This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02021R1297-20210805
Commission Regulation (EU) 2021/1297 of 4 August 2021 amending Annex XVII to Regulation (EC) No 1907/2006 of the European Parliament and of the Council as regards perfluorocarboxylic acids containing 9 to 14 carbon atoms in the chain (C9-C14 PFCAs), their salts and C9-C14 PFCA-related substances (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1297 tal-4 ta’ Awwissu 2021 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidi perfluworokarbossiliċi li fihom minn 9 sa 14-il atomu tal-karbonju fil-katina (C9-C14 PFCAs), l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1297 tal-4 ta’ Awwissu 2021 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidi perfluworokarbossiliċi li fihom minn 9 sa 14-il atomu tal-karbonju fil-katina (C9-C14 PFCAs), l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
02021R1297 — MT — 05.08.2021 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1297 tal-4 ta’ Awwissu 2021 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidi perfluworokarbossiliċi li fihom minn 9 sa 14-il atomu tal-karbonju fil-katina (C9-C14 PFCAs), l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs (ĠU L 282 5.8.2021, p. 29) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1297
tal-4 ta’ Awwissu 2021
li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidi perfluworokarbossiliċi li fihom minn 9 sa 14-il atomu tal-karbonju fil-katina (C9-C14 PFCAs), l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Fl-Anness XVII, tiżdied din l-entrata:
|
“68. Aċidi perfluworokarbossiliċi lineari u ramifikati bil-formula CnF2n+1-C(= O)OH fejn n = 8, 9, 10, 11, 12, jew 13 (C9-C14 PFCAs), inkluż l-imlieħ tagħhom, u kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom; Kwalunkwe sustanza relatata mal-C9-C14 PFCAs li jkollha grupp perfluworo bil-formula CnF2n+1- marbuta direttament ma’ atomu tal-karbonju ieħor, fejn n = 8, 9, 10, 11, 12, jew 13, inkluż l-imlieħ tagħhom u kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom; Kwalunkwe sustanza relatata mal-C9-C14 PFCAs li jkollha grupp perfluworo bil-formula CnF2n+1- li mhijiex marbuta direttament ma’ atomu tal-karbonju ieħor, fejn n = 9, 10, 11, 12, 13 jew 14 bħala waħda mill-elementi strutturali, inkluż l-imlieħ tagħhom u kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom. Is-sustanzi li ġejjin huma esklużi minn din id-deżinjazzjoni — CnF2n+1-X, fejn X = F, Cl, jew Br — fejn n = 9, 10, 11, 12, 13 jew 14, inkluż kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom; — CnF2n+1-C(= O)OX’ fejn n> 13 u X’=kwalunkwe grupp, inkluż l-imlieħ. ______________________________ |
1. Ma għandhomx jiġu manifatturati, jew jitqiegħdu fis-suq bħala sustanzi waħedhom mill-25 ta’ Frar 2023. 2. Mill-25 ta’ Frar 2023, ma għandhomx jintużaw, jew jitqiegħdu fis-suq fi: (a) sustanza oħra, bħala kostitwent; (b) taħlita; (c) oġġett, ħlief jekk il-konċentrazzjoni fis-sustanza, fit-taħlita jew fl-oġġett tkun inqas minn 25 ppb għat-total ta’ C9-C14 PFCAs u l-imlieħ tagħhom jew 260 ppb għat-total ta’ sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs. 3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, il-limitu ta’ konċentrazzjoni għandu jkun 10 ppm għat-total ta’ C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs, fejn ikunu preżenti f’sustanza li trid tintuża bħala sustanza intermedja iżolata trasportata, diment li l-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 18(4) ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati għall-manifattura tal-fluworokimiki b’tul tal-katina tal-karbonju perfluworo ta’ sitt atomi jew iqsar. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan il-limitu mhux aktar tard mill-25 ta’ Awwissu 2023. 4. Il-paragrafu 2 għandu jibda japplika mill-4 ta’ Lulju 2023: (i) għat-tessili għar-reżistenza għaż-żejt u l-ilma għall-protezzjoni tal-ħaddiema minn likwidi perikolużi li jinvolvu riskji għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom; (ii) għall-manifattura tal-politetrafluwororetilen (PTFE) u tal-fluworur tal-poliviniliden (PVDF) għall-produzzjoni ta’: — membrani għall-filtrazzjoni tal-gass ta’ prestazzjoni għolja, reżistenti għall-korrużjoni, membrani għall-filtrazzjoni tal-ilma u membrani għal tessili mediċi; — tagħmir ta’ skambju tas-sħana għall-irkupru tas-sħana mit-trattament tal-iskart industrijali; — siġillanti industrijali li kapaċi jipprevjenu t-tnixxija ta’ komposti organiċi volatili u ta’ partikuli ta’ PM 2,5 5. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-użu ta’ C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs għandu jiġi permess sal-4 ta’ Lulju 2025 (i) għall-fotolitografija jew għall-proċessi ta’ inċiżjoni fil-manifattura ta’ semikondutturi; (ii) għall-kisjiet fotografiċi applikati lill-films; (iii) għall-apparati mediċi invażivi u impjantabbli; (iv) għar-ragħwa għat-tifi tan-nar li tintuża biex trażżan il-fwar tal-karburanti likwidi u n-nirien li jieħdu mill-karburanti likwidi (nirien tal-Klassi B) li huma diġà installati f’sistemi, kemm dawk mobbli kif ukoll dawk fissi, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin: — ir-ragħwa tat-tifi tan-nar li fiha, jew li jista’ jkun fiha C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom, u sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs ma għandhiex tintuża għat-taħriġ; — ir-ragħwa tat-tifi tan-nar li fiha, jew li jista’ jkun fiha, C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom, u sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs ma għandhiex tintuża għall-ittestjar sakemm ma jkunux ikkonfinati r-rilaxxi kollha; — mill-1 ta’ Jannar 2023, l-użu tar-ragħwa tat-tifi tan-nar li fiha, jew li jista’ jkun fiha s-C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom, u sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs għandha tkun ristretta għal siti fejn ir-rilaxxi kollha jistgħu jiġu kkonfinati; — il-ħażniet tar-ragħwa tat-tifi tan-nar li fiha, jew li jista’ jkun fiha s-C9-C14 PFCAs, l-imlieħ tagħhom, u sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs għandhom ikunu ġestiti f’konformità mal-Artikoli 5 tar-Regolament (UE) 2019/1021. 6. Il-paragrafu 2(c) ma għandux japplika għall-oġġetti mqiegħda fis-suq qabel il-25 ta’ Frar 2023. 7. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għall-kisi tal-landa għall-inalaturi b’dożaġġ imkejjel taħt pressjoni sal-25 ta’ Awwissu 2028. 8. Il-paragrafu 2(c) għandu jibda japplika mill-31 ta’ Diċembru 2023: (a) għas-semikondutturi waħedhom; (b) għas-semikondutturi inkorporati f’tagħmir elettroniku nofsu lest u lest. 9. Il-paragrafu 2(c) għandu japplika mill-31 ta’ Diċembru 2030 għas-semikondutturi użati fi spare parts jew parts ta’ rikambju għal tagħmir elettroniku lest imqiegħed fis-suq qabel il-31 ta’ Diċembru 2023. 10. ►C1 Sal-25 ta’ Awwissu 2024, il-limitu ta’ konċentrazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun 2 000 ppb għat-total ta’ C9-C14 PFCAs fil-fluworoplastik u fil-fluworoelastomeri li fihom gruppi ta’ perfluworoalkossi. Mis-26 ta’ Awwissu 2024, il-limitu ta’ konċentrazzjoni għandu jkun 100 ppb għat-total ta’ C9-C14 PFCAs fil-fluworoplastik u fil-fluworoelastomeri li fihom gruppi ta’ perfluworoalkossi. ◄ L-emissjonijiet kollha ta’ C9-C14 PFCAs matul il-manifattura u l-użu tal-fluworoplastik u tal-fluworoelastomeri li fihom gruppi ta’ perfluworoalkossi għandhom jiġu evitati u, jekk dan ma jkunx possibbli, jitnaqqsu kemm jista’ jkun teknikament u prattikament possibbli. Din id-deroga ma għandhiex tapplika għall-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2(c). Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina din id-deroga mhux aktar tard mill-25 ta’ Awwissu 2024. 11. Il-limitu ta’ konċentrazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun ta’ 1 000 ppb għat-total ta’ C9-C14 PFCAs, fejn dawn ikunu preżenti fil-mikrotrabijiet tal-PTFE prodotti mill-irradjazzjoni jonizzanti jew mid-degradazzjoni termali, kif ukoll fit-taħlitiet u fl-oġġetti għall-użi industrijali u professjonali li fihom il-mikrotrabijiet tal-PTFE. L-emissjonijiet kollha ta’ C9-C14 PFCAs matul il-manifattura u l-użu tal-mikrotrabijiet tal-PTFE għandhom jiġu evitati u, jekk dan ma jkunx possibbli, jitnaqqsu kemm jista’ jkun teknikament u prattikament possibbli. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina din id-deroga mhux aktar tard minn 25 ta’ Awwissu 2024. 12. Għall-finijiet ta’ din l-entrata, is-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs huma sustanzi li, abbażi tal-istruttura molekulari tagħhom, jitqiesu li għandhom il-potenzjal li jiddegradaw jew jittrasformaw f’C9-C14 PFCAs.” |