This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02021R0821-20230112
Regulation (EU) 2021/821 of the European Parliament and of the Council of 20 May 2021 setting up a Union regime for the control of exports, brokering, technical assistance, transit and transfer of dual-use items (recast)
Consolidated text: Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (riformulazzjoni)
Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (riformulazzjoni)
02021R0821 — MT — 12.01.2023 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2021/821 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Mejju 2021 (ĠU L 206 11.6.2021, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1 tal-20 ta’ Ottubru 2021 |
L 3 |
1 |
6.1.2022 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/699 tat-3 ta’ Mejju 2022 |
L 130I |
1 |
4.5.2022 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/66 tal-21 ta’ Ottubru 2022 |
L 9 |
1 |
11.1.2023 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2021/821 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Mejju 2021
li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (riformulazzjoni)
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta' oġġetti b'użu doppju.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“oġġetti b'użu doppju” tfisser oġġetti, inklużi s-software u t-teknoloġija, li jistgħu jintużaw kemm għal skopijiet ċivili kif ukoll dawk militari, u tinkludi l-oġġetti li jistgħu jintużaw għad-disinn, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta' armi nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi u l-mezz ta' twassil tagħhom, inkluża l-merkanzija kollha li tista' tintuża kemm għal użu mhux splussiv kif ukoll għal assistenza fi kwalunkwe mod fil-manifattura ta' armi nukleari jew apparat splussiv nukleari oħrajn;
“esportazzjoni” tfisser:
proċedura ta' esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 269 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni;
esportazzjoni mill-ġdid fis-sens tal-Artikolu 270 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni; esportazzjoni mill-ġdid tokkorri wkoll jekk, matul it-transitu mit-territorju doganali tal-Unjoni skont il-punt (11) ta' dan l-Artikolu, għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għax tkun inbidlet id-destinazzjoni finali tal-oġġetti;
proċedura ta' pproċessar passiv skont it-tifsira tal-Artikolu 259 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni; jew
it-trażmissjoni ta' software jew teknoloġija permezz ta' mezzi elettroniċi, inklużi l-fax, it-telefon, il-posta elettronika jew kwalunkwe mezz elettroniku ieħor lejn destinazzjoni barra mit-territorju doganali tal-Unjoni; tinkludi li t-tqegħid għad-dispożizzjoni, f'forma elettronika, ta' tali software u teknoloġija għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew għal sħubijiet barra mit-territorju doganali tal-Unjoni; tinkludi wkoll it-trażmissjoni orali tat-teknoloġija meta t-teknoloġija hija deskritta fuq mezz ta' trażmissjoni vokali;
“esportatur” tfisser:
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe sħubija li, fil-ħin meta d-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni jew id-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ hija aċċettata, hija d-detentur tal-kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz u għandha s-setgħa li tiddetermina jekk l-oġġett jintbagħatx barra t-territorju doganali tal-Unjoni; fejn ma kien konkluż l-ebda kuntratt jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jaġixxix għan-nom tiegħu, esportatur tfisser il-persuna li għandha s-setgħa li tiddetermina jekk l-oġġetti jintbagħtux barra t-territorju doganali tal-Unjoni; jew
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe sħubija li tiddeċiedi li tittrażmetti software jew teknoloġija permezz ta' mezzi elettroniċi, inklużi l-fax, it-telefon, il-posta elettronika jew kwalunkwe mezz elettroniku ieħor lejn destinazzjoni barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew tagħmel disponibbli f'forma elettronika tali software u teknoloġija lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew sħubijiet barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.
Fejn il-benefiċċju ta’ dritt li tiddisponi minn oġġetti b’użu doppju jappartjeni lil persuna stabbilita barra t-territorju doganali tal-Unjoni skont il-kuntratt li fuqu hija bbażata l-esportazzjoni, l-esportatur għandu jitqies li huwa l-parti kontraenti residenti jew stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni;
fejn il-punt (a) jew (b ma japplikax, kwalunkwe persuna fiżika li twassal l-oġġetti b'użu doppju għall-esportazzjoni fejn dawn l-oġġetti b'użu doppju jkunu jinsabu fil-bagalji personali tal-persuna skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 1(19) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 ( 1 );
“dikjarazzjoni ta' esportazzjoni” tfisser l-att li permezz tiegħu kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe sħubija tindika, fil-forma u l-manjiera preskritti, ix-xewqa li tqiegħed l-oġġetti b'użu doppju speċifikati fil-punt (1) taħt proċedura ta' esportazzjoni;
“dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid” tfisser l-att skont it-tifsira tal-Artikolu 5(13) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni;
“dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ” tfisser l-att skont it-tifsira tal-Artikolu 5(10) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni;
“servizzi ta' senserija” tfisser:
in-negozjar jew l-organizzazzjoni ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-forniment ta' oġġetti b'użu doppju minn pajjiż terz għal kwalunkwe pajjiż terz ieħor; jew
il-bejgħ jew ix-xiri ta' oġġett b'użu doppju li jinsabu f'pajjiżi terzi għat-trasferiment tagħhom lejn pajjiż terz ieħor.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-forniment uniku ta’ servizzi anċillari huwa eskluża minn din id-definizzjoni. Is-servizzi anċillari huma t-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni jew ir-riassigrazzjoni, jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali;
“sensar” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe sħubija li tforni servizzi ta' senserija mit-territorju doganali tal-Unjoni fit-territorju ta' pajjiż terz;
“assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trażmissjoni ta' tagħrif jew ħiliet prattiċi jew servizzi ta' konsulenza, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi kif ukoll bit-telefon jew bi kwalunkwe forma verbali ta' assistenza oħra;
“fornitur ta' assistenza teknika” tfisser:
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe sħubija li tforni assistenza teknika mit-territorju doganali tal-Unjoni fit-territorju doganali ta' pajjiż terz;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru li tforni assistenza teknika fit-territorju ta' pajjiż terz; jew
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru li tforni assistenza teknika lil resident ta' pajjiż terz temporanjament preżenti fit-territorju doganali tal-Unjoni;
“transitu” tfisser it-trasport ta' oġġetti b'użu doppju mhux tal-Unjoni li jidħlu jew jgħaddu mit-territorju doganali tal-Unjoni b'destinazzjoni barra mit-territorju doganali tal-Unjoni meta tali oġġetti:
jitqiegħdu taħt proċedura ta' transitu estern skont l-Artikolu 226 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u li jgħaddu biss mit-territorju doganali tal-Unjoni;
huma trasbordati f'żona ħielsa, jew esportati mill-ġdid direttament minnha;
huma f'ħażna temporanja li huma esportati mill-ġdid direttament minn faċilità ta' ħażna temporanja; jew
ikunu ddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni fuq l-istess bastiment jew inġenju tal-ajru li jkun se joħroġhom mit-territorju mingħajr ma jitħattew;
“awtorizzazzjoni individwali ta' esportazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku wieħed għal utent finali jew destinatarju wieħed f'pajjiż terz u li tkopri oġġett b'użu doppju wieħed jew aktar;
“awtorizzazzjoni globali ta' esportazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku wieħed rigward tip jew kategorija ta' oġġetti b'użu doppju li tista' tkun valida għal esportazzjonijiet lejn utent finali speċifikat wieħed jew aktar u/jew f'pajjiż terz speċifikat wieħed jew aktar;
“awtorizzazzjoni ta' proġett kbir” tfisser awtorizzazzjoni individwali ta' esportazzjoni jew awtorizzazzjoni globali ta' esportazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku wieħed rigward tip jew kategorija ta' oġġetti b'użu doppju li tista' tkun valida għal esportazzjonijiet lejn utent finali speċifikat wieħed jew aktar f'pajjiż terz speċifikat wieħed jew aktar għal finijiet ta' proġett fuq skala kbira speċifiku;
“awtorizzazzjoni ġenerali ta' esportazzjoni tal-Unjoni” tfisser awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni għall-esportazzjonijiet lejn ċerti pajjiżi ta' destinazzjoni disponibbli għall-esportaturi kollha li jirrispettaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti elenkati fit-Taqsimiet A sa H tal-Anness II;
“awtorizzazzjoni ġenerali ta' esportazzjoni nazzjonali” tfisser awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni definita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 12(6) u t-Taqsima C tal-Anness III;
“territorju doganali tal-Unjoni” tfisser it-territorju doganali fit-tifsira tal-Artikolu 4 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni;
“oġġetti b'użu doppju mhux tal-Unjoni” tfisser oġġetti li għandhom l-istatus ta' merkanzija mhux tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 5(24) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni;
“embargo fuq l-armi” tfisser embargo fuq l-armi impost minn deċiżjoni jew minn pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill jew minn deċiżjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) jew embargo fuq l-armi impost minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonalitajiet Uniti;
“oġġetti ta' sorveljanza ċibernetika” tfisser oġġetti b'użu doppju ddisinjati speċifikament biex jippermettu s-sorveljanza bil-moħbi ta' persuni fiżiċi permezz ta' monitoraġġ, estrazzjoni, ġbir jew analiżi ta' data minn sistemi ta' informazzjoni u telekomunikazzjonijiet;
“programm intern ta' konformità” jew “ICP” tfisser politiki u proċeduri effikaċi, adegwati u proporzjonati li jkunu għaddejjin adottati mill-esportaturi biex jiffaċilita l-konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-objettivi ta' dan ir-Regolament kif ukoll mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet implimentati fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, inklużi, fost affarijiet oħra, miżuri ta' diliġenza dovuta li jivvalutaw ir-riskji relatati mal-esportazzjoni tal-oġġetti lejn l-utenti finali u l-użi finali;
“tranżazzjoni essenzjalment identika” tfisser tranżazzjoni li tikkonċerna oġġetti b'parametri jew b'karatteristiċi tekniċi essenzjalment identiċi u li jinvolvu l-istess utent finali jew destinatarju bħal tranżazzjoni oħra.
KAPITOLU II
KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Artikolu 3
Artikolu 4
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju mhux elenkati fl-Anness I jekk l-esportatur kien informat mill-awtorità kompetenti li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment:
għal użu relatat mal-iżvilupp, il-produzzjoni, il-maniġġ, it-tħaddim, il-manutenzjoni, il-ħżin, ir-rilevament, l-identifikazzjoni jew id-disseminazzjoni ta' armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, il-produzzjoni, il-manutenzjoni jew il-ħżin ta' missili li kapaċi jwasslu armi bħal dawn;
għal użu finali militari jekk il-pajjiż xerrej jew il-pajjiż ta' destinazzjoni jkun suġġett għal embargo fuq l-armi.; għall-finijiet ta' dan il-punt, 'użu finali militari' tfisser:
l-inkorporazzjoni fl-oġġetti militari elenkati fil-lista militari tal-Istati Membri;
l-użu ta' tagħmir ta' produzzjoni, ittestjar jew analiżi jew komponenti tiegħu, għal finijiet ta' żvilupp, produzzjoni jew manutenzjoni ta' oġġetti militari elenkati fil-lista militari tal-Istati Membri; jew
l-użu ta' kwalunkwe prodotti mhux lesti f'impjant għall-produzzjoni ta' oġġetti militari elenkati fil-lista militari tal-Istati Membri;
għall-użu bħala partijiet jew komponenti ta' oġġetti militari elenkati fil-lista militari nazzjonali li kienu esportati mit-territorju ta' Stat Membru mingħajr awtorizzazzjoni jew bi ksur ta' awtorizzazzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.
Artikolu 5
Artikolu 6
Artikolu 7
L-awtorità kompetenti tista' timponi l-obbligu ta' awtorizzazzjoni lill-persuna fiżika jew ġuridika jew is-sħubija li hija d-detentur tal-kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz u għandha s-setgħa li tiddetermina jekk l-oġġetti jintbagħtux billi jgħaddu mit-territorju doganali tal-Unjoni.
Jekk il-persuna fiżika jew ġuridika jew is-sħubija mhijiex residenti jew stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti tista' timponi l-obbligu ta' awtorizzazzjoni:
lid-dikjarant skont it-tifsira tal-Artikolu 5(15) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni;
lit-trasportatur skont it-tifsira tal-Artikolu 5(40) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni; jew
lill-persuna fiżika li twassal l-oġġetti b'użu doppju fi transitu meta dawn l-oġġetti b'użu doppju jkunu jinsabu fil-bagalji personali ta' dik il-persuna.
Artikolu 8
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk l-assistenza teknika:
hija fornuta fi ħdan jew fuq it-territorju ta' pajjiż elenkat fil-Parti 2 tat-Taqsima A tal-Anness II, jew lejn resident ta' pajjiż elenkat fil-Parti 2 tat-Taqsima A tal-Anness II;
tieħu l-forma ta' trasferiment ta' informazzjoni li tinsab l-isfera pubblika jew tikkostitwixxi riċerka xjentifika bażika fi ħdan it-tifsira tan-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija jew tan-Nota dwar it-Teknoloġija Nukleari stabbiliti fl-Anness I;
hija fornuta mill-awtoritajiet jew mill-aġenziji ta' Stat Membru fil-kuntest tal-kompiti uffiċjali tagħhom;
hija fornuta għall-forzi armati ta' Stat Membru abbażi tal-kompiti assenjati lilhom;
hija fornuta għal skop iċċitat fl-eċċezzjonijiet għall-oġġetti tas-Sistema ta' Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (MTCR) fl-Anness IV; jew
tikkostitwixxi l-minimu neċessarju għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) jew it-tiswija ta' tali oġġetti li għalihom tkun inħarġet awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni.
Artikolu 9
Artikolu 10
Artikolu 11
Stat Membru jista' jimponi obbligu ta' awtorizzazzjoni għat-trasferiment ta' oġġetti b'użu doppju oħrajn mit-territorju tiegħu għal Stat Membru ieħor f'każijiet li fihom fil-mument tat-trasferiment:
l-operatur jew l-awtorità kompetenti jaf/taf li d-destinazzjoni finali tal-oġġetti kkonċernati hija barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;
l-esportazzjoni ta' dawk l-oġġetti għad-destinazzjoni finali hija suġġetta għal obbligu ta' awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 3, 4, 5, 9 jew 10 fl-Istat Membru li minnu l-oġġetti għandhom ikunu trasferiti, u esportazzjoni bħal din direttament mit-territorju tiegħu mhijiex awtorizzata minn awtorizzazzjoni ġenerali jew globali; u
ma għandhom jitwettqu l-ebda pproċessar jew xogħol kif definit fl-Artikolu 60(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fuq l-oġġetti fl-Istat Membru li għandhom ikunu trasferiti lejh.
KAPITOLU III
AWTORIZZAZZJONI TA' ESPORTAZZJONI U AWTORIZZAZZJONI GĦAL SERVIZZI TA' SENSERIJA U ASSISTENZA TEKNIKA
Artikolu 12
It-tipi ta' awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni li ġejjin jistgħu jinħarġu jew huma stabbiliti skont dan ir-Regolament:
awtorizzazzjonijiet individwali ta' esportazzjoni;
awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni;
awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni nazzjonali;
awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet ta' ċerti oġġetti lejn ċerti destinazzjonijiet f'ċirkostanzi u rekwiżiti speċifiċi għall-użu kif stabbiliti fit-Taqsima A sa H tal-Anness II.
L-awtorizzazzjonijiet maħruġa jew stabbiliti skont dan ir-Regolament għandhom ikunu validi fit-territorju doganali tal-Unjoni kollu.
Mingħajr preġudizzju għall-punt (3) tal-Artikolu 2, meta l-esportatur mhuwiex residenti jew stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtorizzazzjonijiet individwali ta' esportazzjoni għandhom jingħataw fl-ambitu ta' dan ir-Regolament mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu l-oġġetti b'użu doppju.
L-awtorizzazzjonijiet individwali u globali kollha ta' esportazzjoni għandhom jinħarġu, meta jkun possibbli, b'mezzi elettroniċi fuq formoli li fihom tal-inqas l-elementi kollha tal-mudelli stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness III u fl-ordni prevista f'tali mudelli.
L-awtorizzazzjonijiet ta' proġett kbir għandhom ikunu validi għal żmien li jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti, iżda mhux itwal minn erba' snin, għajr f'ċirkostanzi debitament ġustifikati skont iż-żmien kemm idum il-proġett.
L-awtorizzazzjonijiet individwali ta' esportazzjoni għandhom ikunu suġġetti għal dikjarazzjoni ta' użu finali. L-awtorità kompetenti tista' teżenta ċerti applikazzjonijiet mill-obbligu li jfornu dikjarazzjoni ta' użu finali. L-awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni jistgħu jkunu suġġetti, jekk opportun, għal dikjarazzjoni ta' użu finali.
L-esportaturi li jużaw awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni għandhom jimplimentaw ICP għajr jekk l-awtorità kompetenti tqisu mhux neċessarju minħabba informazzjoni oħra li tkun ħadet kont tagħha hija u tipproċessa l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni globali ta' esportazzjoni ppreżentata mill-esportatur.
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti ta' rapportar u tal-ICPs relatati mal-użu tal-awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni.
Fuq talba tal-esportaturi, l-awtorizzazzjonijiet globali ta' esportazzjoni li jinkludu limitazzjonijiet kwantitattivi għandhom jinqasmu f'partijiet.
L-awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni nazzjonali:
għandhom jeskludu mill-ambitu tagħhom oġġetti elenkati fit-Taqsima I tal-Anness II;
għandhom jiġu definiti mil-liġi jew mill-prassi nazzjonali; jistgħu jintużaw mill-esportaturi kollha, residenti jew stabbiliti fi Stat Membru li joħroġ dawk l-awtorizzazzjonijiet, jekk jissodisfaw l-obbligi mniżżlin f'dan ir-Regolament u fil-leġiżlazzjoni nazzjonali komplementari; jinħarġu skont l-indikazzjonijiet imniżżlin fil-Taqsima C tal-Anness III;
ma għandhomx jintużaw jekk l-esportatur kien infurmat mill-awtorità kompetenti li l-oġġetti b'użu doppju inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intenzjonati, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu minn dawk imsemmija fl-Artikolu 4(1), jew jekk l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti huma intenzjonati għal tali użi.
L-awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni nazzjonali jistgħu japplikaw ukoll għal oġġetti u destinazzjonijiet elenkati fit-Taqsimiet A sa H tal-Anness II.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni ġenerali ta' esportazzjoni nazzjonali maħruġa jew modifikata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn in-notifiki fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-esportaturi li ġew ipprojbiti milli jużaw awtorizzazzjoni ġenerali ta' esportazzjoni tal-Unjoni, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li l-esportatur mhux se jipprova jesporta oġġetti b'użu doppju minn Stat Membru ieħor. L-iskambju tal-informazzjoni għandha ssir permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 23(6).
Artikolu 13
L-awtorizzazzjonijiet għall-assistenza teknika għandhom jidentifikaw b'mod ċar l-utent finali u l-lok eżatt tal-utent finali.
L-awtorizzazzjonijiet kollha għandhom ikunu validi fit-territorju doganali tal-Unjoni kollu.
Artikolu 14
Jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni fi żmien 10 ijiem ta' xogħol, jitqies li l-Istati Membri kkonsultati ma kellhomx oġġezzjoni.
F'każijiet eċċezzjonali, kwalunkwe Stat Membru kkonsultat jista' jitlob il-proroga tal-perjodu ta' 10 ijiem. Madankollu, il-proroga ma tistax taqbeż it-30 jum ta' xogħol.
Artikolu 15
F'deċiżjoni ta' jekk għandhiex tingħata jew le awtorizzazzjoni jew jekk jiġix ipprojbit transitu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kunsiderazzjonijiet, rilevanti kollha fosthom:
l-obbligi u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-obbligi u l-impenji li kull wieħed minnhom aċċetta bħala membru tar-reġimi internazzjonali ta' nonproliferazzjoni u tal-arranġamenti fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjonijiet rilevanti jew b'segwitu għar-ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti;
l-obbligi tagħhom skont is-sanzjonijiet imposti minn deċiżjoni jew pożizzjoni komuni adottati mill-Kunsill jew minn deċiżjoni tal-OSKE jew minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;
kunsiderazzjonijiet ta' politika barranija u ta' sigurtà nazzjonali, inkluż dawk koperti mill-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK;
kunsiderazzjonijiet dwar l-użu finali intenzjonat u r-riskju ta' devjazzjoni.
Artikolu 16
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonsultati għandhom jgħarrfu, fi żmien 10 ijiem ta' xogħol, jekk iqisux it-tranżazzjoni inkwistjoni bħala tranżazzjoni essenzjalment identika. Jekk fi żmien 10 ijiem ta' xogħol ma tkun waslet l-ebda reazzjoni, jitqies li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonsultati ma jqisux it-tranżazzjoni inkwistjoni bħala tranżazzjoni essenzjalment identika.
Jekk tkun meħtieġa aktar informazzjoni għal finijiet ta' evalwazzjoni korretta tat-tranżazzjoni inkwistjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jaqblu dwar il-proroga ta' tali perjodu ta' 10 ijiem. Madankollu, il-proroga ma tistax taqbeż it-30 jum ta' xogħol.
Jekk, wara konsultazzjoni bħal din, l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti awtorizzazzjoni jew tippermetti t-transitu, għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, u tforni l-informazzjoni rilevanti kollha biex tispjega d-deċiżjoni.
KAPITOLU IV
MODIFIKA TAL-LISTI TA' OĠĠETTI B'UŻU DOPPJU U TA' DESTINAZZJONIJIET
Artikolu 17
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex timmodifika l-listi ta' oġġetti b'użu doppju stabbiliti fl-Annessi I u IV, kif ġej:
il-lista ta' oġġetti b'użu doppju mniżżla fl-Anness I għandha tkun modifikata f'konformità mal-obbligi u mal-impenji rilevanti, u kwalunkwe modifika tagħhom, li l-Istati Membri u, meta jkun applikabbli, l-Unjoni jkunu aċċettaw bħala membri tar-reġimi internazzjonali ta' nonproliferazzjoni u tal-arranġamenti fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjonijiet, jew b'segwitu għar-ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti;
fejn il-modifika tal-Anness I tikkonċerna oġġetti b'użu doppju elenkati wkoll fl-Anness II jew IV, dawk l-Annessi għandhom jiġu modifikati konsegwentement.
Artikolu 18
Artikolu 19
Artikolu 20
Il-lista ta' oġġetti b'użu doppju stabbilita fl-Anness IV, li hu subsett tal-Anness I, għandha tiġi aġġornata b'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 36 tat-TFUE, jiġifieri l-interessi fil-materja tal-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika tal-Istati Membri.
KAPITOLU V
PROĊEDURI DOGANALI
Artikolu 21
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe setgħat attribwiti u li ġejjin mill-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, Stat Membru jista' wkoll, għal perjodu li ma jeċċedix il-perjodi msemmija fil-paragrafu 4, jissospendi l-proċess ta' esportazzjoni mit-territorju tiegħu, jew, jekk meħtieġ, b'mod ieħor jipprevjeni l-oġġetti b'użu doppju li huma jew li mhumiex koperti minn awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni valida milli joħorġu mill-Unjoni permezz tat-territorju tiegħu, jekk għandu:
raġunijiet biex jissuspetta li:
meta ngħatat l-awtorizzazzjoni ma tteħidx kont ta' informazzjoni rilevanti; jew
iċ-ċirkostanzi nbidlu sostanzjalment minn meta ngħatat l-awtorizzazzjoni; jew
informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-applikazzjoni potenzjali tal-miżuri mniżżlin fl-Artikolu 4(1).
Artikolu 22
KAPITOLU VI
KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA, IMPLIMENTAZZJONI U EŻEKUZZJONI
Artikolu 23
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw bla dewmien lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi adottati fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi:
lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fdati bis-setgħa li:
il-miżuri msemmija fl-Artikolu 25(1).
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra u għandha tippubblika l-informazzjoni fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
F'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex ikunu stabbiliti kooperazzjoni diretta u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tar-reġim ta' kontroll tal-esportazzjonijiet tal-Unjoni u tkun żgurata l-konsistenza tal-implimentazzjoni konsistenti u effikaċi tal-eżekuzzjoni tal-kontroll fit-territorju doganali tal-Unjoni kollu. L-iskambju tal-informazzjoni jista' jinkludi:
data relatata mal-liċenzji rilevanti, fornuta għal kull awtorizzazzjoni maħruġa (pereżempju l-valur u t-tip ta' liċenzji u d-destinazzjonijiet relatati, l-għadd ta' utenti tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali);
informazzjoni addizzjonali li tirrigwarda l-applikazzjoni tal-kontrolli, inklużi l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-kriterji mniżżla fl-Artikolu 15(1), l-għadd ta' operaturi b'ICPs u, jekk disponibbli, id-data relatata mal-esportazzjonijiet ta' oġġetti b'użu doppju li saru fi Stati Membri oħra;
informazzjoni rigward l-analiżi li abbażi tagħha saru jew ġew ippjanati ż-żidiet fil-listi ta' kontroll nazzjonali skont l-Artikolu 9;
informazzjoni li tirrigwarda l-eżekuzzjoni tal-kontrolli, inklużi l-awditjar ibbażat fuq ir-riskji, id-dettalji tal-esportaturi miċħuda mid-dritt li jużaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali ta' esportazzjoni tal-Unjoni, u, jekk disponibbli, l-għadd ta' każijiet ta' ksur, sekwestru u l-applikazzjoni ta' pieni oħrajn;
data dwar utenti finali sensittivi, atturi involuti f'attivitajiet ta' akkwist suspetti, u, jekk disponibbli, ir-rotot użati.
Artikolu 24
Artikolu 25
Fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta' Koordinament tal-Eżekuzzjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw ukoll l-informazzjoni relatata mal-aħjar prattiki tal-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni fir-rigward tal-awditjar ibbażat fuq ir-riskji, it-tiftix u l-prosekuzzjoni tal-esportazzjonijiet mhux awtorizzati ta' oġġetti b'użu doppju u/jew l-eventwali ksur ieħor ta' dan ir-Regolament u/jew tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.
L-iskambju tal-informazzjoni fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta' Koordinament tal-Eżekuzzjoni għandu jkun kunfidenzjali.
KAPITOLU VII
TRASPARENZA, KOMUNIKAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI
Artikolu 26
Ir-rapport annwali għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet, (b'mod partikolari l-għadd u l-valur skont it-tipi ta' oġġetti u skont id-destinazzjonijiet fil-livelli tal-Unjoni u tal-Istati Membri) iċ-ċaħdiet u l-projbizzjonijiet fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni dwar l-amministrazzjoni (b'mod partikolari relatata mal-persunal, il-konformità u l-attivitajiet ta' komunikazzjoni, l-istrumenti speċifiċi fil-qasam tal-ħruġ ta' liċenzji u tal-klassifikazzjoni), u l-eżekuzzjoni tal-kontrolli (b'mod partikolari l-għadd ta' każijiet ta' ksur u ta' pieni).
Għal dak li għandu x'jaqsam mal-oġġetti ta' sorveljanza ċibernetika, ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni speċifika dwar l-awtorizzazzjoni, b'mod partikolari dwar l-għadd ta' applikazzjonijiet li waslu għal kull oġġett, l-Istat Membru li ħariġhom u d-destinazzjonijiet ikkonċernati minn dawk l-applikazzjonijiet, u dwar id-deċiżjonijiet meħuda dwar dawk l-applikazzjonijiet.
L-informazzjoni li tinsab fir-rapport annwali għandha tkun ippreżentata f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 3.
Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni linji gwida dwar il-metodoloġija użata għall-ġbir u għall-ipproċessar tad-data għat-tħejjija tar-rapport annwali, inkluża d-determinazzjoni tat-tipi ta' oġġetti u d-disponibbiltà tad-data relatata mal-eżekuzzjoni.
KAPITOLU VIII
MIŻURI TA' KONTROLL
Artikolu 27
L-esportaturi ta' oġġetti b'użu doppju għandhom iżommu reġistri jew dokumentazzjoni dettaljati tal-esportazzjonijiet tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prassi nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri rispettivi. Tali reġistri jew dokumentazzjoni għandhom jinkludu b'mod partikolari dokumenti kummerċjali, bħal fatturi, manifesti, dokumenti ta' trasport u ta' konsenja oħrajn li jinkludu informazzjoni suffiċjenti biex dawn li ġejjin ikunu identifikati:
id-deskrizzjoni tal-oġġetti b'użu doppju;
il-kwantità tal-oġġetti b'użu doppju;
l-isem u l-indirizz tal-esportatur u tad-destinatarju;
jekk magħruf, l-użu finali u l-utent finali tal-oġġetti b'użu doppju.
Artikolu 28
Sabiex ikun żgurat li dan ir-Regolament jiġi applikat kif suppost, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu jistgħu:
jiġbru informazzjoni fuq kwalunkwe ordni jew tranżazzjoni li tinvolvi oġġetti b'użu doppju;
jistabbilixxu jekk l-miżuri ta' kontroll tal-esportazzjonijiet ġewx applikati korrettament, li jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, is-setgħa ta' spezzjoni tal-postijiet ta' persuni b'interess fi tranżazzjoni ta' esportazzjoni jew ta' sensara involuti fil-forniment ta' servizzi ta' senserija fiċ-ċirkostanzi mniżżla fl-Artikolu 6, jew tal-fornituri ta' assistenza teknika fiċ-ċirkostanzi mniżżla fl-Artikolu 8.
KAPITOLU IX
KOOPERAZZJONI MAL-PAJJIŻI TERZI
Artikolu 29
Id-djalogi jistgħu jsostnu l-kooperazzjoni regolari u reċiproka mal-pajjiżi terzi, inklużi l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki, kif ukoll l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u l-attivitajiet ta' komunikazzjoni indirizzati lill-pajjiżi terzi. Id-djalogi jistgħu wkoll jinkoraġġixxu r-rispett min-naħa tal-pajjiżi terzi ta' kontrolli sodi tal-esportazzjonijiet żviluppati mir-reġimi multilaterali fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjonijiet bħala mudell għall-aħjar prattika internazzjonali.
Dawn in-negozjati għandhom jitmexxew skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 207(3) TFUE u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont il-każ.
KAPITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 30
Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2015 li tissupplimenta d-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE.
Artikolu 31
Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 huwa mħassar.
Madanakollu, għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni magħmula qabel is-9 ta' Settembru 2021, għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 32
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-disgħin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
LISTA TA’ OĠĠETTI B'UŻU DOPPJU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 TA’ DAN IR-REGOLAMENT
Il-lista ta’ oġġetti b’użu doppju li tinsab f’dan l-Anness timplimenta l-ftehimiet internazzjonali dwar il-kontrolli tal-oġġetti b’użu doppju, partikolarment il-Grupp Awstralja ( 4 ), is-Sistema ta’ Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (MTCR) ( 5 ), il-Grupp ta' Fornituri Nukleari (NSG) ( 6 ), il-Ftehim ta' Wassenaar ( 7 ) u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC) ( 8 ).
WERREJ |
|
Parti I |
Noti Ġenerali, Akronimi u Abbrevjazzjonijiet, u Definizzjonijiet |
Parti II - Kategorija 0 |
Materjali, faċilitajiet u tagħmir nukleari |
Parti III - Kategorija 1 |
Materjali speċjali u tagħmir relatat |
Parti IV - Kategorija 2 |
L-ipproċessar ta' materjali |
Parti V - Kategorija 3 |
Elettronika |
Parti VI - Kategorija 4 |
Kompjuters |
Parti VII - Kategorija 5 |
Telekomunikazzjoni u “sigurtà tal-informazzjoni” |
Parti VIII - Kategorija 6 |
Sensuri u lasers |
Parti IX - Kategorija 7 |
Navigazzjoni u avjonika |
Parti X - Kategorija 8 |
Materjal tal-baħar |
Parti XI - Kategorija 9 |
Ajruspazju u propulsjoni |
PARTI I
Noti Ġenerali, Akronimi, Abbrevjazzjonijiet u Definizzjonijiet
NOTI ĠENERALI GĦALL-ANNESS I
1. Għall-kontroll ta’ oġġetti li huma mfasslin jew immodifikati għall-użu militari, ara l-lista/listi rilevanti dwar il-kontrolli fuq il-merkanzija militari miżmuma mill-Istati Membri individwali tal-UE. Ir-referenzi f’dan l-Anness li jiddikjaraw “ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI” jirreferu għall-istess listi.
2. Jenħtieġ li l-iskop tal-kontrolli msemmija f’dan l-Anness ma jintilifx permezz tal-esportazzjoni ta’ oġġetti mhux ikkontrollati (inklużi pjanti) li fihom komponent ikkontrollat jew aktar meta l-komponent jew il-komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jistgħu faċilment jitneħħew jew jintużaw għal skopijiet oħrajn.
N.B. Meta jiġi vvalutat jekk il-komponent jew il-komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, huwa meħtieġ li jintiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-għarfien espert teknoloġiku involuti, kif ukoll jintiżnu ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu li l-komponent jew il-komponenti kkontrollati huma l-element prinċipali tal-oġġetti li jkunu qed jiġu akkwistati.
3. L-oġġetti speċifikati f’dan l-Anness jinkludu oġġetti kemm ġodda kif ukoll użati.
4. F’xi każijiet is-sustanzi kimiċi huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal kimiki tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri tas-CAS huma murija sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta’ kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri tas-CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tal-kimika elenkata għandhom numri tas-CAS differenti, u t-taħlitiet li jkollhom xi kimika elenkata jista’ jkollhom ukoll numri tas-CAS differenti.
NOTA DWAR IT-TEKNOLOĠIJA NUKLEARI (NTN)
(Għandha tinqara flimkien mat-Taqsima E tal-Kategorija 0.)
It-“teknoloġija” direttament assoċjata ma’ kull oġġett ikkontrollat fil-Kategorija 0 hi kkontrollata skont id-dispożizzjonijiet tal-Kategorija 0.
“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti taħt kontroll tibqa’ taħt kontroll anki meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ikkontrollati.
L-approvazzjoni ta' oġġetti għall-esportazzjoni tawtorizza wkoll l-esportazzjoni lill-istess utent finali tat-“teknoloġija” minima meħtieġa għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni u t-tiswija tal-oġġetti.
Il-kontrolli fuq it-trasferiment ta’ “teknoloġija” ma japplikawx għal informazzjoni “fl-isfera pubblika” jew għal “riċerka xjentifika bażika”.
NOTA ĠENERALI DWAR IT-TEKNOLOĠIJA (NĠT)
(Għandha tinqara flimkien mat-taqsima E tal-Kategoriji minn 1 sa 9.)
L-esportazzjoni tat-“teknoloġija” li hi “meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” tal-oġġetti li jaqgħu taħt kontroll fil-Kategoriji minn 1 sa 9, hija kkontrollata skont id-dispożizzjonijiet tal-Kategoriji minn 1 sa 9.
“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti taħt kontroll tibqa’ taħt kontroll anki meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ikkontrollati.
Il-kontrolli ma japplikawx għal dik it-“teknoloġija” li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) jew it-tiswija ta’ dawk l-oġġetti li mhumiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata.
Nota : Dawn ma jeżentawx lit-“teknoloġija” speċifikata f'1E002.e., 1E002.f., 8E002.a. u 8E002.b.
Il-kontrolli fuq it-trasferiment ta' “teknoloġija” ma japplikawx għall-informazzjoni “fl-isfera pubblika”, għal “riċerka xjentifika bażika” jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet għal privattivi.
NOTA DWAR IS-SOFTWARE NUKLEARI (NSN)
(Din in-nota tipprevali fuq kwalunkwe kontroll fit-Taqsima D tal-Kategorija 0)
It-Taqsima D tal-Kategorija 0 ta’ din il-lista ma tikkontrollax is-“software” li huwa l-kodiċi tal-oġġett minimu neċessarju għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (l-iċċekkjar) jew it-tiswija ta’ dawn l-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata.
L-approvazzjoni ta' prodotti għall-esportazzjoni tawtorizza wkoll l-esportazzjoni lill-istess utent finali tal-“kodiċi tal-oġġett” minimu neċessarju għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (l-iċċekkjar) jew it-tiswija tal-prodotti
Nota : In-Nota dwar is-Software Nukleari ma teżentax is-“software” speċifikat fil-Kategorija 5, Parti 2 (“Sigurtà tal-Informazzjoni”).
NOTA ĠENERALI DWAR IS-SOFTWARE (GSN)
(Din in-nota tipprevali fuq kwalunkwe kontroll fit-taqsima D tal-Kategoriji 1 sa 9.)
Il-Kategoriji minn 1 sa 9 ta' din il-lista ma jikkontrollawx “software” li hu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
Ġeneralment ikun disponibbli għall-pubbliku billi:
Jinbiegħ minn ħażniet f'postijiet ta' bejgħ bl-imnut, mingħajr restrizzjoni, permezz ta’:
Tranżazzjonijiet fil-ħwienet;
Tranżazzjonijiet ta’ bejgħ bil-korrispondenza;
Tranżazzjonijiet elettroniċi; jew
Tranżazzjonijiet bit-telefon; u
Ikun iddisinjat għall-installazzjoni mill-utent mingħajr sostenn sostanzjali ulterjuri mill-fornitur;
Nota : L-entrata a. tan-Nota Ġenerali dwar is-Software ma teżentax is-“software” speċifikat fil-Kategorija 5, Parti 2 (“Sigurtà tal-Informazzjoni”).
“Fl-isfera pubblika”; jew
“Il-kodiċi tal-oġġett” minimu neċessarju għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (l-iċċekkjar) jew it-tiswija ta’ dawk l-oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata.
Nota : L-entrata c. tan-Nota Ġenerali dwar is-Software ma teżentax is-“software” speċifikat fil-Kategorija 5, Parti 2 (“Sigurtà tal-Informazzjoni”).
NOTA ĠENERALI “SIGURTÀ TAL-INFORMAZZJONI” (GENERAL “INFORMATION SECURITY” NOTE, GISN)
Jenħtieġ li oġġetti jew funzjonijiet ta' “sigurtà tal-informazzjoni” jitqiesu skont id-dispożizzjonijiet fil-Kategorija 5, Parti 2 anki jekk ikunu komponenti, “software” jew funzjonijiet ta' oġġetti oħra.
PRATTIKI EDITORJALI F’IL-ĠURNAL UFFIĊJALI TAL-UNJONI EWROPEA
F’konformità mar-regoli stabbiliti fil-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali, għat-testi bil-Malti ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:
It-test riprodott f’dan l-Anness isegwi l-prattika deskritta hawn fuq.
AKRONIMI U ABBREVJAZZJONIJIET UŻATI F’DAN L-ANNESS
Għall-akronimi u l-abbrevjazzjonijiet użati bħala termini definiti, ara “Definizzjonijiet ta' Termini użati f'dan l-Anness”.
AKRONIMI U ABBREVJAZZJONIJIET |
|
ABEC |
Kumitat tal-Inġiniera tal-Berings Annulari |
ABMA |
American Bearing Manufacturers Association |
ADC |
Konvertitur minn Analogu għal Diġitali |
AGMA |
Assoċjazzjoni Amerikana tal-Manifatturi tal-Gerijiet |
AHRS |
Sistemi ta’ Referenza tal-Attitudni u d-Direzzjoni |
AISI |
L-Istitut Amerikan tal-Ħadid u tal-Azzar |
ALE |
Epitassja b’Saff Atomiku |
ALU |
Unità tal-Loġika Aritmetika |
ANSI |
L-Istitut Amerikan tal-Istandards Nazzjonali |
APP |
L-Ogħla Rendiment Aġġustat |
APU |
Unità ta’ Qawwa Awżiljarja |
ASTM |
Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u għall-Materjali |
ATC |
Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru |
BJT |
Tranżisters Bipolari b’Ġonta |
BPP |
Prodott ta’ Parametru b’Raġġ |
BSC |
Kontrollur tal-Istazzjoni Bażi |
CAD |
Disinjar Permezz tal-Kompjuter |
CAS |
Chemical Abstracts Service |
CCD |
Charge Coupled Device |
CDU |
Unitajiet ta’ Kontroll u Wiri |
CEP |
Żball Ċirkolari Probabbli |
CMM |
Magna li Tkejjel il-Koordinati |
CMOS |
Apparat Semikonduttur tal-Ossidu tal-Metall Komplimentari |
CNTD |
Depożizzjoni Termika b’Nukleazzjoni Kkontrollata |
CPLD |
Apparat Loġiku Programmabbli Kumpless |
CPU |
Unità Ċentrali tal-Ipproċessar |
CVD |
Depożitar Kimiku f’Fażi ta’ Fwar |
CW |
Gwerra Kimika |
CW (għal-lasers) |
Mewġa Kontinwa |
DAC |
Konvertitur minn Diġitali għal Analogu |
DANL |
Livell Medju tal-Ħoss Muri |
DBRN |
Navigazzjoni b’Referenzjar f’Bażijiet ta’ Data |
DDS |
Sintetizzatur Diġitali Dirett |
DMA |
Analiżi Mekkanika Dinamika |
DME |
Tagħmir li Jkejjel id-Distanza |
DMOSFET |
Tranżister b’Effett ta’ Kamp b’Semikonduttur Ossidumetalliku ta’ Diffużjoni |
DS |
Solidifikazzjoni Direzzjonali |
EB |
Pont li jisplodi |
EB-PVD |
Depożitar Fiżiku f’Fażi ta’ Fwar permezz ta’ Raġġ Elettroniku |
EBW |
Wajer Pont li Jisplodi |
ECAD |
Disinjar Elettroniku permezz tal-Kompjuter |
ECM |
Immaxinjar Elettrokimiku |
EDM |
Magni bi Skariku Elettriku |
EFI |
Inizjaturi ta’ Fojl li Jisplodi |
EIRP |
Qawwa Iżotropika Radjata Effettiva |
EMP |
Polz elettromanjetiku |
ENOB |
Għadd Effettiv ta’ Bits |
ERF |
Irfinar Elettroreoloġiku |
ERP |
Qawwa Radjata Effettiva |
ESD |
Skariku elettrostatiku |
ETO |
Tiristor Blukkabbli mill-Emittent |
ETT |
Tiristor Jixgħel bl-Elettriku |
UE |
L-Unjoni Ewropea |
EUV |
Ultravjola Estrem |
FADEC |
Kontroll Diġitali tal-Mutur b’Awtorità Sħiħa |
FFT |
Trasformata Rapida ta’ Fourier |
FPGA |
Arranġament ta’ Bibien Programmabbli mill-Utent |
FPIC |
Interkonnessjoni Programmabbli mill-Utent |
FPLA |
Arranġament Loġiku Programmabbli mill-Utent |
FPO |
Operazzjoni ta’ Punt li Jvarja |
FWHM |
Wisa' ta’ Nofs id-Daqs |
GAAFET |
Tranżister b’Effett ta’ Kamp Gate-All-Around |
GLONASS |
Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita |
GNSS |
Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita |
GPS |
Sistema ta’ Pożizzjonament Globali |
GSM |
Sistema Globali għall-Komunikazzjoni Mobbli |
GTO |
Tiristor Blukkabbli |
HBT |
Tranżisters Etero-Bipolari |
HDMI |
Interfaċċa Multimedjali b’Definizzjoni Għolja |
HEMT |
Tranżister b’Mobbiltà Għolja ta’ Elettroni |
ICAO |
Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali |
IEC |
Il-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali |
IED |
Apparat Esplożiv Improvviżat |
IEEE |
Istitut tal-Inġiniera Elettriċi u Elettroniċi |
IFOV |
Kamp tal-Viżjoni Istantanju |
IGBT |
Tranżister Bipolari bi Dħul Iżolat |
IGCT |
Tiristor Swiċċjati b’Ċirkwit Integrat |
IHO |
Organizzazzjoni Internazzjonali Idrografika |
ILS |
Sistema tal-Illandjar bl-Istrumenti |
IMU |
Unitajiet ta’ Kejl Inerzjali |
INS |
Sistema ta’ Navigazzjoni Inerzjali |
IP |
Protokoll tal-Internet |
IRS |
Sistema ta’ Referenza Inerzjali |
IRU |
Unità ta’ Referenza Inerzjali |
ISA |
Atmosfera Standard Internazzjonali |
ISAR |
Radar b’Apertura Sintetika bil-Maqlub |
ISO |
Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni |
ITU |
Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni |
JT |
Joule-Thomson |
LIDAR |
Detezzjoni u Kejl tad-Distanza bid-Dawl |
LIDT |
Limitu ta’ Danni Kkawżati minn Laser |
LOA |
Tul Totali |
LRU |
Unità Sostitwibbli fil-Post |
LTT |
Tiristur li Jiskatta bid-Dawl |
MLS |
Sistema tal-Illandjar b’Microwaves |
MMIC |
Ċirkwit Integrat Monolitiku b’Microwaves |
MOCVD |
Depożitar Kimiku f’Fażi ta’ Fwar ta’ Sustanza Organika Metallika |
MOSFET |
Tranżister b’Effett ta’ Kamp b’Semikonduttur Ossidumetalliku |
MPM |
Moduli tal-Qawwa b’Microwaves |
MRF |
Irfinar Manjetoreoloġiku |
MRF |
Daqs Minimu ta’ Element Riżolvibbli |
MRI |
Immaġnijiet tar-Reżonanza Manjetika |
MTBF |
Ħin Medju Bejn il-Ħsarat |
MTTF |
Ħin Medju sal-Ħsara |
NA |
Apertura Numerika |
NDT |
Ittestjar Mhux Distruttiv |
NEQ |
Kwantità Splussiva Netta |
NIJ |
National Institute of Justice |
OAM |
Operazzjonijiet, Amministrazzjoni jew Manutenzjoni |
OSI |
Interkonnessjoni ta’ Sistemi Miftuħa |
PAI |
Poliamidi-imidi |
PAR |
Radar ta’ Approċċ bi Preċiżjoni |
PCL |
Lokalizzazzjoni Koerenti Passiva |
PDK |
Kit tal-Proċess tad-Disinn |
PIN |
Numru tal-Identifikazzjoni Personali |
PMR |
Radju Mobbli Privat |
PVD |
Depożitar Fiżiku f’Fażi ta’ Fwar |
ppm |
partijiet għal kull miljun |
QAM |
Modulazzjoni tal-Amplitudni tal-Ikkwadrar |
QE |
Effiċjenza Kwantistika |
RAP |
Plażmi Atomiċi Reattivi |
RF |
Frekwenza tar-Radju |
rms |
għerq kwadrat medju |
RNC |
Kontrollur ta’ Network tar-Radju |
RNSS |
Sistema Reġjonali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita |
ROIC |
Ċirkwit Integrat tal-Qari |
S-FIL |
Litografija tal-Istampar Step and Flash |
SAR |
Radar b’Apertura Sintetika |
SAS |
Sonar b’Apertura Sintetika |
SC |
Monokristall |
SCR |
Rettifikatur Ikkontrallat bis-Siliċju |
SFDR |
Firxa Dinamika Ħielsa Falza |
SHPL |
Laser b’Qawwa Għolja Eċċezzjonali |
SLAR |
Radar fl-Ajru li Jiskennja Lateralment |
SOI |
Siliċju fuq Iżolatur |
SQUID |
Apparat ta’ Interferenza Kwantistika Superkonduttiv |
SRA |
Assemblaġġ Sostitwibbli fil-Laboratorju |
SRAM |
Memorja Statika b’Aċċess Każwali |
SSB |
Faxxa Laterali Unika |
SSR |
Radar Sekondarju ta’ Sorveljanza |
SSS |
Sonar li Jiskennja Lateralment |
TIR |
Qari Totali Indikat |
TVR |
Rispons ta’ Vultaġġ Trażmissiv |
u |
Unità ta’ Massa Atomika |
UPR |
Ripetibbiltà ta’ Pożizzjonament Unidirezzjonali |
UTS |
Saħħa Tensili Aħħarija |
UV |
Ultravjola |
VJFET |
Tranżister b’Effett ta’ Kamp b’Ġonta Vertikali |
VOR |
Skala Omnidirezzjonali ta’ Frekwenza Għolja Ħafna |
WHO |
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa |
WLAN |
Network ta’ Żona Lokali Wireless |
ID-DEFINIZZJONIJIET TAT-TERMINI UŻATI F’DAN L-ANNESS
Id-definizzjonijiet tat-termini bejn 'virgoletti singoli' jingħataw f'Nota Teknika mal-punt rilevanti.
Id-definizzjonijiet tat-termini bejn “virgoletti doppji” huma kif ġej:
N.B. Referenzi għall-kategorija jingħataw fil-parentesi wara t-terminu ddefinit.
“Preċiżjoni” (2 3 6 7 8), normalment imkejla f'termini ta' impreċiżjoni, tfisser id-devjazzjoni massima, pożittiva jew negattiva, ta' valur indikat minn standard aċċettat jew valur veru.
“Sistemi ta' kontroll attiv tat-titjir” (7) huma sistemi li jiffunzjonaw sabiex jipprevjenu ċaqliq jew tagħbijiet strutturali mhux mixtieqa ta' “inġenji tal-ajru” u ta' missili permezz tal-ipproċessar awtonomu tal-informazzjoni minn sensuri multipli sabiex wara jiġu pprovduti l-kmandi preventivi meħtieġa għall-kontroll awtomatiku.
“Pixel attiv” (6) hu element minimu (uniku) tal-arranġament tal-istat solidu li għandu funzjoni fotoelettrika ta' trasferiment meta jkun espost għar-radjazzjoni (elettromanjetika) mid-dawl.
“L-Ogħla Rendiment Aġġustat” (4) hija l-ogħla rata aġġustata li fiha l-“kompjuters diġitali” jwettqu addizzjonijiet u multiplikazzjoni ta’ punt li jvarja ta’ 64-bit jew akbar, u tintwera f’TeraFLOPS Ponderati (WT) b’unitajiet ta’ 1012 operazzjoni aġġustati ta’ punt li jvarja kull sekonda.
N.B. Ara l-Kategorija 4, Nota Teknika.
“Inġenju tal-ajru” (1 6 7 9) tfisser vettura li ttir b'ġewnaħ fiss, b'ġewnaħ b'ġometrija varjabbli, b'ġewnaħ rotanti (ħelikopter), b'rotor jew b'ġewnaħ li jista' jinklina.
N.B. Ara wkoll “inġenju tal-ajru ċivili”.
“Ġifen tal-ajru” (9) tfisser vettura li ttir bil-magni u li żżomm fl-arja permezz ta' gass (ġeneralment l-elju, preċedentement l-idroġenu) li huwa eħfef mill-arja.
“Il-kumpensi kollha disponibbli” (2) tfisser li jkunu ġew ikkunsidrati l-miżuri kollha fattibbli disponibbli għall-manifattur sabiex jimminimizza kull żball sistematiku ta' pożizzjonament għall-mudell partikolari ta' għodda bil-magna jew żbalji tal-kejl għall-magna partikolari ta' kejl bil-koordinati.
“Allokati mill-ITU” (3 5) tfisser l-allokazzjoni ta' baned ta' frekwenza skont l-edizzjoni attwali tar-Regolamenti tar-Radju tal-ITU għal servizzi primarji, permessi u sekondarji.
N.B. Allokazzjonijiet addizzjonali u alternattivi mhumiex inklużi.
“Devjazzjoni ta’ pożizzjoni angulari” (2) tfisser id-differenza massima bejn il-pożizzjoni angulari u l-pożizzjoni reali u mkejla b’mod preċiż ħafna wara li l-montatura tal-oġġett li jkun qed jinħadem tal-mejda tkun iddawret mill-pożizzjoni inizjali tagħha.
“Spostament angulari każwali” (7) tfisser l-iżball angulari li jakkumula li hu dovut għall-ħoss abjad fir-rata angulari (IEEE STD 528-2001).
“APP” (4) huwa ekwivalenti għall-“Ogħla Rendiment Aġġustat”.
“Algoritmu asimmetriku” (5) tfisser algoritmu kriptografiku li juża ċwievet kriptografiċi differenti, matematikament relatati għall-kriptaġġ u d-dekriptaġġ.
N.B. Użu komuni tal-“algoritmi asimetriċi” huwa l-immaniġjar taċ-ċwievet.
“Awtentikazzjoni” (5) tfisser il-verifika tal-identità ta’ utent, proċess jew apparat, ta’ spiss bħala prerekwiżit għall-aċċess għal riżorsi f’sistema ta' informazzjoni. Din tinkludi l-verifika tal-oriġini u l-kontenut ta’ messaġġ jew informazzjoni oħra, u l-aspetti kollha tal-kontroll tal-aċċess fejn ma hemm l-ebda kriptaġġ ta’ fajls jew test ħlief kif relatat direttament mal-protezzjoni ta’ passwords, Numri ta’ Identifikazzjoni Personali (PIN) jew data simili għall-prevenzjoni tal-aċċess mhux awtorizzat.
“Potenza medja ta’ output” (6) tfisser l-enerġija tal-output totali tal-“laser” f'joules, diviża bil-perjodu li matulu jkun hemm serje ta' impulsi konsekuttivi, f'sekondi. Għal serje ta' impulsi spazjati b'mod uniformi tkun daqs l-enerġija tal-output totali tal-“laser” f'impuls singolu, f'joules, immultiplikata bil-frekwenza tal-impulsi tal-“laser”, f'Hertz.
“Il-ħin ta’ dewmien tal-propagazzjoni tal-bieb bażiku” (3) tfisser il-valur tad-dewmien tal-propagazzjoni li jikkorrispondi mal-bieb bażiku użat f'“ċirkwit integrat monolitiku”. Għal “familja” ta’ “ċirkwiti integrati monolitiċi”, dan jista’ jkun speċifikat jew bħala l-ħin ta’ dewmien tal-propagazzjoni għal bieb tipiku ta’ “familja” partikolari jew bħala l-ħin ta’ dewmien tal-propagazzjoni tipiku għal kull bieb ta’ 'familja' partikolari.
N.B.1. “Id-dewmien tal-propagazzjoni tal-bieb bażiku” ma għandux jiġi mħallat mal-ħin ta’ dewmien tal-input/l-output ta’ “ċirkwit integrat monolitiku” kumpless.
N.B.2. “Familja” tikkonsisti fiċ-ċirkwiti integrati kollha li għalihom dawn li ġejjin japplikaw bħala l-metodoloġija u l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattura tagħhom, minbarra l-funzjonijiet rispettivi tagħhom:
L-arkitettura komuni tal-hardware u s-software;
It-teknoloġija komuni ta' tfassil u proċedura; u
Il-karatteristiċi komuni bażiċi.
“Riċerka xjentifika bażika” (GTN NTN) tfisser ix-xogħol sperimentali u teoretiku prinċipalment meħud biex jiġi akkwistat għarfien ġdid tal-prinċipji fundamentali ta' fenomeni u fatti osservabbli, mhux primarjament diretti lejn miri jew għanijiet speċifiċi prattiċi.
“Polarizzazzjoni” (aċċellerometru) (7) tfisser il-medja fuq perjodu ta' żmien speċifikat tal-output tal-aċċellerometru, imkejla f'kundizzjonijiet operattivi speċifikati, li ma għandhiex korrelazzjoni mal-aċċellerazzjoni jew ir-rotazzjoni tal-input. “Polarizzazzjoni” hija espressa f'g jew f'metri f'kull sekonda kkwadrata (g jew m/s2). (IEEE Std 528-2001) (Micro g hija daqs 1 × 10-6 g).
“Polarizzazzjoni” (ġiroskopju) (7) tfisser il-medja fuq perjodu ta’ żmien speċifikat tal-output ġiroskopiku, imkejla f’kundizzjonijiet operattivi speċifikati, li ma għandhiex korrelazzjoni mar-rotazzjoni jew mal-aċċellerazzjoni tal-input. Il-“Polarizzazzjoni” hija espressa fi gradi fis-siegħa (deg/hr). (IEEE Std 528-2001).
“Aġenti bijoloġiċi” (1) huma patoġeni jew tossini, magħżula jew immodifikati (bħall-alterazzjoni fil-purità, ħajjet il-prodott fuq l-ixkaffa, il-virulenza, il-karatteristiċi disseminattivi, jew ir-reżistenza għar-radjazzjoni UV) biex jipproduċu feriti/mewt fi bnedmin jew annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuħ tar-raba' jew lill-ambjent.
“Eċċentriċità” (2) tfisser iċ-ċaqliq tal-assi f'dawra waħda tal-fus prinċipali mkejjel fi pjan perpendikulari mal-wiċċ tal-fus, f'punt qrib iċ-ċirkonferenza tal-wiċċ tal-fus (Referenza: ISO 230-1:1986, paragrafu 5.63).
“CEP” (7) tfisser “Żball Ċirkolari Probabbli” - F’distribuzzjoni normali ċirkulari, ir-radjus taċ-ċirku li fih isir 50 % tal-kejl individwali, jew ir-radjus taċ-ċirku li fih hemm 50 % probabbiltà li jinsab.
“Laser kimiku” (6) tfisser “laser” fejn l-elementi fi stat aġitat jiġu prodotti permezz tal-enerġija tal-output ta' reazzjoni kimika.
“Taħlita kimika” (1) tfisser prodott solidu, likwidu jew taħt forma ta' gass magħmul minn żewġ komponenti jew aktar li ma jirreaġixxux flimkien fil-kundizzjonijiet li fihom it-taħlita hi maħżuna.
“Sistemi ta’ kontroll b’antitorque kkontrollat miċ-ċirkolazzjoni jew b’direzzjoni kkontrollata miċ-ċirkolazzjoni” (7) huma sistemi li jużaw arja minfuħa fuq uċuħ ajrudinamiċi sabiex iżidu jew jikkontrollaw il-forzi ġġenerati mill-uċuħ.
“Inġenju tal-ajru ċivili” (1 3 4 7) tfisser dawk l-“inġenji tal-ajru” elenkati skont id-deżinjazzjoni f'listi ta' ċertifikazzjoni li turi li huma tajbin għat-titjir ippubblikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' Stat Membru tal-UE jew aktar jew mill-Istati Parteċipanti fil-Ftehim ta' Wassenaar sabiex itiru fuq rotot ċivili kummerċjali interni u esterni, jew għall-użu leġittimu ċivili, privat jew ta' negozju.
N.B. Ara wkoll “inġenju tal-ajru”.
“Kontrollur tal-kanal ta’ komunikazzjoni” (4) tfisser l-interfaċċa fiżika li tikkontrolla l-fluss ta’ informazzjoni diġitali sinkrona jew asinkrona. Huwa assemblaġġ li jista’ jkun integrat fil-kompjuter jew fit-tagħmir ta’ telekomunikazzjoni sabiex jipprovdi aċċess għall-komunikazzjoni.
“Sistemi ta’ kumpens” (6) jikkonsistu fis-sensur ta’ skalar primarju, f’sensur ta’ referenza wieħed jew aktar (pereż. “manjetometri” vettorjali) flimkien ma’ software li jippermetti t-tnaqqis tal-ħoss dovut għar-rotazzjoni ta’ oġġetti iebsin tal-pjattaforma.
“Kompożitu” (1 2 6 8 9) tfisser “matriċi” u fażi addizzjonali jew fażijiet addizzjonali li jikkonsistu f’partiċelli, materjali filiformi, fibri jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom, preżenti għal skop jew skopijiet speċifiċi.
“komposti III/V” (3 6) tfisser prodotti polikristallini jew monokristallini binarji jew kumplessi li jikkonsistu minn elementi tal-gruppi IIIA u VA tat-tabella ta' klassifikazzjoni perjodika ta' Mendeleyev (pereż., arsenjur tal-gallju, arsenjur tal-gallju-aluminju, fosfur tal-indju).
“Kontroll tal-kontorn” (2) tfisser żewġ movimenti jew aktar “ikkontrollati numerikament” li joperaw skont l-istruzzjonijiet li jispeċifikaw il-pożizzjonament meħtieġ li jmiss u r-rati ta' dħul meħtieġa għal dak il-pożizzjonament; Dawn ir-rati ta' dħul ivarjaw waħda skont l-oħra sabiex jinħoloq il-kontorn mixtieq. (ref. ISO/DIS 2806 - 1980).
“Temperatura kritika” (1 3 5) (xi kultant imsejħa temperatura tranżitorja) ta' materjal “superkonduttiv” speċifiku tfisser it-temperatura li fiha l-materjal jitlef ir-reżistenza kollha għall-fluss ta' kurrent elettriku dirett.
“Attivazzjoni kriptografika” (5) tfisser kwalunkwe teknika li speċifikament tattiva jew tippermetti li oġġett ikollu kapaċità kriptografika, permezz ta' mekkaniżmu implimentat mill-manifattur tal-oġġett, b’dan il-mekkaniżmu jkun unikament marbut ma' xi wieħed minn dawn il-każijiet:
Kampjun wieħed tal-oġġett; jew
Klijent wieħed, għal diversi kampjuni tal-oġġett.
Noti Tekniċi :
1. It-tekniki u l-mekkaniżmi ta' “attivazzjoni kriptografika” jistgħu jiġu implimentati bħala hardware, “software” jew “teknoloġija”.
2. Il-mekkaniżmi tal-“attivazzjoni kriptografika” jistgħu jkunu, pereżempju, kodiċijiet ta’ liċenzja bbażati fuq numri tas-serje jew strumenti ta' awtentikazzjoni bħalma huma ċ-ċertifikati ffirmati diġitalment.
“Kriptografija” (5) tfisser id-dixxiplina li tinkorpora l-prinċipji, il-mezzi u l-metodi għat-trasformazzjoni tad-data sabiex taħbi l-kontenut tal-informazzjoni tagħha, tipprevjeni l-modifika mhux osservata tagħha jew tipprevjeni l-użu mhux awtorizzat tagħha. Il-“kriptografija” hija limitata għat-trasformazzjoni tal-informazzjoni bl-użu ta’ 'parametru sigriet' wieħed jew aktar (pereż., varjabbli kriptografiċi) jew bl-amministrazzjoni ta’ kodiċi kriptografika assoċjata.
Noti :
1. “Kriptografija” ma tinkludix metodi ta' kompressjoni jew ta' kodifikazzjoni ta' data 'fissa'.
2. “Kriptografija” tinkludi dekriptaġġ.
Noti Tekniċi :
1. “Parametru sigriet”: kostant jew ċavetta li oħrajn ma jkunux jafu biha jew li jkun jaf biha biss grupp.
2. “Fiss”: l-algoritmu tal-kodifikazzjoni jew tal-kompressjoni ma jistax jaċċetta parametri forniti esternament (pereż., varjabbli kriptografiċi jew taċ-ċavetta) u ma jistax jiġi mmodifikat mill-utent.
“Laser CW” (6) tfisser “laser” li jipproduċi enerġija tal-output nominalment kostanti għal aktar minn 0,25 sekonda.
“Rispons għal inċident ċibernetiku” (4) tfisser il-proċess tal-iskambju ta’ informazzjoni neċessarja dwar inċident ċibernetiku ma’ individwi jew organizzazzjonijiet responsabbli għat-tmexxija jew il-koordinazzjoni ta’ rimedju biex jiġi indirizzat l-inċident ċibernetiku.
Sistemi ta' “Navigazzjoni b'referenzi abbażi ta' data” (“DBRN”) (7) ifissru sistemi li jużaw diversi sorsi ta' data ġeokartografika mkejla minn qabel u integrata sabiex tipprovdi informazzjoni preċiża tan-navigazzjoni taħt kundizzjonijiet dinamiċi. Is-sorsi tad-data jinkludu mapep batimetriċi, mapep stellari, mapep tal-gravità, mapep manjetiċi jew mapep diġitali tat-terren 3-D.
“Uranju mfaqqar” (0) tfisser uranju li l-isotopu 235 tiegħu jkun taħt dak tal-uranju naturali.
“Żvilupp” (NĠT NTN Kollha) huwa relatat mal-fażijiet kollha ta’ qabel il-produzzjoni tas-serje, bħal: id-disinn, ir-riċerka dwar id-disinn, l-analiżi tad-disinn, il-kunċetti tad-disinn, l-assemblaġġ u l-ittestjar ta’ prototipi, l-iskemi piloti ta’ produzzjoni, id-data tad-disinn, il-proċess tat-trasformazzjoni tad-data tad-disinn fi prodott, l-iddisinjar tal-konfigurazzjoni, l-iddisinjar tal-integrazzjoni, it-tqassim.
“Saldatura ta’ diffużjoni” (1 2) tfisser ġunzjoni fi stat solidu ta’ mill-anqas żewġ biċċiet ta’ metall separati f’biċċa waħda, b’saħħa tal-ġonta li tkun ekwivalenti għal dik tal-materjal l-aktar dgħajjef, fejn il-mekkaniżmu prinċipali huwa l-interdiffużjoni tal-atomi fl-interfaċċja.
“Kompjuter diġitali” (4 5) tfisser tagħmir li jista', fil-forma ta' varjabbli diskret wieħed jew aktar, iwettaq dan kollu li ġej:
Jaċċetta data;
Jaħżen data jew istruzzjonijiet f’apparat għall-ħżin fiss jew modifikabbli (li jista’ jinkiteb);
Jipproċessa data permezz ta’ sekwenza ta’ istruzzjonijiet maħżuna li hija modifikabbli; u
Jipprovdi output ta’ data.
N.B. Modifiki ta’ sekwenza maħżuna ta' struzzjonijiet jinkludu s-sostituzzjoni ta' apparat b’memorja fissa, iżda mhux bidla fiżika fil-wajering jew fl-interkonnessjonijiet.
“Rata ta' trasferiment diġitali” (def) tfisser ir-rata totali ta' bits tal-informazzjoni li hi ttrasferita direttament fuq kwalunkwe tip ta' mezz.
N.B. Ara wkoll “ir-rata ta’ trasferiment diġitali totali”.
“Rata tal-moviment” (ġiroskopju) (7) tfisser il-komponent tal-output ġiroskopiku li hi funzjonament b'mod indipendenti mir-rotazzjoni tal-input. Hija espressa bħala rata angolari. (IEEE STD 528-2001).
“Gramma effettiva” (0 1) ta' “materjal speċjali fissili” tfisser:
Għal isotopi tal-plutonju u għall-uranju-233, il-piż tal-isotopi fi grammi;
Għall-uranju arrikkit b’1 fil-mija jew aktar fl-isotopu uranju-235, il-piż tal-element fi grammi mmultiplikat bil-kwadrat tal-arrikkiment tiegħu espress bħala frazzjoni tal-piż deċimali;
Għall-uranju arrikkit taħt il-1 fil-mija fl-isotopu uranju-235, il-piż tal-element fi grammi mmultiplikat b’0,0001;
“Assemblaġġ elettroniku” (2 3 4) tfisser għadd ta' komponenti elettroniċi (jiġifieri, 'elementi ta' ċirkwiti', 'komponenti diskreti', ċirkwiti integrati, eċċ.) konnessi flimkien sabiex jaqdu (a) funzjoni(jiet) speċifika /speċifiċi, sostitwibbli bħala entità u li normalment jistgħu jiġu żmuntati.
N.B.1. “Element ta’ ċirkwit”: parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dijodu wieħed, tranżister wieħed, reżister wieħed, kapaċitatur wieħed, eċċ.
N.B.2. “Komponent diskret”: “element ta’ ċirkwit” ippakkjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu stess.
“Materjali enerġetiċi” (1) tfisser sustanzi jew taħlitiet li jirreaġixxu kimikament sabiex jirrilaxxaw l-enerġija meħtieġa għall-applikazzjoni intenzjonata tagħhom. “Splussivi”, “pirotekniċi” u “propellanti” huma subklassijiet ta’ materjali enerġetiċi.
“Tagħmir tat-tarf” (2) tfisser tagħmir li jaħtaf, 'unitajiet ta' għodda attivi' u kull għodda oħra mwaħħla mal-pjanċa tal-bażi fit-tarf tad-driegħ manipulatur “robotiku”.
N.B. “Unità ta’ għodda attiva” tfisser tagħmir li jagħti lill-għodda l-potenza motriċi, l-enerġija tal-proċess jew is-sinjali tas-sensur.
“Densità ekwivalenti” (6) tfisser il-massa ta’ ottiku għal kull unità ta’ erja ottika pprojettata fuq il-wiċċ ottiku.
“Standards ekwivalenti” (1) tfisser standards nazzjonali jew internazzjonali komparabbli rikonoxxuti minn Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew mill-Istati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar u applikabbli għall-entrata korrispondenti.
“Splussivi” (1) tfisser sustanzi jew taħlitiet ta' sustanzi solidi, likwidi jew f'forma ta' gass li, fl-applikazzjoni tagħhom bħala kariki primarji, kariki booster, jew kariki prinċipali f'testati, f'applikazzjonijiet ta' demolizzjoni u f'applikazzjonijiet oħra, iridu jisplodu.
“Sistemi FADEC” (9) tfisser Sistemi b'Kontroll Diġitali tal-Magna b'Awtorità Sħiħa (Full Authority Digital Engine Control) - Sistema ta' kontroll elettroniku diġitali għal magna b'turbina tal-kombustjoni li kapaċi tikkontrolla l-magna awtonomament tul il-firxa operattiva kollha tagħha, minn meta jkun meħtieġ li tiġi startjata l-magna sakemm ikun meħtieġ li tintefa, f'kundizzjonijiet kemm normali kif ukoll ta' meta hemm ħsara.
“Materjali fibrużi u bil-filamenti” (0 1 8 9) jinkludu:
“Monofilamenti” kontinwi;
“Ħajt għall-insiġ” u “faxex tal-fibra” kontinwi;
“Tapes”, tessuti, tapiti żgħar aleatorji u malji;
Fibri maqtugħin, fibri diskontinwi u kutri koerenti tal-fibra;
Materjali filiformi, jew monokristallini jew polikristallini, ta’ kwalunkwe tul;
Polpa ta’ poliammid aromatiku.
“Ċirkwiti integrati tat-tip tal-pellikola” (3) tfisser arranġament ta' “elementi ta' ċirkwit” u interkonnessjonijiet metalliċi ffurmati minn depożitu ta' pellikola ħoxna jew irqiqa fuq“sottostrat” iżolanti.
N.B. “Element ta’ ċirkwit” huwa parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dijodu wieħed, tranżister wieħed, reżister wieħed, kapaċitatur wieħed, eċċ.
“Sistema ta' titjir b'fibri ottiċi” (7) tfisser sistema primarja ta' kontroll diġitali tat-titjir li tuża l-feedback sabiex l-inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat matul it-titjira, fejn l-ordnijiet lit-tagħmir/attwaturi huma sinjali ottiċi.
“Sistema ta' titjir bl-elettriku” (7) tfisser sistema primarja ta' kontroll diġitali tat-titjir li tuża l-feedback sabiex l-inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat matul it-titjira, fejn l-ordnijiet lit-tagħmir/attwaturi huma sinjali elettriċi.
“Matriċi fuq il-pjan fokali” (6 8) tfisser saff planari lineari jew bidimensjonali, jew taħlita ta’ saffi planari, ta’ elementi ta’ rilevaturi individwali, b'elettronika li tinqara jew mingħajrha, li jaħdmu fil-pjan fokali.
N.B. Dan mhux intenzjonat li jinkludi arranġament f’saffi (stack) ta’ elementi tad-detettur singoli jew kwalunkwe detetturi b’żewġ, tliet jew erba’ elementi, dment li ma jaħdmux skont il-prinċipju tal-ħin tad-dewmien u tal-integrazzjoni.
“Wisa' tal-banda frazzjonali” (3 5) tfisser “il-wisa' tal-banda istantanja” diviża bil-frekwenza ċentrali, espressa bħala perċentwali.
“Qbiż tal-frekwenza” (5 6) tfisser forma ta' “spettru mifrux” fejn il-frekwenza tat-trażmissjoni ta' kanal ta' komunikazzjoni wieħed tinbidel b'sekwenza ta' passi każwali jew psewdokażwali diskreti.
“Ħin sabiex tinbidel il-frekwenza” (3) tfisser il-ħin (jiġifieri, d-dewmien) li jieħu sinjal meta jinbidel minn frekwenza tal-output speċifikata inizjali biex jasal għal jew f'dawn li ġejjin.
± 100 Hz ta’ frekwenza tal-output speċifikata finali ta’ inqas minn 1 GHz; jew
± 0,1 parti għal kull miljun ta’ frekwenza tal-output speċifikata finali daqs jew ikbar minn 1 GHz.
“Ċellola tal-karburant” (8) hija apparat elettrokimiku li jikkonverti l-enerġija kimika direttament għal elettriku b'Kurrent Dirett (DC) billi jikkonsma karburant minn sors estern.
“Fużibbli” (1) tfisser li jista’ jkun inkroċjat jew polimerizzat aktar (imwebbes) bl-użu ta’ sħana, radjazzjoni, katalizzaturi, eċċ., jew li jista’ jinħall mingħajr piroliżi (karbonizzazzjoni).
“Tranżister b’Effett ta’ Kamp Gate-All-Around” (“GAAFET”) (3) tfisser tagħmir b’element(i) wieħed jew aktar tal-kanal konduttiv tat-tip semikonduttur bi struttura komuni tal-gate li tiċċirkonda u tikkontrolla l-kurrent fl-elementi kollha tal-kanal konduttiv tat-tip semikonduttur.
N.B. Din id-definizzjoni tinkludi effett ta’ kamp tan-nanofolji jew nanofili u t-tranżisters tal-gate ċirkostanti u strutturi oħra tal-elementi tal-kanal tat-tip semikonduttur tal-“GAAFET”.
“Kriterji stretti” (5) tfisser data jew ġabra ta’ data relatata ma’ individwu (pereżempju l-kunjom, l-isem, l-indirizz elettroniku, l-indirizz postali, in-numru tat-telefon jew l-affiljazzjonijiet ma’ gruppi).
“Sistemi ta’ gwida” (7) tfisser sistemi li jintegraw il-proċess tal-kejl u tal-kalkolu għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni u l-veloċità (jiġifieri n-navigazzjoni) ta’ vettura ma’ dak tal-kompjuterizzazzjoni u t-trażmissjoni ta’ kmandi lis-sistemi ta’ kontroll tat-titjir tal-vetturi sabiex tiġi rranġata t-trajettorja tat-titjira.
“Ċirkwit integrat ibridu” (3) tfisser kull kombinazzjoni ta' ċirkwit(i) integrat(i), jew ċirkwit integrat b’'elementi ta' ċirkwit' jew 'komponenti diskreti' konnessi flimkien sabiex iwettqu funzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi, u li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Li jkollhom mill-inqas apparat wieħed mhux inkapsulat;
Ikunu konnessi flimkien bl-użu ta’ metodi tipiċi ta’ produzzjoni ta’ ċirkwit integrat;
Sostitwibbli bħala entità; u
Normalment ma jkunux jistgħu jiġu żarmati.
N.B.1. “Element ta’ ċirkwit”: parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dijodu wieħed, tranżister wieħed, reżister wieħed, kapaċitatur wieħed, eċċ.
N.B.2. “Komponent diskret”: “element ta’ ċirkwit” ippakkjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu stess.
“Titjib tal-immaġini” (4) tfisser l-ipproċessar ta' immaġini esterni li jġorru l-informazzjoni li permezz ta' algoritmi bħal kompressjoni tal-ħin, l-iffiltrar, l-estrazzjoni, l-għażla, il-korrelazzjoni, il-konvoluzzjoni jew it-trasformazzjoni bejn id-dominji (pereż. ekwazzjoni Fourier tan-numru integrali rapida jew l-ekwazzjoni Walsh). Dan ma jinkludix algoritmi li jużaw trasformazzjoni lineari jew tar-rotazzjoni biss ta' immaġni waħda, bħat-traduzzjoni, l-estrazzjoni ta' parametri, ir-reġistrazzjoni jew il-kolorazzjoni falza.
“Immunotossina” (1) hija kompost ta' antikorpi ta' ċellola waħda ta' monoklona speċifika u “tossina” jew “subunità ta' tossina”, li b'mod selettiv taffettwa ċ-ċelloli morda.
“Fl-isfera pubblika” (GTN NTN GSN), kif tapplika f'dan id-dokument, tfisser “teknoloġija” jew “software” li jkunu saru disponibbli mingħajr restrizzjoni wara d-disseminazzjoni ulterjuri tagħhom (restrizzjonijiet tad-dritt tal-awtur ma jneħħux lit-“teknoloġija” jew lis-“software” mill-“isfera pubblika”).
“Sigurtà tal-informazzjoni” (GSN GISN 5) hija l-mezzi u l-funzjonijiet kollha li jiżguraw l-aċċessibilità, il-kunfidenzjalità jew l-integrità tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni, li jeskludu l-mezzi u l-funzjonijiet intiżi għas-salvagwardja kontra l-ħsarat. Din tinkludi l-“kriptografija”, l-“attivazzjoni kriptografika”, il-'kriptanaliżi', il-protezzjoni kontra l-emanazzjonijiet kompromettenti u s-sigurtà tal-kompjuter.
Nota Teknika :
“Kriptanaliżi”: analiżi ta’ sistema kriptografika jew l-inputs u l-outputs tagħha sabiex toħroġ varjabbli konfidenzjali jew data sensittiva, inkluż test ċar.
“Faxxa ta' frekwenza istantanja” (3 5 7) tfisser il-faxxa ta' frekwenza li fuqha s-saħħa tal-produzzjoni jibqa' kostanti fit-3 dB mingħajr aġġustamenti ta' parametri li qed joperaw oħra.
“Iżolament” (9) huwa applikat lill-komponenti ta’ mutur tar-rokit, jiġifieri l-kaxxa, iż-żennuna, il-bokok, l-għeluq tal-kaxxa, u jinkludi serje ta’ folji tal-gomma komposta mwebbsa jew semimwebbsa li għandhom materjal li jservi għall-iżolament jew refrattarju. Jista' wkoll jiġi inkorporat bħala kaver jew flap għat-tnaqqis tal-istress.
“Kisja interna” (9) hija adattata għall-interfaċċja adeżiva bejn il-propellant solidu u l-kaxxa jew il-kisja iżolanti: Normalment tixrid ibbażat fuq polimeru likwidu ta' materjali refrattarji jew iżolanti, pereż. il-polibutadjen itterminat b'idrossil mimli bil-karbonju (HTPB) jew polimeru ieħor b'aġenti kurattivi addizzjonali sprejjati jew iddepożitati fuq l-intern tal-kaxxa.
“Konvertitur minn Analogu għal Diġitali (Analogue-to-Digital Converter (ADC)) Alternat” (3) tfisser tagħmir li għandu ħafna unitajiet ADC multipli li jieħdu kampjuni tal-istess input analogu f'ħinijiet differenti b'tali mod li meta l-outputs jiġu aggregati, ikun ittieħed effettivament kampjun tal-input analogu u jkun ġie konvertit b'rata għolja ta' teħid tal-kampjuni.
“Gradjometru manjetiku intrinsiku” (6) hu element uniku ta' kejl tal-gradjent tal-kamp manjetiku kif ukoll l-elettronika assoċjata li l-output tagħhom huwa l-kejl ta' gradjent tal-kamp manjetiku.
N.B. Ara wkoll “Gradjometru manjetiku”.
“Software ta’ intrużjoni” (4 5) tfisser “software” mfassal jew immodifikat b’mod speċjali sabiex jevita d-detezzjoni permezz tal-“għodod tal-monitoraġġ” jew sabiex jegħleb “kontromiżuri protettivi” ta’ kompjuter jew ta’ apparat li jaqbad ma’ network, u jagħmel xi waħda milli ġejjin:
L-estrazzjoni ta’ data jew informazzjoni minn kompjuter jew apparat li jista’ jaqbad ma' network jew il-modifikazzjoni ta' data ta' sistema jew ta' utent; jew
Il-modifikazzjoni tal-perkors ta’ eżekuzzjoni standard ta’ programm jew proċess sabiex tkun possibbli l-eżekuzzjoni ta’ istruzzjonijiet mogħtija esternament.
Noti :
1. “Is-software ta' intrużjoni” ma jinkludi l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
Iperviżuri, programmi għat-tneħħija ta’ bugs jew għodod għal Software Reverse Engineering (SRE);
“Software” għall-Immaniġġar Diġitali tad-Drittijiet (DRM); jew
“Software” mfassal biex jiġi installat mill-manifatturi, l-amministraturi jew l-utenti sabiex jiġu rintraċċati jew irkuprati beni.
2. Apparat li jaqbad ma’ network jinkludi apparat mobbli u arloġġi intelliġenti.
Noti Tekniċi :
1. “Għodda ta' monitoraġġ”: Tagħmir ta' hardware u “software”, li jimmonitorja l-komportament jew il-proċessi ta' sistema li jkunu qed jaħdmu fuq apparat. Dan jinkludi prodotti ta' antivirus (AV), prodotti għas-sigurtà tal-aħħar punt, Prodotti għas-Sigurtà Personali (PSP), Sistemi għad-Detezzjoni ta' Intrużjoni (IDS) jew firewalls.
2. “Kontromiżuri protettivi” tekniki mfasslin sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni sigura, bħall-Prevenzjoni tal-Eżekuzzjoni tad-Data (DEP), il-Każwalizzazzjoni tal-Arranġament tal-Ispazju tal-Indirizzi (Address Space Layout Randomisation - ASLR) jew sandboxing.
“Koltivazzjonijiet ħajjin iżolati” (1) tinkludi koltivazzjonijiet ħajjin reqdin u fi preparati niexfa.
“Tagħfis isostatiku” (2) tfisser tagħmir kapaċi biex jippressa kavità magħluqa permezz ta' diversi medji (gass, likwidi, partikoli solidi, eċċ) biex toħloq pressjoni ugwali fid-direzzjonijiet kollha fil-kavità fuq biċċa xogħol jew fuq materjal.
“Laser” (0 1 2 3 5 6 7 8 9) hu oġġett li jipproduċi dawl koerenti kemm fl-ispazju kif ukoll fil-ħin permezz ta' amplifikazzjoni b'emissjoni ta' radjazzjoni stimulata.
Ara wkoll |
“Laser kimiku”; |
“Laser CW”; |
“Laser b'impulsi”; |
“Laser b'Potenza Għolja Ħafna”. |
“Librerija” (1) (bażi ta' data teknika parametrika) tfisser ġabra ta' informazzjoni teknika, li r-referenza għaliha tista' ttejjeb ir-rendiment tat-tagħmir jew tas-sistemi rilevanti.
“Vetturi eħfef mill-arja” (9) tfisser bżieżaq jew “iġfna tal-ajru” li sabiex itiru jużaw l-arja taħraq jew gassijiet eħfef mill-arja bħall-elju jew l-idroġenu.
“Linearità” (2) (Normalment imkejla f'termini ta' nonlinearità) tfisser id-devjazzjoni massima tal-karatteristika attwali (medja ta' qari superjuri u inferjuri), pożittiva jew negattiva, minn linja dritta hekk pożizzjonata sabiex tippareġġa u timminimizza d-devjazzjonijiet massimi.
“Network ta’ żona lokali” (4 5) hija sistema tal-komunikazzjoni tad-data li għandha l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Tippermetti għadd arbitrarju ta' “tagħmir tad-data” indipendenti li jikkomunikaw direttament ma' xulxin; u
Hija kkonfinata għal żona ġeografika ta’ qies moderat (pereż., bini ta’ uffiċini, impjant, kampus, maħżen).
N.B. “Tagħmir tad-data” tfisser tagħmir li kapaċi jittrażmetti jew jirċievi sekwenzi ta’ informazzjoni diġitali.
“Gradjometri manjetiċi” (6) huma strumenti mfasslin sabiex isibu l-varjazzjoni spazjali tal-kampijiet manjetiċi minn sorsi esterni għall-istrument. Huma jikkonsistu f'diversi “manjetometri” u f'elettronika assoċjata li l-output tagħhom huwa l-kejl tal-gradjent tal-kamp manjetiku.
N.B. Ara wkoll “Gradjometru Manjetiku Intrinsiku”.
“Manjetometri” (6) huma strumenti mfasslin sabiex jirrilevaw kampijiet manjetiċi minn sorsi esterni għall-istrument. Huma jikkonsistu minn element ta' rilevament ta' kamp manjetiku uniku u minn elettronika assoċjata li l-output tagħhom huwa l-kejl tal-kamp manjetiku.
“Materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6” (0) jistgħu jkunu ram, ligi tar-ram, azzar inossidabbli, aluminju, ossidu tal-aluminju, ligi tal-aluminju, nikil jew ligi li fihom 60 fil-mija jew iktar, skont il-piż, ta' nikil u polimeri ta' idrokarburi fluworuti.
“Matriċi” (1 2 8 9) tfisser fażi sostanzjalment kontinwa li timla l-ispazju bejn il-partiċelli, il-materjali filiformi jew il-fibri.
“Inċertezza tal-kejl” (2) hija l-parametru karatteristiku li jispeċifika f'liema firxa madwar il-valur tal-output jaqa' l-valur korrett ta' kwantità varjabbli miżurabbli b'livell ta' kunfidenza ta' 95 %. Dan jinkludi d-devjazzjonijiet sistematiċi mhux ikkoreġuti, ir-reazzjonijiet mhux ikkoreġuti u d-devjazzjonijiet każwali (ref. ISO 10360-2).
“Mikroċirkwit tal-mikrokompjuter” (3) tfisser “ċirkwit integrat monolitiku” jew “ċirkwit integrat b'ħafna ċipep” li fih unità loġika aritmetika (ALU) li kapaċi twettaq serje ta' struzzjonijiet ta' skop ġenerali minn memorja interna, dwar data li tinsab fil-memorja interna.
N.B. Il-memorja interna tista’ tiġi supplimentata permezz ta’ memorja esterna.
“Mikroċirkwit tal-mikroproċessur” (3) tfisser “ċirkwit integrat monolitiku” jew “ċirkwit integrat b'ħafna ċipep” li jinkludi unità loġika aritmetika (ALU) li kapaċi twettaq serje ta' struzzjonijiet ta' skop ġenerali minn memorja esterna.
N.B.1. Il-“mikroċirkwit tal-mikroproċessur” normalment ma jkunx fih memorja integrali aċċessibbli għall-utent, għalkemm il-memorja preżenti fiċ-ċippa tista' tintuża waqt li titwettaq il-funzjoni loġika.
N.B.2. Din tinkludi settijiet ta' ċipep li huma mfassla biex jaħdmu flimkien biex jipprovdu l-funzjoni ta' “mikroċirkwit ta' mikroproċessur”.
“Mikroorganiżmi” (1 2) tfisser batterji, virus, mikoplażmi, riketzji, klamidji jew fungi, sew naturali, imkabbra jew modifikati, kemm fil-forma ta’ “kulturi ħajjin iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’dawn il-kulturi.
“Missili” (1 3 6 7 9) tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, li kapaċi jwasslu tagħbija utli ta’ mill-inqas 500 kg għal medda ta’ mill-inqas 300 km.
“Monofilament” (1) jew filament huwa l-iżgħar inkrement ta' fibra, normalment ta' diversi mikrometri bħala dijametru.
“Ċirkwit integrat monalitiku” (3) tfisser kombinazzjoni ta' 'elementi ta' ċirkwiti' attivi jew passivi jew it-tnejn li:
Huma ffurmati permezz ta’ proċessi ta’ tixrid, proċessi ta’ impjantazzjoni jew proċessi ta’ skartar f’biċċa jew fuq materjal semikonduttiv wieħed, dawk li jissejħu “ċipep”;
Jistgħu jitqiesu assoċjati b’mod indiviżibbli; u
Jesegwixxu l-funzjoni(jiet) ta’ ċirkwit.
N.B. “Element ta’ ċirkwit” huwa parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dijodu wieħed, tranżister wieħed, reżister wieħed, kapaċitatur wieħed, eċċ.
“Ċirkwit Integrat Monolitiku b’Microwaves” (“MMIC”) (3 5) tfisser “ċirkwit integrat monolitiku” li jaħdem bi frekwenzi ta’ microwave jew ta’ mewġa millimetrika.
“Sensuri monospettrali li juru immaġini” (6) huma kapaċi li jiksbu data tal-immaġini minn banda spettrali diskreta waħda.
“Ċirkwit integrat b'ħafna ċipep” (3) tfisser żewġ “ċirkwiti integrati monolitiċi” jew iktar magħquda ma' “sottostrat” komuni.
“Konvertitur minn Analogu għal Diġitali (ADC) b’ħafna kanali” (3) tfisser tagħmir li jintegra aktar minn ADC wieħed, imfassal biex kull ADC ikollu input analogu separat.
“Sensuri tal-immaġini multispettrali” (6) li kapaċi jiksbu simultanjament jew f'serje data tal-immaġini minn żewġ baned spettrali diskreti jew iktar. Sensuri li għandhom iktar minn għoxrin faxxa spettrali diskreta ġieli jissejħu sensuri tal-immaġini iperspettrali.
“Uranju naturali” (0) tfisser uranju li jinkludi taħlita ta' isotopi li jkunu fin-natura.
“Kontrollur tal-aċċess għan-network” (4) tfisser interfaċċja fiżika għal networks ta’ swiċċjar imqassmin. Dan juża medju komuni li jaħdem f'kull parti bl-istess “rata ta' trasferiment diġitali” li juża l-arbitraġġ (pereż., it-token jew il-feedback minn riċevitur) għal trażmissjoni. Indipendentement minn kull wieħed ieħor, huwa jagħżel pakketti ta' data jew gruppi ta' data (pereż., IEEE 802) indirizzati lilu. Huwa assemblaġġ li jista' jkun integrat fil-kompjuter jew fit-tagħmir ta' telekomunikazzjoni sabiex jipprovdi aċċess għall-komunikazzjoni.
“Reattur nukleari” (0) tfisser reattur komplut kapaċi li jaħdem b'mod li tinżamm katina ta' reazzjonijiet ta' fissjoni kkontrollata li ssostni lilha nfisha. “Reattur nukleari” jinkludi l-oġġetti kollha fil-kontenitur tar-reattur jew dawk li huma mqabbda miegħu direttament, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell tal-enerġija fil-qalba, u l-komponenti li normalment ikun fihom l-aġent tat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur, jew li jiġu f’kuntatt dirett miegħu jew jikkontrollawh.
“Kontroll numeriku” (2) tfisser il-kontroll awtomatiku ta' proċess eżegwit b'tagħmir li jagħmel użu minn data numerika normalment introdotta waqt li l-operazzjoni tkun qiegħda sseħħ (ref. ISO 2382:2015).
“Kodiċi tal-oġġett” (GSN) tfisser forma eżegwibbli permezz ta' tagħmir ta' espressjoni konvenjenti ta' proċess wieħed jew aktar (“il-kodiċi tas-sors” (il-lingwa tas-sors)) li ġiet ikkompilata minn sistema li tipprogramma.
L-“Operazzjonijiet, l-Amministrazzjoni jew il-Manutenzjoni” (“OAM”) (5) tfisser it-twettiq ta' wieħed jew aktar minn dawn il-kompiti li ġejjin:
L-istabbiliment jew l-immaniġġjar ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
Il-kontijiet jew il-privileġġi tal-utenti jew tal-amministraturi;
Il-parametri ta’ oġġett; jew
Id-data ta' awtentikazzjoni li tappoġġja l-kompiti deskritti fil-paragrafi a.1. jew a.2.;
Il-monitoraġġ jew il-ġestjoni tal-kundizzjonijiet operattivi jew tal-prestazzjoni ta’ oġġett; jew
Il-ġestjoni ta’ reġistri jew ta’ data tal-awditjar li tappoġġa xi wieħed mill-kompiti deskritti fil-paragrafi a jew b.
Nota : L-“OAM” ma jinkludu l-ebda waħda minn dawn il-kompiti jew mill-funzjonijiet maniġerjali taċ-ċwievet kriptografiċi assoċjati tagħhom:
Il-proviżjonament jew it-titjib ta’ xi funzjonalità kriptografika li mhix direttament relatata mal-istabbiliment jew mal-ġestjoni tad-data ta’ awtentikazzjoni insostenn tal-kompiti deskritti fil-paragrafi a.1. jew a.2. ta’ hawn fuq; jew
It-twettiq ta’ xi funzjonalità kriptografika fil-livell ta’ trażmissjoni jew ta’ data ta’ oġġett.
“Ċirkwit integrat ottiku” (3) tfisser “ċirkwit integrat monolitiku” jew “ċirkwit integrat ibridu”, li fih parti waħda jew iktar, imfassal sabiex jiffunzjona bħala fotosensur jew fotoemittent jew sabiex jeżegwixxi funzjoni ottika jew elettroottika waħda jew aktar.
“Swiċċjar ottiku” (5) tfisser l-iddirezzjonar jew l-iswiċċjar ta' sinjali f'forma ottika mingħajr konverżjoni għal sinjali elettriċi.
“Densità totali tal-kurrent” (3) tfisser in-numru totali ta' tidwir tal-ampere fil-kojl (jiġifieri t-total tan-numru ta' tidwir multiplikat bil-kurrent massimu li jinġarr minn kull dawra) diviż bis-sezzjoni trażversali totali tal-kojl (inklużi l-filamenti superkonduttivi, il-matriċi metallika fejn hemm il-filamenti superkonduttivi, il-materjal inkapsulanti, kwalunkwe kanal li jkessaħ, eċċ.).
“Stat parteċipanti” (7 9) huwa stat li qed jipparteċipa fil-Ftehim ta’ Wassenaar. (Ara www.wassenaar.org)
“L-ogħla potenza” (6) tfisser l-ogħla livell ta’ potenza miksuba fid-“durata ta’ impuls”.
“Żona ta’ network personali” (5) tfisser sistema ta’ komunikazzjoni tad-data li jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:
Tippermetti għadd arbitrarju ta’ 'tagħmir tad-data' indipendenti jew interkonnness, li jikkomunikaw direttament ma' xulxin; u
Tkun ikkonfinata għal komunikazzjoni bejn apparati fil-viċinanza fiżika immedjata ta’ individwu jew kontrollur tal-apparat (pereżempju kamra, uffiċċju, jew karozza).
Noti Tekniċi :
1. 'Tagħmir tad-data' tfisser tagħmir li kapaċi jittrażmetti jew jirċievi sekwenzi ta' informazzjoni diġitali.
2. In-“network ta’ żona lokali” jestendi lil hinn miż-żona ġeografika tan-“network ta’ żona personali”.
“Preċedentement separat” (1) tfisser l-applikazzjoni ta' kull proċess intenzjonat li jżid il-konċentrazzjoni tal-isotopu kkontrollat.
“Element prinċipali” (4), kif japplika fil-Kategorija 4, huwa “element prinċipali” meta l-valur tas-sostituzzjoni tiegħu jkun iktar minn 35 % tal-valur totali tas-sistema li huwa element tagħha. Il-valur tal-element huwa l-prezz imħallas għall-element mill-manifattur tas-sistema, jew mill-integratur tas-sistema. Il-valur totali huwa l-prezz tal-bejgħ internazzjonali normali lil partijiet li ma għandhomx x'jaqsmu fil-punt ta' manifattura jew ta' konsolidazzjoni tal-konsenji.
“Produzzjoni” (NĠT NTN Kollha) tfisser il-fażijiet kollha tal-produzzjoni, bħal: kostruzzjoni, inġinerija tal-produzzjoni, manifattura, integrazzjoni, assemblaġġ (immuntar), spezzjoni, ittestjar, assigurazzjoni tal-kwalità.
“Tagħmir tal-produzzjoni” (1 7 9) tfisser għodod, mudelli, ġiggijiet, mandrini tat-torn, forom, forom imnaqqxin, muntaġġi ddisinjati, mekkaniżmi ta' allinjament, tagħmir ta' ttestjar, makkinarju ieħor jew komponenti għalihom, limitati għal dawk imfasslin apposta jew immodifikati għall-“iżvilupp” jew għal fażi ta' “produzzjoni” waħda jew iktar.
“Faċilitajiet ta' produzzjoni” (7 9) tfisser “tagħmir tal-produzzjoni” u software mfassal apposta għalih integrati f’installazzjonijiet għal “żvilupp” jew għal fażi ta' “produzzjoni” waħda jew iktar.
“Programm” (6) tfisser sekwenza ta’ istruzzjonijiet sabiex iseħħ proċess f’forma eżegwibbli b’kompjuter elettroniku jew li jista’ jiġi kkonvertit f’din il-forma.
“Kompressjoni tal-impuls” (6) tfisser l-ikkowdjar u l-ipproċessar ta' polz ta' sinjal radar ta' durata twila f'wieħed ta' durata qasira, filwaqt li jżomm il-benefiċċji ta' enerġija b'polz għoli.
“Durata tal-impuls” (6) hija d-durata ta’ impuls tal-“laser” u tfisser il-ħin bejn il-punti ta’ nofs potenza fix-xifer ta’ quddiem u ta’ wara ta’ impuls individwali.
“Laser b'impulsi” (6) tfisser “laser” li jkollu “durata ta' impuls” li hija anqas minn 0,25 sekonda jew daqsha.
“Kriptografija kwantistika” (5) tfisser familja ta' tekniki għall-istabbiliment ta' ċavetta kondiviża għall-“kriptografija” permezz ta' kejl tal-karatteristiċi kwantistiċi-mekkaniċi ta' sistema fiżika (inklużi dawk il-karatteristiċi fiżiċi espliċitament irregolati mill-ottika kwantistika, it-teorija tal-kamp kwantistiku jew l-elettrodinamika kwantistika).
“Aġilità tal-frekwenza tar-radar” (6) tfisser kull teknika li tibdel, f'sekwenza psewdokażwali, il-frekwenza tat-trasportatur ta' trażmettitur radar tal-impuls bejn l-impulsi jew bejn gruppi ta' impulsi b'ammont ugwali jew ikbar mill-wisa' tal-banda tal-impuls.
“Spettru mifrux tar-radar” (6) tfisser kull teknika ta' modulazzjoni għat-tifrix tal-enerġija li toriġina minn sinjal li għandu banda ta' frekwenza relattivament dejqa, fuq banda ta' frekwenzi ħafna iktar wiesa', billi tintuża kodifikazzjoni aleatorja jew psewdoaleatorja.
“Sensittività radjanti” (6) hija sensittività radjanti (mA/W) = 0,807 × (tul il-mewġ f'nm) × l-Effiċjenza Kwantistika (QE).
Nota Teknika :
Il-QE hija normalment espressa bħala perċentwal; madankollu, għall-finijiet ta’ din il-formula, il-QE hija espressa bħala numru deċimali inqas minn wieħed, pereżempju 78 % huwa 0,78.
“Ipproċessar f'ħin reali” (6) tfisser l-ipproċessar tad-data b'sistema ta' kompjuter li tipprovdi l-livell meħtieġ ta' servizz, bħala funzjoni tar-riżorsi disponibbli, f'ħin ta' rispons garantit, ikun xi jkun il-piż fuq is-sistema, meta stimulat minn avveniment estern.
“Ripetibbiltà” (7) tfisser kemm ikun qrib minn wieħed għall-ieħor kejl ripetut tal-istess kwantità varjabbli taħt l-istess kundizzjonijiet operattivi meta jkun hemm bidliet fil-kundizzjonijiet jew fil-perjodi mhux operattivi ta' bejn il-kejl. (Referenza: IEEE STD 528-2001 (devjazzjoni standard ta' sigma))
“Meħtieġa” (NĠT 3 5 6 7 9), kif applikata għat-“teknoloġija”, tirreferi għal dik il-biċċa biss ta’ “teknoloġija” li hi partikolarment responsabbli sabiex tilħaq jew testendi l-livelli ta’ prestazzjoni, il-karatteristiċi jew il-funzjonijiet ikkontrollati. “Teknoloġija”“meħtieġa” bħal din tista' tkun kondiviża bejn oġġetti differenti.
“Aġent ta' kontroll ta' rvellijiet” (1) tfisser sustanzi li, fil-kundizzjonijiet mistennija ta' użu għall-finijiet ta' kontroll ta' rvellijiet, jipproduċu rapidament fin-nies irritazzjoni sensorja jew effetti fiżiċi li jinkapaċitaw u li jispiċċaw fi żmien qasir wara li jintemm l-esponiment.
Nota Teknika :
Il-gassijiet tad-dmugħ huma subsett ta' “aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”.
“Robot” (2 8) tfisser mekkaniżmu ta' manipulazzjoni, li jista' jkun tat-tip ta' trajettorja kontinwa jew ta' punt sa punt, jista' juża sensuri, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Huwa multifunzjonali;
Huwa kapaċi li jippożizzjona jew jorjenta materjal, partijiet, għodod jew apparati speċjali permezz ta’ movimenti varjabbli fi spazju tridimensjonali;
Jinkorpora tliet apparati b’servo, jew aktar, b’ċirkwit magħluq jew miftuħ, li jistgħu jinkludu stepping motors; u
Għandu “programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” permezz ta’ metodu ta’ apprendiment / ripetizzjoni (teach / playback), jew permezz ta’ kompjuter elettroniku li jista’ jkun kontrollur loġiku programmabbli, jiġifieri mingħajr intervent mekkaniku.
N.B. Id-definizzjoni ta’ hawn fuq ma tinkludix l-apparat li ġej:
Mekkaniżmi ta’ manipulazzjoni li huma kontrollabbli biss manwalment jew permezz ta’ teleoperatur;
Mekkaniżmi ta’ manipulazzjoni b’sekwenza fissa li huma apparati awtomatizzati li jiċċaqilqu, li jaħdmu skont movimenti programmati delimitati mekkanikament. Il-programm huwa limitat mekkanikament b'waqfiet delimitati, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza ta' ċaqliq u l-għażla tat-trajettorji jew angoli mhumiex varjabbli u ma jistgħux jinbidlu b'mezzi mekkaniċi, elettroniċi jew elettriċi;
Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza varjabbli mekkanikament ikkontrollati li huma apparati awtomatizzati li jiċċaqilqu, li joperaw skont movimenti programmati ffissati mekkanikament. Il-programm huwa mekkanikament limitat b'waqfiet fissi iżda aġġustabbli, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza ta’ ċaqliq u s-selezzjoni tal-mogħdijiet jew angoli huma varjabbli fi ħdan il-konfigurazzjoni tal-programm fiss. Varjazzjonijiet jew modifiki tad-disinn tal-programm (eż., bidliet tal-pinnijiet jew skambji ta' kammijiet) f'wieħed mill-assi taċ-ċaqliq jew aktar jitwettqu biss permezz ta' operazzjonijiet mekkaniċi;
Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza varjabbli mhux servokontrollati li huma tagħmir awtomatizzat li jiċċaqlaq, li joperaw skont movimenti programmati ffissati mekkanikament. Il-programm huwa varjabbli iżda s-sekwenza tipproċedi biss bis-sinjal binarju minn apparati binarji elettriċi delimitati mekkanikament jew b'waqfiet aġġustabbli;
Krejnijiet stacker definiti bħala sistemi għall-manipulazzjoni tal-koordinati Kartesjani manifatturati bħala parti integrali ta' firxa vertikali ta' tankijiet għall-ħażna u ddisinjati biex jaċċessaw il-kontenuti ta' dawn it-tankijiet għal ħażna jew ġbir.
“Fettul” (1) huwa lott (tipikament bejn 12-120) ta' 'fili' bejn wieħed u ieħor paralleli.
N.B. “Fil” huwa lott ta’ “monofilamenti” (tipikament aktar minn 200) irranġati bejn wieħed u ieħor parallelament.
“Rotazzjoni falza” (2) (rotazzjoni mhix vera) tfisser ċaqliq radjali f'rotazzjoni waħda tal-fus ewlieni mkejjel fi pjan perpendikulari mal-assi tal-fus f'punt fuq il-wiċċ rotanti intern jew estern li jrid jiġi ttestjat (Referenza: ISO 230-1:1986, paragrafu 5.61).
“Rata ta’ teħid ta’ kampjuni” (3) għal Konvertitur minn Analogu għal Diġitali (ADC) tfisser l-għadd massimu ta' kampjuni mkejla fl-input analogu fuq perjodu ta’ sekonda waħda, għajr għat-teħid żejjed ta’ kampjuni tal-ADCs. Għat-teħid żejjed ta’ kampjuni tal-ADCs, “ir-rata ta’ teħid ta’ kampjuni” titqies bħala l-output tar-rata ta’ kliem. “Ir-rata ta’ teħid ta’ kampjuni” tista’ tissejjaħ ukoll rata ta’ kkampjunar, normalment espressa bħala Mega Kampjuni għal Kull Sekonda (MSPS) jew Ġiga Kampjuni għal Kull Sekonda (GSPS), jew rata ta’ konverżjoni, ġeneralment espressa f’Hertz (Hz).
“Sistema ta’ navigazzjoni satellitari” (5 7) tfisser sistema li tikkonsisti minn stazzjonijiet fuq l-art, kostellazzjoni ta’ satelliti, u riċevituri, li jippermettu li l-lokazzjonijiet ta’ riċevitur jiġu kkalkulati abbażi tas-sinjali li tirċievi mis-satelliti. Tinkludi Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) u Sistemi Reġjonali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (RNSS).
“Fattur tal-iskala” (ġiroskopju jew aċċellerometru) (7) tfisser il-proporzjon tal-bidla fl-output mal-bidla fl-input li hu intenzjonat li jitkejjel. Il-fattur tal-iskala huwa ġeneralment evalwat bħala l-pendil tal-linja dritta li jista' jiġi adattat bil-metodu tal-inqas kwadrati applikati għad-data tal-input-output miksuba billi l-input jiġi varjat ċiklikament tul il-medda tal-input.
“Analizzaturi tas-sinjal” (3) tfisser apparati kapaċi li jkejlu u li juru l-propjetajiet ta' komponenti ta' frekwenza waħda ta' sinjali b'ħafna frekwenzi.
L-“ipproċessar tas-sinjal” (3 4 5 6) tfisser l-ipproċessar ta' sinjali li jġorru l-informazzjoni, li ġejjin minn barra b'algoritmi bħal kompressjoni tal-ħin, il-filtrazzjoni, l-estrazzjoni, is-selezzjoni, il-korrelazzjoni, il-konvoluzzjoni jew it-trasformazzjonijiet bejn id-dominji (pereż. l-ekwazzjoni Fourier tan-numru integrali rapida jew l-ekwazzjoni Walsh).
“Software” (il-GSN Kollha) tfisser ġabra ta' “programmi” jew “mikroprogrammi”, waħda jew aktar, stabbiliti b'kull mezz tanġibbli ta' espressjoni.
N.B. “Mikroprogramm” tfisser sekwenza ta’ struzzjonijiet elementari, miżmuma fi ħżin speċjali, li l-eżekuzzjoni tagħhom tinbeda bl-introduzzjoni tal-istruzzjoni ta’ referenza tiegħu f’reġistru ta’ struzzjonijiet.
“Kodiċi tas-sors” (jew lingwa tas-sors) (6 7 9) hija espressjoni konvenjenti ta' proċess wieħed jew aktar li jista' jinbidel minn sistema ta' programmar f'forma eżegwibbli minn tagħmir (“kodiċi tal-oġġett” (jew lingwa tal-oġġett)).
“Inġenju spazjali” (9) tfisser satelliti attivi u passivi u sondi spazjali.
“Pjattaforma spazjali” (9) tfisser it-tagħmir li jipprovdi appoġġ għall-infrastruttura tal-“inġenji spazjali” u l-post għat-“tagħbija utli tal-inġenji tal-ispazju”.
“Tagħbija utli tal-inġenji spazjali” (9) tfisser tagħmir imwaħħal mal-“pjattaforma spazjali” maħsub biex iwettaq missjoni fl-ispazju (pereżempju, il-komunikazzjoni, l-osservazzjoni, ix-xjenza).
“Ikkwalifikat għall-użu spazjali” (3 6 7) tfisser imfassal, immanifatturat, jew ikkwalifikat permezz ta' testijiet li għadda b'suċċess, għall-operazzjoni f'għoli ta' aktar minn 100 km 'il fuq mill-wiċċ tad-dinja.
N.B. Determinazzjoni li oġġett speċifiku jkun “ikkwalifikat għall-użu spazjali” permezz ta’ testijiet ma tfissirx li oġġetti oħra fl-istess linja ta’ produzzjoni jew sensiela ta’ mudelli jkunu “kkwalifikati għall-użu spazjali” jekk ma jkunux ġew ittestjati individwalment.
“Materjal fissili speċjali” (0) tfisser plutonju-239, uranju-233, “uranju arrikkit bl-isotopi 235 jew 233”, u kull materjal li jinkludi lil dawn.
“Modulu speċifiku” (0 1 9) huwa l-modulu ta’ Young f’pascals, ekwivalenti għal N/m2 diviż bil-piż speċifiku f’N/m3, imkejjel f’temperatura ta’ (296 ± 2) K ((23 ± 2) °C) u umdità relattiva ta’ (50 ± 5) %.
“Saħħa tensili speċifika” (0 1 9) hija s-saħħa tensili aħħarija f’pascals, ekwivalenti għal N/m2 diviża bil-piż speċifiku f’N/m3, imkejla f’temperatura ta’ (296 ± 2) K ((23 ± 2) °C) u umdità relattiva ta’ (50 ± 5) %.
“Ġiroskopji b'massa rotanti” (7) tfisser ġiroskopji b'massa li ddur kontinwament biex jittieħed il-moviment angulari;
“Spettru mifrux” (5) tfisser it-teknika li permezz tagħha l-enerġija f'kanal ta' komunikazzjoni ta' banda relattivament dejqa tinfirex fuq spettru ta' enerġija ħafna usa'.
Radar ta' “spettru mifrux” (6) - ara “Spettru mifrux tar-radar”.
“Stabbiltà” (7) tfisser id-devjazzjoni standard (1 sigma) tal-varjazzjoni ta' parametru partikolari mill-valur ikkalibrat tiegħu, imkejjel f'kundizzjonijiet ta' temperatura stabbli. Dan jista' jiġi espress bħala funzjoni tal-ħin.
“Stati (mhux) Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi” (1) huma dawk l-Istati li għalihom il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Kumulazzjoni u l-Użu ta' Armi Kimiċi daħlet (ma daħlitx) fis-seħħ. (Ara www.opcw.org)
“Modalità ta’ Statiċità” (9) tiddefinixxi l-kundizzjonijiet ta' operazzjoni ta' magna, fejn il-parametri tal-magna, bħall-ispinta / il-qawwa, l-ispid tal-magna, u oħrajn, ma għandhomx varjazzjonijiet apprezzabbli, meta t-temperatura tal-arja ambjentali u l-pressjoni fid-daħla tal-magna huma kostanti.
“Inġenju suborbitali” (9) tfisser inġenju li jkollu magħlaq iddisinjat għat-trasport ta’ persuni jew merkanzija li jkun iddisinjat biex:
Jopera ’l fuq mill-istratosfera;
Iwettaq trajettorja mhux orbitali; u
Jerġa’ jinżel fid-dinja bin-nies jew bil-merkanzija intatta.
“Sottostrat” (3) tfisser folja ta' materjal bażi sew jekk b'disinn ta' interkonnessjoni jew mingħajru u li fuqu jew fih jinstabu “komponenti diskreti” jew ċirkwiti integrati jew it-tnejn.
N.B.1. “Komponent diskret”: “element ta’ ċirkwit” ippakkjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu stess.
N.B.2. “Element ta’ ċirkwit”: parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta’ ċirkwit elettroniku, bħal dijodu wieħed, tranżister wieħed, reżister wieħed, kapaċitatur wieħed, eċċ.
“Sottostrati grezzi” (3 6) tfisser komposti monolitiċi b'dimensjonijiet tajbin għal produzzjoni ta' elementi ottiċi bħal mirja u twieqi ottiċi.
“Sottounità ta' tossin” (1) huwa komponent strutturalment u funzjonalment diskret ta' “tossin” sħiħ.
“Superliga” (2 9) tfisser liga b’bażi tan-nikil, tal-kobalt jew tal-ħadid li jkollha ħajja sa ma tinqasam taħt stress ta’ aktar minn 1 000 siegħa b’400 MPa u saħħa tensili aħħarija akbar minn 850 MPa, f’temperatura ugwali jew superjuri għal 922 K (649 °C).
“Superkonduttivi” (1 3 5 6 8) tfisser materjali, jiġifieri metalli, ligi jew komposti, li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha, jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr ma jipproduċu sħana Joule.
N.B. L-istat “superkonduttiv” ta’ materjal huwa karatterizzat individwalment b’“temperatura kritika”, kamp manjetiku kritiku, li huwa funzjoni tat-temperatura, u densità ta’ kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm tal-kamp manjetiku kif ukoll tat-temperatura.
“Laser b'Potenza Għolja Ħafna” (“SHPL”) (6) tfisser “laser” li kapaċi jitfa' (bħala total jew parti) l-enerġija ta' output li teċċedi l-1 kJ f'ħin ta' 50 ms jew li jkollu potenza medja b'mewġa kontinwa ogħla minn 20 kW.
“Formatura superplastika” (1 2) tfisser proċess ta' deformazzjoni li juża s-sħana għal metalli li huma normalment ikkaratterizzati b'valuri baxxi ta' titwil (inqas minn 20 %) fil-punt li jinqasmu, kif iddeterminat f'temperatura ambjentali normali bl-ittestjar konvenzjonali tas-saħħa tensili, sabiex jinkiseb titwil waqt l-ipproċessar li huwa mill-inqas id-doppju (2) ta' dawk il-valuri.
“Algoritmu simetriku” (5) tfisser algoritmu kriptografiku li juża ċavetta identika għall-kriptaġġ kif ukoll għad-dekriptaġġ.
N.B. Użu komuni tal-“algoritmi simetriċi” huwa kunfidenzjalità tad-data.
“Tejp” (1) hu materjal magħmul minn “monofilamenti”, 'fili', “ftietel”, “wajers” jew “irdien” eċċ., intreċċati jew unidirezzjonali, normalment mxappin bil-lest bir-resina.
N.B. “Fil” huwa lott ta’ “monofilamenti” (tipikament aktar minn 200) irranġati bejn wieħed u ieħor parallelament.
“Teknoloġija” (GTN NTN Kollha) tfisser informazzjoni speċifika meħtieġa għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' oġġetti. L-informazzjoni tieħu l-forma ta' 'data teknika' jew 'assistenza teknika'.
N.B.1. 'Assistenza teknika' tista' tieħu forom bħal struzzjonijiet, abbiltajiet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol u servizzi ta' konsultazzjoni u tista' jinvolvi t-trasferiment ta' 'data teknika'.
N.B.2. “Data teknika” tista’ tieħu forom bħal blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formoli, tabelli, disinji u speċifikazzjonijiet tal-inġinerija, manwali u struzzjonijiet bil-miktub jew irrekordjati fuq midja oħrajn jew tagħmir bħal diska, tejp, u memorji li jinqraw biss.
“Ċirkwit integrat tridimensjonali” (3) tfisser ġabra ta' ċipep semikunduttriċi jew saffi ta’ apparat attivi, integrati flimkien, u li permezz ta’ semikunduttur ikollhom konnessjonijiet li jgħaddu kompletament minn interposer, sottostrat, ċippa jew saff sabiex jistabbilixxu l-interkonnessjonijiet bejn is-saffi ta’ apparat. Interposer huwa interfaċċa li tippermetti konnessjonijiet elettroniċi.
“Fus inklinabbli” (2) tfisser fus li jżomm għodda li jbiddel, waqt il-proċess ta' mmaxinjar, il-pożizzjonament angolari tal-linja ċentrali tiegħu fir-rigward ta' xi assi ieħor.
“Kostanti tal-ħin” (6) huwa l-ħin meħud mill-applikazzjoni tal-istimulu tad-dawl għall-inkrement fil-kurrent biex jilħaq il-valur ta' 1-1/e mmultiplikat bil-valur finali (jiġifieri 63 % tal-valur finali).
“Ħin ta' reġistrazzjoni ta' valur stabbli” (6) (magħruf ukoll bħala l-ħin ta' rispons tal-gravimetru) huwa l-ħin li matulu jitnaqqsu l-effetti disturbanti tal-aċċellerazzjonijiet indotti mill-pjattaforma (ħoss ta' frekwenza għolja).
“Kefen siġillanti tat-tarf” (9) tfisser komponent f'forma ta' ħolqa stazzjonarju (solidu jew issegmentat) imwaħħal mal-wiċċ ta' ġewwa tal-kejsing tat-turbina tal-magna jew element fit-tarf ta' barra tax-xafra tat-turbina, li prinċipalment jipprovdi siġill għall-gass bejn il-komponenti stazzjonarji u dawk li jduru.
“Kontroll totali tat-titjira” (7) tfisser il-kontroll awtomatizzat ta’ varjabbli tal-istat u tar-rotta tat-titjira ta’ “inġenju tal-ajru” biex jintlaħqu l-objettivi ta’ missjoni, b’rispons għal bidliet f’ħin reali fid-data dwar objettivi, perikli jew “inġenji tal-ajru” oħra.
“Rata ta' trasferiment diġitali totali” (5) tfisser l-għadd ta' bits, inkluża l-kodifika tal-linji, bits supplimentari eċċ. għal kull unità ta' ħin li tgħaddi bejn tagħmir li jikkorrispondi f'sistema ta' trażmissjoni diġitali.
N.B. Ara wkoll “ir-rata tat-trasferiment diġitali”.
“Wajers” (1) huma lott ta' “monofilamenti”, normalment bejn wieħed u ieħor paralleli.
“Tossini” (1 2) tfisser tossini fil-forma ta' preparati jew taħlitiet deliberatament iżolati, irrispettivament minn kif ġew prodotti, minbarra tossini preżenti bħala kontaminanti ta' materjali oħra bħala kampjuni patoloġiċi, għelejjel, oġġetti tal-ikel jew ħażniet ta' żerriegħa ta' “mikroorganiżmi”.
“Intonabbli” (6) tfisser il-kapaċità ta' “laser” li jipproduċi ħruġ kontinwu fit-tulijiet ta' mewġ kollha fuq firxa ta' diversi tranżizzjonijiet tal-“laser”. “Laser” li jista' jagħżel il-linja jipproduċi tulijiet ta' mewġ diskreti fi tranżizzjoni ta' “laser” waħda, u ma jitqiesx bħala “intonabbli”.
“Ir-ripetibbiltà ta' pożizzjonament unidirezzjonali” (2) tfisser l-iżgħar fost il-valuri R↑ u R↓ ('il quddiem u lura), kif definit fi 3.21 tal-ISO 230-2:2014 jew l-ekwivalenti nazzjonali, ta' assi individwali ta' għodda għall-immaxinjar.
“Vettura tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ” (“UAV”) (9) tfisser kull inġenju tal-ajru li kapaċi jibda titjira u jwettaq titjira u navigazzjoni kkontrollati mingħajr ebda preżenza umana abbord.
“Uranju arrikkit fl-isotopi 235 jew 233” (0) tfisser uranju li fih l-isotopi 235 jew 233, jew it-tnejn, f'tali ammont li l-abbundanza tal-proporzjon tas-somma ta' dawn l-isotopi mal-isotopu 238 tkun iktar mill-proporzjon tal-isotopu 235 mal-isotopu 238 li jseħħ fin-natura (bi proporzjon tal-isotopu ta' 0,71 fil-mija).
“Użu” (NĠT NTN Kollha) tfisser tħaddim, installazzjoni (li tinkludi installazzjoni fil-post), manutenzjoni (iċċekkjar), tiswija, rinnovament totali u restawr.
“Programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” (6) tfisser il-faċilità li tawtorizza lill-utent biex idaħħal, jimmodifika jew jissostitwixxi “programmi” b'metodi oħra minbarra:
Bidla fiżika fil-wajering jew l-interkonnessjonijiet; jew
L-issettjar tal-kontrolli tal-funzjonijiet inkluż l-inserzjoni ta’ parametri.
“Vaċċin” (1) huwa prodott mediċinali f'formulazzjoni farmaċewtika lliċenzjata minn, jew li għandha awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni jew għal prova klinika, mill-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiż ta' manifattura jew tal-użu, li jkollu l-għan li jistimola rispons immunoloġiku protettiv fil-bnedmin jew fl-annimali sabiex jipprevjeni mard f'min jew f'xiex jiġi amministrat.
“Apparati elettroniċi bil-vakwu” (3) tfisser apparati elettroniċi bbażati fuq l-interazzjoni ta' raġġ ta' elettroni b'mewġa elettromanjetika propogata f'ċirkwit b'vakwu jew l-interazzjoni ma' reżonaturi tal-kavità b'vakwu bi radjufrekwenza. “Apparati elettroniċi bil-vakwu” inklużi klystrons, tubi ta' mewġ progressiv, u d-derivattivi tagħhom.
“Żvelar tal-vulnerabbiltà” (4) tfisser il-proċess ta’ identifikazzjoni, rappurtar jew komunikazzjoni ta’ vulnerabbiltà lil individwi jew organizzazzjonijiet responsabbli mir-rimedju jew mill-koordinazzjoni tal-attivitajiet li jfittxu rimedju, jew li bih din tiġi analizzata ma’ dawn l-individwi u organizzazzjonijiet.
“Raden” (1) huwa mazz ta' “fili” mibrumin.
N.B. “Fil” huwa lott ta’ “monofilamenti” (tipikament aktar minn 200) irranġati bejn wieħed u ieħor parallelament.
PARTI II
Kategorija 0
KATEGORIJA 0 - MATERJALI, FAĊILITAJIET, U TAGĦMIR NUKLEARI
0ASistemi, Tagħmir u Komponenti
0A001“Reatturi Nukleari” u tagħmir u komponenti mfasslin jew ippreparati apposta għalihom, kif ġej:
“Reatturi Nukleari”;
Reċipjenti tal-metall, jew partijiet ewlenin prodotti fil-fabbrika għalihom, inkluża l-quċċata tar-reċipjent tar-reattur għal reċipjent taħt pressjoni tar-reattur, imfasslin jew ippreparati apposta sabiex jinkludu l-qalba ta’ “reattur nukleari”;
Tagħmir manipulattiv imfassal jew ippreparat apposta sabiex idaħħal jew ineħħi l-fjuwil f’“reattur nukleari”;
Vireg tal-kontroll imfasslin jew ippreparati apposta għall-kontroll tal-proċess ta’ fissjoni f’“reattur nukleari”, fi strutturi ta’ appoġġ jew ta’ sospensjoni għalihom, mekkaniżmi li jħaddmu l-vireg u tubi gwida tal-vireg;
Tubi tal-pressjoni mfassla apposta jew ippreparati sabiex ikun fihom kemm elementi ta' fjuwil kif ukoll l-aġent tat-tkessiħ primarju f'“reattur nukleari”;
Tubi taż-żirkonju metalliku u tubi bil-liga taż-żirkonju (jew assemblaġġi ta' tubi) mfassla apposta jew ippreparati sabiex jintużaw bħala kisi għall-fjuwil f'“reattur nukleari”, u fi kwantitajiet li jaqbżu l-10 kg;
N.B. Għal tubi ta' pressjoni ta’ żirkonju ara 0A001.e. u għal tubi tal-kalandra ara 0A001.h.
Pompi jew ċirkolaturi għat-tkessiħ imfasslin jew ippreparati apposta sabiex jiċċirkolaw il-fluwidu berried primarju tar-“reatturi nukleari”;
"Komponenti interni ta' reatturi nukleari mfasslin jew ippreparati b'mod speċifiku għall-użu f'“reattur nukleari”, inklużi l-kolonni ta' appoġġ għall-qalba, il-kanali tal-fjuwil, it-tubi tal-kalandra, l-ilqugħ termali, id-defletturi, il-pjanċi tal-grilja tal-qalba, u l-pjanċi ta' diffużjoni;
Nota Teknika :
F'0A001.h. “Komponenti interni ta' reattur nukleari” tfisser kull struttura ewlenija f'reċipjent ta' reattur li għandha funzjoni jew aktar bħal li tappoġġja l-qalba, li żżomm l-allinjament tal-fjuwil, li tidderieġi l-fluss tal-fluwidu berried primarju, li tipprovdi lqugħ għar-radjazzjoni lir-reċipjent tar-reattur, u li tiggwida l-istrumentazzjoni fil-qalba.
Skambjaturi tas-sħana kif ġej:
Ġeneraturi tal-istim imfassla jew ippreparati apposta għaċ-ċirkwit primarju jew intermedju tal-fluwidu berried ta' “reattur nukleari”;
Skambjaturi oħra tas-sħana mfassla jew ippreparati apposta għall-użu fiċ-ċirkwit tal-fluwidu berried primarju ta' “reattur nukleari”;
Nota : 0A001.i. ma jikkontrollax skambjaturi tas-sħana għas-sistemi ta' appoġġ tar-reattur pereż. għas-sistema ta' tkessiħ f'emerġenza jew għas-sistemi ta' tkessiħ kontra t-tidwib.
Detetturi tan-newtroni mfassla apposta jew ippreparati sabiex jiddeterminaw il-livelli ta' flussi tan-newtroni fil-qalba ta’ “reattur nukleari”;
“Ilqugħ termali estern” imfassal apposta jew ippreparat sabiex jintuża f’“reattur nukleari” għat-tnaqqis tat-telf tas-sħana kif ukoll għall-protezzjoni tar-reċipjent.
Nota Teknika :
F'0A001.k. “ilqugħ termali estern” tfisser strutturi ewlenin imqiegħda fuq ir-reċipjent tar-reattur li jnaqqsu t-telf tas-sħana mir-reattur u jnaqqsu t-temperatura fi ħdan ir-reċipjent tar-reattur.
0BTagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni
0B001Impjant għas-separazzjoni tal-isotopi ta’ “uranju naturali”, “uranju mfaqqar” jew “materjali fissili speċjali”, u tagħmir u komponenti mfassla jew ippreparati apposta għalih, kif ġej:
Impjant imfassal apposta għas-separazzjoni ta’ isotopi ta’ “uranju naturali”, “uranju mfaqqar”, u “materjali fissili speċjali”, kif ġej:
Impjant għas-separazzjoni b'ċentrifuga tal-gass;
Impjant għas-separazzjoni b'diffużjoni gassuża;
Impjant għas-separazzjoni ajrudinamika;
Impjant għas-separazzjoni bi skambju kimiku;
Impjant għas-separazzjoni bl-iskambju tal-joni;
Impjant għas-separazzjoni isotopika ta’ fwar atomiku bil-“laser”;
Impjant għas-separazzjoni isotopika molekulari bil-“laser”;
Impjant għas-separazzjoni bil-plażma;
Impjant għas-separazzjoni elettromanjetika;
Ċentrifugi tal-gass u assemblaġġi u komponenti, imfassla jew ippreparati apposta għal proċess ta’ separazzjoni b’ċentrifugi tal-gass, kif ġej:
Nota Teknika :
F'0B001.b. “materjal li l-proporzjon tas-saħħa għad-densità hija għolja” tfisser kull waħda minn dawn li ġejjin:
Azzar Maraging b'limitu ta' saħħa tensili ta' 1,95 GPa jew aktar;
Ligi tal-aluminju b’limitu ta’ saħħa tensili ta’ 0,46 GPa jew aktar; jew
“Materjali fibrużi jew filamentari” b’“modulu speċifiku” ta’ iktar minn 3,18 × 106m u “saħħa tensili speċifika” ikbar minn 7,62 × 104 m;
Ċentrifugi tal-gass;
Assemblaġġi ta' rotors kompleti;
Ċilindri ta’ tubi tar-rotors bi ħxuna tal-ħajt ta’ 12 mm jew inqas, dijametru ta’ bejn 75 mm u 650 mm, magħmulin minn “materjali bi proporzjon tas-saħħa għad-densità għoli”;
Ċrieki jew imniefaħ b’ħitan ħoxnin 3 mm jew inqas u dijametru ta’ bejn 75 mm u 650 mm u mfasslin sabiex jagħtu appoġġ lokali lit-tubu tar-rotor jew sabiex jgħaqqdu għadd minnhom flimkien, magħmulin minn “materjali li l-proporzjon tas-saħħa għad-densità tagħhom huwa għoli”;
Dijaframmi b’dijametru ta’ bejn 75 mm u 650 mm għal immuntar f’tubu tar-rotor, magħmulin minn “materjali ta’ proporzjon saħħa-għal-densità għoli”;
Għotjien ta’ fuq jew ta’ isfel b'dijametru ta’ bejn 75 mm u 650 mm sabiex jaqbdu mat-truf ta’ tubu tar-rotor, magħmulin minn “materjali li l-proporzjon tas-saħħa għad-densità tagħhom huwa għoli”;
Kuxxinetti ta’ sospensjoni manjetika kif ġej:
Assemblaġġi ta’ kuxxinetti li jikkonsistu f’kalamita f’għamla ta’ ħolqa sospiża f’qafas magħmul minn jew protett b’“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” li fihom mezz li jtaffi u li għandhom akkoppjament manjetiku ma’ biċċa polari jew mat-tieni kalamita mmuntata mal-għatu ta’ fuq tar-rotor;
Kuxxinetti manjetiċi attivi mfassla apposta jew preparati għall-użu ma’ ċentrifugi tal-gass.
Kuxxinetti ppreparati apposta li jikkonsistu f'assemblaġġ b'għatu bil-pern immuntat fuq damper;
Pompi molekulari li jikkonsistu f'ċilindri li għandhom skanalaturi elikali interni mmaxinjati jew bl-estrużjoni u toqob immaxinjati internament;
Staturi f’forma ta’ ċrieki għall-magni multifażi b'kurrent alternat (AC) tat-tip b'isteresi (jew riluttanza) għal tħaddim sinkronu f'vakwu bi frekwenza daqs jew iktar minn 600 Hz u b'potenza daqs jew iktar minn 40 VA;
Reċipjenti/oqfsa ta’ ċentrifuga sabiex iżommu fihom l-assemblaġġ ta’ tubu tar-rotors ta’ ċentrifuga tal-gass, li jikkonsistu f'ċilindru riġidu li ħitanu huma ħoxnin sa 30 mm bi truf immaxinjati b'mod preċiż li huma paralleli għal xulxin u perpendikulari għall-assi lonġitudinali taċ-ċilindru sa 0,05° jew anqas;
Daħliet tal-arja mfasslin jew ippreparati apposta għall-estrazzjoni tal-gass UF6 minn ġewwa t-tubu tar-rotor skont il-prinċipju tat-tubu għall-kejl tal-veloċità u li jistgħu jitwaħħlu mas-sistema ċentrali għall-estrazzjoni tal-gass;
Varjanti tal-frekwenza (konvertituri jew invertituri) mfassla apposta jew ippreparati sabiex jissupplixxu l-istators ta' mutur meta jseħħ l-arrikkiment taċ-ċentrifuga tal-gass, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin kif ukoll il-komponenti mfasslin apposta għalihom:
Output tal-frekwenza multifażi ta' 600 Hz jew aktar; u
Stabbiltà għolja (b'kontroll tal-frekwenza aħjar minn 0,2 %);
Valvi tal-kontroll u tal-għeluq kif ġej:
Valvi iżolanti mfassla jew ippreparati apposta biex jaġixxu fuq l-alimentazzjoni, il-prodott jew ir-rilaxxi tal-flussi tal-gass tal-UF6 ta’ ċentrifuga tal-gass individwali;
Valvi ssiġillati b’imniefaħ, li jwaqqfu jew jikkontrollaw, magħmulin minn jew protetti b’“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”, b’dijametru intern ta’ 10 mm sa 160 mm, imfassla jew ippreparati apposta għall-użu fis-sistemi prinċipali jew awżiljari ta’ impjanti ta’ arrikkiment b’ċentrifuga tal-gass;
Tagħmir u komponenti, imfassla apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni b'diffużjoni gassuża, kif ġej:
Barrieri għad-diffużjoni gassuża magħmulin minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” li jkunu metalliċi, tal-polimer jew taċ-ċeramika, porużi, b'daqs tal-pori minn 10 sa 100.nm, bi ħxuna ta' 5 mm jew inqas, u, għal forom tubulari, b'dijametru ta' 25 mm jew inqas;
Ħawsings għad-diffużjoni tal-gass magħmulin minn jew “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” jew protetti bihom;
Kompressuri jew blowers tal-gass b'kapaċità ta' volum ta' ġbid tal-arja ta' 1 m3/min jew iktar ta' UF6, u pressjoni ta' skarika li twassal sa 500 kPa, u li għandhom proporzjon ta' pressjoni ta' 10:1 jew anqas u li huma magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;
Siġillaturi ta' xaftijiet rotattivi għal kompressuri jew blowers speċifikati f'0B001.c.3. u mfasslin sabiex ir-rata ta' infiltrazzjoni tal-gass separatur tkun inqas minn 1 000 cm3/min.;
Skambjaturi tas-sħana magħmulin jew protetti minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” u mfasslin għal rata ta' telf tal-pressjoni ta' inqas minn 10 Pa fis-siegħa taħt differenzjal ta' pressjoni ta' 100 kPa;
Valvi ssiġillati b'imniefaħ manwali jew awtomizzati, tal-kontroll jew tal-għeluq, magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;
Tagħmir u komponenti, imfasslin jew ippreparati apposta għal proċess ta’ separazzjoni ajrudinamika, kif ġej:
Żennuni għas-separazzjoni li jikkonsistu minn kanali kkurvati f'forma ta' inċiżjoni li għandhom raġġ ta' kurvatura inqas minn 1 mm, reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, u li għandhom xifer irqiq fiż-żennuna li jissepara l-gass li jgħaddi miż-żennuna f'żewġ nixxigħat;
Tubi ċilindriċi jew koniċi (tubi vortiċi) magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” u b'daħla tanġenzjali waħda jew aktar;
Kompressuri jew blowers tal-gass magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”, u siġillaturi ta' xaftijiet rotattivi għalihom;
Skambjaturi tas-sħana magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;
Ħawsings għall-elementi ta' separazzjoni magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” li jkun fihom tubi vortiċi jew żennuni għas-separazzjoni;
Valvi ssiġillati bi mniefaħ, manwali jew awtomatizzati, tal-kontroll jew tal-għeluq, magħmulin minn jew protetti b’“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”, b’dijametru ta’ 40 mm jew aktar;
Sistemi tal-ipproċessar għas-separazzjoni tal-UF6 mill-gass trasportatur (l-idroġenu jew l-elju) għal kontenut ta' UF6 ta' 1 ppm jew inqas, inkluż:
Skambjaturi tas-sħana krijoġeniċi u krijoseparaturi li kapaċi jilħqu temperaturi ta’ 153 K (– 120 °C) jew inqas;
Unitajiet ta’ refriġerazzjoni krijoġeniċi li kapaċi jilħqu temperaturi ta’ 153 K (– 120 °C) jew inqas;
Żennuna għas-separazzjoni jew unitajiet ta’ tubi vortiċi għas-separazzjoni tal-UF6 mill-gass trasportatur;
Nases kesħin għall-UF6, li kapaċi jiffriżaw il-UF6;
Tagħmir u komponenti, imfasslin jew ippreparati apposta għall-proċess ta’ separazzjoni bi skambju kimiku, kif ġej:
Kolonni pulsatorji għall-iskambju mgħaġġel ta' likwidu-likwidu b'ħin ta' permanenza tal-istadju ta' 30 sekonda jew inqas u reżistenti għall-aċidu idrokloriku kkonċentrat (pereż. magħmulin minn jew protetti b'materjali tal-plastik adattati bħal polimeri tal-idrokarbur fluworut jew ħġieġ);
Kuntatturi ċentrifugali għall-iskambju mgħaġġel ta' likwidu-likwidu b'ħin ta' permanenza tal-istadju ta' 30 sekonda jew inqas u reżistenti għall-aċidu idrokloriku kkonċentrat (pereż. magħmulin minn jew protetti b'materjali tal-plastik addattati bħal polimeri tal-idrokarbur fluworut jew ħġieġ);
Ċelloli għat-tnaqqis elettrokimiku reżistenti għal soluzzjonijiet kkonċentrati tal-aċidu idrokloriku, għat-tnaqqis tal-uranju minn stat ta' valenza għal ieħor;
Ċelloli għat tnaqqis elettrokimiku jalimentaw tagħmir biex jieħu l-U+4 min-nixxiegħa organika u, għal dawk il-partijiet f'kuntatt man-nixxiegħa tal-proċess, magħmulin minn jew protetti b'materjali addattati (pereż. ħġieġ, polimeri tal-fluworokarbonju, sulfat tal-polifenil, sulfon tal-polietere u grafit imxappap fir-reżina);
Sistemi ta' preparazzjoni għall-alimentazzjoni, għall-produzzjoni ta' soluzzjoni ta' klorur tal-uranju ta' purità għolja, li jikkonsistu f'tagħmir ta' dissoluzzjoni, għall-estrazzjoni ta' solvent u / jew l-iskambju ta' joni għall-purifikazzjoni kif ukoll f'ċelloli elettrolitiċi għat-tnaqqis tal-uranju minn U+6 jew U+4 għal U+3;
Sistemi għall-ossidazzjoni tal-uranju għall-ossidazzjoni ta' U+3 għal U+4;
Tagħmir u komponenti, imfasslin jew ippreparati apposta għal proċess ta’ separazzjoni bi skambju ta’ joni, kif ġej:
Reżini ta’ skambju joniku li jirreaġixxu malajr, reżini pellikulari jew porużi makromxebbkin fejn il-gruppi attivi għall-iskambju kimiku huma limitati għal kisja fil-wiċċ ta’ struttura ta’ appoġġ inattiva u poruża, u strutturi kompożiti oħra ta’ kull forma addatta, inklużi partiċelli jew fibri, b’dijametri ta’ 0,2 mm jew inqas, reżistenti għall-aċidu idrokloriku kkonċentrat u mfasslin sabiex ikollhom tnaqqis bin-nofs tar-rata tal-iskambju ta' inqas minn 10 sekondi u li kapaċi jaħdmu f’temperaturi ta’ bejn it-373 K (100 °C) u l-473 K (200 °C);
Kolonni ta' skambju joniku (ċilindriċi) b'dijametru ikbar minn 1 000 mm, magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-aċidu idrokloriku kkonċentrat (pereż. titanju jew plastik tal-fluworokarbonju) u kapaċi jaħdmu f'temperaturi bejn it-373 K (100 °C) u l-473 K (200 °C) u pressjonijiet ogħla minn 0,7 MPa;
Sistemi ta' rifluss ta' skambju joniku (sistemi ta' ossidazzjoni jew ta' riduzzjoni kimika jew elettrokimika) għar-riġenerazzjoni tal-aġenti kimiċi ta' riduzzjoni jew tal-ossidazzjoni użati f'kaskati ta' arrikkiment bi skambju joniku;
Tagħmir u komponenti, imfasslin jew ippreparati apposta għal proċessi ta’ separazzjoni abbażi ta’ laser bl-użu tas-separazzjoni tal-isotopi bil-laser tal-fwar atomiku, kif ġej:
Sistemi ta' vaporizzazzjoni tal-metall tal-uranju mfasslin sabiex il-potenza fornuta tilħaq il-1 kW jew aktar fuq il-bersall għal użu fl-arrikkiment tal-laser;
Sistemi ta' maniġġar ta' metall likwidu jew ta' fwar tal-uranju mfasslin jew ippreparati apposta għall-imaniġġar ta' uranju mdewweb, ligi tal-uranju mdewweb jew fwar tal-metall tal-uranju sabiex jintużaw fl-arrikkiment tal-laser, u f'komponenti mfassla apposta għalihom;
N.B. ARA WKOLL 2A225.
Assemblaġġi ta' kollettur tal-prodotti u tal-laqx għal metall tal-uranju f'forma likwida jew solida, magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għas-sħana u għall-korrużjoni tal-fwar jew likwidu tal-metall tal-uranju, bħal grafit miksi bl-ittrija jew it-tantalu;
Ħawsings għall-moduli ta' separazzjoni (reċipjenti ċilindriċi jew rettangolari) sabiex iżommu s-sors tal-fwar tal-metall tal-uranju, l-emittent tar-raġġ elettroniku u l-kolletturi tal-prodotti u tal-laqx;
“Lasers” jew sistemi ta' “laser” imfasslin jew ippreparati apposta għas-separazzjoni ta' isotopi tal-uranju bi stabbilizzazzjoni tal-frekwenza tal-ispettru għal ħidma fuq perjodi ta' żmien imtawlin;
N.B. ARA WKOLL 6A005 U 6A205.
Tagħmir u komponenti, imfasslin jew ippreparati apposta għal proċess ta’ separazzjoni abbażi ta’ laser bl-użu tas-separazzjoni tal-isotopi bil-laser molekulari, kif ġej:
Żennuni ta' espansjoni supersonika għal taħlitiet tat-tkessiħ tal-UF6 u gass trasportatur sa 150 K (– 123 °C) jew inqas u magħmulin minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;
Il-komponenti jew it-tagħmir tal-kolletturi tal-prodotti u tal-laqx, imfasslin jew ippreparati apposta għall-ġbir tal-materjal tal-uranju jew il-laqx tal-uranju wara li jiġu lluminati bid-dawl tal-laser magħmulin minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;
Kompressuri magħmulin minn jew protetti b’ “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”, u siġillaturi ta' xaftijiet rotattivi għalihom;
Tagħmir li l-UF5 (solidu) jiffluworinah għal UF6 (gass);
Sistemi tal-ipproċessar għas-separazzjoni tal-UF6 mill-gass trasportatur (pereż. in-nitroġenu jew l-argon) inkluż:
Skambjaturi tas-sħana krijoġeniċi u krijoseparaturi li kapaċi jilħqu temperaturi ta’ 153 K (– 120 °C) jew inqas;
Unitajiet ta’ refriġerazzjoni krijoġeniċi li kapaċi jilħqu temperaturi ta’ 153 K (– 120 °C) jew inqas;
Nases kesħin għall-UF6, li kapaċi jiffriżaw il-UF6;
“Lasers” jew sistemi ta' “laser” imfasslin jew ippreparati apposta għas-separazzjoni ta' isotopi tal-uranju bi stabbilizzazzjoni tal-frekwenza tal-ispettru għal ħidma fuq perjodi ta' żmien imtawlin;
N.B. ARA WKOLL 6A005 U 6A205.
Tagħmir u komponenti, imfasslin jew ippreparati apposta għal proċess ta’ separazzjoni bil-plażma, kif ġej:
Sorsi ta' enerġija microwave u antenni għall-produzzjoni jew għall-aċċellerazzjoni ta' joni, bil-frekwenza tal-output ikbar minn 30 GHz u b'output medju ta' potenza ikbar minn 50 kW;
Kojls għall-aġitazzjoni tal-joni bi frekwenzi tar-radju għal frekwenzi ta' iktar minn 100 kHz li kapaċi jiġġestixxu aktar mill-potenza medja ta' 40 kW;
Sistemi ta' ġenerazzjoni ta' plażma tal-uranju;
Mhux użat;
Muntaturi ta’ kolletturi tal-prodotti u tal-laqx għal metall tal-uranju f’forma solida magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għas-sħana u għall-korrużjoni mill-fwar tal-uranju bħall-grafit miksi bl-ittrija jew it-tantalu;
Ħawsings (ċilindriċi) tal-modulu ta' separazzjoni sabiex iżommu s-sors tal-plażma tal-uranju, il-kojl motriċi bi frekwenza tar-radju u l-kolletturi tal-prodotti u tal-laqx, u magħmulin minn materjal adattat nonmanjetiku (pereż. l-azzar inossidabbli);
Tagħmir u komponenti, imfassla apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni elettromanjetika, kif ġej:
Sorsi joniċi, singoli jew multipli, li jikkonsistu f'sors ta' fwar, jonizzatur, u aċċelleratur tar-raġġ magħmulin minn materjali nonmanjetiċi adatti (pereż. grafit, azzar inossidabbli, jew ram) u li kapaċi jipprovdu totalment kurrent ta' raġġ joniku ta' 50 mA jew ikbar;
Pjanċi tal-kolletturi joniċi għall-ġbir ta' raġġi joniċi tal-uranju arrikkit jew imfaqqar, li jikkonsistu f'żewġ inċiżjonijiet u kavitajiet jew aktar magħmulin minn materjali adattati nonmanjetiċi (pereż. grafit jew azzar inossidabbli);
Ħawsings f’vakwu għas-separaturi elettromanjetiċi tal-uranju magħmulin minn materjali nonmanjetiċi adatti (pereż. l-azzar inossidabbli) u mfasslin sabiex jaħdmu fi pressjonijiet ta' 0,1 Pa jew inqas;
Partijiet ta' poli manjetiċi b'dijametru ikbar minn 2 m;
Provvisti tal-enerġija ta' vultaġġ għoli għal sorsi joniċi, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Kapaċi għal operazzjoni kontinwa;
Vultaġġ tal-output ta’ 20 000 V jew ikbar;
Kurrent tal-output ta’ 1A jew ikbar; u
Regolazzjoni tal-vultaġġ aħjar minn 0,01 % fuq perjodu ta’ 8 sigħat;
N.B. ARA WKOLL 3A227.
Provvisti tal-enerġija għal kalamiti (ta' potenza għolja, kurrent dirett) li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Kapaċi għal operazzjoni kontinwa b’kurrent tal-output ta’ 500 A jew akbar b’vultaġġ ta’ 100 V jew ikbar; u
Regolazzjoni tal-kurrent jew tal-vultaġġ aħjar minn 0,01 % fuq perjodu ta’ 8 sigħat.
N.B. ARA WKOLL 3A226.
0B002Sistemi awżiljarji, tagħmir u komponenti, imfasslin jew ippreparati apposta, kif ġej, għal impjant ta’ separazzjoni tal-isotopi kif speċifikat f’0B001, magħmulin minn jew protetti b’“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”:
Awtoklavi ta’ alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment;
Desublimaturi jew nases kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta’ arrikkiment għal trasferiment sussegwenti mat-tisħin;
Stazzjonijiet tal-prodotti u tal-laqx sabiex jiġi trasferit l-UF6 ġewwa l-kontenituri;
Stazzjonijiet ta’ likwefazzjoni jew solidifikazzjoni użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta’ arrikkiment billi jikkompressaw, ikessħu u jikkonvertu l-UF6 f’forma likwida jew solida;
Sistemi ta’ kanen u sistemi ta’ headers imfasslin jew ippreparati apposta sabiex jiġġestixxu l-UF6 fil-kaskati tad-diffużjoni gassuża, taċ-ċentrifuga jew ajrudinamiċi;
Sistemi tal-vakwu u pompi kif ġej:
Manifolds b’vakwu, headers b’vakwu jew pompi li joħolqu vakwu li għandhom kapaċità ta' aspirazzjoni ta' 5 m3/minuta jew aktar;
Pompi li joħolqu vakwu mfasslin apposta għall-użu f’atmosferi li fihom l-UF6 magħmulin minn, jew protetti b’“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”; jew
Sistemi tal-vakwu li jikkonsistu f'manifolds b’vakwu, headers b’vakwu u pompi li joħolqu vakwu, u mfasslin biex jiffunzjonaw f'atmosferi li fihom l-UF6;
Spettrometri tal-massa/sorsi joniċi għall-UF6 li kapaċi jieħdu kampjuni online minn nixxigħat tal-gass tal-UF6, u li għandhom dan kollu li ġej:
Kapaċi jkejlu l-joni ta' 320 unità tal-massa atomika jew aktar, u li jkollhom riżoluzzjoni ta' iktar minn parti waħda għal kull 320;
Sorsi joniċi magħmulin minn jew protetti bin-nikil, ligi ta' nikel u ram b'kontenut ta' nikil ta' 60 % jew iktar bħala piż, jew ligi ta' nikil u krom;
Sorsi ta’ jonizzazzjoni b’bumbardament ta’ elettroni; u
Li jkollhom sistema ta' kollettur adatta għall-analiżi isotopika.
0B003Impjant għall-konverżjoni tal-uranju u tagħmir imfassal jew ippreparat apposta għalih, kif ġej:
Sistemi għall-konverżjoni ta’ konċentrati tal-minerali tal-uranju għal UO3;
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO3 għal UF6;
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO3 għal UO2.
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO2 għal UF4;
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF4 għal UF6;
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF4 għal metall tal-uranju;
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF6 għal UO2;
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF6 għal UF4;
Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO2 għal UCl4.
0B004Impjant għall-produzzjoni jew għall-konċentrazzjoni ta’ ilma tqil, dewterju u komposti tad-dewterju, kif ukoll tagħmir u komponenti mfassla jew ippreparati apposta għalih, kif ġej:
Impjant għall-produzzjoni ta’ ilma tqil, dewterju jew komposti tad-dewterju, kif ġej:
Impjanti għall-iskambju ta' sulfur tal-ilma-idroġenu;
Impjanti għall-iskambju tal-ammonijaka-idroġenu;
Tagħmir u komponenti, kif ġej:
Torrijiet għall-iskambju tas-sulfur tal-ilma-idroġenu b'dijametri ta' 1,5 m jew iktar, li kapaċi jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn jew ugwali għal 2 MPa;
Blowers jew kompressuri ċentrifugali ta’ stadju singolu, bi pressjoni baxxa (jiġifieri 0,2 MPa) għaċ-ċirkulazzjoni tal-gass tas-sulfur tal-idroġenu (jiġifieri gass li fih iktar minn 70 % skont il-piż ta’ sulfur tal-idroġenu, H2S) b’kapaċità throughput ikbar minn jew daqs 56 m3/s meta jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn jew daqs 1,8 MPa ta’ aspirazzjoni u li għandhom siġilli mfasslin biex jiffunzjonaw b’H2S umdu;
Torrijiet għall-iskambju tal-ammonijaka-idroġenu ikbar minn jew daqs 35 m fl-għoli b'dijametri ta' 1,5 m sa 2,5 m li kapaċi jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn 15 MPa;
Komponenti interni tat-torri, inklużi kuntatturi tal-istadji, u pompi tal-istadji, inkluż dawk li huma sommerġibbli, għall-produzzjoni ta' ilma tqil bl-użu tal-proċess tal-iskambju tal-ammonijaka-idroġenu;
Faqqiegħa tal-ammonijaka bi pressjonijiet ta' tħaddim ikbar minn jew daqs 3 MPa għall-produzzjoni ta' ilma tqil bl-użu tal-proċess ta' skambju tal-ammonijaka-idroġenu;
Analizzaturi b'assorbiment infraħmar kapaċi jagħmlu analiżi online tal-proporzjon idroġenu / dewterju fejn il-konċentrazzjonijiet tad-dewterju huma daqs jew ikbar minn 90 % skont il-piż;
Berners katalitiċi għall-konverżjoni ta' gass tad-dewterju arrikkit f'ilma tqil bl-użu tal-proċess ta' skambju tal-ammonijaka-idroġenu;
Sistemi kompluti li jtejbu l-ilma tqil, jew il-kolonni għalihom, sabiex jitjieb l-ilma tqil sakemm jilħaq il-livell ta' konċentrazzjoni tad-dewterju li hu meħtieġ għar-reatturi;
Konverturi tas-sinteżi tal-ammonijaka jew unitajiet tas-sinteżi mfassla apposta jew ppreparati għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju tal-ammonijaka-idroġenu.
0B005Impjanti ddisinjati apposta għall-fabbrikazzjoni ta’ elementi karburanti ta’ “reattur nukleari” u tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għalihom.
Nota Teknika :
Tagħmir imfassal jew ippreparat apposta għall-fabbrikazzjoni ta' elementi ta' fjuwils ta' “reattur nukleari” jinkludi tagħmir li:
Normalment jiġi f'kuntatt dirett mal-fluss tal-produzzjoni ta' materjali nukleari jew jipproċessah jew jikkontrollah direttament;
Jissiġilla l-materjali nukleari fil-kisja;
Jiċċekkja l-integrità tal-kisja jew tas-siġillatur;
Jiċċekkja t-trattament tal-finitura tal-fjuwil issiġillat; jew
Jintuża għall-assemblaġġ ta' elementi tar-reattur.
0B006Impjant għar-riproċessar tal-elementi karburanti rradjati ta’ “reattur nukleari”, u tagħmir u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għalihom.
Nota : 0B006 jinkludi:
Impjant għar-riproċessar tal-elementi karburanti rradjati ta’ “reattur nukleari” inkluż tagħmir u komponenti li normalment jiġu f’kuntatt dirett ma’ u jikkontrollaw direttament il-fjuwil irradjat u l-materjal nukleari ewlieni u nixxigħat tal-ipproċessar tal-prodott tal-fissjoni;
Tagħmir għat-tneħħija tal-kisi u magni għat-tqattigħ jew il-frammentazzjoni tal-element karburant, jiġifieri tagħmir li jitħaddem mill-bogħod sabiex iqatta’, jifframmenta jew ikisser l-assemblaġġi, il-mazzi jew il-vireg tal-fjuwil irradjat ta’ “reattur nukleari”;
Reċipjenti tas-solventi jew reċipjenti li jħaddmu apparati mekkaniċi ddisinjati jew ippreparati apposta għad-dissoluzzjoni tal-fjuwil irradjat ta’ “reattur nukleari”, li kapaċi jirreżistu likwidi jaħarqu u korrożivi ħafna, u li jistgħu jiġu mgħobbija, operaturi u miżmuma mill-bogħod;
Estratturi tas-solvent, bħal kolonni ppakkjati jew impulsati, separaturi tal-mikser jew kuntratturi ċentrifugali, reżistenti għall-effetti korrużivi tal-aċidu nitriku u mfasslin jew ippreparati apposta għal użu f’impjant għar-riproċessar ta’ “uranju naturali”, “uranju mfaqqar” jew “materjali fissili speċjali” rradjati;
Reċipjenti għaż-żamma jew għall-ħażna mfasslin apposta sabiex ikunu sikuri u reżistenti b’mod kritiku għall-effetti korrożivi tal-aċidu nitriku;
Nota Teknika :
Reċipjenti għaż-żamma jew għall-ħażna jista’ jkollhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:
Ħitan jew strutturi interni bl-ekwivalenti tal-boron (ikkalkulat għall-elementi kostitwenti kollha kif definit fin-nota għal 0C004) għal mill-inqas tnejn fil-mija;
Dijametru massimu ta’ 175 mm għar-reċipjenti ċilindriċi; jew
Wisa' massima ta' 75 mm għar-reċipjenti kemm ċatti kif ukoll annulari.
Sistemi ta’ kejl tan-newtroni mfasslin jew ippreparati apposta għall-integrazzjoni u għall-użu ma’ sistemi ta’ kontroll tal-proċess awtomatizzat f’impjant għar-riproċessar ta’ “uranju naturali”, “uranju mfaqqar” jew “materjali fissili speċjali” rradjati.
0B007Impjant għall-konverżjoni tal-plutonju u tagħmir imfassal jew ippreparat apposta għalih, kif ġej:
Sistemi għall-konverżjoni tan-nitrat tal-plutonju għal ossidu;
Sistemi għall-produzzjoni tal-metall tal-plutonju.
0CMaterjali
0C001“Uranju naturali” jew “uranju mfaqqar” jew torju fil-forma ta’ metall, liga, kompost jew konċentrat kimiku u kull materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn imsemmija hawn fuq;
Nota : 0C001 ma jikkontrollax dawn li ġejjin:
Erba’ grammi jew inqas ta’ “uranju naturali” jew “uranju mfaqqar” meta jkun miżmum f’komponent sensibbli ta’ strumenti;
“Uranju mfaqqar” immanifatturat apposta għall-applikazzjonijiet ċivili mhux nukleari li ġejjin:
Ilqugħ;
Ippakkjar;
Saborri li għandhom massa ta' mhux iktar minn 100 kg;
Kontropiżijiet li għandhom massa ta' mhux iktar minn 100 kg;
Ligi li fihom inqas minn 5 % ta’ torju;
Prodotti taċ-ċeramika li fihom it-torju, li ġew immanifatturati għal użu mhux nukleari.
0C002“Materjali fissili speċjali”
Nota : 0C002 ma jikkontrollax erba' “grammi effettivi” jew inqas meta jkunu f'komponent individwatur fi strumenti.
0C003Dewterju, ilma tqil (ossidu tad-dewterju) u komposti oħrajn tad-dewterju, u taħlitiet u soluzzjonijiet li jkun fihom id-dewterju, fejn il-proporzjon isotopiku tad-dewterju għall-idroġenu hu ogħla minn 1:5 000 .
0C004Grafit b’livell ta’ purità aħjar minn 5 partijiet għal kull miljun ta’ “ekwivalenti tal-boron” u b’densità ikbar minn 1,50 g/cm3 għal użu f’“reattur nukleari” fi kwantitajiet li jaqbżu l-1 kg.
N.B. ARA WKOLL 1C107.
Nota 1 : Għall-finijiet tal-kontroll tal-esportazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-UE li fih huwa stabbilit l-esportatur se jiddeterminaw jekk l-esportazzjonijiet tal-grafit li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq humiex għal użu f’“reattur nukleari” jew le. 0C004 ma tikkontrollax il-grafit b’livell ta’ purità aħjar minn 5 ppm (partijiet fil-miljun) ta’ ekwivalenti tal-boron u b’densità ikbar minn 1,50 g/cm3, mhux għal użu f’“reattur nukleari”.
Nota 2 : F'0C004, “l-ekwivalenti tal-boron” (BE) huwa ddefinit bħala s-somma ta' BEz għal impuritajiet (eskluż il-BEcarbon billi l-karbonju mhux meqjus bħala impurità) inkluż il-boron, meta:
BEZ (ppm) = CF × il-konċentrazzjoni tal-element Z f'ppm;
u σB u σZ huma t-transsezzjonijiet tal-ġbir tan-newtroni termiċi (f’barns) għall-boron naturali u l-element Z rispettivament; u AB u AZ huma l-mases atomiċi tal-boron naturali u l-element Z rispettivament.
0C005Komposti jew trabijiet ippreparati apposta għall-manifattura ta’ barrieri għad-diffużjoni gassuża, reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6 (pereż. in-nikil jew il-ligi li fihom 60 % skont il-piż jew aktar ta’ nikil, ossidu tal-aluminju u polimeri tal-idrokarbur kompletament fluworut), li għandhom purità ta’ 99,9 % skont il-piż jew aktar u daqs tal-partikoli ta’ inqas minn 10 μm meta mkejjel bl-istandard tal-ASTM B330, kif ukoll grad għoli ta’ uniformità fid-daqs tal-partikoli.
0DSoftware
0D001“Software” ddisinjat jew immodifikat apposta għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti speċifikati f’din il-Kategorija.
0ETeknoloġija
0E001“Teknoloġija” skont in-Nota dwar it-Teknoloġija Nukleari għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ oġġetti speċifikati f’din il-Kategorija.
PARTI III
Kategorija 1
KATEGORIJA 1 – MATERJALI SPEĊJALI U TAGĦMIR RELATAT
1 ASistemi, Tagħmir u Komponenti
1A001Komponenti magħmula minn komposti fluworurati, kif ġej:
Siġilli, gaskits, siġillanti jew bżieżaq tal-fjuwil, imfasslin apposta għall-użu f’“inġenji tal-ajru” jew fl-ajruspazju, magħmulin minn iktar minn 50 % skont il-piż ta’ kwalunkwe materjal speċifikat f’1C009.b. jew 1C009.c.;
Mhux użat;
Mhux użat.
1A002Strutturi jew laminati “komposti”, kif ġej:
N.B. ARA WKOLL 1A202, 9A010 u 9A110.
Magħmula minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
“Matriċi” organika u “materjali fibrużi jew filamentari”, speċifikati f’1C010.c. jew 1C010.d.: jew
Preimprenjati jew preformati speċifikati f’1C010.e.;
Magħmula minn “matriċi” tal-metall jew tal-karbonju, u minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju li għandhom dan kollu li ġej:
“Modulu speċifiku” li jeċċedi 10,15 × 106 m; u
“Saħħa tensili speċifika” li teċċedi 17,7 × 104 m; jew
Il-materjali speċifikati f'1C010.c.
Nota 1 : 1A002 ma jkoprix il-kontrolli fuq strutturi jew laminati “kompożiti” magħmulin minn “materjali fibrużi u filamentari” tal-karbonju mxappin f'reżina epossida użati għat-tiswija ta' strutturi jew laminati ta' “inġenji tal-ajru ċivili”, li għandhom dan kollu li ġej:
Żona ta’ mhux iktar minn 1 m2;
Tul ta’ mhux iktar minn 2,5 m; u
Wisa’ ta’ mhux iktar minn 15 mm.
Nota 2 : 1A002 ma jkoprix il-kontrolli fuq oġġetti nofshom lesti, imfasslin apposta għal applikazzjonijiet purament ċivili kif ġej:
Merkanzija sportiva;
Industrija tal-karozzi;
Industrija tal-makkinarju għodda;
Applikazzjonijiet mediċi.
Nota 3 : 1A002.b.1. ma jkoprix il-kontrolli fuq oġġetti nofshom lesti li fihom mhux aktar minn żewġ dimensjonijiet ta’ filamenti minsuġin u mfassla apposta għall-applikazzjonijiet kif ġej:
Fran għat-trattament bis-sħana għall-ittemprar ta’ metalli;
Tagħmir għall-produzzjoni ta’ boule tas-siliċju.
Nota 4 : 1A002 ma jkoprix il-kontrolli fuq oġġetti lesti, imfassla apposta għal applikazzjoni speċifika.
Nota 5 : 1A002.b.1 ma tikkontrollax “materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju maqtugħin jew mitħuna mekkanikament b’tul ta’ 25,0 mm jew inqas.
1A003Manifatturi ta’ polimidi aromatiċi mhux “fużibbli” fil-forma ta’ riti, folji, tejp jew żigarelli li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
Ħxuna ta’ iżjed minn 0,254 mm; jew
Miksijin jew laminati b’karbonju, grafit, metalli jew sustanzi manjetiċi.
Nota : 1A003 ma tkoprix il-kontrolli fuq il-manifatturi meta miksija jew laminati bir-ram u mfassla għall-produzzjoni ta’ bords ta’ ċirkwiti stampati elettroniċi.
N.B. Għal polimidi aromatiċi “fużibbli” fi kwalunkwe forma, ara 1C008.a.3.
1A004Tagħmir u komponenti protettivi u ta’ detezzjoni li mhumiex imfasslin apposta għall-użu militari, kif ġej:
N.B. ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI, 2B351 U 2B352.
Maskri li jgħattu l-wiċċ kollu, kanisters tal-filtri u tagħmir ta’ dekontaminazzjoni għalihom, imfasslin jew immodifikati għad-difiża kontra xi wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti mfasslin apposta għalihom:
Nota : 1A004.a. jinkludi Respiraturi Motorizzati li Jippurifikaw l-Arja (PAPR)li huma mfasslin jew immodifikati sabiex jiddefendu kontra l-aġenti jew il-materjali, elenkati f’1A004.a.
Nota Teknika :
Għall-finijiet ta’ 1A004.a.:
Il-maskri li jgħattu l-wiċċ kollu huma magħrufin ukoll bħala maskri tal-gass.
Il-filtri jinkludu wkoll l-element filtru.
“Aġenti bijoloġiċi”;
'Materjali radjuattivi';
Aġenti tal-gwerra kimika (CW); jew
“Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet” li jinkludu:
α-Bromobenżenaċetonitril, (Ċjanur Bromobenżiliku) (CA) (CAS 5798-79-8);
[(2-Klorofenil) metilen] propandinitril, (o-Klorobenżilidenemalononitril) (CS) (CAS 2698-41-1);
2-Kloro-1-feneletanon, Klorur tal-fenilaċil (ω-kloroaktefenon) (CN) (CAS 532-27-4);
Dibenz-(b,f)-1,4-oxazefin (CR) (CAS 257-07-8);
10-Kloro-5,10-diħidrofenarsazin, (Fenarsazin klorid), (Adamsit), (DM) (CAS 578-94-9);
N-Nonanoilmorfolin, (MPA) (CAS 5299-64-9);
Ilbies protettiv, ingwanti u żraben, iddisinjati jew immodifikati apposta għad-difiża kontra xi wieħed / waħda minn dawn li ġejjin:
“Aġenti bijoloġiċi”;
'Materjali radjuattivi'; jew
Aġenti tal-gwerra kimika (CW);
Sistemi ta’ detezzjoni, iddisinjati jew modifikati apposta għad-detezzjoni jew l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed / waħda minn dawn li ġejjin, u l-komponenti ddisinjati apposta għalihom:
“Aġenti bijoloġiċi”;
'Materjali radjuattivi'; jew
Aġenti tal-gwerra kimika (CW);
Tagħmir elettroniku ddisinjat għad-detezzjoni jew l-identifikazzjoni awtomatika tal-preżenza ta’ residwi ta’ “splussivi” u li jużaw tekniki ta’ “detezzjoni ta’ traċċi” (pereżempju mewġ akustiku tal-wiċċ, spettrometrija tal-mobbiltà jonika, spettrometrija tal-mobbiltà differenzjali, spettrometrija tal-massa).
Nota Teknika :
“Id-detezzjoni ta’ traċċi” hija definita bħala l-kapaċità għad-detezzjoni ta’ anqas minn 1 ppm ta’ fwar, jew 1 mg ta’ solidu jew likwidu.
Nota 1 : 1A004.d. ma jkoprix il-kontrolli fuq tagħmir imfassal apposta għall-użu fil-laboratorju.
Nota 2 : 1A004.d. ma tikkontrollax portali tas-sigurtà li wieħed jgħaddi minnhom mingħajr ma jkun hemm kuntatt,
Nota : 1A004 ma jikkontrollax:
Dożimetri għall-monitoraġġ tar-radjazzjoni personali;
Tagħmir tas-saħħa jew tas-sikurezza okkupazzjonali limitat mid-disinn jew mill-funzjoni li jipproteġi kontra perikli speċifiċi għas-sikurezza residenzjali jew għall-industriji ċivili, inklużi:
l-estrazzjoni;
il-qtugħ ta' ġebel;
l-agrikoltura;
il-farmaċewtika;
il-mediċina;
is-settur veterinarju;
l-ambjent;
l-immaniġġjar tal-iskart;
l-industrija tal-ikel.
Noti Tekniċi :
1. 1A004 jinkludi tagħmir u komponenti li ġew identifikati, ittestjati b'suċċess għal standards nazzjonali jew ipprovati li b'xi mod ieħor huma effettivi, għar-rilevament jew id-difiża kontra 'materjali radjuattivi', “aġenti bijoloġiċi ”, aġenti tal-gwerra kimika, 'simulanti' jew “aġenti ta' kontroll ta' rvellijiet”, anke jekk tagħmir jew komponenti bħal dawn jintużaw fl-industrija ċivili bħal dik tal-mini, il-barrieri, l-agrikoltura, il-farmaċewtika, il-mediċina, l-industrija veterinarja, dik ambjentali, it-trattament tal-iskart, jew l-industrija tal-ikel.
2. “Simulant” hu sustanza jew materjal li jintuża minflok aġent tossiku (kimiku jew bijoloġiku) fit-taħriġ, ir-riċerka, l-ittestjar jew l-evalwazzjoni.
3. Għall-finijiet ta’ 1A004, “materjali radjuattivi” huma dawk magħżula jew modifikati sabiex ikunu effikaċji iktar jikkawżaw feriti/mwiet fi bnedmin jew annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-għelejjel jew lill-ambjent.
1A005Korazza kontra l-balal, u l-komponenti għalihom, kif ġej:
N.B. ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.
Korazza kontra l-balal ratba mhux immanifatturata f’konformità ma’ standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew l-ekwivalenti tagħhom, u komponenti mfassla apposta għaliha;
Korazza kontra l-balal iebsa li tipprovdi protezzjoni ballistika sal-livell IIIA (NIJ 0101 .06, Lulju 2008) jew inqas jew “standards ekwivalenti”.
N.B. Għal “materjali fibrużi jew filamentari” użati fil-manifattura ta’ korazza kontra l-balal, ara 1C010.
Nota 1 : 1A005 ma jkoprix il-kontrolli fuq il-korazzi kontra l-balal meta jkunu qed jintużaw mill-utent għall-protezzjoni personali tiegħu stess.
Nota 2 : 1A005 ma jkoprix il-kontrolli fuq il-korazzi kontra l-balal imfassal sabiex jipprovdi protezzjoni frontali kemm minn frammenti kif ukoll minn blast ta' apparat splussiv mhux militari biss.
Nota 3 : 1A005 ma jkoprix il-kontrolli fuq il-korazzi kontra l-balal imfasslin sabiex jipproteġu kontra s-skieken, armi bil-ponot, b'labar u armi mhux tal-qtugħ biss.
1A006Tagħmir imfassal jew immodifikat apposta għall-iskartar ta’ Apparat Splussiv Improvviżat (IEDs), kif ġej, u komponenti u aċċessorji mfasslin apposta għalihom:
N.B. ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.
Vetturi li jitħaddmu mill-bogħod;
“Interferenti”.
Nota Teknika :
Għall-finijiet ta’ 1A006.b.: “interferenti” huma apparati ddisinjati apposta bil-għan li jipprevjenu l-operazzjoni ta’ apparat splussiv billi jixħtu projettili likwidu, solidu jew li jinfaqa’.
Nota : 1A006 ma jkoprix il-kontrolli fuq tagħmir li jkun akkumpanjat mill-operatur tiegħu.
1A007Tagħmir u apparat, imfassal apposta biex jinizjaw splużjonijiet u apparat li fihom “materjali enerġetiċi”, permezz ta’ mezzi elettriċi, kif ġej:
N.B. ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI 3A229 U 3A232.
Settijiet tat-tqabbid għal detonaturi splussivi mfasslin sabiex iħaddmu d-detonaturi splussivi speċifikati f’1A007.b.;
Detonaturi tal-isplussivi azzjonati bl-elettriku, kif ġej:
Pont li jisplodi (EB);
Wajer pont li jisplodi (EBW);
Trażmettitur ta' impuls (Slapper);
Detonaturi ta’ fojl li jisplodi (EFI);
Noti Tekniċi :
1. Il-kelma inizjatur jew tagħmir tat-tqabbid xi kultant tintuża minflok il-kelma detonatur.
2. Għall-finijiet ta’ 1A007.b. id-detonaturi konċernati kollha jutilizzaw konduttur tal-elettriku żgħir (pont, wajer pont jew fojl) li jivvaporizza ruħu b’mod splussiv meta impuls rapidu tal-elettriku ta’ kurrent għoli jgħaddi minnu. F'tipi nonslapper, il-konduttur li jisplodi jibda detonazzjoni kimika f'materjal ta' kuntatt splussiv ħafna bħal PETN (pentaeritritoltetranitrat). F’detonaturi slapper, il-vaporizzazzjoni splussiva tal-konduttur tal-elettriku tħaddem folja mobbli (flyer) jew slapper minn naħa għall-oħra ta’ fetħa, u l-impatt tas-slapper fuq l-isplussiv jibda detonazzjoni kimika. F'xi wħud mid-disinji, is-slapper huwa mħaddem minn forza manjetika. It-terminu detonatur tal-fojl li jisplodi jista’ jirreferi għal EB jew għal detonatur tat-tip slapper.
1A008Ċarġis, apparati u komponenti, kif ġej:
“Ċarġis iffurmati” li għandhom dan kollu li ġej:
Kwantità Splussiva Netta (NEQ) akbar minn 90 g; u
Dijametru tal-kejsing ta’ barra daqs jew akbar minn 75 mm;
Ċarġis li jaqtgħu f’forma lineari li għandhom dawn kollha li ġejjin, u komponenti mfassla apposta għalihom:
Tagħbija splussiva akbar minn 40 g/m; u
Wisa’ ta’ 10 mm jew aktar;
Fil detonatur b’tagħbija splussiva fil-qalba akbar minn 64 g/m;
Għodod tal-qtugħ, ħlief għal dawk speċifikati f’1A008.b., u għodod ta’ stakkar, li għandhom Kwantità Splussiva Netta (NEQ) akbar minn 3,5 kg.
Nota Teknika :
“Kariki ffurmati” huma kariki splussivi ffurmati biex jiffokaw l-effetti tal-forza tal-isplużjoni.
1A102Komponenti tal-karbonju-karbonju pirolizzati u risaturati mfasslin għal-lanċaturi speċifikati f’9A004 jew għal rokits sonda speċifikati f’9A104.
1A202Strutturi komposti, minbarra dawk speċifikati f’1A002, fil-forma ta’ tubi u li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
N.B. ARA WKOLL 9A010 U 9A110.
Dijametru intern ta’ bejn 75 mm u 400 mm; u
Magħmulin bi kwalunkwe wieħed mill-“materjali fibrużi jew filamentari” speċifikati f’1C010.a. jew b. jew 1C210.a. jew b’materjali preimpregnati bil-karbonju speċifikati f’1C210.c.
1A225Katalizzaturi miksijin bil-platinu mfasslin jew ippreparati apposta għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta’ skambju tal-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkuprar tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta’ ilma tqil.
1A226Imballaġġi speċjalizzati li jistgħu jintużaw fis-separazzjoni ta’ ilma tqil minn ilma ordinarju, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
Magħmulin minn xibka tal-bronż fosforuż kimikament trattata sabiex ittejjeb il-kapaċità li tixxarrab; u
Imfasslin sabiex jintużaw fit-torrijiet tad-distillazzjoni f’vakwu.
1A227Twieqi bi lqugħ għar-radjazzjoni ta’ densità għolja (ħġieġ taċ-ċomb jew ieħor), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u frejmijiet iddisinjati apposta għalihom:
“Żona kiesħa” ikbar minn 0,09 m2;
Densità ikbar minn 3 g/cm3; u
Ħxuna ta’ 100 mm jew akbar.
Nota Teknika :
F’1A227 t-terminu “żona kiesħa” jfisser il-parti viżwali tat-tieqa esposta għall-iktar livell baxx ta’ radjazzjoni fl-applikazzjoni tad-disinn.
1 BTagħmir tal-Ittestjar, Spezzjoni u Produzzjoni
1B001Tagħmir għall-produzzjoni jew l-ispezzjoni ta’ strutturi jew laminati “komposti” speċifikati f’1A002 jew “materjali fibrużi jew filamentari” speċifikati f’1C010, kif ġej, u komponenti u aċċessorji mfasslin apposta għalihom:
N.B. ARA WKOLL 1B101 U 1B201.
Magni għat-tkebbib tal-filamenti, li l-movimenti tagħhom għall-ippożizzjonar, it-tgeżwir u t-tkebbib tal-fibri huma kkoordinati u pprogrammati fuq tliet assi jew aktar ta’ “servopożizzjonament primarju”, imfasslin apposta għall-manifattura ta’ strutturi jew laminati “komposti”, minn “materjali fibrużi jew filamentari”;
“Magni għat-tqegħid tat-tejp”, li l-movimenti tagħhom għall-ippożizzjonar u t-tqegħid tat-tejp huma kkoordinati u pprogrammati fuq ħames assi jew aktar ta’ “servopożizzjonament primarju”, imfasslin apposta għall-manifattura ta’ strutturi “komposti” tal-oqfsa tal-inġenji tal-ajru jew ta’ “missili”;
Nota : F’1B001.b., “missila” tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ.
Nota Teknika :
Għall-finijiet ta’ 1B001.b., “magni għat-tqegħid tat-tejp” għandhom il-kapaċità li jqiegħdu “strixxa ta’ filament” jew aktar b’limitu ta’ wisa’ ta’ aktar minn 25,4 mm sa 304,8 mm jew inqas, u li jaqtgħu u jerġgħu jibdew korsiji individwali ta’ “strixxi ta’ filament” matul il-proċess ta’ tqegħid.
Magni tal-insiġ multidirezzjonali u multidimensjonali jew magni tad-dafar, inklużi adattaturi u kittijiet ta’ modifika, imfasslin jew immodifikati apposta għall-insiġ, id-dafar jew l-immaljar ta’ fibri, għal strutturi “komposti”;
Nota Teknika :
Għall-iskopijiet ta' 1B001.c., it-teknika ta' dafar tinkludi l-innittjar.
Tagħmir imfassal apposta jew adattat għall-produzzjoni ta’ fibri ta’ rinfurzar, kif ġej:
Tagħmir għall-konverżjoni ta' fibri polimeriċi (bħal poliakrilonitril, rejon, żift jew polikarbosilan) f'fibri ta' karbonju jew fibri ta' karbur tas-siliċju, inkluż tagħmir speċjali sabiex tissikka ruħha l-fibra waqt it-tisħin;
Tagħmir għad-depożitar kimiku f'fażi ta' fwar ta' elementi jew komposti, fuq sottostrati filamentari msaħħna, għall-manifattura ta' fibri tal-karbur tas-siliċju;
Tagħmir għall-estrużjoni bl-umdità ta' ċeramika refrattarja (bħall-ossidu tal-aluminju);
Tagħmir għall-konverżjoni tal-aluminju li fih fibri prekursuri f'fibri tal-alumina permezz tat-trattament ta' sħana;
Tagħmir sabiex jipproduċi materjali preimprenjati speċifikati f’1C010.e. bil-metodu ta’ tidwib bis-sħana;
Tagħmir għall-ispezzjoni mhux distruttiva mfassal apposta għal materjali “komposti”, kif ġej:
Sistemi ta’ tomografija permezz tar-raġġi X għall-ispezzjoni tad-difetti tridimensjonali;
Magni tal-ittestjar ultrasoniċi kkontrollati b’mod diġitali li l-movimenti tagħhom għall-ippożizzjonar tat-trażmettituri jew tar-riċevituri huma koordinati u programmati simultanjament f’erba’ assi jew aktar sabiex jissegwew il-kontorni tridimensjonali tal-komponent taħt spezzjoni.
“Magni għat-tqegħid ta’ kejbils ta’ filamenti”, li l-movimenti tagħhom għall-pożizzjonament u tqegħid ta’ kejbils ta’ filamenti huma kkoordinati u programmati f’żewġ assi jew aktar ta’ “servopożizzjonament primarju”, imfasslin apposta għall-manifattura ta’ strutturi “komposti” ta’ oqfsa tal-inġenji tal-ajru jew ta’ “missili”.
Nota Teknika :
Għall-iskopijiet ta’ 1B001.g., “magni għat-tqegħid tal-wajers” għandhom il-kapaċità li jqiegħdu “strixxa ta’ filament” waħda jew aktar li jkollhom wisa’ ta’ 25,4 mm jew inqas, u li jaqtgħu u jerġgħu jibdew korsiji individwali ta’ “strixxi ta’ filament” matul il-proċess ta’ tqegħid.
Noti Tekniċi :
1. Għall-iskop ta’ 1B001, l-assi ta’ “servopożizzjonament primarju” jikkontrollaw permezz ta’ programm tal-kompjuter, il-pożizzjoni tat-tagħmir tat-tarf (jiġifieri, ir-ras) fl-ispazju apparagun tal-biċċa li qed tinħadem fl-orjentament u fid-direzzjoni korretta biex jinkiseb il-proċess mixtieq.
2. Għall-iskopijiet ta’ 1B001, “strixxa ta’ filament” hija wisa’ unika kontinwa ta’ tejp, wajer, jew fibra kompletament jew parzjalment imxappin fir-reżina. 'Strixxi ta’ filament' imxappin fir-reżina kompletament jew parzjalment jinkludu dawk miksija bi trab fin li jeħel meta jissaħħan.
1B002Tagħmir iddisinjat biex jipproduċi trab jew materjal partikolat ta’ liga tal-metall, u li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Iddisinjat apposta sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni; u
Iddisinjat apposta għall-użu f’wieħed mill-proċessi speċifikati f’1C002.c.2.
N.B. ARA WKOLL 1B102.
1B003Għodod, forom, forom imħaffra jew muntaġġi, għal “formazzjoni superplastika” jew “saldatura ta’ diffużjoni” ta’ titanju, aluminju jew il-ligi tagħhom, iddisinjati apposta għall-manifattura ta’ xi wieħed /waħda minn dawn li ġejjin:
Strutturi ajruspazjali jew ta’ oqfsa tal-inġenji tal-ajru;
Magni ta’ “inġenji tal-ajru” jew tal-ajruspazju; jew
Komponenti mfasslin apposta għall-istrutturi speċifikati f’1B003.a. jew għall-magni speċifikati f’1B003.b.
1B101Tagħmir, minbarra dak speċifikat f’1B001, għall-“produzzjoni” ta’ kompożiti strutturali kif ġej; u komponenti u aċċessorji mfasslin apposta għalih:
N.B. ARA WKOLL 1B201.
Nota : Komponenti u aċċessorji speċifikati f'1B101 inkluż forom imħaffrin, mandrini tat-torn, forom imnaqqxin, muntaġġi u għodod għall-ippressar tal-preforma, għall-ikkurar, l-ikkastjar, it-tgħaqqid bis-sħana jew l-irbit ta' strutturi kompożiti, laminati u l-manifatturi tagħhom.
Magni għat-tkebbib tal-filamenti jew magni għat-tqegħid tal-fibri li l-movimenti tagħhom għat-tqegħid, it-tgeżwir u t-tkebbib ta’ fibri jistgħu jiġu kkoordinati u pprogrammati fuq tliet assi jew aktar, imfasslin għall-manifattura ta’ strutturi jew laminati komposti minn “materjali fibrużi jew filamentari”, u kontrolli li jikkoordinaw u jipprogrammaw;
Magni għat-tqegħid tat-tejp li l-movimenti tagħhom għall-pożizzjonament u għat-tqegħid tat-tejp u l-folji jistgħu jiġu kkoordinati u pprogrammati fuq żewġ assi jew aktar, imfasslin għall-manifattura ta’ strutturi komposti tal-oqfsa tal-inġenji tal-ajru u ta’ “missili”;
Tagħmir imfassal jew immodifikat għall-“produzzjoni” ta’ “materjali fibrużi jew filamentari” kif ġej:
Tagħmir għall-konverżjoni ta' fibri polimeriċi (bħal poliakrilonitril, rejon jew polikarbosilan) inkluż tagħmir speċjali sabiex tissikka ruħha l-fibra waqt it-tisħin;
Tagħmir għad-depożizzjoni bil-fwar ta' elementi jew komposti fuq sottostrati tal-filamenti msaħħna;
Tagħmir għall-estrużjoni bl-umdità ta' ċeramika refrattarja (bħall-ossidu tal-aluminju);
Tagħmir imfassal jew immodifikat għat-trattament speċjali tal-wiċċ tal-fibra jew għall-produzzjoni ta’ materjali preimprenjati u preforom speċifikati fl-entrata 9C110.
Nota : 1B101.d. jinkludi rombli, tagħmir għat-tiġbid, għall-kisi, għall-qtugħ u forom tal-qtugħ.
1B102“Tagħmir tal-produzzjoni” tat-trab tal-metall, minbarra dak speċifikat f’1B002, u l-komponenti kif ġej:
N.B. ARA WKOLL 1B115.b.
“Tagħmir tal-produzzjoni” tat-trab tal-metall li jista’ jintuża għall-“produzzjoni”, f’ambjent ikkontrollat, ta’ materjali sferiċi, sferojdali jew atomizzati speċifikati f’1C011.a., 1C011.b., 1C111.a.1., 1C111.a.2. jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
Komponenti mfassla apposta għat-“tagħmir tal-produzzjoni” speċifikat f’1B002 jew 1B102.a.
Nota : 1B102 jinkludi:
Ġeneraturi tal-plażma (ġett tal-ark ta’ frekwenza għolja) li jistgħu jintużaw sabiex jinkisbu trabijiet metalliċi depożitati bil-pulverizzazzjoni jew sferiċi bl-organizzazzjoni tal-proċess f’ambjent argon-ilma;
Tagħmir ta’ elettrosplużjoni li jista’ jintuża sabiex jinkisbu trabijiet metalliċi atomizzati jew sferiċi bl-organizzazzjoni tal-proċess f’ambjent argon-ilma;
Tagħmir li jista’ jintuża għall-“produzzjoni” ta’ trabijiet tal-aluminju sferiċi bil-pulverizzazzjoni ta’ tidwiba f’medjum inert (pereż. in-nitroġenu).
1B115Tagħmir, minbarra dak speċifikat f’1B002 jew 1B102, għall-produzzjoni ta’ propellant u kostitwenti ta’ propellant, kif ġej, u komponenti mfasslin apposta għalih:
“Tagħmir tal-produzzjoni” għall-“produzzjoni”, l-immaniġġar jew l-ittestjar għall-aċċettazzjoni ta’ propellanti likwidi jew kostitwenti ta’ propellanti speċifikati f’1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari;
“Tagħmir tal-produzzjoni” għall-“produzzjoni”, l-immaniġġar, it-taħlit, it-twebbis, l-ikkastjar, l-ippressar, l-immaxinjar, l-estrużjoni jew l-ittestjar għall-aċċettazzjoni ta’ propellanti jew kostitwenti ta’ propellanti solidi speċifikati f’1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
Nota : 1B115.b. ma jkoprix il-kontrolli fuq miksers ta' taħlita f'daqqa, il-miksers kontinwi jew l-imtieħen idrawliċi. Għall-kontroll ta’ tagħmir għat-taħlit diskontinwu, kontinwu jew imtieħen ta’ enerġija bil-fluwidu ara 1B117, 1B118 u 1B119.
Nota 1 : Għal tagħmir imfassal apposta għall-produzzjoni ta’ merkanzija militari, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
Nota 2 : 1B115 ma jkoprix il-kontrolli fuq tagħmir għall-“produzzjoni”, l-immaniġġar u l-ittestjar għall-aċċettazzjoni tal-karbur tal-boron.
1B116Żennuni mfasslin apposta għall-produzzjoni ta’ materjali miksubin pirolitikament ifformati fuq forma, mandrin jew sottostrat ieħor minn gassijiet prekursuri li jiddekomponu fil-firxa ta’ temperatura minn 1 573 K (1 300 °C) sa 3 173 K (2 900 °C) fi pressjonijiet minn 130 Pa sa 20 kPa.
1B117Tagħmir għat-taħlit diskontinwu li għandu dawn kollha li ġejjin, u komponenti mfassla apposta għalih:
Imfassal jew modifikat għat-taħlit f’vakwu fil-firxa minn żero sa 13,326 kPa;
Kapaċi jikkontrolla t-temperatura tal-kompartiment tat-taħlit;
Kapaċità volumetrika totali ta’ 110 litri jew aktar; u
Ikollhom mill-inqas “xaft għat-taħlit / impastar” immuntat lil hinn miċ-ċentru.
Nota : F’1B117.d. it terminu “xaft għat-taħlit/impastar” ma jirreferix għad-deagglomeraturi jew is-skieken rotattivi.
1B118Tagħmir għat-taħlit kontinwu li għandu dawn kollha li ġejjin, u komponenti mfassla apposta għalih:
Imfassal jew modifikat għat-taħlit f’vakwu fil-firxa minn żero sa 13,326 kPa;
Kapaċi jikkontrolla t-temperatura tal-kompartiment tat-taħlit;
xi waħda minn dawn li ġejjin:
Ikollhom żewġ xaftijiet jew aktar għat-taħlit/għall-impastar; jew
Dawn kollha li ġejjin:
Xaft singolu li jdur u oxxillanti bi snien/pinnijiet għall-impastar; u
Snien/pinnijiet għall-impastar fil-kejsing tal-kompartiment tat-taħlit.
1B119Imtieħen bil-ġett li jistgħu jintużaw għat-tħin jew għall-milling tas-sustanzi speċifikati f’1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, u l-komponenti mfasslin apposta għalihom.
1B201Magni għat-tkebbib tal-filamenti, minbarra dawk speċifikati f’1B001 jew 1B101, u t-tagħmir relatat, kif ġej:
Magni għat-tkebbib tal-filamenti li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Għandhom movimenti għall-ippożizzjonar, it-tgeżwir, u t-tkebbib ta' fibri koordinati u programmati fuq żewġ assi jew aktar;
Imfasslin apposta sabiex jiffabbrikaw strutturi jew laminati komposti minn “materjali fibrużi jew filamentari”; u
Kapaċi jkebbu tubi ċilindriċi b’dijametru intern bejn 75 u 650 mm u tulijiet ta’ 300 mm jew iktar;
Kontrolli ta’ koordinazzjoni u pprogrammar għall-magni tat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f’1B201.a.;
Mandrini ta’ preċiżjoni għall-magni għat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f’1B201.a.
1B225Ċelluli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworu li jifilħu jipproduċu iktar minn 250 g ta’ fluworu fis-siegħa.
1B226Separaturi elettromanjetiċi tal-isotopi ddisinjati għal, jew mgħammra bi, sorsi joniċi singoli jew multipli li kapaċi jipprovdu kurrent totali ta’ raġġ joniku ta’ 50 mA jew ogħla.
Nota : 1B226 jinkludi separaturi:
Li kapaċi jarrikkixxu isotopi stabbli;
Bis-sorsi joniċi u l-kolletturi t-tnejn fil-kamp manjetiku u dawk il-konfigurazzjonijiet fejn huma barra mill-kamp manjetiku.
1B228Kolonni ta’ distillazzjoni krijoġenika tal-idroġenu li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Iddisinjati sabiex jaħdmu b’temperaturi interni ta’ 35 K (– 238 °C) jew inqas;
Iddisinjati sabiex jaħdmu bi pressjoni interna ta’ 0,5 sa 5 MPa;
Magħmula, jew minn:
Azzar inossidabbli tas-serje 300 tal-Għaqda tal-Inġiniera Awtomobilistiċi (Society of Automotive Engineers - SEA) b’kontenut baxx ta’ kubrit u bi granularità awstenitika skont l-ASTM (jew standard ekwivalenti) ta’ 5 jew ikbar; jew
Materjali ekwivalenti li huma kemm krijoġeniċi kif ukoll kompatibbli mal-idroġenu (H2); u
B’dijametri interni ta’ 30 cm jew ikbar u “tulijiet effettivi” ta’ 4 m jew ikbar.
Nota Teknika :
F’1B228 “tul effettiv” tfisser l-għoli attiv tal-imballaġġar f’kolonna tat-tip ippakkjata jew l-għoli attiv tal-pjanċi tal-kuntattur interni f’kolonna tat-tip bil-pjanċi.
1B230Pompi li kapaċi jiċċirkulaw soluzzjonijiet ta’ katalizzatur ta’ amidju tal-potassju kkonċentrat jew dilwit f’ammonijaka likwida (KNH2/NH3), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Mitbuqin (jiġifieri ssiġillati ermetikament);
Kapaċità ikbar minn 8,5 m3/h; u
Waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
Għal soluzzjonijiet ta’ amidju tal-potassju konċentrati (1 % jew iktar), pressjoni ta’ tħaddim minn 1,5 sa 60 MPa; jew
Għal soluzzjonijiet ta' amidju tal-potassju dilwiti (inqas minn 1 %), pressjoni ta' tħaddim minn 20 sa 60 MPa.
1B231Faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:
Faċilitajiet jew impjanti għall-produzzjoni, l-irkupru, l-estrazzjoni, il-konċentrazzjoni, jew l-immaniġġar tat-tritju;
Tagħmir għal faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, kif ġej:
Unitajiet tar-refriġerazzjoni bl-idroġenu jew bl-elju li kapaċi jkessħu sa 23 K (– 250 °C) jew inqas, b’kapaċità tat-tneħħija tas-sħana ogħla minn 150 W;
Sistemi ta’ ħażna jew ta’ purifikazzjoni tal-isotopi tal-idroġenu bl-użu ta’ idruri metalliċi bħala l-mezz tal-ħażna jew tal-purifikazzjoni.
1B232Turbini ta’ espansjoni jew settijiet ta’ turbini ta’ espansjoni-kompressjoni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
Imfasslin sabiex jaħdmu f’temperatura tal-iżbokk ta’ 35 K (– 238 °C) jew inqas; u
Imfasslin għal throughput ta’ gass idroġenu ta’1 000 kg/h jew iktar.
1B233Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-isotopi tal-litju, u s-sistemi u t-tagħmir għalihom, kif ġej:
Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-isotopi tal-litju;
Tagħmir għas-separazzjoni tal-isotopi tal-litju, abbażi tal-proċess ta’ amalgama tal-litju-merkurju kif ġej:
Kolonni ta’ skambju bejn likwidu-likwidu ppakkjati, imfasslin apposta għall-amalgami tal-litju;
Pompi għall-merkurju jew l-amalgami tal-litju;
Ċelluli tal-elettroliżi għall-amalgami tal-litju;
Evaporaturi għas-soluzzjoni kkonċentrata tal-idrossidu tal-litju.
Sistemi għall-iskambju ta’ joni mfasslin apposta għas-separazzjoni tal-isotopi tal-litju, u l-komponenti mfasslin apposta għalihom;
Sistemi ta’ skambju kimiku (li jużaw eteri tal-kuruna, kriptandi u eteri tal-larjat), imfasslin apposta għas-separazzjoni tal-isotopi tal-litju, u l-komponenti mfasslin apposta għalihom.
1B234Reċipjenti, kompartimenti, kontenituri għall-konteniment ta’ splussiv qawwi, u apparat ieħor simili ta’ konteniment imfassal għall-ittestjar ta’ splussiv qawwi jew apparat splussiv u li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
N.B. ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.
Imfasslin sabiex iżommu kompletament splużjoni ekwivalenti għal 2 kg ta’ trinitrotoluwen (TNT) jew aktar; u
Ikollhom l-elementi jew il-karatteristiċi ta’ tfassil li jippermettu trasferiment f’ħin reali jew imdewwem ta’ informazzjoni dijanjostika jew ta’ kejl.
1B235Assemblaġġi u komponenti tat-target għall-produzzjoni tat-tritju kif ġej:
Assemblaġġi tat-target magħmulin mil-litju arrikkit fl-isotopu litju-6 mfassla apposta għall-produzzjoni tat-tritju permezz tal-irradjazzjoni, inkluż l-inseriment f’reattur nukleari;
Komponenti mfassla apposta għall-assemblaġġi tat-target f’1B235.a.
Nota Teknika :
Komponenti mfassla apposta għall-assemblaġġi speċifikati għall-produzzjoni tat-tritju jistgħu jinkludu griebeb tal-litju, assorbituri tat-tritju, kif ukoll koperturi b’kisi speċjali.
1CMaterjali
Nota Teknika :
Materjali tal-ferrobattut jew maħdumin fabbrikati permezz ta’ rrumblar, ġbid, estrużjoni, forġa, estrużjoni b’impatt, ippressar, trammil, atomizzazzjoni u tħin, jiġifieri: angoli, kanali, ċrieki, diski, trab, laqx, fojls u folji, metall mikwi, pjanċi, trab, oġġetti ppressati u stampati, żigarelli, ċrieki, vireg (inklużi vireg mikxufin għall-iwweldjar, vireg tal-wajer, u wajer irrumblat), sezzjonijiet, forom, folji, strixxi, pajpijiet u tubi (inkluż tondi, kwadri u vojta), wajer imġebbed jew bl-estrużjoni;
Materjal ikkastjat prodott b’ikkastjar fir-ramel, matriċi, ikkastjar tal-metall, ġibs jew materjali oħra, inkluż ikkastjar bi pressjoni għolja, forom sinterizzati, u forom magħmula bil-metallurġija tat-trab.
1C001Materjali mfasslin apposta għall-assorbiment ta’ radjazzjoni elettromanjetika, jew polimeri intrinsikament konduttivi, kif ġej:
N.B. ARA WKOLL 1C101.
Materjali sabiex jassorbu frekwenzi li jeċċedu 2 × 108 Hz iżda huma inqas minn 3 × 1012 Hz;
Nota 1 : 1C001.a. ma jikkontrollax:
Assorbituri tat-tip “xagħar”, magħmula minn fibri naturali jew sintetiċi, b’tagħbija mhux manjetika sabiex ikun permess l-assorbiment;
Assorbituri li ma għandhom l-ebda telf manjetiku u li l-wiċċ inċidenti huwa ta’ forma mhux ċatta, inklużi piramidi, koni, priżmi u wċuħ spirali;
Assorbituri ċatti, li għandhom dan kollu li ġej:
Magħmula minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
Materjali tal-fowm plastiku (flessibbli jew mhux flessibbli) miżjudin bil-karbonju, jew materjali organiċi, inklużi aġenti li jgħaqqdu, li jipprovdu aktar minn 5 % eku kkomparati mal-metall fuq wisa’ tal-banda li teċċedi l-± 15 % tal-frekwenza ċentrali tal-enerġija inċidenti, u mhux kapaċi jirreżistu temperaturi ogħla minn 450 K (177 °C); jew
Materjali taċ-ċeramika li jipprovdu aktar minn 20 % eku meta kkomparati mal-metall fuq wisa’ tal-banda li teċċedi l-± 15 % tal-frekwenza ċentrali tal-enerġija inċidenti, u mhux kapaċi jirreżistu temperaturi ogħla minn 800 K (527 °C);
Nota Teknika :
Kampjuni għall-ittestjar tal-assorbiment għal 1C001.a. Nota: 1.c.1. għandu jkunu kwadru b'tal-inqas 5 tulijiet ta' mewġ tal-frekwenza ċentrali fuq naħa u pożizzjonati fil-kamp imbiegħed tal-element radjanti.
Saħħa tensili ta’ inqas minn 7 × 106 N/m2; u
Saħħa kompressiva ta’ inqas minn 14 × 106 N/m2;
Assorbituri ċatti magħmulin minn ferrite sinterizzata, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Gravità speċifika ogħla minn 4,4; u
Temperatura operattiva massima ta’ 548 K (275 °C) jew inqas;
Assorbituri ċatti li ma għandhom l-ebda telf manjetiku u magħmula minn materjal tal-plastik “fowm b’ċelluli miftuħa” b’densità ta’ 0,15 g/cm3 jew inqas.
Nota Teknika :
“Fowms b’ċelloli miftuħa” huma materjali flessibbli u porużi, bi struttura interna miftuħa għall-atmosfera. “Fowms b’ċelloli miftuħa” huma magħrufin ukoll bħala fowms retikolati.
Nota 2 : Xejn min-Nota 1 sa 1C001.a. ma jeskludi lill-materjali manjetiċi sabiex jipprovdu assorbiment meta jkunu jinsabu fiż-żebgħa.
Materjali mhux trasparenti għad-dawl viżibbli u mfasslin apposta biex jassorbu r-radjazzjoni kważi infraħamra b’tul tal-mewġa li jaqbeż it-810 nm iżda inqas minn 2 000 nm (frekwenzi li jaqbżu l-150 THz iżda inqas minn 370 THz);
Nota : 1C001.b. ma tkoprix il-materjali ta’ kontroll, imfasslin jew ifformulati apposta għal xi waħda minn dawn l-applikazzjonijiet:
Immarkar bil-“laser” ta’ polimeri; jew
Iwweldjar bil-“laser” ta’ polimeri.
Materjali polimeriċi intrinsikament konduttivi b’“konduttività elettrika tal-volum” ogħla minn 10 000 S/m (Siemens kull metru) jew “reżistività tal-wiċċ” ta’ inqas minn 100 ohm/kwadrat, ibbażati fuq xi wieħed mill-polimeri li ġejjin:
Polianilin;
Polipirrol;
Politijofen;
Polifenilen-vinilen; jew
Politijenilen-vinilen.
Nota : 1C001.c. ma jkoprix il-kontrolli fuq materjali f’forma likwida.
Nota Teknika :
“Konduttività elettrika tal-volum” u “reżistività tal-wiċċ” għandhom jiġu ddeterminati bl-użu tal-ASTM D-257 jew l-ekwivalenti nazzjonali.
1C002Ligi tal-metall, trab tal-ligi tal-metall u materjali tal-ligi, kif ġej:
N.B. ARA WKOLL 1C202.
Nota : 1C002 ma jkoprix il-kontrolli fuq ligi tal-metall, trab tal-ligi tal-metall u materjali tal-ligi, ifformulati speċifikament għall-kisi tas-sottostrati.
Noti Tekniċi :
1. Il-ligi tal-metall f’1C002 huma dawk li jkollhom persentaġġ ogħla ta’ piż skont il-piż tal-metall imsemmi minn kwalunkwe element ieħor.
2. Ir-“reżistenza għall-istress” għandha titkejjel skont l-istandard ASTM E-139 jew l-ekwivalenti nazzjonali.
3. Ir-“reżistenza għar-reħja b’għadd baxx ta’ ċikli” għandha titkejjel skont l-istandard tal-ASTM E-606 “Recommended Practice for Constant-Amplitude Low-Cycle Fatigue Testing” jew l-ekwivalenti nazzjonali. L-ittestjar għandu jkun assjali bi proporzjon ta’ stress medju ugwali għal 1 u fattur ta’ konċentrazzjoni ta’ stress (Kt) ugwali għal 1. Il-proporzjon tal-istress medju hu definit bħala l-istress massimu li jitnaqqas minnu l-istress minimu, diviż bl-istress massimu.
Aluminidi, kif ġej:
Aluminidi tan-nikil li jkollhom minimu ta’ 15 % tal-piż f’aluminju, massimu ta’ 38 % tal-piż f’aluminju u tal-inqas element addizzjonali ta’ ligar;
Aluminidi tat-titanju li jkollhom 10 % jew aktar tal-piż f’aluminju u tal-inqas element addizzjonali ta’ ligar.
Ligi tal-metall, kif ġej, magħmulin minn trab jew materjal partikulat speċifikat f’1C002.c.:
Ligi tan-nikil li għandhom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:
“Ħajja sa ma jinqasmu bl-istress” ta’ 10 000 siegħa jew aktar f’923 K (650 °C) bi stress ta’ 676 MPa; jew
“Ħajja tar-reħja b’għadd baxx ta’ ċikli” ta’ 10 000 ċiklu jew aktar f’823 K (550 °C) bi stress massimu ta’ 1 095 MPa;
Ligi tan-nijobju li għandhom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:
“Ħajja sa ma jinqasmu bl-istress” ta’ 10 000 siegħa jew aktar f’1 073 K (800 °C) bi stress ta’ 400 MPa; jew
“Ħajja tar-reħja b’għadd baxx ta’ ċikli” ta’ 10 000 ċiklu jew aktar fi 973 K (700 °C) bi stress massimu ta’ 700 MPa;
Ligi tat-titanju li għandhom xi wieħed mill-karatteristiċi li ġejjin:
“Ħajja sa ma jinqasmu bl-istress” ta’ 10 000 siegħa jew aktar f’723 K (450 °C) bi stress ta’ 200 MPa; jew
“Ħajja tar-reħja b’għadd baxx ta’ ċikli” ta’ 10 000 ċiklu jew aktar fi 723 K (450 °C) bi stress massimu ta’ 400 MPa;
Ligi tal-aluminju li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:
Saħħa tensili ta’ 240 MPa jew aktar f’temperatura ta’ 473 K (200 °C); jew
Saħħa tensili ta’ 415 MPa jew aktar f’temperatura ta’ 298 K (25 °C);
Ligi tal-manjeżju li għandhom dan kollu li ġej:
Saħħa tensili ta’ 345 MPa jew aktar; u
Rata ta’ korrużjoni ta’ inqas minn 1 mm/sena f’soluzzjoni milwiema ta’ 3 % ta’ klorur tas-sodju mkejla skont l-istandard G-31 tal-ASTM jew l-ekwivalenti nazzjonali;
Trab jew materjal partikulat ta’ liga tal-metall, li għandu dan kollu li ġej:
Magħmul minn xi waħda mis-sistemi ta' kompożizzjoni li ġejjin:
Nota Teknika :
X f’dawn li ġejjin tfisser element wieħed ta’ ligar jew aktar.
Ligi tan-nikil (Ni-Al-X, Ni-X-Al) li jikkwalifikaw għal partijiet jew komponenti ta’ magni b’turbina, jiġifieri b’inqas minn 3 partikoli mhux metalliċi (imdaħħlin waqt il-proċess ta’ manifattura) ikbar minn 100 μm f’109 partikoli tal-liga;
Ligi tan-nijobju (Nb-Al-X jew Nb-X-Al, Nb-Si-X jew Nb-X-Si, Nb-Ti-X jew Nb-X-Ti);
Ligi tat-titanju (Ti-Al-X jew Ti-X-Al);
Ligi tal-aluminju (Al-Mg-X jew Al-X-Mg, Al-Zn-X jew Al-X-Zn, Al Fe-X jew Al-X-Fe); jew
Ligi tal-manjeżju (Mg-Al-X jew Mg-X-Al);
Magħmul f'ambjent ikkontrollat b'xi wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin:
“Atomizzazzjoni taħt vakwu”;
“Atomizzazzjoni bil-gass”;
“Atomizzazzjoni rotatorja”;
“Tkessiħ rapidu”;
“Tkessiħ rapidu b’rotazzjoni” u “tifrik”;
“Estrazzjoni mit-tidwib” u “tifrik”;
“Illigar mekkaniku”; jew
“Atomizzazzjoni tal-plażma”; kif ukoll
Kapaċi jifforma materjali speċifikati f'1C002.a. jew 1C002.b.;
Materjali legati li għandhom dan kollu li ġej:
Magħmulin minn xi waħda mis-sistemi ta' kompożizzjoni speċifikati f'1C002.c.1.;
Fil-forma ta’ biċċiet żgħar, żigarelli jew vireg irqaq mhux imfarrkin; u
Prodotti f'ambjent ikkontrollat minn xi wieħed minn dan li ġej:
“Tkessiħ rapidu”;
“Tkessiħ rapidu b’rotazzjoni”; jew
“Estrazzjoni mit-tidwib”.
Noti Tekniċi :
1. “Atomizzazzjoni f’vakwu” hija proċess li bih fluss ta’ metall imdewweb jsir qtar ta’ dijametru ta’ 500 μm jew inqas permezz tal-evoluzzjoni rapida ta’ gass maħlul hekk kif jiġi espost għal vakwu.
2. “Atomizzazzjoni bil-gass” hija proċess li bih fluss ta’ liga tal-metall imdewweb jsir qtar ta’ dijametru ta’ 500 μm jew inqas permezz ta’ fluss ta’ gass taħt pressjoni għolja.
3. “Atomizzazzjoni ċentrifugali” hija proċess li bih fluss jew għadira ta’ metall imdewweb jiġi ridott għal qtar ta’ dijametru ta’ 500 μm jew inqas permezz ta’ forza ċentrufugali.
4. “Tkessiħ rapidu” huwa proċess li bih fluss ta’ metall imdewweb isir solidu b’mod rapidu billi jmiss ma’ blokka mkessħa u b’hekk jifforma prodott f’forma ta’ laqx.
5. “Tempra Rapida” hija proċess sabiex jiġi “ssolidifikat rapidament” fluss ta' metall imdewweb li jaħbat ma' blokka mkessħa rotanti, u jifforma prodott li jixbah lil laqx, żigarella jew virga.
6. “Tifrik” huwa proċess sabiex materjal jiċċekken f'partiċelli żgħar permezz ta' tifrik jew tħin.
7. “Estrazzjoni mit-tidwib” hija proċess ta' “solidifikazzjoni rapida” u estrazzjoni ta' prodott ta' liga li qisu żigarella permezz tal-inseriment ta' segment qasir ta' blokka mkessħa rotanti f'banju ta' liga tal-metall imdewba.
8. “Ligar mekkaniku” huwa proċess ta' lligar li jirriżulta mill-għaqda, it-tkissir u t-tgħaqqid mill-ġdid ta' trabijiet tal-ligi elementali u primi permezz ta’ impatt mekkaniku. Partiċelli mhux metalliċi jistgħu jiġi inkorporati fil-liga bl-addizzjoni tat-trabijiet approprjati.
9. “Atomizzazzjoni tal-plażma” hija proċess biex il-fluss imdewweb jew il-metall solidu jsir qtar b’dijametru ta’ 500 μm jew inqas bl-użu ta’ toroċ tal-plażma f’ambjent ta’ gass inerti
10. Is-“solidifikazzjoni rapida” hija proċess li jinvolvi t-twebbis ta’ materjal imdewweb b’rati ta’ tkessiħ li jaqbżu l-1 000 K/s.
1C003Metalli manjetiċi, ta’ kull tip u ta’ kwalunkwe forma, li għandhom karatteristika minn dawn li ġejjin:
Permeabilità relattiva inizjali ta’ 120 000 jew aktar u ħxuna ta’ 0,05 mm jew inqas;
Nota Teknika :
Il-kejl tal-permeabilità relattiva inizjali jrid isir fuq materjali kompletament ittemprati.
Ligi manjetostrittivi li għandhom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:
Manjetostrizzjoni ta’ saturazzjoni ta’ aktar minn 5 × 10-4; jew
Fattur tal-akkoppjar manjetomekkaniku (k) ta’ aktar minn 0,8; jew
Strippi ta’ ligi amorfi jew “nanokristallini”, li għandhom dan kollu li ġej:
Kompożizzjoni li għandha minimu ta’ 75 % skont il-piż ta’ ħadid, kobalt jew nikil;
Induzzjoni manjetika ta’ saturazzjoni (Bs) ta’ 1,6 T jew aktar; u
Karatteristika minn dawn li ġejjin:
Ħxuna tal-istrippa ta’ 0,02 mm jew inqas; jew
Reżistività elettrika ta’ 2 × 10–4 ohm cm jew aktar.
Nota Teknika :
Materjali “nanokristallini” f’1C003.c. huma dawk il-materjali li għandhom daqs ta’ farka ta’ kristall ta’ 50 nm jew inqas, kif iddeterminat bid-diffrazzjoni bir-raġġi-X.
1C004Ligi tal-uranju titanju jew ligi tat-tungstenu b’“matriċi” bbażata fuq ħadid, nikil jew ram, li għandhom dan kollu li ġej:
Densità ogħla minn 17,5 g/cm3;
Limitu elastiku ogħla minn 880 MPa;
Saħħa tensili aħħarija li taqbeż l-1 270 MPa; u
Elongazzjoni ogħla minn 8 %.
1C005Kondutturi “komposti”“superkonduttivi” f’tulijiet li jaqbżu l-100 m jew b’massa ikbar minn 100 g, kif ġej:
Kondutturi “komposti”“superkonduttivi” li fihom “filamenti” tan-nijobju-titanju wieħed jew aktar, li għandhom dan kollu li ġej:
Huma integrati f’“matriċi” li mhix “matriċi” tar-ram jew waħda mħallta bbażata fuq ir-ram; u
Għandhom erja tas-sezzjoni trażversali iżgħar minn 0,28 × 10-4 mm2 (6 μm fid-dijametru għal “filamenti” ċirkulari);
Kondutturi “komposti”“superkonduttivi” li jikkonsistu minn wieħed jew aktar filamenti “superkonduttivi” barra dawk nijobju-titanju, li għandhom dawn kollha li ġejjin:
“Temperatura kritika” waqt induzzjoni manjetika żero ogħla minn 9,85 K (– 263,31 °C); u
Jibqgħu fl-istat “superkonduttiv” f’temperatura ta’ 4,2 K (– 268,96 °C) meta jkunu esposti għal kamp manjetiku orjentat fi kwalunkwe direzzjoni perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-konduttur u li jikkorrispondi għal induzzjoni manjetika ta’ 12 T b’densità kritika ta’ kurrent ogħla minn 1 750 A/mm2 fuq is-sezzjoni trażversali totali tal-konduttur;
Kondutturi “komposti”“superkonduttivi” li jikkonsistu f’“filament”“superkonduttiv” wieħed jew aktar li jibqgħu “superkonduttivi” f’aktar minn 115 K (– 158,16 °C).
Nota Teknika :
Għall-iskop ta’ 1C005, il-“filamenti” jistgħu jkunu f’forma ta’ wajer, ċilindru, pellikola, tejp jew żigarella.
1C006Fluwidi u materjali lubrikanti, kif ġej:
Mhux użat;
Materjali lubrikanti li bħala l-ingredjenti prinċipali tagħhom għandhom, il-fenilen jew eteri jew tioeteri tal-alkilfenilen, jew it-taħlitiet tagħhom, li jkollhom aktar minn żewġ funzjonijiet ta’ etere jew ta’ tioetere jew ta’ taħlitiet tagħhom;
Fluwidi ta’ ammortizzament jew ta’ flotazzjoni li għandhom dan kollu li ġej:
Purità li teċċedi d-99,8 %;
Fihom inqas minn 25 partikola ta’ 200 μm jew ikbar fid-daqs għal kull 100 ml; u
Magħmulin minn tal-inqas 85 % ta' xi wieħed minn dawn li ġejjin:
Id-dibromotetrafluworoetan (CAS 25497-30-7, 124-73-2, 27336-23-8);
Il-poliklorotrifluworoetilen (modifiki taż-żejt u tax-xama’ biss); jew
Polibromotrifluworoetilen;
Fluwidi fluworokarburi ddisinjati għat-tkessiħ elettroniku u bil-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Fihom 85 % skont il-piż jew aktar ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin, jew taħlitiet tagħhom:
Forom monomeriċi ta’ perfluworopolialkiletere-trijażini jew ta’ eteri perfluworoalifatiċi;
Perfluworoalkilamini;
Perfluworoċikloalkani; jew
Perfluworoalkani;
Densità f'temperatura ta' 298 K (25 °C) ta' 1,5 g/ml jew aktar;
Fi stat likwidu f’temperatura ta’ 273 K (0 °C); u
Mas-60 % skont il-piż jew aktar ta’ fluworu.
Nota : 1C006.d. ma jkoprix il-kontrolli fuq il-materjali speċifikati u ppakkettati bħala prodotti mediċi.
1C007Trab taċ-ċeramika, materjali “komposti” tal-“matriċi” taċ-ċeramika u “materjali prekursuri”, kif ġej:
N.B. ARA WKOLL 1C107.
Trabijiet taċ-ċeramika ta’ diborur tat-titanju (TiB2) (CAS 12045-63-5) li jkollhom impuritajiet metalliċi totali, esklużi żidiet intenzjonali, ta’ inqas minn 5 000 ppm, bid-daqs medju ta’ partikolari ta’ 5 μm jew inqas u mhux iktar minn 10 % tal-partikoli li jkunu ikbar minn 10 μm;
Mhux użat;
Materjali “komposti” tal-“matriċi” taċ-ċeramika kif ġej:
Materjali “kompożiti” taċ-ċeramika-ċeramika b’“matriċi” ta' ħġieġ jew ossidu u rinfurzati b'xi waħda milli ġejjin:
Fibri kontinwi magħmulin minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:
Al2O3 (CAS 1344-28-1); jew
Si-C-N; jew
Nota : 1C007.c.1.a. ma jikkontrollax “kompożiti” li jkollhom fibri b’saħħa tensili ta’ inqas minn 700 MPa f’temperatura ta’ 1 273 K (1 000 °C) jew reżistenza tal-fibra għad-deformazzjoni tensili ta’ aktar minn 1 % pressjoni tal-qsim b’tagħbija ta’ 100 MPa u 1 273 K (1 000 °C) għal 100 siegħa.
Fibri li jkunu dan kollu li ġej:
Magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:
Si-N;
Si-C;
Si-Al-O-N; jew
Si-O-N; u
“Saħħa tensili speċifika” li teċċedi 12,7 × 103 m;
Materjali “kompożiti” tal-“matriċi” taċ-ċeramika, b’“matriċi” ffurmata minn karburi jew nitruri tas-siliċju, żirkonju jew boron.
Mhux użat;
“Materjali prekursuri” ddiżinjati speċjalment għall-“produzzjoni” ta’ materjali speċifikati f’1C007.c., kif ġej:
Polidijorganosilani;
Polisilażani;
Polikarbosilażani;
Mhux użat.
Nota Teknika :
Għall-iskopijiet ta’ 1C007, 'materjali prekursuri' huma materjali polimeriċi jew metalloorganiċi għal użu speċjali użat fil-“produzzjoni” ta’ karbur tas-siliċju, nitrur tas-siliċju, jew ċeramiki bis-siliċju, il-karbonju jew in-nitroġenu.
1C008Sustanzi polimeriċi mhux fluworurati kif ġej:
Imidi, kif ġej:
Bismaleimidi;
Poliamidi-imidi aromatiċi (PAI) li għandhom “temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ (Tg)” li teċċedi l-563 K (290 °C);
Polimidi aromatiċi li għandhom “temperatura ta’ transizzjoni tal-ħġieġ (Tg)” li teċċedi l-505 K (232 °C);
Polieterimidi aromatiċi li għandhom “temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ (Tg)” li teċċedi l-563 K (290 °C).
Nota : 1C008.a. jikkontrolla sustanzi f'forma likwida jew solida “fużibbli”, inklużi r-reżina, it-trab, il-gerbub, ir-riti, il-folji, it-tejp jew iż-żigarelli.
N.B. Għal polimidi aromatiċi mhux “fużibbli” fil-forma ta’ rita, folja, tejp jew żigarella, ara 1A003.
Mhux użat;
Mhux użat;
Ketoni poliarilini;
Sulfur tal-poliarilin, fejn il-grupp arilin huwa bifenilin, trifenilin jew kombinazzjonijiet tagħhom;
Polibifenilenetersulfun li għandu “temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ (Tg)” li teċċedi l-563 K (290 °C).
Noti Tekniċi :
1. It-“temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ (Tg)” għall-materjali termoplastiċi ta’ 1C008.a.2, tal-materjali ta’ 1C008.a.4. u tal-materjali ta’ 1C008.f hija ddeterminata bl-użu tal-metodu deskritt f’ISO 11357-2:1999 jew l-ekwivalenti nazzjonali.
2. It-’temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ (Tg)’ għall-materjali termosolidifikati ta’ 1C008.a.2 u l-materjali ta’ 1C008.a.3.hija ddeterminata bl-użu ta’ metodu ta’ liwi fuq 3 punti deskritt fl-ASTM D 7028-07 jew fl-istandard nazzjonali ekwivalenti. It-test għandu jsir fuq kampjun ta’ test fil-prattika li jkun ġie kkurat b’temperatura minima ta’ 90 °C kif speċifikat fl-ASTM E 2160-04 jew fl-istandard nazzjonali ekwivalenti, u ġie kkurat bl-użu ta’ taħlita ta’ proċessi ta’ kura standard u ta’ wara l-kura li jagħtu l-ogħla Tg.
1C009Komposti fluworurati mhux ipproċessati kif ġej:
Mhux użat;
Polimidi fluworurati li fihom 10 % skont il-piż jew aktar ta’ fluworu kkombinat;
Elastomeri tal-fosfażin fluworurat li fihom 30 % skont il-piż jew aktar ta’ fluworu kkombinat.
1C010“Materjali fibrużi jew filamentari”, kif ġej:
N.B. ARA WKOLL 1C210 U 9C110.
Noti Tekniċi :
1. Għall-finijiet tal-ikkalkular tas-“saħħa tensili speċifika”, il-“modulu speċifiku” jew it-toqol speċifiku ta’ “materjali fibrużi jew filamentari” f’1C010.a., 1C010.b., 1C010.c. jew 1C010.e.1.b., is-saħħa tensili u l-modulu għandhom jiġu ddeterminati bl-użu tal-Metodu A deskritt f’ISO 10618:2004 jew l-ekwivalenti nazzjonali.
2. Il-valutazzjoni tas-“saħħa tensili speċifika”, tal-“modulu speċifiku” jew tat-toqol speċifiku ta’ “materjali fibrużi jew filamentari” mhux unidirezzjonali (pereżempju tessuti, twapet żgħar jew malji) f’1C010 għandha tkun ibbażata fuq il-proprjetajiet mekkaniċi tal-monofilamenti unidirezzjonali kostitwenti (pereżempju monofilamenti, ħjut, ftietel jew wajers) qabel ma jiġu pproċessati f’“materjali fibrużi jew filamentari” mhux unidirezzjonali.
“Materjali fibrużi jew filamentari” organiċi, li għandhom dan kollu li ġej:
“Modulu speċifiku” li jeċċedi 12,7 × 106 m; u
“Saħħa tensili speċifika” li teċċedi 23,5 × 104 m;
Nota : 1C010.a. ma jkoprix il-kontrolli fuq il-polietilin.
“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju li għandhom dan kollu li ġej:
“Modulu speċifiku” li jeċċedi 14,65 × 106 m; u
“Saħħa tensili speċifika” li teċċedi 26,82 × 104 m;
Nota : 1C010.b. ma jikkontrollax:
“Materjali fibrużi jew filamentari” għat-tiswija ta’ strutturi jew laminati ta’ “inġenji tal-ajru ċivili”, li għandhom dan kollu li ġej:
Żona ta’ mhux iktar minn 1 m2;
Tul ta’ mhux iktar minn 2,5 m; u
Wisa’ ta’ mhux iktar minn 15 mm.
“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju maqtugħin jew mitħuna mekkanikament b’tul ta’ 25,0 mm jew inqas.
“Materjali fibrużi jew filamentari” inorganiċi, li għandhom dan kollu li ġej:
Li għandu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin;
Huma komposti minn 50 % jew aktar skont il-piż b’diossidu tas-siliċju u li għandhom “modulu speċifiku” li jeċċedi 2,54 × 106 m; jew
Mhumiex speċifikati f’1C010.c.1.a. u li għandhom “modulu speċifiku” li jeċċedi 5,6 × 106 m; u
Punt ta' tidwib, trattib, dekompożizzjoni jew sublimazzjoni ta' aktar minn 1 922 K (1 649 °C) f'ambjent inert;
Nota : 1C010.c. ma jikkontrollax:
Fibri tal-ossidu tal-aluminju polikristallini, multifażi, diskontinwi fil-forma ta’ fibri maqtugħin jew ta’ pjastri każwali, li fihom 3 % skont il-piż jew aktar ta’ siliċe, b’“modulu speċifiku” ta’ inqas minn 10 × 106 m;
Fibri tal-molibdenu u tal-ligi tal-molibdenu;
Fibri tal-boron;
Fibri taċ-ċeramika diskontinwi b’punt ta’ tidwib, trattib, dekompożizzjoni jew sublimazzjoni aktar baxx minn 2 043 K (1 770 °C) f’ambjent inert.
“Materjali fibrużi jew filamentari”, li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
Magħmula minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
Polieterimidi speċifikati f’1C008.a.; jew
Materjali speċifikati f’1C008.d. sa 1C008.f.; jew
Magħmula mill-materjali speċifikati f'1C010.d.1.a. jew 1C010.d.1.b. u “mħallta” ma' fibri oħrajn speċifikati f'1C010.a., 1C010.b. jew 1C010.c.;
Nota Teknika :
“Imħallat” tfisser taħlit minn filament għal filament ta' fibri termoplastiċi u fibri ta' rinfurzar sabiex tiġi prodotta taħlita ta' “matriċi” ta' rinfurzar ta' fibri f'forma ta' fibri totali.
“Materjali fibrużi jew filamentari” kompletament jew parzjalment impregnati fir-reżina jew fiż-żift (materjali preimpregnati), “materjali fibrużi jew filamentari” miksija bil-metall jew bil-karbonju (preforom) jew “preforom tal-fibri tal-karbonju”, li għandhom dan kollu li ġej:
Li għandu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin;
“Materjali fibrużi jew filamentari” inorganiċi speċifikati f’1C010.c.; jew
“Materjali fibrużi jew filamentari” organiċi jew tal-karbonju, li għandhom dan kollu li ġej:
“Modulu speċifiku” li jeċċedi 10,15 × 106 m; u
“Saħħa tensili speċifika” li teċċedi 17,7 × 104 m; u
Li għandu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin;
Reżina jew żift speċifikati f’1C008 jew 1C009.b.;
“Temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ bl-Analiżi Mekkanika Dinamika (DMA Tg)” ta’ 453 K (180 °C) jew aktar u b’reżina fenolika; jew
“Temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ bl-Analiżi Mekkanika Dinamika (DMA Tg)” ta’ 505 K (232 °C) jew aktar u b’reżina jew żift, mhux speċifikati f’1C008 jew 1C009.b., u li mhumiex reżina fenolika;
Nota 1 : “Materjali fibrużi jew filamentari” miksija bil-metall jew bil-karbonju (preforom) jew “preforom tal-fibri tal-karbonju”, mhux impregnati fir-reżina jew fiż-żift, huma speċifikati bħala “materjali fibrużi jew filamentari” f’1C010.a., 1C010.b. jew 1C010.c.
Nota 2 : 1C010.e. ma jikkontrollax:
“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju impregnati f’“matriċi” ta’ reżina epossidika (materjali preimpregnati) għat-tiswija ta’ strutturi jew laminati ta’ “inġenji tal-ajru ċivili”, li għandhom dan kollu li ġej:
Żona ta’ mhux iktar minn 1 m2;
Tul ta’ mhux iktar minn 2,5 m; u
Wisa’ ta’ mhux iktar minn 15 mm.
“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju mekkanikament imqattgħin biċċiet, mitħuna jew maqtugħin, impregnati kompletament jew parzjalment fir-reżina jew fiż-żift, ta’ 25,0 mm jew inqas mit-tul meta jintużaw ir-reżina jew iż-żift minbarra dawk speċifikati f’1C008 jew 1C009.b.
Noti Tekniċi :
1. “Preforom tal-fibra tal-karbonju” huma arranġament ordnat ta' fibri mhux miksija jew miksija maħsuba sabiex jikkostitwixxu qafas ta' parti qabel mal-“matriċi” tkun introdotta sabiex jiġi ffurmat “kompożitu”.
2. It-“temperatura ta’ tranżizzjoni tal-ħġieġ bl-Analiżi Mekkanika Dinamika (DMA Tg)” għall-materjali speċifikati f’1C010.e. tiġi ddeterminata bl-użu tal-metodu deskritt fl-ASTM D 7028-07, jew l-istandard nazzjonali ekwivalenti, fuq kampjun ta’ test fil-prattika. Fil-każ ta' materjali termosolidifikati, il-grad ta' kkurar ta' kampjun ta' test fil-prattika jkun il-minimu ta' 90 % kif definit fl-ASTM E 2160-04 jew fl-istandard nazzjonali ekwivalenti.
1C011Metalli u komposti, kif ġej:
N.B. ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI U 1C111.
Metalli b’daqs tal-partikoli ta’ inqas minn 60 μm kemm jekk sferiċi, atomizzati, sferojdali, f’laqx jew mitħuna, manifatturati minn materjal li jikkonsisti minn 99 % jew aktar ta’ żirkonju, manjesju u l-ligi tagħhom;
Nota Teknika :
Il-kontenut naturali tal-afnju fiż-żirkonju (tipikament minn 2 % sa 7 %) jingħadd maż-żirkonju.
Nota : Il-metalli jew il-ligi speċifikati f'1C011.a. huma koperti bil-kontrolli kemm jekk il-metalli jew il-ligi huma inkapsulati fl-aluminju, fil-manjeżju, fiż-żirkonju jew fil-berillju kif ukoll jekk ma humiex.
Boron jew ligi tal-boron, b’daqs tal-partikoli ta’ 60 μm jew inqas, kif ġej;
Boron b’purità ta’ 85 % skont il-piż jew aktar;
Ligi tal-boron b’kontenut tal-boron ta’ 85 % skont il-piż jew aktar;
Nota : Il-metalli jew il-ligi speċifikati f’1C011.b. huma koperti bil-kontrolli kemm jekk il-metalli jew il-ligi huma inkapsulati fl-aluminju, il-manjeżju, iż-żirkonju jew il-berillju kif ukoll jekk ma humiex.
Nitrat tal-gwanidina (CAS 506-93-4);
Nitrogwanidina (NQ) (CAS 556-88-7).
N.B. Ara wkoll il-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għat-trabijiet tal-metalli mħalltin ma’ sustanzi oħra biex jifformaw taħlita fformulata għal finijiet militari.
1C012Materjali kif ġej:
Nota Teknika :
Dawn il-materjali tipikament jintużaw għal sorsi ta' sħana nukleari.
Plutonju f’kull forma, b’assaġġ isotopiku tal-plutonju ta’ plutonju-238 ta’ aktar minn 50 % skont il-piż;
Nota : 1C012.a. ma jikkontrollax:
Konsenji b’kontenut ta’ plutonju ta’ 1 g jew inqas;
Konsenji ta’ 3 “grammi effettivi” jew inqas meta jkunu f’komponent sensibbli fi strumenti.
Nettunju-237 “preċedentement separat” fi kwalunkwe forma.
Nota : 1C012.b. ma jikkontrollax konsenji b’kontenut ta’ nettunju-237 ta’ 1 g jew inqas.
1C101Materjali u apparat għal karatteristiċi osservabbli mnaqqsa bħar-riflettività ta’ radar, senjaturi ultravjola/bl-infraaħmar u senjaturi akustiċi, minbarra dawk speċifikati f’1C001, li jistgħu jintużaw f’“missili”, subsistemi ta’ “missili” jew inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ speċifikati f’9A012 jew 9A112.a.
Nota 1 : 1C101 jinkludi:
Materjali strutturali u kisjiet imfasslin apposta għal riflettività tar-radar imnaqqsa;
Kisjiet, inkluż żebgħa, imfasslin apposta għal riflettività jew emissjoni mnaqqsa jew adattata apposta fir-reġjun tal-microwave, tal-infraaħmar jew tal-ultravjola tal-ispettru elettromanjetiku.
Nota 2 : 1C101 ma jinkludix kisjiet meta użati apposta għall-kontroll termiku tas-satelliti.
Nota Teknika :
F’1C101 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ li kapaċi jkopru medda ta’ aktar minn 300 km.
1C102Materjali tal-karbonju-karbonju risaturati u pirolizzati mfasslin għal lanċaturi speċifikati f’9A004 jew rokits sonda speċifikati f’9A104.
1C107Grafit u materjali taċ-ċeramika, minbarra dawk speċifikati f'1C007, kif ġej:
Grafiti b’partikoli fini b’densità tal-massa ta’ 1,72 g/cm3 jew ikbar, imkejla f’temperatura ta’ 288 K (15 °C), u li għandhom granularità ta’ 100 μm jew inqas, li jistgħu jintużaw għaż-żennuni tar-rokits u l-ponot ta’ quddiem ta’ vetturi għad-dħul mill-ġdid, li bihom jista’ jiġi ffabbrikat xi wieħed mill-prodotti li ġejjin:
Ċilindri b'dijametru ta' 120 mm jew iktar u tul ta' 50 mm jew iktar;
Tubi b’dijametru intern ta’ 65 mm jew iktar u ħxuna tal-ġnub ta’ 25 mm jew iktar u tul ta’ 50 mm jew aktar; jew
Blokok li għandhom daqs ta' 120 mm × 120 mm × 50 mm jew aktar;
N.B. Ara wkoll 0C004.
Grafiti pirolitiċi jew fibrużi rinfurzati, li jistgħu jintużaw għaż-żennuni tar-rokits u l-ponot ta’ quddiem ta’ vetturi tad-dħul mill-ġdid li jintużaw f’“missili”, lanċaturi speċifikati f’9A004 jew rokits sonda speċifikati f’9A104;
N.B. Ara wkoll 0C004.
Materjali kompożiti taċ-ċeramika (kostant dielettriku ta’ inqas minn 6 f’kull frekwenza minn 100 MHz sa 100 GHz) għall-użu f’radomes li jintużaw fil-“missili”, fil-lanċaturi speċifikati f’9A004 jew fir-rokits sonda speċifikati f’9A104;
Ċeramika fi kwantità rinfurzata bil-karbur tas-siliċju mhix moħmija u li tista’ tiġi proċessata b’makkinarju, li tista’ tintuża għall-ponot ta’ quddiem li jistgħu jintużaw f’“missili”, f’lanċaturi speċifikati f’9A004 jew f’rokits sonda speċifikati f’9A104;
Komposti taċ-ċeramika rinfurzati bil-karbur tas-siliċju, li jistgħu jintużaw għall-ponot ta’ quddiem, għall-vetturi għad-dħul mill-ġdid u l-flaps taż-żennuni li jistgħu jintużaw fil-“missili”, fil-lanċaturi speċifikati f’9A004 jew fir-rokits sonda speċifikati f’9A104;
Materjali komposti taċ-ċeramika fi kwantità li jistgħu jiġu pproċessati b’makkinarju li jikkonsistu f’matriċi “Ċeramika ta’ Temperatura Għolja Ħafna (UHTC)” b’temperatura tat-tidwib ta’ 3 000 °C jew ogħla u rrinforzati b’fibri jew filamenti, li jistgħu jkunu użati għal komponenti ta’ missili (bħall-ponot ta’ quddiem, il-vetturi tad-dħul mill-ġdid, ix-xfarijiet ta’ quddiem, il-paletti tal-ġett, l-uċuħ tal-kontroll jew il-partijiet li jiddaħħlu fil-griżmejn tal-mutur ta’ rokit) f’“missili”, lanċaturi speċifikati f’9A004, rokits sonda speċifikati f’9A104 jew “missili”.
Nota : 1C107.f. ma jkoprix il-kontrolli fuq materjali 'Ċeramika ta’ Temperatura Għolja Ħafna (UHTC)' f’forma mhux kompożita.
Nota Teknika 1 :
F’1C107.f. “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.
Nota Teknika 2 :
'Ċeramika ta’ Temperatura Għolja Ħafna (UHTC)' tinkludi:
Diborur tat-titanju (TiB2);
Diborur taż-żirkonju (ZrB2);
Diborur tan-nijobju (NbB2);
Diborur tal-afnju (HfB2);
Diborur tat-tantalju (TaB2);
Karbur tat-titanju (TiC);
Karbur taż-żirkonju (ZrC);
Karbur tan-nijobju (NbC);
Karbur tal-afnju (HfC);
Karbur tat-tantalju (TaC).
1C111Propellanti u sustanzi kimiċi kostitwenti għall-propellanti, minbarra dawk speċifikati f’1C011, kif ġej:
Sustanzi propulsivi:
Trab sferiku jew sferojdali tal-aluminju, minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, bid-daqs tal-partiċelli inqas minn 200 μm u kontenut ta’ aluminju ta’ 97 % skont il-piż jew aktar, jekk mill-inqas 10 % tal-piż totali jkun magħmul minn partiċelli iżgħar minn 63 μm, skont l-ISO 2591-1:1988 jew l-ekwivalenti nazzjonali;
Nota Teknika :
Id-daqs ta' partiċella ta' 63 μm (ISO R-565) jikkorrispondi għal 250 mesh (Tyler) jew 230 mesh (l-istandard ASTM E-11).
Trab tal-metall, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, kif ġej:
Trab tal-metall taż-żirkonju, tal-berillju jew tal-manjeżju, jew il-ligi ta’ dawn il-metalli jekk mill-inqas 90 % tal-partikoli totali skont il-volum jew it-toqol tal-partikoli jkunu magħmula minn partikoli ta’ inqas minn 60 μm (iddeterminat skont it-tekniki ta’ kejl bħal bl-użu ta’ għarbiel, diffrazzjoni bil-laser jew skennjar ottiku), kemm jekk sferiċi, atomizzati, sferojdali, f’laqx jew mitħuna, li f’97 % jew aktar skont il-piż jikkonsistu minn xi wieħed minn dawn:
Żirkonju;
Berillju; jew
Manjeżju;
Nota Teknika :
Il-kontenut naturali tal-afnju fiż-żirkonju (tipikament minn 2 % sa 7 %) jingħadd maż-żirkonju.
It-trab tal-metall tal-boron jew tal-ligi tal-boron b’kontenut tal-boron ta’ 85 % jew aktar skont il-piż, jekk mill-inqas 90 % tal-partikoli totali skont il-volum jew il-piż tal-partikoli jkunu magħmula minn inqas minn 60 μm (iddeterminat skont it-tekniki ta’ kejl bħal bl-użu ta’ għarbiel, diffrazzjoni bil-laser jew skennjar ottiku), kemm jekk sferiċi, atomizzati, sferojdali, f’laqx jew mitħuna;
Nota : 1C111a.2.a. u 1C111a.2.b. jikkontrollaw taħlitiet ta’ trab b’distribuzzjoni ta’ partiċelli multimodali (pereżempju taħlitiet ta’ granularitajiet differenti) jekk jiġi kkontrollat mod wieħed jew iktar.
Sustanzi ossidanti li jistgħu jintużaw f'magni ta' rokits bi propellant likwidu kif ġej:
Triossidu tad-dinitroġenu (CAS 10544-73-7);
Diossidu tan-nitroġenu (CAS 10102-44-0) / tetrossidu tad-dinitroġenu (CAS 10544-72-6);
Pentossidu tad-dinitroġenu (CAS 10102-03-1);
Ossidi Mħallta tan-Nitroġenu (MON);
Nota Teknika :
Ossidi Mħallta tan-Nitroġenu (MON) huma soluzzjonijiet ta’ Ossidu Nitriku (NO) fit-Tetrossidu tad-Dinitroġenu/Diossidu tan-Nitroġenu (N2O4/NO2) li jistgħu jintużaw f’sistemi ta’ missili. Hemm firxa ta’ kompożizzjonijiet li jistgħu jiġu indikati bħala MONi jew MONij, fejn i u j huma numri sħaħ li jirrappreżentaw il-persentaġġ ta’ Ossidu Nitriku fit-taħlita (pereż., MON3 fih 3 % ta’ Ossidu Nitriku, MON25 fih 25 % ta’ Ossidu Nitriku. Limitu ogħla huwa MON40, piż ta' 40 %).
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI FIR-RIGWARD TA’ Aċidu Nitriku Fumanti Aħmar Inibit (IRFNA);
ARA KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI U 1C238 GĦAL komposti magħmula minn fluworu u wieħed jew aktar minn aloġeni oħrajn, ossiġenu jew nitroġenu.
Derivattivi tal-idrażina, kif ġej:
N.B. ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.
Trimetilidrażina (CAS 1741-01-1);
Tetrametilidrażina (CAS 6415-12-9);
N,N-Diallilidrażina (CAS 5164-11-4);
Allilidrażina (CAS 7422-78-8);
Etilen diidrażina (CAS 6068-98-0);
Dinitrat tal-monometilidrażina;
Nitrat tad-dimetilidrażina asimetriku;
Azotur tal-idrażinju (CAS 14546-44-2);
Azotur ta’ 1,1-dimetilidrażinju (CAS 227955-52-4) / 1,2-Ażid tad-dimetilidrażinju (CAS 299177-50-7);
Dinitrat tal-idrażinju (CAS 13464-98-7);
Diidrażina tal-aċidu diimmido-ossaliku (CAS 3457-37-2);
Nitrat ta' 2-idrossietilidrażina (HEHN);
Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għall-Perklorat tal-Idrażinju;
Diperklorat tal-idrażinju (CAS 13812-39-0);
Nitrat tal-metilidrażina (MHN) (CAS 29674-96-2);
Nitrat ta’ 1,1-dietilidrażina (DEHN) / Nitrat ta’ 1,2-dietilidrażina (DEHN) (CAS 363453-17-2);
Nitrat ta' 3,6-diidrażino tetrażina (nitrat ta' 1,4-diidrażina) (DHTN);
Materjali b’densità ta’ enerġija għolja, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, utilizzabbli f’“missili” jew inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ speċifikati f’9A012 jew 9A112.a.;
Fjuwil imħallat li jinkludi fjuwils kemm solidi kif ukoll likwidi, pereżempju bħat-tajn tal-boron, b’densità ta’ enerġija bbażata fuq il-massa ta’ 40 × 106 J/kg jew iktar;
Fjuwils oħra b’densità ta’ enerġija għolja u addittivi ta’ fjuwils (pereż., kuban, soluzzjonijiet joniċi, JP-10) li għandhom densità ta’ enerġija bbażata fuq il-volum ta’ 37,5 × 109 J/m3 jew iktar, f’temperatura ta’ 20 °C u bi pressjoni atmosferika waħda (101,325 kPa);
Nota : 1C111.a.5.b. ma tkoprix il-kontrolli fuq fjuwils fossili raffinati u biofuels prodotti minn ħxejjex, inkluż fjuwils għal magni ċċertifikati biex jintużaw fl-avjazzjoni ċivili, sakemm mhux ifformulati apposta għal “missili” jew inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ speċifikati f’9A012 jew f’9A112.a.
Nota Teknika :
F’1C111.a.5. “missila”’ tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.
Fjuwils li jissostitwixxu l-idrażin kif ġej:
2-Dimetilamminoetilażid (DMAZ) (CAS 86147-04-8);
Sustanzi polimeriċi:
Polibutadjen bit-terminali tal-karbossi (inkluż il-polibutadjen bit-terminali tal-karbossil) (CTPB);
Polibutadjen bit-terminali tal-idrossi (inkluż il-polibutadjen bit-terminali tal-idrossil) (HTPB) (CAS 69102-90-5), minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari;
Polibutadjen-aċidu akriliku (PBAA);
Polibutadjen - aċidu akriliku -akrilonitril (PBAN) (CAS 25265-19-4 / CAS 68891-50-9);
Politetraidrofuran polietilen glikol (TPEG);
Nota Teknika :
Politetraidrofuran polietilenglikol (TPEG) huwa kopolimeru fi blokok ta’ poli 1,4-Butanidjol (CAS 110-63-4) u polietilenglikol (PEG) (CAS 25322-68-3).
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL nitrat tal-poligliċidil (PGN jew poli-GLYN) (CAS 27814-48-8).
Addittivi u aġenti oħrajn tal-propellant:
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għal karborani, dekarborani, pentaborani u d-derivattivi tagħhom;
Dinitrat tat-trietilen glikol (TEGDN) (CAS 111-22-8);
2-Nitrodifenilamin (CAS 119-75-5);
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għat-trinitrat tat-trimetiloetan (TMETN) (CAS 3032-55-1);
Dinitrat tad-dietilen glikol (DEGDN) (CAS 693-21-0);
Derivati tal-ferroċen kif ġej:
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-katoċen (CAS 37206-42-1);
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tal-etil (CAS 1273-89-8);
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen ta’ n-propil (CAS 1273-92-3) / għall-ferroċen tal-isopropil (CAS 12126-81-7);
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen ta’ n-butil (CAS 31904-29-7);
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tal-pentil (CAS 1274-00-6);
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tad-diċiklopentil (CAS 125861-17-8);
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tad-diċikloessil;
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tad-dietil (CAS 1273-97-8);
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tad-dipropil;
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tad-dibutil (CAS 1274-08-4);
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tad-diessil (CAS 93894-59-8);
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-ferroċen tal-aċetil (CAS 1271-55-2) / għall-ferroċen ta’ 1,1’-diaċetil (CAS 1273-94-5);
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-aċidu karbossiliku tal-ferroċen (CAS 1271-42-7) / għall-aċidu 1,1’-ferroċen karbossiliku (CAS 1293-87-4);
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għall-butaċen (CAS 125856-62-4);
Derivattivi oħrajn tal-ferroċen li jistgħu jintużaw bħala modifikaturi tar-rata ta’ ħruq tal-propellant tar-rokits, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
Nota : 1C111.c.6.o. ma jkoprix il-kontrolli fuq derivattivi tal-ferroċen li fihom grupp funzjonali aromatiku ta’ sitt atomi ta’ karbonju marbut mal-molekula tal-ferroċen.
4,5-diażidometil-2-metil-1,2,3-triażol (iso-DAMTR), minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
“Propellanti tal-ġell”, għajr dawk speċifikati fil-Kontroll tal-Merkanzija Militari, speċifikament formulati għall-użu f’“missili”.
Noti Tekniċi :
1. F’1C111.d. “propellant tal-ġell” hija formulazzjoni ta’ fjuwil jew ossidant bl-użu ta’ ġellant bħalma huma silikati, kawlina (tafal), karbonju jew kwalunkwe ġellant polimeriku.
2. F'1C111.d. 'missila' tfisser sistemi ta' rokits kompluti u sistemi ta' inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ li kapaċi jkopru medda ta' aktar minn 300 km.
Nota : Għall-propellanti u s-sustanzi kimiċi kostitwenti għall-propellanti mhux speċifikati f'1C111, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
1C116Azzar maraging, li jista’ jintuża f’“missili”, li għandu dan kollu li ġej:
N.B. ARA WKOLL 1C216.
Saħħa tensili aħħarija mkejla f’293 K (20 °C), li tkun daqs jew ikbar minn:
0,9 GPa fl-istadju ta’ soluzzjoni ttemprata; jew
1,5 GPa fl-istadju ta’ twebbis bi preċipitazzjoni; u
Kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:
Folji, pjanċi jew tubi bi ħxuna tal-ġnub jew tal-pjanċa daqs jew inqas minn 5,0 mm;
Forom tubulari bi ħxuna tal-ġnub ta’ 50 mm jew inqas u b’dijametru intern ta’ 270 mm jew aktar.
Nota Teknika 1 :
L-azzar maraging huwa liga tal-ħadid:
Ġeneralment ikkaratterizzati minn kontenut għoli ta’ nikil, kontenut baxx ħafna ta’ karbonju u l-użu ta’ elementi ta’ sostituzzjoni jew preċipitati sabiex jipproduċu t-tisħiħ u t-twebbis biż-żmien tal-liga; u
Suġġetti għal ċikli ta’ trattament sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ trasformazzjoni martensitiku (stadju ta’ soluzzjoni ttemprata) u sussegwentement imwebbes biż-żmien (stadju ta’ twebbis bi preċipitazzjoni).
Nota Teknika 2 :
F’1C116 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ li kapaċi jkopru medda ta’ aktar minn 300 km.
1C117Materjali għall-produzzjoni ta’ komponenti ta’ “missili” kif ġej:
Tungstenu u ligi f’forma partikolata b’kontenut ta’ tungstenu ta’ 97 % jew iktar skont il-piż, u bid-daqs tal-partikoli jkun ta’ 50 × 10-6 m (50 μm) jew inqas;
Molibdenu u ligi f’forma partikolata b’kontenut ta’ molibdenu ta’ 97 % jew iktar skont il-piż, u bid-daqs tal-partikoli jkun ta’ 50 × 10-6m (50 μm) jew inqas;
Materjali tat-tungstenu f’forma solida li għandhom dan kollu li ġej:
Xi waħda mill-kompożizzjonijiet ta' materjal li ġejjin:
Tungstenu u ligi li fihom 97 % jew aktar skont il-piż ta’ tungstenu;
Tungstenu infiltrat bir-ram bi 80 % jew iktar skont il-piż ta’ tungstenu; jew
Tungstenu infiltrat bil-fidda bi 80 % jew iktar skont il-piż ta’ tungstenu; u
Jistgħu jinħadmu b'magna f'xi wieħed mill-prodotti li ġejjin:
Ċilindri b’dijametru ta’ 120 mm jew iktar u tul ta’ 50 mm jew iktar;
Tubi b’dijametru intern ta’ 65 mm jew iktar u ħxuna tal-ġnub ta’ 25 mm jew iktar u tul ta’ 50 mm jew aktar; jew
Blokok b’daqs ta’ 120 mm b’120 mm b’50 mm jew iktar.
Nota Teknika :
F’1C117 “missila” tfisser sistemi ta’ rokits kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ li kapaċi jkopru medda ta’ aktar minn 300 km.
1C118Azzar inossidabbli dupleks stabbilizzat bit-titanju (Ti-DSS) li għandu dan kollu li ġej:
Li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Li fih 17,0 % - 23,0 % ta' kromju skont il-piż 4,5 % - 7,0 % ta' nikil skont il-piż;
Li għandu kontenut ta’ titanju ta’ aktar minn 0,10 % skont il-piż; u
Mikrostruttura ferritikaawstenitika (imsejħa wkoll bħala mikrostruttura ta’ żewġ fażijiet) li mill-inqas 10 % tagħha skont il-volum (skont l-ASTM E-1181-87 jew l-ekwivalenti nazzjonali) huwa awstenit; u
Li għandu xi waħda mill-forom li ġejjin:
Ingotti jew żbarri li għandhom daqs ta' 100 mm jew aktar f'kull dimensjoni;
Folji li għandhom wisa’ ta’ 600 mm jew iktar u ħxuna ta’ 3 mm jew inqas; jew
Tubi li għandhom dijametru estern ta’ 600 mm jew aktar u ħxuna tal-ġnub ta’ 3 mm jew inqas.
1C202Ligi, minbarra dawk speċifikati f’1C002.b.3. jew .b.4., kif ġej:
Ligi tal-aluminju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
“Kapaċi jkollhom” saħħa tensili aħħarija ta’ 460 MPa jew aktar waqt 293 K (20 °C); u
Fil-forma ta’ tubi jew forom solidi ċilindriċi (inklużi dawk mikwija f’forġa) b’dijametru estern ta’ aktar minn 75 mm.
Ligi tat-titanju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
“Kapaċi jkollhom” saħħa tensili aħħarija ta’ 900 MPa jew aktar waqt 293 K (20 °C); u
Fil-forma ta' tubi jew forom solidi ċilindriċi (inklużi dawk mikwija f'forġa) b'dijametru estern ta' aktar minn 75 mm.
Nota Teknika :
Il-frażi ligi “kapaċi għal” tinkorpora ligi qabel jew wara li jiġu ttrattati bis-sħana.
1C210“Materjali fibrużi jew filamentari” jew materjali impregnati, minbarra dawk speċifikati f’1C010.a., .b. jew .e., kif ġej:
“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju jew tal-aramid li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
“Modulu speċifiku” ta’ 12,7 × 106 m jew akbar; jew
“Saħħa tensili speċifika”’ ta’ 23,5 × 104 m jew akbar;
Nota : 1C210.a. ma tikkontrollax “materjali fibrużi jew filamentari” tal-aramid li 0,25 % jew aktar tagħhom huma magħmula minn modifikatur tal-wċuħ tal-fibra bbażat fuq l-ester;
“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-ħġieġ li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
“Modulu speċifiku” ta’ 3,18 × 106 m jew akbar; u
“Saħħa tensili speċifika”’ ta’ 7,62 × 104 m jew akbar;
“Ħajt għall-insiġ”, “faxex tal-fibra”, “kejbils ta’ filamenti” jew “tejps” kontinwament impregnati bir-reżina fformata bis-sħana b’wisa’ ta’ 15 mm jew inqas (preimpregnati), magħmula mill-“materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju jew tal-ħġieġ speċifikati f’1C210.a. jew .b.
Nota Teknika :
Ir-reżina tifforma l-matriċi tal-kompożitu.
Nota : F’1C210, “materjali fibrużi jew filamentari” hija ristretta għal “monofilamenti”, “ħjut”, “ftietel”, “wajers” jew “tejps” kontinwi.
1C216Azzar maraging, minbarra dak speċifikat f’1C116, “kapaċi jkollu” saħħa tensili aħħarija ta’ 1 950 MPa jew aktar, f’293 K (20 °C).
Nota : 1C216 ma jkoprix il-kontrolli fuq forom li d-dimensjonijiet lineari kollha tagħhom ikun fihom daqs 75 mm jew inqas.
Nota Teknika :
Il-frażi azzar maraging “kapaċi għal” tinkorpora azzar maraging qabel jew wara t-tisħin.
1C225Boron arrikkit fl-isotopu boron-10 (10B) għal aktar mill-abbundanza isotopika naturali tiegħu, kif ġej: boron elementari, komposti, taħlitiet li fihom il-boron, prodotti maħdumin minnhom, skart jew ruttam ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota : F’1C225 taħlitiet li fihom il-boron jinkludu materjali mgħobbija bil-boron.
Nota Teknika :
L-abbundanza isotopika naturali tal-boron-10 hija bejn wieħed u ieħor 18,5 fil-mija skont il-piż (20 fil-mija tal-atomi).
1C226Tungstenu, karbur tat-tungstenu, u ligi li fihom aktar minn 90 % ta’ tungstenu skont il-piż, minbarra dak speċifikat f’1C117, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
F’forom b’simetrija ċilindrika vojta (inklużi s-segmenti ta’ ċilindri) b’dijametru intern bejn 100 mm u 300 mm; u
Massa ta’ aktar minn 20 kg.
Nota : 1C226 ma jkoprix il-kontrolli fuq il-manifatturi mfasslin apposta bħala piżijiet jew kollimaturi tar-raġġi gamma.
1C227Kalċju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
Li fih inqas minn 1 000 ppm skont il-piż ta’ impuritajiet metalliċi minbarra l-manjeżju; u
Li fih inqas minn 10 ppm skont il-piż ta’ boron.
1C228Manjeżju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
Li fih inqas minn 200 ppm skont il-piż ta’ impuritajiet metalliċi minbarra l-kalċju; u
Li fih inqas minn 10 ppm skont il-piż ta’ boron.
1C229Bismut li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
Purità ta’ 99,99 % jew akbar skont il-piż; u
Li fih inqas minn 10 ppm skont il-piż ta’ fidda.
1C230Il-metall berillju, ligi li fihom aktar minn 50 % skont il-piż ta’ berillju, komposti tal-berillju, prodotti manifatturati minnhom, u skart jew ruttam ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin, minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
N.B. ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.
Nota : 1C230. ma jkoprix il-kontrolli fuq dan li ġej:
Twieqi tal-metall għal magni tar-raġġi-X, jew għal apparat għar-reġistrazzjoni tad-dettalji tal-ispieri;
Għamliet ta’ ossidu f’forom fabbrikati jew semifabbrikati mfasslin apposta għal partijiet ta’ komponenti elettroniċi jew bħala sottostrati għal ċirkwiti elettroniċi;
Berill (silikat ta’ berillju u aluminju) fil-forma ta’ żmeraldi jew akkwamarini.
1C231Metall tal-afnju, ligi li fihom aktar minn 60 % ta’ afnju skont il-piż, komposti tal-afnju li fihom aktar minn 60 % ta’ afnju skont il-piż, manifatturi tagħhom, u skart jew ruttam ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.
1C232Elju-3 (3He), taħlitiet li fihom l-elju-3, u prodotti jew apparati li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota : 1C232 ma jkoprix il-kontrolli fuq prodott jew apparat li jkollu inqas minn 1 g ta’ elju-3.
1C233Litju arrikkit fl-isotopu litju-6 (6Li) għal aktar mill-abbundanza isotopika naturali tiegħu, u prodotti jew apparat li fihom litju arrikkit, kif ġej: litju elementari, ligi, komposti, taħlitiet li fihom il-litju, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota : 1C233 ma jikkontrollax dożimetri termoluminixxenti.
Nota Teknika :
L-abbundanza isotopika naturali tal-litju-6 hija bejn wieħed u ieħor 6,5 fil-mija skont il-piż (7,5 fil-mija tal-atomi).
1C234Żirkonju b’kontenut ta’ afnju ta’ inqas minn parti waħda ta’ afnju għal 500 parti ta’ żirkonju skont il-piż, kif ġej: metall, ligi li fihom aktar minn 50 % ta’ żirkonju skont il-piż, komposti, prodotti maħdumin minnhom, skart jew ruttam ta’ xi wieħed minn dawk imsemmijin f’0A001.f.
Nota : 1C234 ma jkoprix il-kontrolli fuq iż-żirkonju fil-forma ta’ fojl li għandu ħxuna ta’ 0,10 mm jew inqas.
1C235Tritju, komposti tat-tritju, taħlitiet li fihom it-tritju fejn il-proporzjon tal-atomi tat-tritju ma’ dawk tal-idroġenu hu ogħla minn parti waħda f’kull 1 000 , u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.
Nota : 1C235 ma jkoprix il-kontrolli fuq prodott jew apparat li fih inqas minn 1,48 × 103 GBq (40 Ci) ta’ tritju.
1C236“Radjunuklidi” tajbin biex jagħmlu sorsi tan-newtroni abbażi ta’ reazzjoni ta’ alfa-n, għajr dawk speċifikati f’0C001 u 1C012.a. fil-forom li ġejjin:
Elementari;
Komposti li għandhom attività totali ta’ 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar;
Taħlitiet li għandhom attività totali ta’ 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar;
Prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawk imsemmijin.
Nota : 1C236 ma jkoprix il-kontrolli fuq prodott jew apparat li fihom inqas minn 3,7 GBq (100 millicuries) ta’ attività.
Nota Teknika :
F’1C236 “radjunuklidi” huma xi wieħed minn dan li ġej:
1C237Radju-226 (226Ra), ligi tar-radju-226, komposti tar-radju-226, taħlitiet li fihom radju-226, manifatturi tagħhom, u prodotti u apparati li fihom dawn imsemmijin.
Nota : 1C237. ma jkoprix il-kontrolli fuq dan li ġej:
Applikaturi mediċi;
Prodott jew apparat li fih inqas minn 0,37 GBq (10 millicuries) ta’ radju-226.
1C238Trifluworur tal-kloru (ClF3).
1C239Splussivi qawwijin, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, jew sustanzi jew taħlitiet li fihom aktar minn 2 % skont il-piż tagħhom, b’densità tal-kristalli akbar minn 1,8 g/cm3 u li għandhom veloċità ta’ detonazzjoni akbar minn 8 000 m/s.
1C240Trab tan-nikil u metall poruż tan-nikil, minbarra dawk speċifikati f’0C005, kif ġej:
Trab tan-nikil li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
Kontenut ta’ purità tan-nikil ta’ 99,0 % jew aktar skont il-piż; u
Daqs medju tal-partiċelli ta' inqas minn 10 μm mkejla bl-istandard B330 tas-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u l-Materjali (ASTM);
Metall poruż tan-nikil prodott mill-materjali speċifikati f’1C240.a.
Nota : 1C240. ma jkoprix il-kontrolli fuq dan li ġej:
Trab filamentari tan-nikil;
Folji singli tan-nikil porużi b’erja ta’ 1 000 cm2 jew inqas għal kull folja.
Nota Teknika :
1C240.b. jirreferi għall-metall poruż iffurmat bil-kumpattazzjoni u s-sinterizzazzjoni tal-materjali f’1C240.a. sabiex jiġi ffurmat materjal tal-metall b’pori fini interkonnessi fl-istruttura kollha.
1C241Renju, u ligi li fihom 90 % jew aktar ta’ renju skont il-piż; u ligi tar-renju u t-tungstenu li fihom 90 % jew aktar skont il-piż ta’ xi taħlita ta’ renju u tungstenu, minbarra dawk speċifikati f’1C226, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
F’forom b’simetrija ċilindrika vojta (inklużi s-segmenti ta’ ċilindri) b’dijametru intern bejn 100 mm u 300 mm; u
Massa ta’ aktar minn 20 kg.
1C350Sustanzi kimiċi, li jistgħu jintużaw bħala prekursuri għal aġenti kimiċi tossiċi, kif ġej, u “taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi” li fihom wieħed jew aktar minnhom:
N.B. ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI U 1C450.
Tiodiglikol (CAS 111-48-8);
Ossiklorur tal-fosfru (CAS 10025-87-3);
Metilfosfonat tad-dimetil (CAS 756-79-6)
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għal difluworur tal-metil fosfonil (CAS 676-99-3);
Diklorur tal-metil fosfonil (CAS 676-97-1);
Fosfit tad-dimetil (DMP) (CAS 868-85-9);
Triklorur tal-fosforu (CAS 7719-12-2);
Fosfit tat-trimetil (TMP) (CAS 121-45-9);
Tijonil tal-klorur (CAS 7719-09-7);
3-Idrossi-1-metilpiperidina (CAS 3554-74-3);
N,N-Diisopropil-(beta)-klorur tal-amminuetil (CAS 96-79-7);
N,N-Diisopropil-(beta)-amminoetantijol (CAS 5842-07-9);
3-Kinuklidinol (CAS 1619-34-7);
Fluworur tal-potassju (CAS 7789-23-3);
2-Kloroetanol (CAS 107-07-3);
Dimetilamina (CAS 124-40-3)
Etilfosfonat tad-dietil (CAS 78-38-6);
N,N-dimetilfosforamidat tad-dietil (CAS 2404-03-7);
Fosfit tad-dimetil (CAS 762-04-9);
Idroklorur tad-dimetilammina (CAS 506-59-2);
Diklorur tal-etilfosfinil (CAS 1498-40-4);
Diklorur tal-etilfosfonil (CAS 1066-50-8);
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għal difluworur tal-etil fosfonil (CAS 753-98-0);
Fluworur tal-idroġenu (CAS 7664-39-3);
Benżilat tal-metil (CAS 76-89-1);
Diklorur tal-metilfosfonil (CAS 676-83-5);
N,N-Diisopropil-(beta)-amminoetanol (CAS 96-80-0);
Alkoħol pinakoliliku (CAS 464-07-3);
ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI għal O-Etil O-2-diisopropilamminoetil-metilfosfonit (QL) (CAS 57856-11-8);
Fosfit trietiliku (CAS 122-52-1)
Triklorur tal-arseniku (CAS 7784-34-1);
Aċidu benżiliku (CAS 76-93-7)
Metilfosfonat tad-dietil (CAS 15715-41-0);
Etilfosfonat tad-dimetil (CAS 6163-75-3);
Difluworur tal-etilfosfonil (CAS 430-78-4);
Difluworur tal-metilfosfonil (CAS 753-59-3);
3-Kinuklidon (CAS 3731-38-2);
Pentaklorur tal-fosforu (CAS 10026-13-8);
Pinakolun (CAS 75-97-8);
Ċjanur tal-potassju (CAS 151-50-8);
Bifluworur tal-potassju (CAS 7789-29-9);
Idroġenu fluworur tal-ammonju jew bifluworur tal-ammonju (CAS 1341-49-7);
Fluworur tas-sodju (CAS 7681-49-4);
Bifluworur tas-sodju (CAS 1333-83-1);
Ċjanur tas-sodju, (CAS 143-33-9);
Trietanolamina (CAS 102-71-6)
Pentasulfit fosforuż (CAS 1314-80-3);
Diisopropilammina (CAS 108-18-9);
Dietilamminoetanol (CAS 100-37-8)
Sulfur tas-sodju (CAS 1313-82-2);
Monoklorur tal-sulfur (CAS 10025-67-9);
Diklorur tas-sulfur (CAS 10545-99-0)
Idroklorur tat-trietanolammina (CAS 637-39-8);
N,N-Diisopropil-(beta)-amminuetil klorur idroklorur (CAS 4261-68-1);
Aċidu metilfosfoniku (CAS 993-13-5)
Metilfosfonat tad-dietil (CAS 683-08-9);
Diklorur tan-N,N-dimetilamminofosforil (CAS 677-43-0);
Fosfit tat-triisopropil (CAS 116-17-6);
Etildietanolammina (CAS 139-87-7);
Fosforotiat tal-O,O-dietil (CAS 2465-65-8);
Fosforoditiat tal-O,O-dietil (CAS 298-06-6);
Eżafluworosilikat tas-sodju (CAS 16893-85-9);
Diklorur metilfosfonotiojku (CAS 676-98-2);
Dietilammina (CAS 109-89-7);
Kloridrat ta’ N,N-Diisopropilamminoetantijol (CAS 41480-75-5);
Diklorofosfat tal-metil (CAS 677-24-7);
Diklorofosfat tal-etil (CAS 1498-51-7);
Difluworofosfat tal-metil (CAS 22382-13-4);
Difluworofosfat tal-etil (CAS 460-52-6);
Klorofosfit tad-dietil (CAS 589-57-1);
Klorofluworofosfat tal-metil (CAS 754-01-8);
Klorofluworofosfat tal-etil (CAS 762-77-6);
N,N-Dimetilformamidin (CAS 44205-42-7);
N,N-Dietilformamidin (CAS 90324-67-7);
N,N-Dipropilformamidin (CAS 48044-20-8);
N,N-Diisopropilformamidin (CAS 857522-08-8);
N,N-Dimetilaċetamidin (CAS 2909-14-0);
N,N-Dietilaċetamidin (CAS 14277-06-6);
N,N-Dipropilaċetamidin (CAS 1339586-99-0);
N,N-Dimetilpropanamidin (CAS 56776-14-8);
N,N-Dietilpropanamidin (CAS 84764-73-8);
N,N-Dipropilpropanamidin (CAS 1341496-89-6);
N,N-Dimetilbutanamidin (CAS 1340437-35-5);
N,N-Dietilbutanamidin (CAS 53510-30-8);
N,N-Dipropilbutanamidin (CAS 1342422-35-8);
N,N-Diisopropilbutanamidin (CAS 1315467-17-4);
N,N-Dimetilisobutanamidin (CAS 321881-25-8);
N,N-Dietilisobutanamidin (CAS 1342789-47-2);
N,N-Dipropilisobutanamidin (CAS 1342700-45-1).
Nota 1 : Għall-esportazzjonijiet lejn “Stati mhux Parti fil-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi”, 1C350 ma jkoprix il-kontrolli fuq “taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi” li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1C350.1, .3, .5, .11, .12, .13, .17, .18, .21, .22, .26, .27, .28, .31, .32, .33, .34, .35, .36, .54, .55, .56, .57, 63 u .65 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 10 % skont il-piż tat-taħlita.
Nota 2 : Għall-esportazzjoni lejn “Stati li huma Parti fil-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi”, 1C350 ma jkoprix il-kontrolli fuq “taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi” li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1C350.1, .3, .5, .11, .12, .13, .17, .18, .21, .22, .26, .27, .28, .31, .32, .33, .34, .35, .36, .54, .55, .56, .57, .63 u .65 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % skont il-piż tat-taħlita.
Nota 3 : 1C350 ma jkoprix il-kontrolli fuq “taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi” li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1C350.2, .6, .7, .8, .9, .10, .14, .15, .16, .19, .20, .24, .25, .30, .37, .38, .39, .40, .41, .42, .43, .44, .45, .46, .47, .48, .49, .50, .51, .52, .53, .58, .59, .60, .61, .62, .64, .66, .67, .68, .69, .70, .71, .72, .73, .74, .75, .76, .77, .78, .79, .80, .81, .82, .83, .84, .85, .86, .87, .88 u 89 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % skont il-piż tat-taħlita.
Nota 4 : 1C350 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti tal-konsum ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.
1C351Patoġeni tal-bniedem u tal-annimali, u “tossini”, kif ġej:
Viruses, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “kultivazzjonijiet ħajjin iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li jkun ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’kultivazzjonijiet bħal dawn, kif ġej:
Il-virus tal-marda Afrikana taż-żwiemel;
Il-virus tad-deni tal-ħnieżer Afrikan;
Il-virus tal-Andes;
Il-viruses tal-influwenza avjarja, li:
Mhumiex karatterizzati; jew
Huma ddefiniti fl-Anness I(2) tad-Direttiva 2005/94/KE (ĠU L 10 14.1.2006 p. 16) li għandhom patoġeniċità għolja, kif ġej:
Virus tat-Tip A b’IVPI (l-indiċi ta’ patoġeniċità intravenuża) ta’ aktar minn 1,2 f’tiġieġ ta’ sitt ġimgħat; jew
Virus tat-Tip A tas-sottotipi H5 jew H7 b'sekwenzi tal-ġenoma kkodifikati għal aċidi amminiċi bażiċi multipli fil-post fejn tinqasam il-molekula tal-emaglutinina simili għal dak osservat fir-rigward ta’ viruses oħrajn tal-HPAI, li jindika li l-molekula tal-emaglutinina tista' tinqasam bi proteażi ubikwitarja fl-ospitant;
Il-virus tal-ilsien blu;
Il-virus Chapare;
Il-virus Chikungunya;
Il-virus Choclo;
Il-virus tad-deni emoraġiku Kongo-Krimejan;
Mhux użat;
Il-virus ta' Dobrava-Belgrad;
Il-virus tal-enċefalomjelite ekwina tal-Lvant;
Il-virus tal-Ebola: il-membri kollha tal-ġeneru tal-virus tal-Ebola;
Il-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer;
Il-virus tal-ġidri tal-mogħoż;
Il-virus Guanarito;
Il-virus Hantaan;
Il-virus Hendra (il-Morbillivirus ekwin);
Il-virus tal-erpete tas-suid 1 (Psewdoidrofobija; marda ta’ Aujeszky);
Il-virus tad-deni klassiku tal-ħnieżer (il-virus tal-kolera tal-ħnieżer);
Il-virus tal-enċefalomjelite Ġappuniża;
Il-virus Junin;
Il-virus tal-marda tal-Foresta ta' Kyasanur;
Il-virus tal-Laguna Negra;
Il-virus ta' Lassa;
Il-virus Louping ill;
Il-virus Lujo;
Il-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda;
Il-virus tal-korjomeningite limfoċitika;
Il-virus Machupo;
Il-virus Marburg: il-membri kollha tal-ġeneru tal-virus Marburg;
Il-virus tal-ġidri tax-xadini;
Il-virus tal-enċefalomjelite Murray Valley;
Il-virus tal-marda ta’ Newcastle;
Il-virus Nipah;
Il-virus tad-deni emoraġiku ta' Omsk;
Il-virus ta’ Oropouche;
Il-virus tal-pesta tal-annimali ruminanti żgħar;
Il-virus tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer;
Il-virus ta’ Powassan;
Il-virus tar-rabja u l-membri l-oħra kollha tal-ġeneru Lyssavirus;
Il-virus tad-deni ta' Rift Valley;
Il-virus Rinderpest;
Il-virus Rocio;
Il-virus Sabia;
Il-virus ta’ Seoul;
Il-virus tal-ġidri tan-nagħaġ;
Il-virus Sin Nombre;
Il-virus tal-enċefalomjelite ta' St Louis;
Il-virus Porcine Tescho;
Il-virus tal-enċefalomjelite li jinġarr mill-qurdien (sottotip tal-Lvant Imbiegħed);
Il-virus tal-Varjola;
Il-virus tal-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela;
Il-virus tal-istomatite vexxikolari;
Il-virus tal-enċefalomjelite ekwina tal-Punent;
Il-virus tad-deni isfar;
Il-virus korona tas-sindrome respiratorja akuta gravi (SARS-virus korona relatat);
Il-virus tal-influwenza tal-1918 rikostitwit;
Il-coronavirus relatat mas-sindrome respiratorja tal-Lvant Nofsani (coronavirus relatat mal-MERS);
Mhux użat;
Batterji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “kultivazzjonijiet ħajjin iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li jkun ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’kultivazzjonijiet bħal dawn, kif ġej:
Bacillus anthracis;
Brucella abortus;
Brucella melitensis;
Brucella suis;
Clostridium botulinum;
Francisella tularensis;
Chlamydia psittaci (Chlamydophila psittaci);
Clostridium argentinense (qabel kienet magħrufa ukoll bħala Clostridium botulinum tat-Tip G), razza ta’ mikrobi li jipproduċu n-newrotossina botulinika;
Clostridium baratii, razza ta' mikrobi li jipproduċu n-newrotossina botulinika;
Clostridium botulinum;
Clostridium butyricum, razza ta' mikrobi li jipproduċu n-newrotossina botulinika;
Clostridium perfringens, tipi ta’ mikrobi li jipproduċu t-tossina epsilon;
Virus Nipah;
Tularemja (Francisella tularensis);
Mycoplasma capricolum, is-sottospeċi capripneumoniae (ir-razza tal-mikrobu F38);
Mycoplasma mycoides, is-sottospeċi mycoides SC (kolonja żgħira);
Rickettsia prowazekii;
Salmonella enterica, is-sottospeċi enterica serovar Typhi (Salmonella typhi);
Escherichia coli li tipproduċi t-tossina Shiga (STEC) tas-serogruppi O26, O45, O103, O104, O111, O121, O145, O157, u serogruppi oħra li jipproduċu t-tossina Shiga;
Nota : Escherichia coli li tipproduċi t-tossina Shiga (STEC) hija magħrufa wkoll bħala E. coli enteroemorraġika (EHEC), E. coli li tipproduċi l-verotossina (VTEC) jew E. coli li tipproduċi l-veroċitotossina (VTEC).
Burkholderia pseudomallei (Pseudomonas pseudomallei);
Salmonella typhi;
Shigella dysenteriae;
“Tossini”, kif ġej, u s-“subunità tat-tossini” tagħhom:
Tossini Botulinum;
Clostridium perfringens alpha, beta 1, beta 2, epsilon u tossini iota;
Konotossini;
Riċinu;
Sassitossina;
Tossini Shiga (tossini bħal shiga, verotossini u veriċotossini)
Enterotossini ta’ Staphylococcus aureus, it-tossina hemolysin alpha, u tossini tas-sindromu tax-xokk tossiku (li qabel kienet magħrufa ukoll bħala l-Enterotossina ta’ Staphylococcus);
Tetrodotossina;
Mhux użat;
Mikroċistini (Cyanginosins);
Aflatossini;
Abrina;
Tossina tal-kolera;
Diaċetossixirpenol;
Tossina T-2;
Tossina HT-2;
Modeksina;
Volkensina;
Viskumina (Lektina 1 Viskum Album);
Nota : 1C351.d. ma jkoprix il-kontrolli fuq it-tossini botulinum jew il-konotossini f’forma ta’ prodotti li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
Huma formulazzjonijiet farmaċewtiċi maħsuba biex jingħataw lill-bnedmin fit-trattament ta’ kundizzjonijiet mediċi;
Huma ppakkjati bil-lesti għat-tqassim bħala prodotti mediċi;
Huma awtorizzati minn awtorità tal-Istat sabiex jiġu kkummerċjalizzati bħala prodotti mediċi.
Fungi, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “kultivazzjonijiet ħajjin iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li jkun ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’kultivazzjonijiet bħal dawn, kif ġej:
Coccidioides immitis;
Coccidioides posadasii.
Nota : 1C351 ma jkoprix il-kontrolli fuq il-“vaċċini” jew l-“immunotossini”.
1C353“Elementi ġenetiċi” u “organiżmi ġenetikament immodifikati”, kif ġej:
Kull “organiżmu ġenetikament immodifikat” li jinkludi, jew “element ġenetiku” li jikkodifika għal, xi wieħed minn dawn li ġejjin:
Kwalunkwe ġene jew ġeni speċifiċi għal xi virus speċifikat f’1C351.a. jew 1C354.a.
Kwalunkwe ġene jew ġeni speċifiċi għal xi batterju speċifikat f’1C351.c. jew 1C354.b. jew fungu speċifikat f’1C351.e. jew 1C354.c., u li huwa xi wieħed minn dawn li ġejjin:
Fiha nnifisha jew permezz tal-prodotti traskritti jew tradotti tagħha tirrappreżenta periklu sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti; jew
Tista’ “tikkonferixxi jew issaħħaħ il-patoġeniċità”; jew
It-“tossini” kollha speċifikati f’1C351.d jew kull “sottounità ta’ tossini” ta’ dawn it-tossini.
Mhux użat.
Noti Tekniċi :
1. “Organiżmi mmodifikati ġenetikament” jinkludu organiżmi li fihom is-sekwenzi tal-aċidu nuklejku nħolqu jew inbidlu permezz ta’ manipulazzjoni molekulari intenzjonata.
2. “Elementi ġenetiċi” jinkludu fost l-oħrajn kromożomi, ġenomi, plasmidi, transposoni, vetturi u organiżmi mhux attivati li fihom frammenti ta’ aċidu nuklejku rekuperabbli, kemm jekk ġenetikament immodifikati jew le, jew sintetizzati kimikament kompletament jew parzjalment. Għall-finijiet tal-kontroll tal-elementi ġenetiċi, l-aċidi nuklejċi minn organiżmu, virus jew kampjun mhux attivati huma kkunsidrati rekuperabbli jew l-inattivazzjoni u t-tħejjija tal-materjal tkun intenzjonata jew magħrufa li tiffaċilita l-iżolament, il-purifikazzjoni, l-amplifikazzjoni, id-detezzjoni, jew l-identifikazzjoni ta’ aċidi nuklejċi.
3. “Tikkonferixxi jew issaħħaħ il-patoġeniċità” tfisser meta l-inseriment jew l-integrazzjoni tas-sekwenza jew sekwenzi ta' aċidu nuklejku x’aktarx iwasslu biex jabilitaw jew iżidu l-kapaċità ta’ organiżmu biex b'mod deliberat jikkaġuna marda jew mewt. Dan jista’ jinkludi alterazzjonijiet, fost l-oħrajn: għall-virulenza, it-trażmissibbiltà, l-istabbiltà, il-metodu tal-infezzjoni, il-firxa ta’ organiżmi ospitanti, ir-reproduċibbiltà, il-kapaċità li tiġi evitata jew imrażżna l-immunità tal-ospitant, ir-reżistenza għal kontromiżuri mediċi, jew il-kapaċità ta’ detezzjoni.
Nota 1 : 1C353 ma jkoprix il-kontrolli fuq sekwenzi ta’ aċidu nuklejku ta’ Escherichia coli li tipproduċi t-tossina shiga tas-serogruppi O26, O45, O103, O104, O111, O121, O145, O157, u serogruppi oħrajn li jipproduċu t-tossina shiga, għajr dawk l-elementi ġenetiċi li jikkodifikaw għat-tossina shiga, jew għas-subunitajiet tagħha.
Nota 2 : 1C353 ma jikkontrollax “vaċċini”.
1C354Patoġeni tal-pjanti, kif ġej:
Viruses, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “kultivazzjonijiet ħajjin iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li jkun ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’kultivazzjonijiet bħal dawn, kif ġej:
Virus Andin latenti tal-patata (Potato Andean latent tymovirus);
Virojde tad-deformazzjoni fusiformi tat-tuberi tal-patata;
Batterji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “kultivazzjonijiet ħajjin iżolati” jew bħala materjal li jkun ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’kultivazzjonijiet bħal dawn, kif ġej:
Colletotrichum kahawae (Colletotrichum coffeanum var. virulans);
Xanthomonas axonopodis pv. citri (Xanthomonas campestris pv. A) [Xanthomonas axonopodis pv. citri];
Xanthomonas oryzae pv. oryzae (Pseudomonas campestris pv. oryzae);
Clavibacter michiganensis subsp. sepedonicus (Corynebacterium michiganensis subsp. sepedonicum jew Corynebacterium sepedonicum);
Ralstonia solanacearum razza 3 biovar 2;
Fungi, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “kulturi ħajjin iżolati” jew bħala materjal li jkun ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’kulturi bħal dawn, kif ġej:
Colletotrichum kahawae (Colletotrichum coffeanum var. virulans);
Fungi, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b’tali koltivazzjonijiet, kif ġej:
Microcyclus ulei (syn. Dothidella ulei);
Puccinia graminis ssp. graminis var. graminis / Puccinia graminis ssp. graminis var. stakmanii (Puccinia graminis [syn. Puccinia graminis f. sp. tritici]);
Puccinia striiformis (syn. Puccinia glumarum);
Magnaporthe oryzae (Pyricularia oryzae);
Peronosclerospora philippinensis (Peronosclerospora sacchari);
Sclerophthora rayssiae var. zeae;
Synchytrium endobioticium;
Tilletia indica;
Thecaphora solani.
1C450Sustanzi kimiċi tossiċi u prekursuri ta’ sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej, u “taħlitiet kimiċi” li fihom waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi:
N.B. ARA WKOLL L-ENTRATA 1C350, 1C351.d. U L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.
Sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej:
U L-KONTROLLI TA' MERKANZIJA MILITARI. O,O-Dietil S- [2-(dietilamino)etil] fosforotijolat (CAS 78-53-5) u mluħa alkilati jew protonati korrispondenti,
PFIB: 1,1,3,3,3-Pentafluworo-2-(trifluworometil)-1-propin (CAS 382-21-8);
PFIB: 3-Kwinuklidinil benzilat (CAS 6581-06-2);
Fosġenu: Diklorur tal-karbonil (CAS 75-44-5);
Klorur ċjanoġenu (CAS 506-77-4);
Ċjanur tas-sodju, (CAS 74-90-8);
Kloropikrin: Trikloronitrometan (CAS 76-06-2);
Nota 1 : Għall-esportazzjoni lejn “Stati mhux Parti fil-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi”, 1C450 ma tikkontrollax “taħlitiet kimiċi” li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1C450.a.1. u.a.2. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 1 % tal-piż tat-taħlita.
Nota 2 : Għal esportazzjonijiet lejn “Stati Parti għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi”, 1C450 ma jikkontrollax “taħlitiet kimiċi” li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrata 1C450.a.1. u .a.2. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.
Nota 3 : 1C450 ma jkoprix il-kontrolli fuq “taħlitiet kimiċi” li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1C450.a.4., .a.5., .a.6. u .a.7. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % skont il-piż tat-taħlita.
Nota 4 : 1C450 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti tal-konsum ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.
Prekursuri ta’ sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej:
Sustanzi kimiċi, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli ta’ Merkanzija Militari jew f’1C350, li fihom atomu tal-fosfru li hemm marbut miegħu grupp wieħed ta’ metil, etil jew propil (normali jew iso) iżda l-ebda atomu ieħor tal-karbonju.
Nota : 1C450.b.1 ma jikkontrollax fuq il-Fonofos: Etilfosfonotijolotijonat ta’ O-Etil u S-fenil (CAS 944-22-9);
Dialidi fosforamidiċi ta’ N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)], minbarra d-diklorur ta’ N,N-Dimetilaminofosforil;
N.B. Ara 1C350.57. għad-diklorur ta’ N,N-Dimetilamminofosforil.
N,N-dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)]-fosforamidati ta’ dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)], minbarra N,N-dimetilfosforamidat ta’ dietil li huwa speċifikat f’1C350;
N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] aminoetil-2-kloruri u mluħa protonati korrispondenti, minbarra l-klorur ta’ N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetil jew l-idroklorur ta’ N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetil klorur li huma speċifikati f’1C350;
N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] aminoetan-2-oli u mluħa protonati korrispondenti; għajr N,N-Diisopropil- (beta)-aminoetanol (CAS 96-80-0) u N,N-Dietilaminoetanol (CAS 100-37-8) li huma speċifikati f’1C350;
Nota : 1C450.b.5. ma jkoprix il-kontrolli fuq dan li ġej:
N,N-Dimetilaminoetanol (CAS 108-01-0) u mluħa protonati korrispondenti;
Imluħa protonati ta’ N,N-Dietilaminoetanol (CAS 100-37-8);
N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] amminoetan-2-tijoli u mluħa protonata korrispondenti, minbarra N,N-Diisopropil-(beta)-tijol amminoetan (CAS 5842-07-9) u l-Kloridrat ta’ N,N-Diisopropilamminoetantijol (CAS 41480-75-5) li huma speċifikati f’1C350;
Ara 1C350 għal etildietanolamina (CAS 139-87-7);
Metildietanolamina (CAS 105-59-9);
Nota 1 : Għall-esportazzjoni lejn “Stati mhux Parti fil-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi”, 1C450 ma tikkontrollax “taħlitiet kimiċi” li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1C450.b.1.,.b.2.,.b.3.,.b.4.,.b.5. u.b.6. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 10 % tal-piż tat-taħlita.
Nota 2 : Għall-esportazzjoni lejn “Stati Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi”, 1C450 ma jikkontrollax “taħlitiet kimiċi” li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1C450.b.1., .b.2., .b.3., .b.4., .b.5. u .b.6. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.
Nota 3 : 1C450 ma jikkontrollax “taħlitiet kimiċi” li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrata 1C450.b.8 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.
Nota 4 : 1C450 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti tal-konsum ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.
1DSoftware
1D001“Software” ddisinjat jew modifikat apposta għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta’ tagħmir speċifikat f’1B001 sa 1B003.
1D002“Software” għall-“iżvilupp” ta’ prodotti laminati jew “kompożiti” b’“matriċi” organika, “matriċi” metallika jew “matriċi” tal-karbonju.
1D003“Software” mfassal jew modifikat apposta biex jippermetti li t-tagħmir iwettaq il-funzjonijiet ta’ tagħmir speċifikat f’1A004.c. jew 1A004.d.
1D101“Software” mfassal jew immodifikat apposta għat-tħaddim jew il-manutenzjoni tal-oġġetti speċifikati f’1B101, 1B102, 1B115, 1B117, 1B118 jew 1B119.
1D103“Software” imfassal apposta għall-analiżi ta’ karatteristiċi osservabbli mnaqqsa bħar-riflettività tar-radar, senjaturi bl-ultravjola/bl-infraaħmar u senjaturi akustiċi.
1D201“Software” mfassal apposta għall-“użu” tal-oġġetti speċifikati f’1B201.
1ETeknoloġija
1E001“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ tagħmir jew materjali speċifikati f’1A002 sa 1A005, 1A006.b., 1A007, 1B jew 1C.
1E002“Teknoloġija” oħra kif ġej:
“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ polibenżotijażoli jew polibenżossijażoli;
“Teknoloġija” għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ komposti tal-fluworoelastomeru li fihom mill-inqas monomeru wieħed tal-viniletere;
“Teknoloġija” għad-disinn jew għall-“produzzjoni” ta’ trabijiet taċ-ċeramika jew ta’ materjali taċ-ċeramika mhux “kompożiti” li ġejjin:
Trab taċ-ċeramika li għandu dan kollu li ġej:
Xi waħda mill-kompożizzjonijiet li ġejjin:
Ossidi sempliċi jew kumplessi taż-żirkonju u ossidi kumplessi tas-siliċju jew tal-aluminju;
Nitruri tal-boron sempliċi (forom kristallini kubiċi);
Karburi sempliċi jew kumplessi tas-siliċju jew tal-boron; jew
Nitruri tas-siliċju sempliċi jew kumplessi;
Xi waħda mill-impuritajiet tal-metall totali li ġejjin (minbarra ż-żidiet intenzjonali):
Anqas minn 1 000 ppm għal ossidi jew għall-karburi sempliċi; jew
Anqas minn 5 000 ppm għall-komposti kumplessi jew għan-nitruri sempliċi; u
Li huma xi wieħed / waħda minn dawn li ġejjin:
Żirkonju (CAS 1314-23-4) b’daqs medju tal-partikola ta’ 1 μm jew inqas u mhux aktar minn 10 % tal-partikoli li huma akbar minn 5 μm; jew
Trab taċ-ċeramika ieħor b'daqs medju tal-partiċella li jkun daqs jew inqas minn 5 μm u mhux aktar minn 10 % tal-partiċelli jkunu akbar minn 10 μm;
Materjali taċ-ċeramika mhux “kompożiti” magħmulin mill-materjali speċifikati f’1E002.c.1;
Nota : 1E002.c.2 ma jkoprix il-kontrolli fuq “teknoloġija” għal abrażivi.
Mhux użat;
“Teknoloġija” għall-installazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija tal-materjali speċifikati f’1C001;
“Teknoloġija” għat-tiswija ta’ strutturi, laminati jew materjali “kompożiti” speċifikati f’1A002 jew 1C007.c.;
Nota : 1E002.f. ma jirregolax “teknoloġija” għat-tiswija ta' strutturi ta' “ajruplani” permezz ta' “materjal fibruż jew bil-filamenti” tal-karbonju u reżini epossidiċi, f'manwali ta' fabbrikanti ta' inġenji tal-ajru.
“Libreriji” mfasslin jew immodifikati apposta sabiex jippermettu li t-tagħmir iwettaq il-funzjonijiet tat-tagħmir speċifikat f’1A004.c. jew 1A004.d.
1E101“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” tal-oġġetti speċifikati f’1A102, 1B001, 1B101, 1B102, minn 1B115 sa 1B119, 1C001, 1C101, 1C107, minn 1C111 sa 1C118, 1D101 jew 1D103.
1E102“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” ta’ “software” speċifikat f’1D001, 1D101 jew 1D103.
1E103“Teknoloġija” għar-regolamentazzjoni ta’ temperatura, pressjoni jew atmosfera f’awtoklavi jew idroklavi, meta jkunu użati għall-“produzzjoni” ta’ “kompożiti” jew “kompożiti” pproċessati parzjalment.
1E104“Teknoloġija” għall-“produzzjoni” ta’ materjali derivati pirolitikament imsawra fuq forma, mandrin jew sottostrat ieħor minn gassijiet prekursuri li jiddekomponu fil-firxa ta’ temperatura minn 1 573 K (1 300 °C) sa 3 173 K (2 900 °C) fi pressjonijiet minn 130 Pa sa 20 kPa.
Nota : 1E104 jinkludi “teknoloġija” għall-kompożizzjoni ta’ gassijiet prekursuri, rati ta’ fluss u, skedi u parametri għall-kontroll tal-proċess.
1E201“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” tal-oġġetti speċifikati f’1A002, 1A007, 1A202, minn 1A225 sa 1A227, 1B201, minn 1B225 sa 1B235, 1C002.b.3. jew .b.4., 1C010.b., 1C202, 1C210, 1C216, minn 1C225 sa 1C241 jew 1D201.
1E202“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” tal-oġġetti speċifikati f’1A007, 1A202 jew 1A225 sa 1A227.
1E203“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” ta’ “software” speċifikat f’1D201.
PARTI IV
Kategorija 2
KATEGORIJA 2 - L-IPPROĊESSAR TA’ MATERJALI
2 ASistemi, Tagħmir u Komponenti
N.B. Għal bearings li jaħdmu b’mod silenzjuż, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.
2A001Ara l-bearings antifrizzjoni, is-sistemi tal-bearings u l-komponenti, kif ġej:
N.B. ARA WKOLL 2A101.
Ball bearings u bearings bir-rombli solidi, li għandhom it-tolleranzi kollha speċifikati mill-manifattur skont l-ISO 492 Klassi ta’ Tolleranza 4 jew 2 (jew l-ekwivalenti nazzjonali), jew aħjar, u li għandhom kemm “ċrieki” kif ukoll “elementi li jirrumblaw”, magħmulin mill-monel jew mill-berillju;
Nota : 2A001.a. ma jkoprix il-kontrolli fuq berings bir-rombli koniċi.
Noti Tekniċi :
1. “Ċurkett” - parti annulari ta’ kuxxinett bir-rombli radjali li jinkorporaw kanal wieħed jew iktar (ISO 5593:1997).
2. “Element li jirrombla” - ballun jew romblu li jirrombla bejn kanali (ISO 5593:1997).
Mhux użat;
Sistemi attivi tal-bearings manjetiċi li jużaw xi wieħed / waħda minn dawn li ġejjin, u komponenti mfassla apposta għalihom:
Materjali b’densitajiet ta’ fluss ta’ 2,0 T jew aktar u b’reżistenza għall-forza ta’ aktar minn 414 MPa;
Id-disinji polarizzati omopolari 3D kompletament elettromanjetiċi għall-attwaturi; jew
Sensuri tal-pożizzjoni ta’ temperatura għolja (450 K (177 °C) u ogħla).
2A101Bearings bir-rombli radjali, minbarra dawk speċifikati f’2A001, li għandhom it-tolleranzi kollha speċifikati skont l-ISO 492 Klassi ta’ Tolleranza 2 (jew ANSI/ABMA Standard 20 Klassi ta’ Tolleranza ABEC-9 jew ekwivalenti oħra nazzjonali), jew aħjar, u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
Dijametru tat-toqba taċ-ċirku intern bejn 12 mm u 50 mm;
Dijametru tat-toqba taċ-ċirku estern bejn 25 mm u 100 mm; u
Wisgħa ta’ bejn 10 mm u 20 mm.
2A225Griġjoli magħmula minn materjali reżistenti għall-metalli aktinidi likwidi, kif ġej:
Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin: