This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02021R0982-20250310
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/982 of 17 June 2021 concerning the renewal of the authorisation of a preparation of 6-phytase produced by Trichoderma reesei CBS 122001 as a feed additive for pigs and poultry (holder of the authorisation: AB Enzymes Finland Oy), and repealing Regulations (EU) No 277/2010, (EU) No 891/2010 and Implementing Regulation (EU) No 886/2011 (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/982 tas-17 ta’ Ġunju 2021 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta mit-Trichoderma reesei CBS 122001 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer u t-tjur (detentur tal-awtorizzazzjoni: AB Enzymes Finland Oy), u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 277/2010, (UE) Nru 891/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 886/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/982 tas-17 ta’ Ġunju 2021 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta mit-Trichoderma reesei CBS 122001 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer u t-tjur (detentur tal-awtorizzazzjoni: AB Enzymes Finland Oy), u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 277/2010, (UE) Nru 891/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 886/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
02021R0982 — MT — 10.03.2025 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/982 tas-17 ta’ Ġunju 2021 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta mit-Trichoderma reesei CBS 122001 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer u t-tjur (detentur tal-awtorizzazzjoni: ►M1 AB Enzymes Finland Oy ◄ ), u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 277/2010, (UE) Nru 891/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 886/2011 (ĠU L 216 18.6.2021, p. 139) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/316 tas-17 ta’ Frar 2025 |
L 316 |
1 |
18.2.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/982
tas-17 ta’ Ġunju 2021
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta mit-Trichoderma reesei CBS 122001 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer u t-tjur (detentur tal-awtorizzazzjoni: ►M1 AB Enzymes Finland Oy ◄ ), u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 277/2010, (UE) Nru 891/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 886/2011
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta mit-Trichoderma reesei CBS 122001 speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hi mġedda, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Artikolu 3
Ir-Regolamenti (UE) Nru 277/2010, (UE) Nru 891/2010, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 886/2011 jitħassru.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
Unitajiet ta’ attività kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||
Kategorija: Addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà. |
|||||||||
4a12 |
►M1 AB Enzymes Finland Oy ◄ |
6-fitażi (KE 3.1.3.26) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni tas-6-fitażi (KE 3.1.3.26) prodotta mit-Trichoderma reesei CBS 122001 b’attività minima ta’ Forma solida: 40 000 PPU (1)/g Forma likwida: 10 000 PPU/g --------------------------------- Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 6-fitażi (KE 3.1.3.26) prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 122001) ----------------------------------- Metodu analitiku (2) Metodu kolorimetriku li jikkwantifika l-attività tas-6-fitażi billi jkejjel il-fosfat inorganiku rilaxxat mis-fitat tas-sodju billi janalizza l-kulur iffurmat bit-tnaqqis ta’ kumpless ta’ fosfomolibdat. |
Tjur tal-irziezet għas-simna u t-tgħammir Ħnieżer |
- |
250 PPU |
- |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana għandhom jiġu indikati. 2. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż b’protezzjoni għan-nifs. |
It-8 ta’ Lulju 2031 |
Tjur tal-irziezet tal-bajd |
125 PPU |
||||||||
(1)
1 PPU huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 1 μmol ta’ fosfat inorganiku mill-fitat tas-sodju fil-minuta f’pH = 5,0 u 37 °C.
(2)
Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports |