Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02021R2119-20221118

    Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2119 tal-1 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ċerti rekords u dikjarazzjonijiet meħtieġa mill-operaturi u mill-gruppi ta’ operaturi u dwar il-mezzi tekniċi għall-ħruġ taċ-ċertifikati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati għall-operaturi, għall-gruppi ta’ operaturi u għall-esportaturi fil-pajjiżi terzi

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2119/2022-11-18

    02021R2119 — MT — 18.11.2022 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2119

    tal-1 ta’ Diċembru 2021

    li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ċerti rekords u dikjarazzjonijiet meħtieġa mill-operaturi u mill-gruppi ta’ operaturi u dwar il-mezzi tekniċi għall-ħruġ taċ-ċertifikati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati għall-operaturi, għall-gruppi ta’ operaturi u għall-esportaturi fil-pajjiżi terzi

    (ĠU L 430 2.12.2021, p. 24)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2240 tal-20 ta’ Ottubru 2022

      L 294

    8

    15.11.2022




    ▼B

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2119

    tal-1 ta’ Diċembru 2021

    li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ċerti rekords u dikjarazzjonijiet meħtieġa mill-operaturi u mill-gruppi ta’ operaturi u dwar il-mezzi tekniċi għall-ħruġ taċ-ċertifikati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 fir-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati għall-operaturi, għall-gruppi ta’ operaturi u għall-esportaturi fil-pajjiżi terzi



    Artikolu 1

    Ħruġ taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 f’forma elettronika

    Iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandu jinħareġ kif ġej:

    (a) 

    f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2018/848;

    (b) 

    f’forma elettronika, bl-użu tas-Sistema Elettronika tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti Veterinarji (TRACES) imsemmija fil-punt (36) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715.

    ▼M1

    Iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandu jkollu siġill elettroniku kwalifikat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (27) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

    ▼B

    Artikolu 2

    Reġistri li għandhom jinżammu mill-operaturi u mill-gruppi ta’ operaturi

    1.  

    L-operaturi u l-gruppi ta’ operaturi għandhom iżommu d-dokumenti kollha meħtieġa, inklużi rekords tal-istokk u dawk finanzjarji, li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jew, fejn xieraq, lill-awtoritajiet ta’ kontroll jew lill-korpi ta’ kontroll, iwettqu, b’mod partikolari, il-kontrolli li ġejjin:

    (a) 

    kontrolli fuq il-miżuri preventivi u prekawzjonarji meħuda f'konformità mal-Artikolu 9(6) u l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/848;

    (b) 

    il-verifika tat-traċċabilità f’konformità mal-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/771;

    (c) 

    il-verifika tal-bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 1(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/771.

    2.  

    Id-dokumenti li għandhom jinżammu għall-finijiet tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 1, punt (a), għandhom jinkludu, b’mod partikolari, dokumenti li jikkonfermaw li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi ħa l-miżuri proporzjonati u xierqa sabiex:

    (a) 

    jiġu evitati l-pesti u l-mard;

    (b) 

    tiġi evitata l-kontaminazzjoni ma’ prodotti u sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 u t-taħlit ma’ prodotti mhux organiċi.

    Artikolu 3

    Dikjarazzjonijiet u komunikazzjonijiet oħra meħtieġa għall-kontrolli uffiċjali

    L-operaturi u l-gruppi ta’ operaturi għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fid-dikjarazzjonijiet jew fil-komunikazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 39(1)(b) tar-Regolament (UE) 2018/848 lill-awtorità kompetenti, lill-awtorità ta’ kontroll jew lill-korp ta’ kontroll li jwettaq il-kontrolli uffiċjali:

    (a) 

    liema attivitajiet koperti miċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 huma sottokuntrattati;

    (b) 

    l-indirizz jew il-ġeolokalizzazzjoni tal-unitajiet ta’ produzzjoni organika, fil-fażi ta’ konverżjoni u mhux organika, iż-żona tal-ġbir ta’ pjanti selvaġġi jew tal-alga u ta’ bini u unitajiet oħra użati għall-attivitajiet tagħhom;

    (c) 

    fil-każ ta’ azjendi maqsuma f’unitajiet ta’ produzzjoni differenti f’konformità mal-Artikolu 9(7) tar-Regolament (UE) 2018/848, id-deskrizzjoni u l-indirizz jew il-ġeolokalizzazzjoni tal-unitajiet tal-produzzjoni mhux organika;

    (d) 

    il-previżjoni ppjanata tal-produzzjoni tagħhom.

    Dawk id-dikjarazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet għandhom jiġu aġġornati fejn xieraq.

    Artikolu 4

    Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378 huwa emendat kif ġej:

    (1) 

    fl-Artikolu 1, il-punt (a) tat-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a) 

    jinħareġ kif ġej:

    (i) 

    f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

    (ii) 

    f’forma elettronika, bl-użu tas-Sistema Elettronika tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti Veterinarji (TRACES) imsemmija fil-punt (36) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 ( *1 );

    (2) 

    fl-Artikolu 3, wara t-tieni paragrafu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “Il-punt (a)(ii) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.”.

    Artikolu 5

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

    Il-punt (b) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

    ▼M1

    L-Artikolu 1, it-tieni paragrafu għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2023.

    ▼B

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



    ( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

    ( *1 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).”;

    Top