipant; minn hawn ’il quddiem il-“ġuriżdizzjoni”] b’rabta mal-parteċipazzjoni ta’ [speċifika l-isem tal-Parteċipant] (minn hawn ’il quddiem il-“Parteċipant”) fi [l-isem tas-sistema komponenti tat-TARGET] (minn hawn ’il quddiem is-“Sistema”).
Din l-Opinjoni hija limitata għal-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta’ din l-Opinjoni. Ma għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta’ xi ġuriżdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u ma nesprimu jew nimplikaw ebda opinjoni f’dan ir-rigward. Kull waħda mill-istqarrijiet u l-opinjonijiet ippreżentati hawn taħt tapplika bl-istess akkuratezza u validità skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni], kemm jekk il-Parteċipant jaġixxi jew le permezz tal-uffiċċju prinċipali tiegħu jew ta’ fergħa waħda jew aktar stabbiliti ġewwa jew barra [ġuriżdizzjoni] meta jissottometti Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus u jirċievi Trasferimenti ta’ flus.
I. DOKUMENTI EŻAMINATI
Għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, eżaminajna:
kopja ċċertifikata tal-[speċifika d-dokumenti kostituzzjonali rilevanti] tal-Parteċipant kif hija/huma fis-seħħ fid-data ta’ din l-Opinjoni;
[jekk applikabbli] estratt minn [speċifika r-reġistru tal-kumpaniji rilevanti] u [jekk applikabbli] [reġistru ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew reġistru analogu];
[sa fejn japplika] kopja tal-liċenzja tal-Parteċipant jew prova oħra ta’ awtorizzazzjoni biex jipprovdi servizzi bankarji, ta’ investiment, trasferiment ta’ fondi jew servizzi finanzjarji oħra f’konformità mal-kriterji ta’ aċċess għall-parteċipazzjoni fit-TARGET fi [ġuriżdizzjoni];
[jekk applikabbli] kopja ta' riżoluzzjoni adottata mill-bord tad-diretturi jew il-korp governattiv rilevanti tal-Parteċipant fi [daħħal id-data], [daħħal is-sena], li turi l-qbil tal-Parteċipant li jaderixxi mad-Dokumenti tas-Sistema, kif definit hawn taħt; u
[speċifika l-prokuri kollha u dokumenti oħra li jikkostitwixxu jew jixhdu s-setgħa meħtieġa tal-persuna jew persuni li jiffirmaw id-Dokumenti tas-Sistema rilevanti (kif definit hawn taħt) f'isem il-Parteċipant];
u d-dokumenti l-oħra kollha relatati mal-kostituzzjoni, is-setgħat, u l-awtorizzazzjonijiet tal-Parteċipant meħtieġa jew xierqa għall-għoti ta’ din l-Opinjoni (minn hawn ’il quddiem id-“Dokumenti tal-Parteċipant”).
Għall-finijiet ta’ din l-opinjoni, eżaminajna wkoll:
il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il- Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET ] għas-Sistema datata [daħħal id-data] (minn hawn ’il quddiem ir-“Regoli”); u
[…].
Ir-Regoli u l-[…] għandhom jissejħu minn hawn ’il quddiem bħala d-“Dokumenti tas-Sistema” (u kollettivament mad-Dokumenti tal-Parteċipant bħala d-“Dokumenti”).
II. ASSUNZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti li:
id-Dokumenti tas-Sistema li ngħatajna huma oriġinali jew kopji veri;
it-termini tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skont il-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema];
id-Dokumenti tal-Parteċipant huma fi ħdan il-kapaċità u s-setgħa tal-partijiet rilevanti u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti b’mod validu u, fejn meħtieġ, mogħtija minnhom; u
id-Dokumenti tal-Parteċipant jorbtu lill-partijiet destinatarji, u ma kien hemm l-ebda ksur ta’ xi wieħed mit-termini tagħhom.
III. OPINJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPANT
Il-Parteċipant huwa korporazzjoni stabbilita u rreġistrata regolarment jew inkorporata jew organizzata regolarment mod ieħor skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].
Il-Parteċipant għandu s-setgħat korporattivi kollha meħtieġa sabiex jeżegwixxi u jwettaq id-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema li għalihom huwa parti.
L-adozzjoni jew l-eżekuzzjoni u t-twettiq mill-Parteċipant tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema li għalihom il-Parteċipant huwa parti bl-ebda mod ma jiksru kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġijiet jew tar-regolamenti ta’ [ġuriżdizzjoni] applikabbli għall-Parteċipant jew għad-Dokumenti tal-Parteċipant.
L-ebda awtorizzazzjoni, approvazzjoni, kunsens, iffajljar, reġistrazzjoni, notarizzazzjoni addizzjonali, jew ċertifikazzjoni oħra ta’ jew ma’ kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f’[ġuriżdizzjoni] ma hija meħtieġa mill-Parteċipant b’rabta mal-adozzjoni, il-validità jew l-eżegwibbiltà ta’ kwalunkwe Dokument tas-Sistema jew mal-eżekuzzjoni jew it-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi tad-Dokumenti tas-Sistema.
Il-Parteċipant ħa l-azzjonijiet korporattivi kollha meħtieġa u passi l-oħra meħtieġa skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni] biex jiżgura li l-obbligi tiegħu skont id-Dokumenti tas-Sistema jkunu legali, validi u vinkolanti.
Din l-opinjoni hija ddikjarata mid-data tagħha u hija indirizzata biss lil [daħħal l-isem tal-BĊ] u lill-[Parteċipant]. L-ebda persuna oħra ma tista’ tiddependi fuq din l-Opinjoni u l-kontenut ta’ din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief lir-riċevituri intiżi tagħha u l-konsulent legali tagħha mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub tagħna, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [il-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta' [ġuriżdizzjoni]].
Dejjem tiegħek,
[firma]
Termini ta’ referenza għall-opinjonijiet tal-pajjiż għal parteċipanti mhux taż-ŻEE fit-TARGET
[Daħħal l-isem tal-BĊ]
[indirizz]
[isem tas-sistema]
[post],
[data]
Għażiż Sinjur jew Sinjura,
Aħna ntlabna bħala konsulenti legali [esterni] ta’ [speċifika l-isem tal-Parteċipant jew tal-fergħa tal-Parteċipant] (il-“Parteċipant”) fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jinħolqu skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni li fiha huwa stabbilit il-Parteċipant; minn hawn ’il quddiem il-“ġuriżdizzjoni”] biex nagħtu din l-Opinjoni skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni] b’rabta mal-parteċipazzjoni tal-Parteċipant f’sistema komponenti tat-TARGET (minn hawn ’il quddiem is-“Sistema”). Ir-referenzi hawnhekk għal-liġijiet ta' [ġuriżdizzjoni] jinkludu r-regolamenti applikabbli kollha ta' [ġuriżdizzjoni]. Aħna qegħdin nesprimu opinjoni hawnhekk skont il-liġi ta’ [ġuriżdizzjoni], fir-rigward, b’mod partikolari, tal-Parteċipant stabbilit barra [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] b’rabta mad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fis-Sistema, kif ippreżentati fid-Dokumenti tas-Sistema definiti hawn taħt.
Din l-Opinjoni hija limitata għal-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta’ din l-Opinjoni. Ma għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta’ xi ġuriżdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u ma nesprimu jew nimplikaw ebda opinjoni f’dan ir-rigward. Aħna nassumu li ma hemm xejn fil-liġijiet ta' ġuriżdizzjoni oħra li taffettwa din l-Opinjoni.
1. DOKUMENTI EŻAMINATI
Għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, eżaminajna d-dokumenti elenkati hawn taħt u dawk id-dokumenti l-oħra li dehrilna xierqa jew meħtieġa:
il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il- Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET ] għas-Sistema datata [daħħal id-data] (minn hawn ’il quddiem ir-“Regoli”); u
kull dokument ieħor li jirregola s-Sistema u/jew ir-relazzjoni bejn il-Parteċipant u parteċipanti oħra fis-Sistema, u bejn il-parteċipanti fis-Sistema u l-[daħħal l-isem tal-BĊ].
Ir-Regoli u l-[.] għandhom jissejħu minn hawn ’il quddiem bħala d-“Dokumenti tas-Sistema”.
2. ASSUNZJONIJIET
Biex nagħtu din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti tas-Sistema li:
id-Dokumenti tas-Sistema huma fil-kapaċità u s-setgħa tal-partijiet rilevanti u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti b’mod validu u, fejn meħtieġ, mogħtija minnhom;
it-termini tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skont il-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema];
il-parteċipanti fis-Sistema li permezz tagħha tintbagħat kwalunkwe Ordni ta’ trasferiment ta’ flus jew jidħlu Trasferimenti ta’ flus, jew li permezz tagħha jiġi eżegwit jew imwettaq kwalunkwe dritt jew obbligu skont id-Dokumenti tas-Sistema, huma liċenzjati biex jipprovdu servizzi ta’ trasferiment ta’ fondi, fil-ġuriżdizzjonijiet rilevanti kollha; u
il-kopji jew il-kampjuni tad-dokumenti sottomessi lilna jikkonformaw mal-oriġinali.
3. OPINJONI
Fuq il-bażi ta’ u bla ħsara għal dak li ntqal qabel, u fi kwalunkwe każ, suġġett għall-punti msemmija hawn taħt, aħna tal-fehma li:
3.1. Aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż [sa fejn applikabbli]
Il-karatteristiċi li ġejjin tal-leġiżlazzjoni ta’ [ġuriżdizzjoni] huma konsistenti ma’, u bl-ebda mod ma jwarrbu, l-obbligi tal-Parteċipant li jirriżultaw mid-Dokumenti tas-Sistema: [lista ta' aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż].
3.2. Kwistjonijiet ġenerali ta’ insolvenza
3.2.a. Tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza
L-uniċi tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza (inklużi l-kompożizzjoni jew ir-riabilitazzjoni) li, għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, għandhom jinkludu l-proċedimenti kollha fir-rigward tal-assi tal-Parteċipant jew kwalunkwe fergħa li jista’ jkollha f’[ġuriżdizzjoni] li għalihom jista’ jsir soġġett il-Parteċipant f’[ġuriżdizzjoni], huma dawn li ġejjin: [elenka l-proċedimenti bil-lingwa oriġinali u tradotti bl-Ingliż] (flimkien kollettivament imsejħa “Proċedimenti ta’ Insolvenza”).
Minbarra l-proċedimenti ta’ insolvenza, il-Parteċipant, kwalunkwe assi tiegħu, jew kwalunkwe fergħa li jista’ jkollu f’[ġuriżdizzjoni] jistgħu jsiru soġġetti f’[ġuriżdizzjoni] għal [elenka kwalunkwe moratorju, riċevitura applikabbli, jew kwalunkwe proċediment ieħor li b’riżultat tiegħu jistgħu jiġu sospiżi l-ħlasijiet lill-Parteċipant u/jew minnu, jew jistgħu jiġu imposti limitazzjonijiet fir-rigward ta’ tali ħlasijiet, jew proċedimenti simili bil-lingwa oriġinali u tradotti bl-Ingliż] (minn hawn ’il quddiem imsejħa kollettivament “Proċedimenti”).
3.2.b. Trattati ta’ insolvenza
[ġuriżdizzjoni] jew ċerti suddiviżjonijiet politiċi fi [ġuriżdizzjoni], kif speċifikat, hija/huma parti għat-trattati ta’ insolvenza li ġejjin: [speċifika, jekk japplika dawk li għandhom jew jista’ jkollhom impatt fuq din l-Opinjoni].
3.3. Eżegwibbiltà tad-Dokumenti tas-Sistema
Suġġett għall-punti stabbiliti hawn taħt, id-dispożizzjonijiet kollha tad-Dokumenti tas-Sistema se jkunu vinkolanti u eżegwibbli f’konformità mat-termini tagħhom skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni], b’mod partikolari fil-każ tal-ftuħ ta’ kwalunkwe Proċediment ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant.
B’mod partikolari aħna tal-fehma li:
3.3.a. Ipproċessar ta’ Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus
Id-dispożizzjonijiet tar-Regoli dwar l-ipproċessar ta’ Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus [żid id-dispożizzjonijiet rilevanti li jimplimentaw l-Artikoli 17 u 18 tal-Parti I tal-Anness I, Artikoli 4 sa 7 u 9 tal-Parti II tal-Anness I, Artikolu 5 sa 10 u 14 sa 17 tal-Parti III tal-Anness I, Artikoli 4 u 6 sa 7 tal-Parti IV tal-Anness I, Artikoli 6 u 10 tal-Parti V tal-Anness I] huma validi u eżegwibbli. B’mod partikolari, l-Ordnijiet kollha ta’ trasferiment ta’ flus ipproċessati skont dawn it-taqsimiet se jkunu validi, vinkolanti u se jkunu eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni]. Id-dispożizzjoni tar-Regoli li tispeċifika l-punt preċiż ta’ żmien li fih l-Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus sottomessi mill-Parteċipant lis-Sistema jsiru eżegwibbli u irrevokabbli [żid id-dispożizzjoni rilevanti li timplimenta l-Artikolu 18 tal-Parti I tal-Anness 1] hija valida, vinkolanti u eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].
3.3.b. L-awtorità ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu
Il-ftuħ ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant ma jaffettwawx l-awtorità u s-setgħat ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] li jirriżultaw mid-Dokumenti tas-Sistema. [Speċifika [sa fejn applikabbli] li: l-istess opinjoni hija applikabbli wkoll fir-rigward ta’ kwalunkwe entità oħra li tipprovdi lill-Parteċipanti b’servizzi direttament u neċessarjament meħtieġa għall-parteċipazzjoni fis-Sistema, eż TARGET NSP].
3.3.c. Rimedji fil-każ ta’ inadempjenza
[Fejn applikabbli għall-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu f’[lista ta’ taqsimiet] tar-Regoli dwar it-twettiq aċċellerat ta’ talbiet li għadhom ma mmaturawx, it-tpaċija ta’ talbiet għall-użu tad-depożiti tal-Parteċipant, l-eżekuzzjoni ta’ rahan, is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni, talbiet għal imgħax ta’ inadempjenza, u t-terminazzjoni ta’ ftehimiet u tranżazzjonijiet ([daħħal klawżoli rilevanti oħra tar-Regoli jew tad-Dokumenti tas-Sistema]) huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].]
3.3.d. Sospensjoni u terminazzjoni
Fejn applikabbli għall-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu f’[lista tat-taqsimiet] tar-Regoli (fir-rigward tas-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Parteċipant fis-Sistema mal-ftuħ ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti jew każijiet oħra ta’ inadempjenza, kif definiti fid-Dokumenti tas-Sistema, jew jekk il-Parteċipant jirrappreżenta kwalunkwe tip ta’ riskju sistemiku jew ikollha problemi operazzjonali serji) huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].
3.3.e. Sistema ta’ penali
Fejn applikabbli għall-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu f’[lista ta’ taqsimiet] tar-Regoli fir-rigward tal-penali imposti fuq Parteċipant li ma jkunx jista’ jirrimborża kreditu intraġurnata jew kreditu mil-lum għal għada, fejn applikabbli, fil-ħin huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].
3.3.f. Ċessjoni ta’ drittijiet u obbligi
Id-drittijiet u l-obbligi tal-Parteċipant ma jistgħux jiġu ċeduti, mibdula jew ittrasferiti b’xi mod ieħor mill-Parteċipant lil partijiet terzi mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-[daħħal l-isem tal-BĊ].
3.3.g. Għażla tal-liġi regolatorja u ġuriżdizzjoni
Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tat-taqsimiet] tar-Regoli, u b’mod partikolari fir-rigward tal-liġi regolatorja, is-soluzzjoni ta’ xi tilwima, il-qrati kompetenti, u n-notifika tal-proċess huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].
3.4. Preferenzi annullabbli
Aħna tal-fehma li l-ebda obbligu li jirriżulta mid-Dokumenti tas-Sistema, it-twettiq tiegħu, jew il-konformità miegħu qabel il-ftuħ ta’ kwalunkwe Proċediment ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant ma jista’ jiġi miċħud fi kwalunkwe proċediment bħal dan bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].
B’mod partikolari, u mingħajr limitazzjoni għal dak li ntqal hawn fuq, nesprimu din l-opinjoni fir-rigward ta’ kull Ordni ta’ trasferiment ta’ flus mibgħuta minn kwalunkwe parteċipant fis-Sistema. B’mod partikolari, aħna tal-fehma li d-dispożizzjonijiet ta’ [lista tat-taqsimiet] tar-Regoli li jistabbilixxu l-eżegwibbiltà u l-irrevokabbiltà tal-Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ikunu validi u eżegwibbli, u li Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus mibgħuta minn kwalunkwe parteċipant u pproċessata skont [lista tat-taqsimiet] tar-Regoli ma jistgħux jiġu miċħuda f’kull Proċediment ta’ Insolvenza jew Proċedimenti bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġi tal-insolvenza ta’ [ġuriżdizzjoni].
3.5. Qbid
Jekk xi kreditur tal-Parteċipant jitlob ordni ta’ qbid (inkluż kwalunkwe ordni ta’ iffriżar, ordni ta’ sekwestru, jew kwalunkwe proċedura oħra tad-dritt pubbliku jew privat li hija maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-Parteċipant), minn hawn ’il quddiem imsejħa “Qbid”, skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni] minn qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f’[ġuriżdizzjoni], aħna tal-fehma li [daħħal l-analiżi u d-diskussjoni].
3.6. Kollateral [jekk applikabbli]
3.6.a. Ċessjoni ta’ drittijiet jew depożitu ta’ assi għall-finijiet ta’ kollateral, rahan u/jew repo
Ċessjonijiet għall-finijiet ta’ kollateral se jkunu validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni]. B’mod speċifiku, il-ħolqien u l-eżekuzzjoni ta’ rahan jew repo skont [daħħal ir-referenza għall-arranġament rilevanti mal-BĊ] ikunu validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni].
3.6.b. Prijorità tal-interess ta’ ċessjonarji, ta’ detenturi ta’ rahan jew xerrejja ta’ repos fuq dak ta’ pretendenti oħra
Fil-każ ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant, id-drittijiet jew l-assi ċeduti għal finijiet ta’ kollateral, jew mirhuna mill-Parteċipant lil [daħħal ir-referenza għall-BĊ] jew lil parteċipanti oħra fis-Sistema, jikklassifikaw fil-prijorità ta’ ħlas qabel it-talbiet tal-kredituri l-oħrajn kollha tal-Parteċipant u ma jkunux suġġetti għall-kredituri ta’ prijorità jew preferenzjali.
3.6.c. L-eżekuzzjoni ta’ titolu ta’ garanzija
Anke fil-każ ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant, parteċipanti oħra fis-Sistema u l-[daħħal l-isem tal-BĊ] bħala [ċessjonarji, detenturi ta’ rahan jew xerrejja ta’ repos skont kif japplika] xorta jkunu liberi li jeżegwixxu u jiġbru d-drittijiet jew l-assi tal-Parteċipant permezz tal-azzjoni ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] skont ir-Regoli.
3.6.d. Rekwiżiti ta’ formoli u reġistrazzjoni
Ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ formoli għaċ-ċessjoni għal finijiet ta’ kollateral ta’, jew għall-ħolqien u l-eżekuzzjoni ta’ rahan jew ta’ repo fuq id-drittijiet jew l-assi tal-Parteċipant u ma huwiex meħtieġ li [iċ-ċessjoni għal finijiet ta’ kollateral, rahan jew repo, kif applikabbli], jew kwalunkwe dettall ta’ tali [ċessjoni, rahan jew repo, kif applikabbli,] jiġi rreġistrat ma’ jew ippreżentat lil kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f’[ġuriżdizzjoni].
3.7 Fergħat [safejn japplika]
3.7.a. L-opinjoni tapplika għal azzjoni permezz tal-friegħi
Kull waħda mid-dikjarazzjonijiet u l-opinjonijiet ippreżentati hawn fuq fir-rigward tal-Parteċipant tapplika bl-istess akkuratezza u validità skont il-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni] f’sitwazzjonijiet fejn il-Parteċipant jaġixxi permezz ta’ waħda jew aktar mill-friegħi tiegħu stabbiliti barra [ġuriżdizzjoni].
3.7.b. Konformità mal-liġi
La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u tal-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema u lanqas is-sottomissjoni, it-trażmissjoni jew ir-riċevuta ta’ Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus minn fergħa tal-Parteċipant ma jiksru l-liġijiet ta’ [ġuriżdizzjoni] fi kwalunkwe każ.
3.7.c. Awtorizzazzjonijiet meħtieġa
La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas is-sottomissjoni, it-trażmissjoni jew l-irċevuta ta’ Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus minn fergħa ta’ Parteċipant ma jkunu jeħtieġu kwalunkwe awtorizzazzjoni, approvazzjoni, kunsens, iffajljar, reġistrazzjoni, notarizzazzjoni jew ċertifikazzjoni oħra ta’ jew ma’ kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li huma kompetenti fi [ġuriżdizzjoni].
Din l-opinjoni hija ddikjarata mid-data tagħha u hija indirizzata biss lil [daħħal l-isem tal-BĊ] u lill-[Parteċipant]. L-ebda persuna oħra ma tista’ tiddependi fuq din l-Opinjoni u l-kontenut ta’ din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief lir-riċevituri intiżi tagħha u l-konsulent legali tagħha mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub tagħna, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [il-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta' [ġuriżdizzjoni]].
Dejjem tiegħek,
[firma]
APPENDIĊI IV
PROĊEDURI TA’ KONTINWITÀ TAL-OPERAT U TA’ KONTINĠENZA
1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-arranġamenti bejn [daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti, jekk it-TARGET jew wieħed jew aktar mill-NSPs ikollhom ħsara jew jiġu affettwati minn avveniment estern anormali, jew jekk il-ħsara taffettwa lil xi parteċipant.
Ir-referenzi kollha għal ħinijiet speċifiċi f’dan l-Appendiċi huma għall-ħin lokali fis-sede tal-BĊE.
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din it-taqsima 1 għandhom japplikaw għal MCAs, RTGS DCAs u s-subkontijiet tagħhom, kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS, T2S DCAs, TIPS DCAs u kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.
1.1. Miżuri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza
Fil-każ li jseħħ avveniment estern anormali u/jew ikun hemm ħsara fit-TARGET u/jew ikun hemm ħsara ta’ NSP wieħed jew aktar li jaffettwa l-operat normali tat-TARGET, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun intitolat li jadotta miżuri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza.
Il-miżuri ewlenin ta’ kontinwità tal-operat u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza li ġejjin għandhom ikunu disponibbli fit-TARGET:
ir-rilokazzjoni tal-operat tat-TARGET għal sit alternattiv;
it-tibdil tal-iskeda operattiva tat-TARGET.
Fir-rigward tal-miżuri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu diskrezzjoni sħiħa fir-rigward ta’ jekk għandhomx jiġu adottati miżuri u liema.
1.2. Komunikazzjoni dwar l-inċidenti
Jekk iseħħ avveniment deskritt taħt il-paragrafu 1.1(a), dan għandu jiġi kkomunikat lill-parteċipanti permezz tas-sit web tal-BĊE, jekk disponibbli, permezz tal-GUI(s) u, jekk applikabbli permezz ta’ kanali ta’ komunikazzjoni domestiċi. B’mod partikolari, il-komunikazzjonijiet lill-parteċipanti għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
deskrizzjoni tal-avveniment u l-impatt tiegħu fuq it-TARGET;
il-ħin li fih tkun mistennija s-soluzzjoni tal-avveniment (jekk ikun magħruf);
informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda (jekk ikun hemm);
il-parir lill-parteċipanti (jekk ikun hemm);
il-kronogramma tal-komunikazzjoni u indikazzjoni ta’ meta se jiġi pprovdut aġġornament.
1.3. Bidla fis-sigħat tal-operat
Meta jibdel l-iskeda operattiva tat-TARGET kif previst fl-Artikolu 19(2) tal-Parti I ta’ dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jittardja l-ħin ta’ skadenza tat-TARGET għal jum ta’ negozju partikolari jew jittardja l-bidu tal-jum ta’ negozju li jmiss, jew jibdel il-ħin ta’ kwalunkwe avveniment ieħor elenkat fl-Appendiċi V.
Il-ħinijiet ta’ skadenza tat-TARGET għal jum ta’ negozju partikolari jistgħu jiġu ttardjati jekk tkun seħħet ħsara fit-TARGET matul dak il-jum iżda tkun ġiet solvuta qabel is-18:00. Tali dewmien fil-ħin tal-għeluq ma għandux normalment jaqbeż is-sagħtejn u għandu jiġi mħabbar lill-parteċipanti mill-aktar fis possibbli.
Ladarba jiġi mħabbar dewmien fil-ħinijiet ta’ skadenza tat-TARGET, dan jista’ jiġi ttardjat aktar iżda ma jistax jiġi rtirat.
1.4. Dispożizzjonijiet oħra
Fil-każ ta’ ħsara fil-[daħħal l-isem tal-BĊ], uħud mill-funzjonijiet tekniċi jew il-funzjonijiet tekniċi kollha tiegħu fir-rigward tat-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jistgħu jitwettqu minn BĊi oħrajn tal-Eurosistema jew mill-BĊNi tal-Livell 3 f’ismu.
Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jirrikjedi li l-parteċipanti jipparteċipaw f’ittestjar regolari jew ad hoc tal-miżuri ta’ kontinwità tal-operat u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza, f’taħriġ jew fi kwalunkwe arranġament preventiv ieħor, kif meqjus meħtieġ mill-[daħħal l-isem tal-BĊ]. Kwalunkwe kost imġarrab mill-parteċipanti bħala riżultat ta’ tali ttestjar jew arranġamenti oħra għandu jiġġarrab biss mill-parteċipanti.
2. PROĊEDURI TA’ KONTINWITÀ TAL-OPERAT U TA’ KONTINGENZA (PROĊEDURI TA’ SALDU TA’ RTGS DCA U TA’ RTGS AS)
Minbarra d-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 1, id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din it-taqsima 2 għandhom japplikaw speċifikament għad-detenturi ta’ RTGS DCA u għal AS li jużaw il-proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS.
2.1. Rilokazzjoni tal-operat tat-TARGET għal sit alternattiv
Ir-rilokazzjoni tal-operat tat-TARGET għal sit alternattiv, kif imsemmi fil-paragrafu 1.1(b)(i), tista’ tkun f’post fl-istess reġjun jew f’reġjun ieħor.
Fil-każ li l-operat tat-TARGET jiġi rilokat għal reġjun ieħor, il-parteċipanti għandhom: (i) joqogħdu lura milli jibagħtu ordnijiet ġodda ta’ trasferiment ta’ flus lejn it-TARGET; (ii) iwettqu rikonċiljazzjoni fuq talba ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ]; (iii) jerġgħu jissottomettu kwalunkwe ordnijiet ta’ trasferiment tal-flus identifikata bħala nieqsa; u (iv) jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha f’dan ir-rigward lill-[daħħal l-isem tal-BĊ].
Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jieħu kwalunkwe azzjoni oħra inkluż l-addebitar u l-akkreditar tal-kontijiet tal-parteċipanti sabiex jirrestawra l-istatus tal-kontijiet ta’ dawk il-parteċipanti għal kif kien qabel ir-rilokazzjoni.
2.2. Bidla fis-sigħat tal-operat
Jekk [daħħal l-isem tal-BĊ] jittardja l-għeluq tat-TARGET kif previst fil-paragrafu 1.3 qabel l-16:50, il-perjodu minimu ta’ siegħa bejn il-ħin ta’ skadenza għall-ordnijiet ta’ ħlas tal-klijenti u interbankarji normalment għandu jibqa’ fis-seħħ.
L-AS għandu jkollha mezzi stabbiliti biex tindirizza l-każijiet fejn il-ħin tal-ftuħ mill-ġdid jiġi ttardjat minħabba ħsara fit-TARGET il-jum ta’ qabel.
2.3. Ipproċessar ta’ kontinġenza
Jekk iqis li huwa meħtieġ li jagħmel dan, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jibda l-ipproċessar ta’ kontinġenza ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bl-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza tat-TARGET jew mezzi oħra. F’każijiet bħal dawn, l-ipproċessar ta’ kontinġenza għandu jiġi pprovdut fuq bażi tal-aħjar sforzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-parteċipanti tiegħu bil-bidu tal-ipproċessar ta’ kontinġenza permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni disponibbli.
Fl-ipproċessar ta’ kontinġenza bl-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza tat-TARGET, l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus għandhom jintbagħtu mid-detenturi ta’ RTGS DCA u awtorizzati minn [daħħal l-isem tal-BĊ]. Il-[Daħħal l-isem tal-BĊ] jista’, b’mod eċċezzjonali, idaħħal ukoll l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus manwalment f’isem il-parteċipanti. Barra minn hekk, l-AS tista’ tissottometti fajls li jkun fihom struzzjonijiet ta’ ħlas skont il-proċedura ta’ saldu A ta’ RTGS AS, li l-AS tawtorizza lil [daħħal l-isem tal-BĊ] itella’ fis-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza.
L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li ġejjin għandhom jitqiesu bħala “kritiċi ħafna” u [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħmel l-aħjar sforzi biex jipproċessahom f’kontinġenza mingħajr dewmien żejjed:
ħlasijiet relatati mas-saldu tal-operazzjonijiet tas-CLS Bank International ipproċessati fuq CLSSettlement;
appelli għall-marġni tal-kontropartijiet ċentrali.
L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus minbarra dawk elenkati fil-punt (c) u li huma meħtieġa biex jiġi evitat riskju sistemiku għandhom jitqiesu bħala “kritiċi” u l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jiddeċiedi li jibda pproċessar ta’ kontinġenza fir-rigward tagħhom. Ordnijiet kritiċi ta’ trasferiment ta’ flus għandhom jinkludu iżda ma humiex limitati għal:
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus relatati mas-saldu ta’ sistemi oħra ta’ ħlas sistemikament importanti kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28);
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil T2S DCAs jew TIPS DCAs;
ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità li huma indispensabbli għall-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet kritiċi ħafna ta’ trasferiment ta’ flus kif stabbilit fil-punt (c) jew għal ordnijiet kritiċi oħra ta’ trasferiment ta’ flus.
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jkunu ġew sottomessi lit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] qabel l-attivazzjoni tal-ipproċessar ta’ kontinġenza, iżda li jkunu fil-kju, jistgħu wkoll jgħaddu minn ipproċessar ta’ kontinġenza. F’dawn il-każijiet il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprova jevita bis-sħiħ l-ipproċessar doppju ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus, imma huma l-parteċipanti li jassumu r-riskju ta’ dan l-ipproċessar doppju jekk dan iseħħ.
Għall-ipproċessar ta’ kontinġenza bl-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza tat-TARGET, il-parteċipanti għandhom jipprovdu assi eliġibbli bħala kollateral. Matul l-ipproċessar ta’ kontinġenza, l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus deħlin jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ħerġin.
2.4. Ħsara marbuta mal-parteċipanti
Fil-każ li parteċipant ikollu kwistjoni jew problema li ma tħallihx jibgħat ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus lit-TARGET, huwa għandu jsolvi l-kwistjoni jew il-problema billi juża l-mezzi tiegħu stess. B’mod partikolari, parteċipant jista’ juża kwalunkwe soluzzjoni interna għad-dispożizzjoni tiegħu, il-funzjonalità tal-GUI biex jipproċessa t-trasferimenti ta’ likwidità u l-ordnijiet ta’ ħlas jew tuża l-funzjonalità ta’ backup permezz tal-GUI.
Jekk il-mezzi ta’ soluzzjoni u/jew is-soluzzjonijiet jew il-funzjonalitajiet użati mill-parteċipant kif imsemmi fil-paragrafu (a) jiġu eżawriti jew jekk ma jkunux biżżejjed, il-parteċipant jista’ mbagħad jitlob appoġġ mingħand [daħħal l-isem tal-BĊ] u [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprovdi tali appoġġ fuq bażi tal-aħjar sforzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiddeċiedi x’appoġġ joffri lill-parteċipant.
[Daħħal jekk applikabbli, aktar miżuri dettaljati ta’ kontinġenza fir-rigward ta’ AS għandhom jiġu deskritti f’arranġamenti addizzjonali bejn [daħħal l-isem tal-BĊ] u l-AS rilevanti.]
3. PROĊEDURI TA’ KONTINWITÀ TAL-OPERAT U TA’ KONTINĠENZA (MCA)
Minbarra d-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 1, id-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima 3 għandhom japplikaw speċifikament għad-detenturi ta’ MCA.
3.1. Rilokazzjoni tal-operat tat-TARGET għal sit alternattiv
Ir-rilokazzjoni tal-operat tat-TARGET għal sit alternattiv, kif imsemmi fil-paragrafu 1.1(b)(i), tista’ tkun f’post fl-istess reġjun jew f’reġjun ieħor.
Fil-każ li l-operat tat-TARGET jiġi rilokat għal reġjun ieħor, il-parteċipanti għandhom: (i) joqogħdu lura milli jibagħtu ordnijiet ġodda ta’ trasferiment ta’ flus lejn it-TARGET; (ii) fuq talba ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] iwettqu rikonċiljazzjoni; (iii) jerġgħu jissottomettu kwalunkwe ordni ta’ trasferiment tal-flus identifikata bħala nieqsa; u (iv) jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha f’dan ir-rigward lill-[daħħal l-isem tal-BĊ].
Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jieħu kwalunkwe azzjoni oħra inkluż l-addebitar u l-akkreditar tal-kontijiet tal-parteċipanti sabiex jirrestawra l-istatus tal-kontijiet ta’ dawk il-parteċipanti għal kif kien qabel ir-rilokazzjoni.
3.2. Ipproċessar ta’ kontinġenza
Jekk iqis li huwa meħtieġ li jagħmel dan, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jibda l-ipproċessar ta’ kontinġenza ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bl-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza tat-TARGET jew mezzi oħra. F’każijiet bħal dawn, l-ipproċessar ta’ kontinġenza għandu jiġi pprovdut fuq bażi tal-aħjar sforzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-parteċipanti tiegħu bil-bidu tal-ipproċessar ta’ kontinġenza permezz ta’ kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni disponibbli.
Fl-ipproċessar ta’ kontinġenza bl-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza tat-TARGET, l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus għandhom jintbagħtu mid-detenturi ta’ MCA u awtorizzati minn [daħħal l-isem tal-BĊ]. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’, b’mod eċċezzjonali, idaħħal ukoll l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus manwalment f’isem il-parteċipanti.
L-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus meħtieġa biex jiġi evitat riskju sistemiku għandhom jitqiesu bħala “kritiċi” u [daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jiddeċiedi li jibda pproċessar ta’ kontinġenza fir-rigward tagħhom.
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jkunu ġew sottomessi lit-TARGET-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] qabel l-attivazzjoni tal-ipproċessar ta’ kontinġenza, iżda li jkunu fil-kju, jistgħu wkoll jgħaddu minn ipproċessar ta’ kontinġenza. F’dawn il-każijiet il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprova jevita bis-sħiħ l-ipproċessar doppju ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus, imma huma l-parteċipanti li jassumu r-riskju ta’ dan l-ipproċessar doppju jekk dan iseħħ.
Għall-ipproċessar ta’ kontinġenza bl-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza tat-TARGET, il-parteċipanti għandhom jipprovdu assi eliġibbli bħala kollateral. Matul l-ipproċessar ta’ kontinġenza, l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus deħlin jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ħerġin.
3.3. Ħsarat marbuta mal-parteċipanti
Fil-każ li parteċipant ikollu kwistjoni jew problema li ma tħallihx jibgħat ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus lit-TARGET, huwa għandu jsolvi l-kwistjoni jew il-problema billi juża l-mezzi tiegħu stess. B’mod partikolari, parteċipant jista’ juża kwalunkwe soluzzjoni interna jew il-funzjonalità tal-GUI biex jipproċessa ordnijiet ta’ trasferimenti ta’ likwidità.
Jekk il-mezzi ta’ soluzzjoni u/jew is-soluzzjonijiet jew il-funzjonalitajiet użati mill-parteċipant kif imsemmi fil-paragrafu (a) jiġu eżawriti jew jekk ma jkunux biżżejjed, il-parteċipant jista’ mbagħad jitlob appoġġ mingħand [daħħal l-isem tal-BĊ] u il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprovdi tali appoġġ fuq bażi tal-aħjar sforzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiddeċiedi x’appoġġ joffri lill-parteċipant.
4. PROĊEDURI TA’ KONTINWITÀ TAL-OPERAT U TA’ KONTINĠENZA (T2S DCA)
Minbarra d-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 1, id-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima 4 għandhom japplikaw speċifikament għad-detenturi ta’ T2S DCA.
4.1. Rilokazzjoni tal-operat tat-TARGET għal sit alternattiv
Ir-rilokazzjoni tal-operat tat-TARGET għal sit alternattiv, kif stabbilit fil-paragrafu 1.1(b)(i), tista’ tkun għal post fl-istess reġjun jew f’reġjun ieħor (fejn disponibbli).
F’każ li l-operat tat-TARGET jiġi rilokat għal reġjun ieħor, il-parteċipanti għandhom (i) joqogħdu lura milli jibagħtu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus ġodda lit-TARGET; u (ii) fuq talba ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] iwettqu rikonċiljazzjoni, (iii) jerġgħu jissottomettu kwalunkwe struzzjoni identifikata bħala nieqsa u (iv) jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha f’dan ir-rigward lill-[daħħal l-isem tal-BĊ].
Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jitħalla jieħu kwalunkwe azzjoni oħra inkluż l-addebitar u l-akkreditar tal-kontijiet tal-parteċipanti sabiex jirrestawra l-istatus tal-bilanċi tal-kont tal-parteċipanti għal dak li kien qabel ir-rilokazzjoni.
4.2. Ħsara marbuta mal-parteċipanti
Fil-każ li detentur ta’ T2S DCA jkollu kwistjoni jew problema li ma tħallihx isalda ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus fit-TARGET-[daħħal l-isem tal-BĊ/referenza tal-pajjiż], huwa għandu jsolvi l-kwistjoni jew il-problema billi juża l-mezzi tiegħu stess.
Jekk il-mezzi ta’ soluzzjoni msemmija fil-paragrafu (a) jiġu eżawriti jew jekk ma jkunux biżżejjed, il-parteċipant jista’ mbagħad jitlob appoġġ mingħand [daħħal l-isem tal-BĊ] u il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprovdi tali appoġġ fuq bażi tal-aħjar sforzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiddeċiedi x’appoġġ joffri lill-parteċipant.
APPENDIĊI V
SKEDA OPERATTIVA TAT-TARGET
1. Id-data tal-valur għat-tranżazzjonijiet saldati fit-TARGET hija dejjem id-data tal-valur li fiha topera s-sistema.
2. Il-jiem kollha ħlief is-Sibt, il-Ħadd, l-Ewwel tas-Sena, il-Ġimgħa l-kbira ( 8 ), it-Tnejn tal-Għid ( 9 ), l-1 ta’ Mejju, Jum il-Milied, u s-26 ta’ Diċembru huma jiem ta’ negozju tat-TARGET u għalhekk jistgħu jkunu dati tal-valur għall-fini tas-saldu fit-TARGET.
3. Il-kontijiet tekniċi tat-TIPS DCAs u tat-TIPS AS jitħaddmu kuljum. It-tipi l-oħra kollha ta’ kontijiet jitħaddmu fil-ġranet kollha ħlief għas-Sibt, il-Ħadd, l-Ewwel tas-Sena, il-Ġimgħa l-kbira ( 10 ), it-Tnejn tal-Għid ( 11 ), l-1 ta’ Mejju, Jum il-Milied, u s-26 ta’ Diċembru.
4. Jum ta’ negozju jinfetaħ matul il-lejla tal-jum ta’ negozju preċedenti.
5. Il-ħin ta’ referenza għas-sistema huwa l-ħin lokali fis-sede tal-BĊE.
6. Il-fażijiet differenti tal-jum tan-negozju tat-TARGET u l-avvenimenti operazzjonali sinifikanti rilevanti għal MCAs, RTGS DCAs ( 12 ), T2S DCAs u TIPS DCAs ( 13 ) huma murija fit-tabella li ġejja:
HH:MM |
MCAs |
RTGS DCAs (1) |
T2S DCAs |
TIPS DCAs (2) |
18:45 (D-1) |
Bidu tal-jum ta’ negozju: Bidla fid-data tal-valur |
Bidu tal-jum ta’ negozju: Bidla fid-data tal-valur |
Bidu tal-jum ta’ negozju: Bidla fid-data tal-valur Tħejjija tas-saldu ta’ billejl |
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil/minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS. L-ebda trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u kontijiet oħra |
19:00 (D-1) |
Saldu ta’ CBOs Rimborż ta’ self marġinali Rifużjoni ta’ depożiti mil-lum għall-għada Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati u bbażati fuq ir-regoli |
|
Skadenza għall-aċċettazzjoni tal-feeds tad-data tas-CMS Tħejjija tas-saldu ta’ billejl |
|
19:30 (D-1) |
Saldu ta’ CBOs Ipproċessar ta’ ordnijiet permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità immedjati |
Saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS Ipproċessar ta’ ordnijiet permanenti ta’ trasferiment ta’ likwidità Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati, ibbażati fuq ir-regoli u immedjati |
|
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn/lejn MCAs u RTGS DCAs |
20:00 (D-1) |
|
Ċikli ta’ saldu ta’ billejl |
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn/lejn T2S DCAs |
|
02:30 (jum kalendarju wara D-1) |
Tieqa ta’ manutenzjoni mhux fakultattiva fi — – il-jiem ta’ negozju wara l-jiem ta’ għeluq inkluż kull jum ta’ negozju it-Tnejn Tieqa ta’ manutenzjoni fakultattiva (jekk meħtieġa) minn 03:00-05:00 fil-jiem li jifdal |
Tieqa ta’ manutenzjoni mhux fakultattiva fi — il-jiem ta’ negozju wara l-jiem ta’ għeluq inkluż kull jum ta’ negozju it-Tnejn Tieqa ta’ manutenzjoni fakultattiva (jekk meħtieġa) minn 03:00-05:00 fil-jiem li jifdal |
Tieqa ta’ manutenzjoni mhux fakultattiva fi — il-jiem ta’ negozju wara l-jiem ta’ għeluq inkluż kull jum ta’ negozju it-Tnejn Tieqa ta’ manutenzjoni fakultattiva (jekk meħtieġa) minn 03:00-05:00 fil-jiem li jifdal (3) |
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil/minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS. L-ebda ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u kontijiet oħra |
Ħin ta’ ftuħ mill-ġdid* (D) |
Saldu ta’ CBOs Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati, ibbażati fuq ir-regoli ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità |
Saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità awtomatizzati, ibbażati fuq ir-regoli u immedjati. Ipproċessar tal-ordnijiet ta’ ħlas tal-klijenti u interbankarji |
Ċikli ta’ saldu ta’ billejl |
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil/minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u kontijiet oħra. |
05:00 (D) |
|
Negozjar tal-ġurnata/Saldu f’ħin reali: Preparazzjoni ta’ saldu f’ħin reali Twieqi ta’ saldu parzjali (4) |
|
|
16:00 (D) |
|
Skadenza għall-ordnijiet ta’ DvP |
|
|
16:30 (D) |
|
Rimborż awtomatiku tal-awtokollateralizzazzjoni, segwit mill-kinsa fakultattiva tal-flus |
|
|
17:00 (D) |
Skadenza għall-ordnijiet ta’ ħlas lill-klijenti |
|
|
|
17:40 (D) |
|
Skadenza għall-operazzjonijiet ta’ mmaniġġjar tat-teżor miftiehma b’mod bilaterali (BATM) u skadenza għas-CBOs |
|
|
17:45 (D) |
Skadenza għall-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil T2S-DCAs |
Skadenza għall-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità ’l ġewwa |
Ibblokkar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn TIPS DCAs għal T2S DCAs. L-ebda ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn T2S DCAs u TIPS DCAs ma tiġi pproċessata matul dan il-perjodu |
|
18:00 (D) |
Skadenza għal: — l-ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità — CBOs, ħlief faċilitajiet permanenti — modifiki fil-linja ta’ kreditu |
Skadenza għal: — ordnijiet ta’ ħlas interbankarji u — ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità — ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS |
Skadenza tal-FOP Tmiem tal-ipproċessar tas-saldu tat-T2S Riċiklaġġ u tindif Rapportar u dikjarazzjonijiet ta’ tmiem il-jum |
Ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas istantanju u ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità lil/minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS. Ibblokkar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn TIPS DCAs lil MCA/RTGS u T2S DCAs. L-ebda ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn TIPS DCAs u kontijiet oħra ma tiġi pproċessata matul dan il-perjodu Ftit wara s-18:00: Bidla fil-jum tan-negozju (wara li jasal il-messaġġ camt.019 mis-MCA/RTGS) Ritratt tal-bilanċi tat-TIPS DCAs u r-rappurtar ta’ tmiem il-jum |
18:15 (D) |
Skadenza għall-użu ta’ faċilitajiet permanenti |
|
|
|
18:40 (D) |
Skadenza għall-użu ta’ self marġinali (BĊNi biss) Proċessar ta’ tmiem il-jum |
|
|
|
(1)
Japplika wkoll għall-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS, għas-subkontijiet u għall-kontijiet ta’ fond ta’ garanzija ta’ AS.
(2)
Japplika wkoll għall-kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS.
(3)
Għat-T2S DCAs: għall-finijiet tal-perjodu ta’ manutenzjoni, l-1 ta’ Mejju għandu jitqies bħala jum ta’ negozju.
(4)
It-twieqi ta’ saldu parzjali jseħħu fit-08:00, fl-10:00, f’12:00, fis-14:00 u fit-15:30 (jew 30 minuta qabel il-bidu tal-iskadenza tad-DvP, skont liema jiġi l-ewwel). |
Is-sigħat tal-operat jistgħu jinbidlu f’każ li jiġu adottati miżuri ta’ kontinwità tal-operat skont l-Appendiċi IV. Fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ żamma tar-riżerva tal-Eurosistema, il-ħinijiet ta’ skadenza 18:15, 18:40, 18:45, 19:00 u 19:30 għall-MCAs u għall-RTGS DCAs (kif ukoll għall-kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS u s-subkontijiet u l-kontijiet ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS) għandhom iseħħu 15-il minuta aktar tard.
Lista ta’ abbrevjazzjonijiet u noti għal din it-tabella:
* Ħinijiet ta’ ftuħ mill-ġdid: jistgħu jvarjaw skont is-sitwazzjoni. L-informazzjoni hija pprovduta mill-Operatur.
(D-1) |
: |
jum ta’ negozju preċedenti |
(D) |
: |
jum kalendarju = jum ta’ negozju = data tal-valur |
CMS |
: |
Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kollateral |
Ordnijiet ta’ DVP |
: |
Ordnijiet ta’ Kunsenja kontra Ħlas. |
APPENDIĊI VI
SKEDA TAT-TARIFFI
1. ĠENERALI
1. Is-servizzi li ġejjin ma humiex inklużi fis-servizzi offruti minn [daħħal l-isem tal-BĊ] u għandhom jiġu imposti mill-fornituri ta’ servizzi rilevanti skont it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom:
servizzi offruti mill-NSPs;
servizzi T2S mhux relatati ma’ flus.
2. Parteċipant li jixtieq jibdel l-għażla tal-iskema tal-ipprezzar tiegħu għandu jikkomunika dan lil [daħħal l-isem tal-BĊ] sal-għoxrin jum kalendarju tax-xahar sabiex ikun jista’ jitqies għax-xahar ta’ wara.
2. TARIFFI GĦAD-DETENTURI TA’ MCAs
1. MCAs u tranżazzjonijiet saldati fuqhom ma għandhomx iġarrbu tariffi.
2. [daħħal jekk applikabbli: Tariffa/tariffi għall-MCAs ko-immaniġġjati]
3. TARIFFI GĦAD-DETENTURI TA’ RTGS DCA
1. Id-detenturi ta’ RTGS DCA għandhom jagħżlu waħda miż-żewġ opzjonijiet ta’ pprezzar li ġejjin:
tariffa fix-xahar, flimkien ma’ tariffa fissa ta’ tranżazzjoni għal kull ordni ta’ ħlas (entrata ta’ debitu).
Tariffa fix-xahar |
|
EUR 150 |
Tariffa ta’ tranżazzjoni għal kull ordni ta’ ħlas |
|
EUR 0,80 |
tariffa fix-xahar, flimkien ma’ tariffa ta’ tranżazzjoni bbażata fuq il-volum ta’ ordnijiet ta’ ħlas (entrata ta’ debitu) u kkalkulata fuq bażi kumulattiva kif stabbilit fit-tabella li ġejja. Għall-parteċipanti fi grupp ta’ fatturazzjoni l-volum fix-xahar ta’ ordnijiet ta’ ħlas (entrata ta’ debitu) għall-parteċipanti kollha f’dak il-grupp għandu jiġi aggregat.
Tariffa fix-xahar |
|
EUR 1 875 |
|
Volum fix-xahar ta’ ordnijiet ta’ ħlas |
|||
Faxxa |
Minn |
Għal |
Tariffa ta’ tranżazzjoni għal kull ordni ta’ ħlas (EUR) |
1. |
1 |
10 000 |
0,60 |
2. |
10 001 |
25 000 |
0,50 |
3. |
25 001 |
50 000 |
0,40 |
4. |
50 001 |
75 000 |
0,20 |
5. |
75 001 |
100 000 |
0,125 |
6. |
100 001 |
150 000 |
0,08 |
7. |
Iktar minn EUR 150 000 |
|
0,05 |
2. Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn RTGS DCAs lil subkontijiet, lil MCAs, lil kontijiet ta’ depożitu mil-lum għall-għada jew lil RTGS DCAs miżmuma mill-istess parteċipant jew minn parteċipanti fl-istess grupp bankarju għandhom ikunu mingħajr ħlas.
3. Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn RTGS DCAs lil MCAs jew lil RTGS DCAs miżmuma minn parteċipanti li ma jappartjenux għall-istess grupp bankarju għandhom iħallsu imposta ta’ EUR 0.80 għal kull tranżazzjoni (entrata ta’ debitu).
4. Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn RTGS DCAs lil T2S DCAs jew lil TIPS DCAs għandhom ikunu mingħajr ħlas.
5. Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus minn RTGS DCA lil kont AS ( 14 ) ma għandhomx jitħallsu mid-detentur ta’ RTGS DCA.
6. It-tariffi li ġejjin għandhom japplikaw għad-detenturi ta’ RTGS DCA:
Servizz |
Tariffa fix-xahar (EUR) |
Detentur ta’ BIC indirizzabbli (korrispondenti (1)) |
20 |
BIC mhux ippubblikat |
30 |
Aċċess għal diversi destinatarji (ibbażat fuq BIC 8) |
80 |
(1)
Detenturi ta’ BIC indirizzabbli huma disponibbli għal tipi differenti ta’ parteċipanti: Detentur ta’ BIC Indirizzabbli – Korrispondent; Detentur ta’ BIC Indirizzabbli – Fergħa tal-Parteċipant; u Detentur ta’ BIC Indirizzabbli – Fergħa tal-korrispondent. Id-detentur ta’ BIC Indirizzabbli biss – It-tip ta’ parteċipazzjoni tal-korrispondent għandu jħallas it-tariffa. It-tariffa għandha titħallas għal kull BIC11 differenti. |
4. TARIFFI GĦALL-AS LI JUŻAW IL-PROĊEDURI TA’ SALDU TA’ RTGS AS
It-tariffi jitħallsu għal kull sistema anċillari irrispettivament min-numru u t-tip ta’ kontijiet. L-Operaturi ta’ AS li jħaddmu aktar minn sistema waħda ikollhom iħallsu għal kull sistema.
1. AS li jużaw proċeduri ta’ saldu ta’ RTGS AS jew li jkunu ngħataw eċċezzjoni li tippermettilhom isaldaw fuq RTGS DCA għandhom jagħżlu waħda miż-żewġ opzjonijiet ta’ pprezzar li ġejjin:
tariffa fix-xahar, flimkien ma’ tariffa ta’ tranżazzjoni fissa għal kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus.
Tariffa kull xahar |
|
EUR 300 |
Tariffa ta’ tranżazzjoni għal kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus |
|
EUR 1,60 |
tariffa fix-xahar, flimkien ma’ tariffa ta’ tranżazzjoni bbażata fuq il-volum ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus u kkalkulata fuq bażi kumulattiva kif stabbilit fit-tabella li ġejja.
Tariffa kull xahar |
|
EUR 3 750 |
|
Volum fix-xahar ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus |
|||
Faxxa |
Minn |
Għal |
Tariffa ta’ tranżazzjoni għal kull ordni ta’ trasferiment ta’ flus (EUR) |
1. |
1 |
5 000 |
1,20 |
2. |
5 001 |
12 500 |
1,00 |
3. |
12 501 |
25 000 |
0,80 |
4. |
25 001 |
50 000 |
0,40 |
5. |
Iktar minn EUR 50 000 |
|
0,25 |
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus bejn RTGS DCA u kont AS ( 15 ) għandhom jitħallsu mill-AS rispettiva skont l-għażla tal-ipprezzar li tkun għamlet l-AS.
2. Minbarra t-tariffi stabbiliti hawn fuq, kull AS għandha tkun suġġetta għal żewġ tariffi fissi kif stabbilit fit-tabella li ġejja.
A. Tariffa fissa I |
||
Tariffa fix-xahar għal kull AS |
EUR 2 000 |
|
B. Tariffa fissa II (ibbażata fuq il-valur gross sottostanti (1)) |
||
Daqs (EUR miljuni/jum) |
Tariffa annwali (EUR) |
Tariffa fix-xahar (EUR) |
minn 0 sa 999,99 |
10 000 |
833 |
minn 1 000 sa 2 499,99 |
20 000 |
1 667 |
minn 2 500 sa 4 999,99 |
40 000 |
3 334 |
minn 5 000 sa 9 999,99 |
60 000 |
5 000 |
minn 10 000 sa 49 999,99 |
80 000 |
6 666 |
minn 50 000 sa 499 999,99 |
100 000 |
8 333 |
500 000 u 'il fuq |
200 000 |
16 667 |
(1)
Il-“valur gross sottostanti” huwa l-ammont totali ta’ obbligi monetarji gross li jiġu rilaxxati permezz ta’ AS wara li jkun sar is-saldu fuq RTGS DCA jew subkont. Għas-CCPs, il-valur gross sottostanti huwa l-valur nozzjonali totali ta’ kuntratti tal-futuri jew il-valur ipprezzat skont il-valur fis-suq tal-kuntratti tal-futuri, b’valuri li għandhom jiġu saldati meta jiskadu l-kuntratti tal-futuri u jiġu applikati l-kummissjonijiet. |
5. TARIFFI GĦAD-DETENTURI TA’ T2S DCA
1. It-tariffi li ġejjin għandhom jitħallsu għall-operat tat-T2S DCAs:
Entrata |
Regola applikata |
Tariffa għal kull entrata (EUR) |
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità bejn T2S DCAs |
Għal kull trasferiment għat-T2S DCA ddebitat. |
0,141 |
Movimenti intra-bilanċ |
Kwalunkwe moviment intra-bilanċ eżegwit b’suċċess (jiġifieri ibblokkar, żbblokkar, riżervazzjoni ta’ likwidità, eċċ.). |
0,094 |
Mistoqsijiet A2A |
Għal kull entrata ta’ negozju f’kull mistoqsija A2A ġġenerata |
0,007 |
Rapporti A2A |
Għal kull entrata tan-negozju f’kull rapport A2A ġġenerat inklużi rapporti A2A bħala riżultat ta’ mistoqsijiet U2A. |
0,004 |
Messaġġi raggruppati f'fajl |
Għal kull messaġġ f’kull fajl li jkun fih messaġġi raggruppati |
0,004 |
Trażmissjoni |
Kull trażmissjoni għal kull parti tat-T2S (kemm ’il ġewwa kif ukoll ’il barra) tingħadd u tkun trid titħallas (ħlief għal messaġġi ta’ rikonoxximent tekniku). |
0,012 |
Mistoqsijiet U2A |
Kwalunkwe funzjoni ta’ tiftix imwettqa |
0,100 |
Tariffa għal kull T2S DCA |
Kwalunkwe T2S DCA eżistenti fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta’ fatturazzjoni fix-xahar Bħalissa mingħajr ħlas, għandu jiġi rivedut f’intervalli regolari. |
0,000 |
Awtokollateralizzazzjoni |
Ħruġ jew ritorn ta’ awtokollateralizzazzjoni |
0,000 |
2. Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn T2S DCA lil RTGS DCA, TIPS DCA jew MCA għandhom ikunu mingħajr ħlas.
6. TARIFFI GĦAD-DETENTURI TA’ TIPS DCA
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2023, japplikaw it-tariffi li ġejjin:
It-tariffi għall-operat tat-TIPS DCAs għandhom jitħallsu mill-parti indikata kif muri fit-tabella li ġejja:
Entrata |
Regola applikata |
Tariffa għal kull entrata (EUR) |
Ordni ta’ ħlas istantanju saldata |
Parti li għandha tħallas: is-sid tat-TIPS DCA li jrid jiġi ddebitat |
0,002 |
Ordni ta’ ħlas istantanju mhux saldata |
Parti li għandha tħallas: is-sid tat-TIPS DCA li jrid jiġi ddebitat |
0,002 |
Tweġiba pożittiva għall-irtirar saldata |
Parti li għandha tħallas: is-sid tat-TIPS DCA li jrid jiġi kkreditat |
0,002 |
Tweġiba pożittiva għall-irtirar mhux saldata |
Parti li għandha tħallas: is-sid tat-TIPS DCA li jrid jiġi kkreditat |
0,002 |
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn TIPS DCAs lil: MCAs; RTGS DCAs; subkontijiet; kontijiet ta’ depożitu mil-lum għall-għada; kontijiet tekniċi TIPS AS; u T2S DCAs għandhom ikunu mingħajr ħlas.
2. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2024, it-tariffi għall-operat ta’ TIPS DCAs għandhom jiġu imposti kif ġej:
Għal kull TIPS DCA, għandha tiġi imposta tariffa fissa fix-xahar ta’ EUR 800 lid-detentur ta’ TIPS DCA;
Għal kull parti aċċessibbli indikata mid-detentur ta’ TIPS DCA, sa massimu ta’ 50 partijiet aċċessibbli, għandha tiġi imposta tariffa fissa fix-xahar ta’ EUR 20 lid-detentur ta’ TIPS DCA li jinnomina. Ma għandha tiġi imposta l-ebda tariffa għall-wieħed u ħamsin jew għal kwalunkwe parti aċċessibbli sussegwenti;
Għal kull ordni ta’ ħlas istantanju jew tweġiba pożittiva għall-irtirar aċċettata minn [daħħal l-isem tal-BĊ] kif stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Parti I, għandha tiġi imposta tariffa ta’ EUR 0,001 kemm lid-detentur ta’ TIPS DCA li għandu jiġi ddebitat kif ukoll lid-detentur tal-kont tekniku TIPS DCA jew TIPS AS li għandu jiġi kkreditat, kemm jekk l-ordni ta’ ħlas istantanju jew it-tweġiba pożittiva għall-irtirar tissaldax jew le;
Ma għandha tiġi imposta l-ebda tariffa għal ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn TIPS DCAs lil MCAs, RTGS DCAs, subkontijiet, kontijiet ta’ depożitu mil-lum għall-għada, kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS jew T2S DCAs.
7. TARIFFI GĦALL-AS LI JUŻAW IL-PROĊEDURA TA’ SALDU TA’ TIPS AS
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2023, japplikaw it-tariffi li ġejjin:
It-tariffi għall-użu minn AS tal-proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS għandhom jitħallsu mill-parti indikata kif muri fit-tabella li ġejja:
Entrata |
Regola applikata |
Tariffa għal kull entrata (EUR) |
Ordni ta’ ħlas istantanju saldata |
Parti li għandha tħallas: is-sid tal-kont tekniku TIPS AS li jrid jiġi ddebitat |
0,002 |
Ordni ta’ ħlas istantanju mhux saldata |
Parti li għandha tħallas: is-sid tal-kont tekniku TIPS AS li jrid jiġi ddebitat |
0,002 |
Tweġiba pożittiva għall-irtirar saldata |
Parti li għandha tħallas: is-sid tal-kont tekniku TIPS AS li jrid jiġi kkreditat |
0,002 |
Tweġiba pożittiva għall-irtirar mhux saldata |
Parti li għandha tħallas: is-sid tal-kont tekniku TIPS AS li jrid jiġi kkreditat |
0,002 |
Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS lil TIPS DCAs għandhom ikunu mingħajr ħlas;
Minbarra t-tariffi stabbiliti hawn fuq, kull AS għandha tkun suġġetta għal tariffa fix-xahar ibbażata fuq il-volum gross sottostanti ta’ ħlasijiet istantanji, ħlas kważi istantanji u risposti pożittivi għall-irtirar saldati fil-pjattaforma tal-AS stess u permessi mill-pożizzjonijiet prefinanzjati fuq il-kont tekniku ta’ TIPS AS. It-tariffa għandha tkun ta’ EUR 0,0005 għal kull ħlas istantanju saldat, ħlas kważi istantanju jew għal kull risposta pożittiva għall-irtirar saldata. Għal kull xahar, kull AS għandha tirrapporta l-volum gross sottostanti tal-ħlasijiet istantanji saldati tagħha, ħlasijiet kważi istantanji u r-risposti pożittivi għall-irtirar saldati mqarrba ’l isfel sal-eqreb għaxart elef, sa mhux aktar tard mit-tielet jum tan-negozju tax-xahar ta’ wara. Il-volum gross sottostanti rrapportat għandu jiġi applikat mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] biex jikkalkula t-tariffa għax-xahar ta’ wara.
2. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2024, it-tariffi għall-użu minn AS tal-proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS għandhom jiġu imposti kif ġej:
Għal kull kont tekniku ta’ TIPS AS għandha tiġi imposta tariffa fissa fix-xahar ta’ EUR 3 000 lid-detentur tal-kont tekniku ta’ TIPS AS;
Għal kull parti aċċessibbli nnominata mid-detentur tal-kont tekniku ta’ TIPS AS, sa massimu ta’ 50 partijiet aċċessibbli, għandha tiġi imposta tariffa fissa fix-xahar ta’ EUR 20 lid-detentur tal-kont tekniku ta’ TIPS AS li jinnomina. Ma għandha tiġi imposta l-ebda tariffa għall-wieħed u ħamsin jew għal kwalunkwe parti aċċessibbli sussegwenti;
Għal kull ordni ta’ ħlas istantanju jew tweġiba pożittiva għall-irtirar aċċettata minn [daħħal l-isem tal-BĊ] kif stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Parti I, għandha tiġi imposta tariffa ta’ EUR 0,001 kemm lid-detentur tal-kont tekniku ta’ TIPS AS li għandu jiġi ddebitat kif ukoll lid-detentur tal-kont tekniku ta’ TIPS AS jew TIPS DCA li għandu jiġi kkreditat, kemm jekk l-ordni ta’ ħlas istantanju jew it-tweġiba pożittiva għall-irtirar tissaldax jew le;
Ma għandha tiġi imposta l-ebda tariffa għal ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità minn kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS lil TIPS DCAs;
Minbarra t-tariffi stabbiliti hawn fuq, kull AS għandha tkun suġġetta għal tariffa fix-xahar ibbażata fuq il-volum gross sottostanti ta’ ħlasijiet istantanji, ħlas kważi istantanji u risposti pożittivi għall-irtirar saldati fil-pjattaforma tal-AS stess u permessi mill-pożizzjonijiet prefinanzjati fuq il-kont tekniku ta’ TIPS AS. Għal kull xahar, kull AS għandha tirrapporta l-volum gross sottostanti tal-ħlasijiet istantanji saldati tagħha, ħlasijiet kważi istantanji u r-risposti pożittivi għall-irtirar saldati, mqarrba ’l isfel sal-eqreb għaxart elef, sa mhux aktar tard mit-tielet jum tan-negozju tax-xahar ta’ wara. Il-volum sottostanti gross irrapportat għandu jiġi applikat minn [daħħal l-isem tal-BĊ] biex tiġi kkalkolata t-tariffa ta’ unita' għal kull ħlas istantanju saldat, ħlas kważi istantanju jew risposta pożittiva għall-irtirar saldata għax-xahar preċedenti skont it-tabella li ġejja:
Volum gross sottostanti irrapportat |
|
|
Minn |
Sa |
Tariffa ta’ Unità (Eur) |
0 |
10 000 000 |
0,00040 |
10 000 001 |
25 000 000 |
0,00030 |
25 000 001 |
100 000 000 |
0,00020 |
100 000 001 |
|
0,00015 . |
APPENDIĊI VII
REKWIŻITI RIGWARD IL-ĠESTJONI TAS-SIGURTÀ TAL-INFORMAZZJONI U L-ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-OPERAT
DETENTURI TA’ MCA, DETENTURI TA’ T2S DCA U DETENTURI TA’ TIPS DCA
Dawn ir-rekwiżiti rigward il-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni jew il-ġestjoni tal-kontinwità tal-operat ma għandhomx japplikaw għad-detenturi ta’ MCA, detenturi ta’ T2S DCA u detenturi ta’ TIPS DCA.
DETENTURI TA’ RTGS DCA U AS
Ir-rekwiżiti stabbiliti fit-taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi VII (ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni) għandhom japplikaw għad-detenturi kollha ta’ RTGS DCA u għall-AS, ħlief fejn detentur ta’ RTGS DCA jew AS juri li rekwiżit speċifiku ma huwiex applikabbli għalih. Fl-istabbiliment tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti fl-infrastruttura tagħha, il-parteċipant għandu jidentifika l-elementi li huma parti mill-Katina tat-Tranżazzjoni tal-Ħlasijiet (Payment Transaction Chain – PTC). Speċifikament, il-PTC tibda f’Punt tad-Dħul (PoE), jiġifieri sistema involuta fil-ħolqien ta’ tranżazzjonijiet (eż. stazzjonijiet tax-xogħol, applikazzjonijiet tal-uffiċċju tan-negozjar u tal-back-office, midware), u tintemm fis-sistema responsabbli biex tibgħat il-messaġġ lill-NSP.
Ir-rekwiżiti stabbiliti fit-taqsima 2 ta’ dan l-Appendiċi VII (ġestjoni tal-kontinwità tal-operat) għandhom japplikaw għal detenturi ta’ RTGS DCA u AS indikati mill-Eurosistema bħala kritiċi għall-funzjonament bla xkiel tas-sistema TARGET fuq il-bażi ta’ kriterji aġġornati perjodikament u ppubblikati fis-sit web tal-BĊE.
1. Ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni
Rekwiżit 1.1: Politika tas-sigurtà tal-informazzjoni
Il-maniġment għandu jistabbilixxi direzzjoni ta’ politika ċara f’konformità mal-objettivi tan-negozju u juri appoġġ għas-sigurtà tal-informazzjoni u impenn għaliha permezz tal-ħruġ, l-approvazzjoni u ż-żamma ta’ politika tas-sigurtà tal-informazzjoni bil-għan li tiġi ġestita s-sigurtà tal-informazzjoni u r-reżiljenza ċibernetika fl-organizzazzjoni kollha f’termini ta’ identifikazzjoni, valutazzjoni u indirizzar ta’ riskji għas-sigurtà tal-informazzjoni u għar-reżiljenza ċibernetika. Il-politika għandu jkun fiha mill-inqas it-taqsimiet li ġejjin: għanijiet, kamp ta’ applikazzjoni (inklużi oqsma bħall-organizzazzjoni, ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-assi, eċċ.), prinċipji u allokazzjoni tar-responsabbiltajiet.
Rekwiżit 1.2: Organizzazzjoni interna
Għandu jiġi stabbilit qafas għas-sigurtà tal-informazzjoni biex tiġi implimentata l-politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni fi ħdan l-organizzazzjoni. Il-maniġment għandu jikkoordina u jirrevedi l-istabbiliment tal-qafas tas-sigurtà tal-informazzjoni biex jiżgura l-implimentazzjoni tal-politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni (skont ir-Rekwiżit 1.1) fl-organizzazzjoni kollha, inkluż l-allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti u l-assenjazzjoni ta’ responsabbiltajiet ta’ sigurtà għal dan il-għan.
Rekwiżit 1.3: Partijiet esterni
Is-sigurtà tal-faċilitajiet ta’ pproċessar tal-informazzjoni u tal-informazzjoni tal-organizzazzjoni ma għandhiex tonqos bl-introduzzjoni ta’, u/jew id-dipendenza fuq, parti/partijiet esterni jew prodotti/servizzi pprovduti minnhom. Kwalunkwe aċċess għall-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni tal-organizzazzjoni minn partijiet esterni għandu jkun ikkontrollat. Meta partijiet esterni jew prodotti/servizzi ta’ partijiet esterni jkunu meħtieġa jaċċessaw il-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni tal-organizzazzjoni, għandha ssir valutazzjoni tar-riskju biex jiġu ddeterminati l-implikazzjonijiet tas-sigurtà u r-rekwiżiti ta’ kontroll. Il-kontrolli għandhom jiġu miftiehma u definiti fi ftehim ma’ kull parti esterna rilevanti.
Rekwiżit 1.4: Immaniġġjar tal-assi
L-assi kollha ta’ informazzjoni, il-proċessi tan-negozju u s-sistemi ta’ informazzjoni sottostanti, bħas-sistemi operattivi, l-infrastrutturi, l-applikazzjonijiet tan-negozju, il-prodotti kummerċjalment disponibbli, is-servizzi u l-applikazzjonijiet żviluppati mill-utenti, fl-ambitu tal-Katina tat-Tranżazzjoni tal-Ħlasijiet għandhom jitqiesu u jkollhom sid nominat. Għandha tiġi assenjata r-responsabbiltà għaż-żamma u t-tħaddim ta’ kontrolli xierqa fil-proċessi tan-negozju u l-komponenti relatati tal-IT biex jiġu ssalvagwardjati l-assi tal-informazzjoni. Nota: is-sid jista’ jiddelega l-implimentazzjoni ta’ kontrolli speċifiċi kif xieraq, iżda jibqa’ responsabbli għall-protezzjoni xierqa tal-assi.
Rekwiżit 1.5: Klassifikazzjoni tal-assi ta’ informazzjoni
L-assi ta’ informazzjoni għandhom jiġu kklassifikati f’termini tal-kritikalità tagħhom għat-twassil bla xkiel tas-servizz mill-parteċipant. Il-klassifikazzjoni għandha tindika l-ħtieġa, il-prijoritajiet u l-grad ta’ protezzjoni meħtieġa fl-immaniġġjar tal-assi tal-informazzjoni fil-proċessi tan-negozju rilevanti u għandha tqis ukoll il-komponenti tal-IT sottostanti. Skema ta’ klassifikazzjoni tal-assi tal-informazzjoni approvata mill-maniġment għandha tintuża biex jiġi ddefinit sett xieraq ta’ kontrolli ta’ protezzjoni matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-assi tal-informazzjoni (inkluż it-tneħħija u l-qerda tal-assi tal-informazzjoni) u biex tiġi kkomunikata l-ħtieġa għal miżuri speċjali ta’ mmaniġġjar.
Rekwiżit 1.6: Is-sigurtà tar-riżorsi umani
Ir-responsabbiltajiet tas-sigurtà għandhom jiġu indirizzati qabel l-impjieg f’deskrizzjonijiet tax-xogħol adegwati u f’termini u kundizzjonijiet tal-impjieg. Il-kandidati kollha għall-impjieg, il-kuntratturi u l-utenti terzi għandhom jiġu skrinjati b’mod adegwat, speċjalment għal impjiegi sensittivi. L-impjegati, il-kuntratturi u l-utenti terzi tal-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni għandhom jiffirmaw ftehim dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom. Għandu jiġi żgurat livell adegwat ta’ għarfien fost l-impjegati kollha, il-kuntratturi u l-utenti terzi, u għandhom jingħataw edukazzjoni u taħriġ fil-proċeduri tas-sigurtà u l-użu korrett tal-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji possibbli għas-sigurtà. Għandu jiġi stabbilit proċess dixxiplinari formali għat-trattament ta’ ksur tas-sigurtà fil-każ tal-impjegati. Ir-responsabbiltajiet għandhom ikunu fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-ħruġ ta’ impjegat, kuntrattur jew utent terz mill-organizzazzjoni jew it-trasferiment tiegħu minnha jiġi mmaniġġat, u li t-tagħmir kollu jiġi rritornat u d-drittijiet kollha ta’ aċċess jitneħħew.
Rekwiżit 1.7: Iis-sigurtà fiżika u ambjentali
Faċilitajiet għall-ipproċessar ta’ informazzjoni kritika jew sensittiva għandhom jinżammu f’żoni siguri, protetti minn perimetri ta’ sigurtà definiti, b’barrieri ta’ sigurtà xierqa u kontrolli tad-dħul. Għandhom ikunu protetti fiżikament mill-aċċess mhux awtorizzat, minn ħsara u interferenza. L-aċċess għandu jingħata biss lil individwi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Rekwiżit 1.6. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri u standards li jipproteġu mezzi fiżiċi li jkun fihom assi ta’ informazzjoni meta jkunu fi transitu.
It-tagħmir għandu jkun protett minn theddid fiżiku u ambjentali. Il-protezzjoni tat-tagħmir (inkluż it-tagħmir użat mhux fuq il-post) u kontra t-tneħħija tal-proprjetà hija meħtieġa biex jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċess mhux awtorizzat għall-informazzjoni u bħala ħarsien kontra t-telf jew il-ħsara tat-tagħmir jew tal-informazzjoni. Jistgħu jkunu meħtieġa miżuri speċjali għall-protezzjoni kontra theddid fiżiku u għas-salvagwardja tal-faċilitajiet ta’ appoġġ bħall-provvista tal-elettriku u l-infrastruttura tal-kejbils.
Rekwiżit 1.8: Ġestjoni tal-operazzjonijiet
Responsabbiltajiet u proċeduri għandhom jiġu stabbiliti għall-ġestjoni u t-tħaddim tal-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni li jkopru s-sistemi sottostanti kollha fil-Katina tat-Tranżazzjoni tal-Ħlasijiet minn tarf sa tarf.
Fir-rigward tal-proċeduri operattivi, inkluża l-amministrazzjoni teknika tas-sistemi tal-IT, għandha tiġi implimentata, fejn xieraq, is-segregazzjoni tad-dmirijiet, biex jitnaqqas ir-riskju ta’ użu ħażin b’negliġenza jew intenzjonat tas-sistema. Meta s-segregazzjoni tad-dmirijiet ma tkunx tista’ tiġi implimentata minħabba raġunijiet oġġettivi dokumentati, il-kontrolli kumpensatorji għandhom jiġu implimentati wara analiżi formali tar-riskju. Għandhom jiġu stabbiliti kontrolli għall-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-introduzzjoni ta’ kodiċi malizzjuż għal sistemi fil-Katina tat-Tranżazzjoni tal-Ħlasijiet. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll kontrolli (inkluż l-għarfien tal-utenti) għall-prevenzjoni, l-iskoperta u t-tneħħija ta’ kodiċi malizzjuż. Il-kodiċi mobbli għandu jintuża biss minn sorsi fdati (eż. komponenti tal-Microsoft COM iffirmati u Java Applets). Il-konfigurazzjoni tal-browser (eż. l-użu ta’ estensjonijiet u plugins) għandha tkun ikkontrollata b’mod strett.
Għandhom jiġu implimentati politiki ta’ backup u rkupru tad-data mill-maniġment; dawk il-politiki ta’ rkupru għandhom jinkludu pjan tal-proċess ta’ restawr li jiġi ttestjat f’intervalli regolari ta’ mill-inqas kull sena.
Is-sistemi li huma kritiċi għas-sigurtà tal-pagamenti għandhom jiġu mmonitorjati u l-avvenimenti rilevanti għas-sigurtà tal-informazzjoni għandhom jiġu rreġistrati. Għandhom jintużaw reġistri tal-operaturi biex jiġi żgurat li jiġu identifikati problemi fis-sistema tal-informazzjoni. Ir-reġistri tal-operaturi għandhom jiġu riveduti regolarment fuq bażi ta’ kampjun, abbażi tal-kritikalità tal-operazzjonijiet. Il-monitoraġġ tas-sistema għandu jintuża biex tiġi vverifikata l-effettività tal-kontrolli li huma identifikati bħala kritiċi għas-sigurtà tal-pagamenti u biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ mudell ta’ politika ta’ aċċess.
L-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq politika ta’ skambju formali, imwettqa f’konformità ma’ ftehimiet ta’ skambju fost il-partijiet involuti u għandhom ikunu konformi ma’ kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti. Il-komponenti tas-software ta’ partijiet terzi użati fl-iskambju ta’ informazzjoni mat-TARGET (eż. software riċevut minn Uffiċċju tas-Servizz) għandhom jintużaw taħt ftehim formali mal-parti terza.
Rekwiżit 1.9: Kontroll tal-aċċess
L-aċċess għall-assi tal-informazzjoni għandu jkun ġustifikat abbażi tar-rekwiżiti tan-negozju (ħtieġa ta’ tagħrif ( 16 )) u skont il-qafas stabbilit tal-politiki korporattivi (inkluża l-politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni). Għandhom jiġu ddefiniti regoli ċari dwar il-kontroll tal-aċċess abbażi tal-prinċipju tal-inqas privileġġ ( 17 ) biex jiġu riflessi mill-qrib il-ħtiġijiet tan-negozju korrispondenti u l-proċessi tal-IT. Fejn rilevanti, (eż. għall-ġestjoni tal-backup) il-kontroll loġiku tal-aċċess għandu jkun konsistenti mal-kontroll fiżiku tal-aċċess sakemm ma jkunx hemm fis-seħħ kontrolli kumpensatorji adegwati (pereżempju kriptaġġ, anonimizzazzjoni tad-data personali).
Għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri formali u dokumentati biex tiġi kkontrollata l-allokazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess għal sistemi u servizzi ta’ informazzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Katina tat-Tranżazzjoni tal-Ħlasijiet. Il-proċeduri għandhom ikopru l-istadji kollha fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-aċċess tal-utent, mir-reġistrazzjoni inizjali ta’ utenti ġodda sad-dereġistrazzjoni finali tal-utenti li ma jibqgħux jeħtieġu aċċess.
Għandha tingħata attenzjoni speċjali, fejn xieraq, għall-allokazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess tant kritiċi li l-abbuż ta’ dawk id-drittijiet ta’ aċċess jista’ jwassal għal impatt negattiv serju fuq l-operazzjonijiet tal-parteċipant (eż. drittijiet ta’ aċċess li jippermettu l-amministrazzjoni tas-sistema, il-preċedenza fuq il-kontrolli tas-sistema, l-aċċess dirett għad-data tan-negozju).
Għandhom jiġu stabbiliti kontrolli xierqa biex jiġu identifikati, awtentikati u awtorizzati utenti f’punti speċifiċi fin-network tal-organizzazzjoni, eż. għal aċċess lokali u remot għal sistemi fil-Katina tat-Tranżazzjoni tal-Ħlasijiet. Il-kontijiet personali ma għandhomx jiġu kondiviżi sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà.
Għall-passwords, għandhom jiġu stabbiliti regoli u dawn għandhom jiġu infurzati permezz ta’ kontrolli speċifiċi biex jiġi żgurat li l-passwords ma jkunux jistgħu jiġu mbassra faċilment, eż. regoli ta’ kumplessità u validità għal żmien limitat. Għandu jiġi stabbilit protokoll sikur ta’ rkupru u/jew ta’ risettjar tal-passwords.
Għandha tiġi żviluppata u implimentata politika dwar l-użu ta’ kontrolli kriptografiċi biex jiġu protetti l-kunfidenzjalità, l-awtentiċità u l-integrità tal-informazzjoni. Għandha tiġi stabbilita politika ta’ ġestjoni ewlenija biex tappoġġa l-użu ta’ kontrolli kriptografiċi.
Għandu jkun hemm politika biex wieħed jara informazzjoni kunfidenzjali fuq l-iskrin jew stampata (eż. politika ta’ skrin vojt, ta’ skrivanija żbarazzata) biex jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċess mhux awtorizzat.
Meta jsir xogħol remot, għandhom jitqiesu r-riskji ta’ xogħol f’ambjent mhux protett u għandhom jiġu applikati kontrolli tekniċi u organizzattivi xierqa.
Rekwiżit 1.10: L-akkwist, l-iżvilupp u ż-żamma tas-sistemi tal-informazzjoni
Għandhom jiġu identifikati u miftiehma rekwiżiti tas-sigurtà qabel l-iżvilupp u/jew l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ informazzjoni.
Għandhom jinbnew kontrolli xierqa fl-applikazzjonijiet, inklużi l-applikazzjonijiet żviluppati mill-utenti, sabiex jiġi żgurat l-ipproċessar korrett. Dawn il-kontrolli għandhom jinkludu l-validazzjoni tad-data tal-input, l-ipproċessar intern u d-data tal-output. Jistgħu jkunu meħtieġa kontrolli addizzjonali għal sistemi li jipproċessaw, jew ikollhom impatt fuq, informazzjoni sensittiva, ta’ valur jew kritika. Tali kontrolli għandhom jiġu ddeterminati abbażi tar-rekwiżiti tas-sigurtà u l-valutazzjoni tar-riskju skont il-politiki stabbiliti (eż. il-politika tas-sigurtà tal-informazzjoni, il-politika ta’ kontroll kriptografiku).
Ir-rekwiżiti operazzjonali ta’ sistemi ġodda għandhom jiġu stabbiliti, dokumentati u ttestjati qabel l-aċċettazzjoni u l-użu tagħhom. Fir-rigward tas-sigurtà tan-network, għandhom jiġu implimentati kontrolli xierqa, inklużi s-segmentazzjoni u l-ġestjoni sigura, abbażi tal-kritikalità tal-flussi tad-data u l-livell ta’ riskju taż-żoni tan-network fl-organizzazzjoni. Għandu jkun hemm kontrolli speċifiċi għall-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva li tgħaddi minn fuq networks pubbliċi.
L-aċċess għall-fajls tas-sistema u l-kodiċi tas-sors tal-programm għandu jiġi kkontrollat u l-proġetti tal-IT u l-attivitajiet ta’ appoġġ għandhom jitwettqu b’mod sigur. Għandha tingħata attenzjoni sabiex tiġi evitata l-espożizzjoni ta’ data sensittiva f’ambjenti tat-test. L-ambjent tal-proġett u ta’ appoġġ għandhom ikunu kkontrollati b’mod strett. L-implimentazzjoni ta’ bidliet fil-produzzjoni għandha tiġi kkontrollata b’mod strett. Għandha ssir valutazzjoni tar-riskju tal-bidliet ewlenin li għandhom jiġu implimentati fil-produzzjoni.
Għandhom jitwettqu wkoll attivitajiet regolari ta’ ttestjar tas-sigurtà tas-sistemi fil-produzzjoni skont pjan predefinit ibbażat fuq l-eżitu ta’ valutazzjoni tar-riskju, u l-ittestjar tas-sigurtà għandu jinkludi, tal-anqas, valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà. In-nuqqasijiet kollha enfasizzati matul l-attivitajiet tal-ittestjar tas-sigurtà għandhom jiġu vvalutati u għandhom jitħejjew u jiġu segwiti fil-ħin pjanijiet ta’ azzjoni biex tingħalaq kwalunkwe lakuna identifikata.
Rekwiżit 1.11: Sigurtà tal-informazzjoni fir-relazzjonijiet mal-fornituri ( 18 )
Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni interni tal-parteċipant aċċessibbli mill-fornituri, ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-informazzjoni għall-mitigazzjoni tar-riskji assoċjati mal-aċċess tal-fornitur għandhom jiġu ddokumentati u miftiehma formalment mal-fornitur.
Rekwiżit 1.12: Ġestjoni ta’ inċidenti u titjib fis-sigurtà tal-informazzjoni
Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti u effettiv għall-ġestjoni ta’ inċidenti relatati mas-sigurtà tal-informazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni dwar avvenimenti u dgħufijiet tas-sigurtà, għandhom jiġu stabbiliti u ttestjati rwoli, responsabbiltajiet u proċeduri, fil-livell ta’ negozju u tekniku, biex jiġi żgurat irkupru mgħaġġel, effettiv u ordnat u sikur minn inċidenti tas-sigurtà tal-informazzjoni inklużi xenarji relatati ma’ kawża relatata maċ-ċibersigurtà (eż. frodi mwettqa minn aggressur estern jew minn persuna ta’ ġewwa). Il-persunal involut f’dawn il-proċeduri għandu jkun imħarreġ b’mod adegwat.
Rekwiżit 1.13: Rieżami tal-konformità teknika
Is-sistemi ta’ informazzjoni interni ta’ parteċipant (eż. sistemi tal-back office, networks interni u konnettività tan-networks esterni) għandhom jiġu vvalutati regolarment għall-konformità mal-qafas ta’ politiki stabbilit tal-organizzazzjoni (eż. politika dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, politika ta’ kontroll kriptografiku).
Rekwiżit 1.14: Il-virtwalizzazzjoni
Il-magni virtwali tal-klijenti għandhom jikkonformaw mal-kontrolli tas-sigurtà kollha li huma stabbiliti għall-hardware u s-sistemi fiżiċi (eż. reżistenza, illoggjar). Il-kontrolli li għandhom x’jaqsmu mal-iperviżuri għandhom jinkludu: ir-reżistenza tal-iperviżuri u tas-sistema operattiva tal-hosting, patching regolari, separazzjoni stretta ta’ ambjenti differenti (eż. produzzjoni u żvilupp). Il-ġestjoni ċentralizzata, l-illoggjar u l-monitoraġġ kif ukoll il-ġestjoni tad-drittijiet ta’ aċċess, b’mod partikolari għal kontijiet privileġġati għolja, għandhom jiġu implimentati abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. Il-magni virtwali tal-klijenti ġestiti mill-istess iperviżur għandu jkollhom profil ta’ riskju simili.
Rekwiżit 1.15: Il-cloud computing
L-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ cloud pubbliċi u/jew ibridi fil-Katina tat-Tranżazzjoni tal-Ħlasijiet irid ikun ibbażat fuq valutazzjoni formali tar-riskju, filwaqt li jitqiesu l-kontrolli tekniċi u l-klawżoli kuntrattwali relatati mas-soluzzjoni tal-cloud.
Jekk jintużaw soluzzjonijiet ta’ cloud ibridi, huwa mifhum li l-livell ta’ kritikalità tas-sistema ġenerali huwa l-ogħla wieħed mis-sistemi konnessi. Il-komponenti kollha fuq il-post tas-soluzzjonijiet ibridi għandhom jiġu ssegregati mis-sistemi l-oħra fuq il-post.
2. Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Operat
Ir-rekwiżiti li ġejjin huma relatati mal-ġestjoni tal-kontinwità tal-operat. Kull parteċipant fit-TARGET indikat mill-Eurosistema bħala kritiku għall-funzjonament bla xkiel tas-sistema TARGET għandu jkollu fis-seħħ strateġija ta’ kontinwità tal-operat li tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin.
Rekwiżit 2.1:
Għandhom jiġu żviluppati pjanijiet tal-kontinwità tal-operat u jkun hemm fis-seħħ proċeduri għaż-żamma tagħhom.
Rekwiżit 2.2:
Għandu jkun disponibbli sit operazzjonali alternattiv.
Rekwiżit 2.3:
Il-profil tar-riskju tas-sit alternattiv irid ikun differenti minn dak tas-sit primarju, sabiex jiġi evitat li ż-żewġ siti jiġu affettwati mill-istess avveniment fl-istess ħin. Pereżempju, is-sit alternattiv għandu jkun fuq grilja tal-elettriku u ċirkwit ċentrali tat-telekomunikazzjoni differenti minn dawk tal-post tan-negozju primarju.
Rekwiżit 2.4:
Fil-każ ta’ tfixkil operazzjonali maġġuri li jagħmel is-sit primarju inaċċessibbli u/jew persunal kritiku mhux disponibbli, il-parteċipant kritiku għandu jkun jista’ jissokta bl-operazzjonijiet normali mis-sit alternattiv, fejn għandu jkun possibbli li l-jum ta’ negozju jingħalaq b’mod xieraq u li jiftaħ il-jum/jiem ta’ negozju li jmiss.
Rekwiżit 2.5:
Għandhom ikunu stabbiliti proċeduri li jiżguraw li l-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet jissokta mis-sit alternattiv fi żmien raġonevoli wara l-interruzzjoni inizjali tas-servizz u jkun proporzjonat mal-kritikalità tan-negozju li tkun ġiet imfixkla.
Rekwiżit 2.6:
Il-kapaċità ta’ indirizzar tat-tfixkil operazzjonali għandha tiġi ttestjata mill-inqas darba fis-sena u l-persunal kritiku għandu jitħarreġ kif xieraq. Il-perjodu massimu bejn it-testijiet ma għandux jaqbeż sena.
ANNESS II
ARRANĠAMENTI TA’ GOVERNANZA TAT-TARGET
Livell 1 — Kunsill Governattiv |
Livell 2 — Korp ta’ ġestjoni teknika u operazzjonali |
Livell 3 — BĊNi tal-Livell 3 |
1. Dispożizzjonijiet ġenerali |
|
|
Għandhom kompetenza finali fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha tat-TARGET, partikolarment ir-regoli għat-teħid tad-deċiżjonijiet fit-TARGET, u huma responsabbli għas-salvagwardja tal-funzjoni pubblika tat-TARGET |
Iwettqu kompiti ta’ ġestjoni teknika, funzjonali, operazzjonali u finanzjarja fir-rigward tat-TARGET u jimplimentaw ir-regoli dwar il-governanza deċiżi mil-Livell 1 |
Jieħdu deċiżjonijiet dwar it-tħaddim ta’ kuljum tat-TARGET abbażi tal-livelli ta’ servizz definiti fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 7(6) ta’ din il-Linja Gwida |
2. Politika tal-ipprezzar |
|
|
— Jiddeċiedu dwar l-istruttura tal-ipprezzar/il-politika tal-ipprezzar — Jiddeċiedu dwar il-pakketti tal-ipprezzar |
— Jirrevedu regolarment l-istruttura tal-ipprezzar/il-politika tal-ipprezzar — Jabbozzaw u jimmonitorjaw il-pakketti tal-ipprezzar |
(Mhux applikabbli) |
3. Finanzjament |
|
|
— Jiddeċiedu dwar ir-regoli għar-reġim finanzjarju tat-TARGET — Jiddeċiedu dwar il-pakketti finanzjarji |
— Jabbozzaw proposti għall-karatteristiċi ewlenin tar-reġim finanzjarju kif deċiż mil-Livell 1. — Jabbozzaw u jimmonitorjaw il-pakketti finanzjarji — Japprovaw u/jew jibdew ħlasijiet parzjali mħallsa mill-BĊi tal-Eurosistema lil-Livell 3 għall-provvista ta’ servizzi — Japprovaw u/jew jibdew ir-rimborż ta’ tariffi lill-BĊi tal-Eurosistema |
Jipprovdu figuri tal-kost lil-Livell 2 għall-forniment tas-servizzi |
4. Livell tas-servizz |
|
|
Jiddeċiedu dwar il-livell ta’ servizz |
Jivverifikaw li s-servizz ingħata f’konformità mal-livell tas-Servizz miftiehem |
Iwasslu s-servizz f’konformità mal-livell ta’ Servizz miftiehem |
5. Operat |
|
|
|
— Jiddeċiedu dwar ir-regoli applikabbli għal inċidenti u sitwazzjonijiet ta’ kriżi — Jimmonitorjaw l-iżviluppi tan-negozju |
Jiġġestixxu TARGET abbażi tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 7(6) ta’ din il-Linja Gwida |
6. Ġestjoni tal-bidliet u tar-rilaxx |
|
|
Jieħdu deċiżjonijiet f’każ ta’ eskalazzjoni |
— Japprovaw it-talbiet għall-Bidliet — Japprovaw id-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rilaxx — Japprovaw il-pjan ta’ rilaxx u l-eżekuzzjoni tiegħu |
Jivvalutaw it-Talbiet għall-Bidliet Jimplimentaw it-talbiet għall-Bidliet f’konformità mal-pjan maqbul |
7. Ġestjoni tar-riskju |
|
|
— japprovaw il-Qafas tal-Ġestjoni tar-Riskju tat-TARGET u t-tolleranza tar-riskju għat-TARGET kif ukoll jaċċettaw ir-riskji li jifdal. — jassumu r-responsabbiltà aħħarija għall-attivitajiet tal-ewwel u t-tieni linja ta’ difiża. — jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva għar-rwoli u r-responsabbiltajiet relatati mar-riskju u l-kontroll |
— Iwettqu l-ġestjoni tar-riskju skont ir-rwoli definiti fl-oqfsa tal-ġestjoni tar-riskju applikabbli — Iwettqu analiżi tar-riskju u segwitu skont is-sjieda tar-riskju allokat — jiżguraw li l-arranġamenti kollha tal-ġestjoni tar-riskji jinżammu u jiġu aġġornati — japprovaw u jirrieżaminaw il-pjan ta’ kontinwità tal-operat kif deskritt fid-dokumentazzjoni operazzjonali rilevanti |
— Iwettqu l-ġestjoni tar-riskju skont ir-rwoli definiti fl-oqfsa tal-ġestjoni tar-riskju applikabbli u relatati mal-attivitajiet tal-Livell 3 — Iwettqu analiżi tar-riskju u segwitu skont is-sjieda tar-riskju allokat — Jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-analiżi tar-riskju skont it-talbiet tal-Livell 1/Level 2 u l-oqfsa tal-ġestjoni tar-riskju fis-seħħ |
8. Regoli tas-sistema |
|
|
— Jistabbilixxu u jiżguraw implimentazzjoni adegwata tal-qafas legali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali għat-TARGET inklużi l-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET |
(Mhux applikabbli) |
(Mhux applikabbli). |
ANNESS III
DEFINIZZJONIJIET
“grupp ta’ monitoraġġ tal-kontijiet” tfisser grupp ta’ żewġ MCAs jew aktar u/jew DCAs li fir-rigward tagħhom parteċipant wieħed, il-parti mexxejja, tkun tista’ tara l-bilanċ fuq kull wieħed mill-kontijiet fit-TARGET fil-grupp;
“detentur ta’ BIC indirizzabbli” tfisser entità li: (a) ikollha Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC); u (b) tkun korrispondent jew klijent ta’ detentur ta’ RTGS DCA jew fergħa ta’ detentur ta’ RTGS DCA, u tkun tista’ tissottometti ordnijiet ta’ ħlas lil sistema komponenti tat-TARGET u tirċievi ħlasijiet minnha permezz ta’ dak id-detentur ta’ RTGS DCA;
“sistema anċillari” (AS) tfisser sistema mħaddma minn entità stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE li tkun suġġetta għal superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ sorveljanza għal-lokalizzazzjoni tal-infrastrutturi li joffru servizzi f’euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq is-sit web tal-BĊE, li fiha jiġu skambjati u/jew ikklerjati jew irreġistrati ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji (a) bl-obbligi monetarji li jirriżultaw f’ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus li jiġu saldati fit-TARGET u/jew (b) b’fondi miżmuma fit-TARGET, f’konformità mal-Linja Gwida BĊE/2022/8;
“kont ta’ fondi ta’ garanzija tas-sistema anċillari” (kont ta’ fondi ta’ garanzija ta’ AS) tfisser kont tekniku użat għall-fini taż-żamma ta’ fondi ta’ garanzija biex jappoġġaw il-proċeduri ta’ saldu A u B ta’ RTGS AS;
“proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari” (proċedura ta’ saldu ta’ AS) tfisser kwalunkwe proċedura ta’ saldu ta’ TIPS AS jew proċedura ta’ saldu ta’ RTGS AS;
“ordni ta’ trasferiment ta’ sistema anċillari” (ordni ta’ trasferiment ta’ AS) tfisser kwalunkwe ordni ta’ trasferiment ta’ flus li tinbeda minn sistema anċillari għall-finijiet ta’ proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari ta’ RTGS;
“awtokollateralizzazzjoni” tfisser kreditu intraġurnata mogħti minn bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro (BĊN) fi flus tal-bank ċentrali skattat meta detentur ta’ T2S DCA ma jkollux fondi biżżejjed biex isalda tranżazzjonijiet ta’ titoli, fejn tali kreditu intraġurnata ikun kollateralizzat jew bit-titoli li jkunu qed jinxtraw (kollateral fuq il-fluss), jew b’titoli miżmuma mid-detentur tat-T2S DCA favur il-BĊN taż-żona tal-euro (kollateral fuq l-istokk). Tranżazzjoni ta’ awtokollateralizzazzjoni tikkonsisti f’żewġ tranżazzjonijiet separati, waħda għall-għoti ta’ awtokollateralizzazzjoni u l-oħra għar-rimborż tagħha. Tista’ tinkludi wkoll it-tielet tranżazzjoni għal kwalunkwe rilokazzjoni eventwali ta’ kollateral. Għall-finijiet tal-Artikolu 18 tal-Parti I tal-Anness 1, it-tliet tranżazzjonijiet kollha jitqiesu li ddaħħlu fis-sistema u jitqiesu irrevokabbli fl-istess ħin tat-tranżazzjoni għall-għoti tal-awtokollateralizzazzjoni;
“ordni awtomatizzata ta’ trasferiment ta’ likwidità” tfisser ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità ġġenerata awtomatikament għat-trasferiment ta’ fondi minn detentur ta’ RTGS DCA indikat lill-MCA tal-parteċipant f’każ li ma jkunx hemm fondi suffiċjenti f'dak l-MCA għas-saldu ta’ operazzjonijiet tal-bank ċentrali;
“likwidità disponibbli” tfisser bilanċ ta’ kreditu fuq kont ta’ parteċipant u, jekk applikabbli, kwalunkwe linja ta’ kreditu intraġurnata mogħtija fuq l-MCA mill-BĊN rilevanti taż-żona tal-euro fir-rigward ta’ tali kont iżda li għadha ma ġietx prelevata, jew, jekk applikabbli, imnaqqsa bl-ammont ta’ kwalunkwe riżervazzjoni ta’ likwidità pproċessata jew ibblokkar ta’ fondi fuq MCAs jew DCAs;
“grupp bankarju” tfisser:
kompożizzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ kumpanija omm fejn il-kumpanija omm tkun obbligata li tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 27 (IAS 27), adottat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 ( 19 ) u li tikkonsisti minn: (i) kumpanija omm u sussidjarja waħda jew aktar; jew (ii) żewġ sussidjarji jew aktar ta’ kumpanija omm; jew
kompożizzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu kif imsemmija fis-subparagrafu (a)(i) jew (ii), meta kumpanija omm ma tippreżentax rapporti finanzjarji konsolidati skont l-IAS 27, iżda jkunu kapaċi jissodisfaw il-kriterji definiti fl-IAS 27 għall-inklużjoni fir-rapporti finanzjarji konsolidati, suġġett għall-verifika tal-BĊ tal-parteċipant;
network bilaterali jew multilaterali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huwa: (i) organizzat permezz ta’ qafas statutorju li jiddetermina l-affiljazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma’ tali network; jew (ii) ikkaratterizzat minn mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni awtoorganizzati (li jippromwovu, jappoġġaw u jirrappreżentaw l-interessi kummerċjali tal-membri tiegħu) u/jew ta’ solidarjetà ekonomika li tmur lil hinn mill-kooperazzjoni ordinarja tas-soltu bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fejn tali kooperazzjoni u solidarjetà huma permessi mill-memoranda u l-istatuti ta’ assoċjazzjoni jew mill-Artikoli ta’ inkorporazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew stabbiliti bis-saħħa ta’ ftehimiet separati u f’kull każ imsemmija fil-punti (c)(i) u (c)(ii) il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jkun approva applikazzjoni li għandha titqies bħala li tikkostitwixxi grupp bankarju;
“messaġġ imxandar” tfisser informazzjoni li ssir disponibbli fl-istess ħin għall-parteċipanti kollha jew għal grupp magħżul ta’ parteċipanti;
“jum ta’ negozju” jew “jum ta’ negozju tat-TARGET” tfisser kwalunkwe jum li fih MCAs, RTGS DCAs, jew T2S DCAs ikunu disponibbli għas-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus;
“Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju” (BIC) tfisser kodiċi kif iddefinit mill-Istandard ISO Nru 9362;
“opinjoni dwar il-kapaċità” tfisser opinjoni speċifika għall-parteċipant li jkun fiha valutazzjoni tal-kapaċità legali ta’ parteċipant li jidħol u jwettaq l-obbligi tiegħu;
“ordni ta’ trasferiment ta’ flus” tfisser kwalunkwe struzzjoni minn parteċipant jew minn parti li taġixxi f’ismu biex ikun magħmul disponibbli għal benefiċjarju ammont ta’ flus minn kont wieħed permezz ta’ entrata fil-kotba f’kont ieħor u li tkun ordni ta’ trasferiment ta’ sistema anċillari, ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità, ordni ta’ ħlas istantanju, risposta pożittiva għall-irtirar jew ordni ta’ ħlas;
“bank ċentrali” (BĊ) tfisser BĊ tal-Eurosistema u/jew BĊN konness;
“operazzjoni ta’ bank ċentrali” tfisser kwalunkwe ordni ta’ ħlas jew ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità mibdija minn BĊ fuq MCA miftuħ fi kwalunkwe sistema komponent tat-TARGET;
“BĊN konness” tfisser BĊN, minbarra BĊN taż-żona tal-euro, li jkun konness mat-TARGET skont ftehim speċifiku;
“Soluzzjoni ta’ Kontinġenza” tfisser il-funzjonalità li tippermetti lill-BĊi u lill-parteċipanti jipproċessaw ordnijiet ta’ trasferiment ta’ flus f’każ li l-operat normali tal-MCAs u/jew tal-RTGS DCAs u/jew tal-kontijiet tekniċi ta’ AS ma jkunx possibbli;
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser jew: (a) istituzzjoni ta' kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 4 (1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (u d-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-liġi li jimplimentaw l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ) applikabbli għall-istituzzjoni ta’ kreditu) li tkun suġġetta għal superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew (b) istituzzjoni ta' kreditu oħra skont it-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat li hija suġġetta għal skrutinju ta' standard komparabbli mas-superviżjoni minn awtorità kompetenti;
“bilanċ tal-memorandum ta’ kreditu” (CMB) tfisser limitu stabbilit mid-detentur ta’ TIPS DCA għall-użu tal-likwidità fuq it-TIPS DCA minn parti aċċessibbli speċifika;
“saldu bejn is-sistemi” tfisser is-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS li jiddebita l-kont tekniku ta’ RTGS AS jew subkont ta’ bank tas-saldu ta’ AS waħda bl-użu tal-proċedura ta’ saldu C jew D ta’ AS u li jakkredita l-kont tekniku ta’ RTGS AS jew subkont ta’ bank tas-saldu ta’ AS oħra permezz tal-proċedura ta’ saldu C jew D ta’ AS;
“kont ta’ flus dedikat” (DCA) tfisser RTGS DCA, T2S DCA jew TIPS DCA;
“rata tal-faċilità ta’ depożitu” tfisser “rata tal-faċilità ta’ depożitu” kif definita fl-Artikolu 2(22) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);
“faċilità ta’ depożitu” tfisser “faċilità ta’ depożitu” kif definita fl-Artikolu 2(21) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);
“BĊN taż-żona tal-euro” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;
‘Skema ta’ Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju tas-SEPA (SCT Inst) tal-Kunsill Ewropew tal-Ħlasijiet’ jew ‘skema SCT Inst’ tfisser skema awtomatizzata ta’ standards miftuħa li tipprovdi sett ta’ regoli interbankarji li għandhom jiġu rrispettati mill-parteċipanti fl-iskema SCT Inst, li tippermetti lill-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas fiż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) joffru prodott awtomatizzat ta’ trasferiment ta’ kreditu istantanju bl-euro fis-SEPA kollha;
“BĊ tal-Eurosistema” tfisser il-BĊE jew BĊN taż-żona tal-euro;
“każ ta’ inadempjenza” tfisser kwalunkwe avveniment imminenti jew eżistenti, li l-okkorrenza tiegħu tista’ thedded it-twettiq minn parteċipant tal-obbligi tiegħu skont il-Kundizzjonijiet li jinsabu fil-Parti I tal-Anness I jew kwalunkwe regola oħra li tapplika għar-relazzjoni bejn dak il-parteċipant u l-BĊ tal-parteċipant jew kwalunkwe BĊ ieħor, inkluż:
meta l-parteċipant ma jibqax jissodisfa l-kriterji għall-aċċess stabbiliti fl-implimentazzjoni nazzjonali tal-Artikolu 4 tal-Parti I tal-Anness I jew ir-rekwiżiti stabbiliti fl-implimentazzjoni nazzjonali rilevanti tal-Artikolu 5(1)(a) tal-Parti I tal-Anness I;
il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza fir-rigward tal-parteċipant;
is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni relatata mal-proċedimenti msemmija fil-punt (b);
il-ħruġ mill-parteċipant ta’ dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-inabbiltà tiegħu li jħallas id-djun kollha tiegħu jew xi parti minnhom jew li jissodisfa l-obbligi tiegħu tiegħu li jirriżultaw b’rabta ma’ kreditu intraġurnata;
id-dħul tal-parteċipant fi ftehim jew arranġament ġenerali volontarju mal-kredituri tiegħu;
meta l-parteċipant ikun, jew jitqies mill-BĊ tiegħu, li huwa insolventi jew li ma jistax iħallas id-djun tiegħu;
meta l-bilanċ ta’ kreditu tal-parteċipant fuq kwalunkwe wieħed mill-kontijiet fit-TARGET tiegħu, jew l-assi kollha tal-parteċipant jew parti sostanzjali minnhom ikunu suġġetti għal ordni ta’ ffriżar, qbid, sekwestru jew kwalunkwe proċedura oħra li tkun maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-parteċipant;
meta l-parteċipazzjoni tal-parteċipant f’sistema komponenti tat-TARGET oħra u/jew f’AS tkun ġiet sospiża jew itterminata;
meta kwalunkwe rappreżentazzjoni materjali jew dikjarazzjoni prekuntrattwali magħmula mill-parteċipant jew li hija implikata li saret mill-parteċipant skont il-liġi applikabbli tkun skorretta jew mhux vera;
iċ-ċessjoni tal-assi kollha tal-parteċipant jew ta’ parti sostanzjali minnhom;
“fondi ta’ garanzija” tfisser fondi pprovduti minn parteċipanti ta’ AS, li għandhom jintużaw f’każ li parteċipant wieħed jew aktar jonqsu, għal kwalunkwe raġuni, milli jissodisfaw l-obbligi ta’ ħlas tagħhom fl-AS;
“proċedimenti ta’ insolvenza” tfisser proċedimenti ta’ insolvenza skont it-tifsira tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 98/26/KE;
“ordni ta’ ħlas istantanju” tfisser, f’konformità mal-iskema ta’ Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju tas-SEPA (SCT Inst) tal-Kunsill Ewropew tal-Ħlasijiet, ordni ta’ trasferiment ta’ flus li tista’ tiġi eżegwita 24 siegħa kuljum fi kwalunkwe jum kalendarju tas-sena, b’saldu immedjat jew kważi immedjat u b’notifika lill-pagatur, u li tinkludi: (i) ordnijiet ta’ ħlas istantanju ta’ TIPS DCA lil TIPS DCA; (11) ordnijiet ta’ ħlas istantanju ta’ TIPS DCA lil kont tekniku ta’ TIPS AS; (iii) ordnijiet ta’ ħlas istantanju ta’ TIPS AS lil TIPS DCA; u (iv) ordnijiet ta’ ħlas istantanju ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS lil kont tekniku ta’ TIPS AS;
“oriġinatur” tfisser entità li tkun ġiet indikata bħala tali minn detentur ta’ TIPS DCA jew mid-detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS, u li titħalla tibgħat ordnijiet ta’ ħlas istantanju jew ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità u/jew tirċievi ordnijiet ta’ ħlas istantanju jew ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità f’isem dak id-detentur ta’ kont jew parti aċċessibbli ta’ dak id-detentur ta’ kont;
“kreditu intraġurnata” tfisser kreditu estiż għal perjodu ta’ inqas minn jum ta’ negozju wieħed;
“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment skont it-tifsira ta’ [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE], minbarra l-istituzzjonijiet speċifikati fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw, l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE kif applikabbli għad-ditta tal-investiment, sakemm id-ditta tal-investiment inkwistjoni tkun:
awtorizzata u ssorveljata minn awtorità kompetenti rikonoxxuta, li tkun ġiet indikata bħala tali taħt id-Direttiva 2014/65/KE; u
intitolata li twettaq l-attivitajiet imsemmija taħt (daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw il-partiti 2, 3, 6 u 7 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE kif applikabbli għad-ditta tal-investiment);
“BĊNi tal-livell 3” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banque de France, il-Banca d’Italia u Banco de España fil-kapaċità tagħhom bħala l-BĊi li jiżviluppaw u joperaw TARGET għall-benefiċċju tal-Eurosistema;
“ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità” tfisser ordni ta’ trasferiment ta’ flus biex jiġi ttrasferit ammont speċifikat ta’ fondi għall-finijiet tal-ġestjoni tal-likwidità;
“rata tal-faċilità ta’ self marġinali” tfisser “rata tal-faċilità ta’ self marġinali” kif definita fl-Artikolu 2(57) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);
“faċilità ta’ self marginali” tfisser “faċilità ta’ self marginali” kif definita fl-Artikolu 2(56) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);
“servizz ta’ tiftix bi proxy mobbli (MPL)” tfisser servizz li jippermetti lid-detenturi ta’ TIPS DCA, AS li jużaw kontijiet tekniċi ta’ TIPS AS u partijiet aċċessibbli, li jirċievu mill-klijenti tagħhom talba biex jeżegwixxu ordni ta’ ħlas istantanju lil benefiċjarju identifikat bi proxy (eż. numru mobbli), biex jirkupraw mir-repożitorju ċentrali tal-MPL l-IBAN korrispondenti għall-benefiċjarju u l-BIC biex jintużaw għall-akkreditar tal-kont tas-Sistema ta’ Ħlas Istantanju tat-TARGET (TIPS) rilevanti;
“ħlas kważi istantanju” tfisser ordni ta’ trasferiment ta’ flus li tikkonforma mal-Istandard NL tas-Servizzi Fakultattivi Addizzjonali tat-Trasferiment ta’ Kreditu tas-SEPA tal-Kunsill Ewropew tal-Ħlasijiet (SCT AOS) għall-ipproċessar istantanju ta’ trasferimenti ta’ kreditu tas-SEPA;
“fornitur ta’ servizz ta’ network” (NSP) tfisser impriża li tkun ingħatat konċessjoni mal-Eurosistema biex tipprovdi servizzi ta’ konnettività permezz tal-Portal tal-Infrastruttura tas-Suq Uniku tal-Eurosistema għas-servizzi fit-TARGET;
“ordni ta’ trasferiment ta’ flus mhux saldata” tfisser ordni ta’ trasferiment ta’ flus li ma tiġix saldata fil-jum tan-negozju li fih tiġi aċċettata;
“parteċipant” tfisser; a) entità li jkollha mill-inqas MCA wieħed u li jista’ jkollha wkoll DCA wieħed jew diversi fit-TARGET; jew b) AS;
“benefiċjarju” tfisser, ħlief fejn jintuża fl-Artikolu 29 tal-Parti I tal-Anness I, parteċipant li l-MCA jew id-DCA tiegħu jiġu kkreditati b’riżultat ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ flus li tkun qed tiġi saldata;
“pagatur” tfisser, ħlief fejn jintuża fl-Artikolu 29 tal-Parti I tal-Anness I, parteċipant li l-MCA jew id-DCA tiegħu jiġu ddebitati b’riżultat ta’ ordni ta’ trasferiment ta’ flus li tkun qed tiġi saldata;
“ordni ta’ ħlas” tfisser kwalunkwe struzzjoni minn parteċipant jew minn parti li taġixxi f’isimha biex ammont ta’ flus ikun magħmul disponibbli għal benefiċjarju minn kont wieħed permezz ta’ entrata fil-kotba f’kont ieħor u li ma tkunx ordni ta’ trasferiment ta’ AS, ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità, ordni ta’ ħlas istantanju jew risposta pożittiva għall-irtirar;
“risposta pożittiva għall-irtirar” tfisser f’konformità mal-iskema ta’ Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju tasSEPA (SCT Inst) tal-Kunsill Ewropew tal-Ħlasijiet ordni ta’ trasferiment ta’ flus mibdija mir-riċevitur ta’ talba għall-irtirar, bi tweġiba għal talba għall-irtirar, għall-benefiċċju tal-mittent ta’ dik it-talba għall-irtirar;
“korp tas-settur pubbliku” tfisser entità fi ħdan is-“settur pubbliku”, dan it-terminu tal-aħħar kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 ( 23 );
“parti aċċessibbli” tfisser entità li: (a) ikollha Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC); (b) tkun indikata bħala tali minn detentur ta’ TIPS DCA jew minn sistema anċillari li jkollha kont tekniku ta’ TIPS AS; (c) tkun korrispondent, klijent jew fergħa ta' detentur ta’ TIPS DCA jew parteċipant f’sistema anċillari; jew korrispondent, klijent, jew fergħa ta’ parteċipant f’sistema anċillari; u (d) tkun indirizzabbli permezz tat-TIPS u tista' tissottometti ordnijiet ta' trasferiment ta’ flus u tirċievi ordnijiet ta' trasferiment ta’ flus jew permezz tad-detentur ta’ TIPS DCA jew ta’ sistema anċillari li jkollha kont tekniku ta’ TIPS AS, jew direttament jekk tkun awtorizzata mid-detentur ta’ TIPS DCA jew minn sistema anċillari li jkollha kont tekniku ta’ TIPS AS;
“proċedura ta’ saldu ta’ sistema anċillari għas-saldu gross f’ħin reali” (proċedura ta’ saldu ta’ RTGS AS) tfisser waħda mill-firxa ta’ servizzi speċjali u predefiniti għas-sottomissjoni u s-saldu ta’ ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS relatati mas-saldu ta’ AS fuq RTGS DCAs, subkontijiet u kontijiet tekniċi ta’ RTGS AS;
“Kont tekniku ta’ sistema anċillari għas-saldu gross f’ħin reali” (kont tekniku ta’ RTGS AS) tfisser kont miżmum minn AS jew mill-BĊ fis-sistema komponenti tat-TARGET tagħha f’isem l-AS u użat fil-kuntest ta’ sistema ta’ saldu ta’ RTGS AS;
“talba għall-irtirar” tfisser messaġġ minn detentur ta’ RTGS DCA, detentur ta’ TIPS DCA jew detentur ta’ kont tekniku ta’ TIPS AS li jitlob rimborż ta’ ordni ta’ ħlas saldat jew ordni ta’ ħlas istantanju rispettivament;
“ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità bbażata fuq ir-regoli” tfisser ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità li tiġi skattata bħala riżultat ta’: (a) il-bilanċ fuq MCA jew RTGS DCA li jikser limitu minimu jew limitu massimu ddefinit minn qabel; jew (b) nuqqas ta’ fondi suffiċjenti disponibbli biex ikopru ordnijiet ta’ ħlas urġenti fil-kju, ordnijiet ta’ trasferiment ta’ AS jew ordnijiet ta’ ħlas ta’ prijorità għolja fuq RTGS DCA;
“grupp ta’ kont bankarju tas-saldu”