This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02020R2170-20240101
Regulation (EU) 2020/2170 of the European Parliament and of the Council of 16 December 2020 on the application of Union tariff rate quotas and other import quotas
Consolidated text: Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni
Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni
02020R2170 — MT — 01.01.2024 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2020/2170 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni (ĠU L 432 21.12.2020, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2023/1321 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Ġunju 2023 |
L 166 |
1 |
30.6.2023 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2777 tat-3 ta’ Ottubru 2023 |
L |
1 |
15.12.2023 |
REGOLAMENT (UE) 2020/2170 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Diċembru 2020
dwar l-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni
Artikolu 1
Il-merkanzija importata minn barra l-Unjoni għandha tkun eliġibbli għal trattament skont il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni jew kwoti oħra ta’ importazzjoni jew skont kwoti tariffarji tal-esportazzjoni applikati minn pajjiżi terzi biss jekk dik il-merkanzija tiġi rilaxxata f’ċirkolazzjoni libera fit-territorji li ġejjin:
Il-merkanzija elenkata fl-Anness li toriġina mir-Renju Unit u li hija soġġetta għall-miżuri ta’ salvagwardja skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 ( 1 ) li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit għandha tkun eliġibbli wkoll għal trattament skont il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni jekk dik il-merkanzija tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq.
Artikolu 1a
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 1b, li jemendaw dan ir-Regolament sabiex mal-lista stabbilita fl-Anness jiżdiedu ċerti kategoriji ta’ merkanzija li toriġina mir-Renju Unit u li hija soġġetta għall-miżuri ta’ salvagwardja skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159, li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit dment li r-Renju Unit ikun ta prova sodisfaċenti lill-Unjoni tal-ħtieġa li dik il-merkanzija tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Irlanda ta’ Fuq.
Artikolu 1b
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-Kwota Tariffarja (Tariff Rate Quota, TRQ) |
Kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) (1) |
Il-kategorija 7 tal-azzar |
7208 51 20 , 7208 51 91 , 7208 51 98 , 7208 52 91 , 7208 90 20 , 7208 90 80 , 7210 90 30 , 7225 40 12 , 7225 40 40 , 7225 40 60 , 7225 99 00 |
Il-kategorija 8 tal-azzar |
7219 11 00 , 7219 12 10 , 7219 12 90 , 7219 13 10 , 7219 13 90 , 7219 14 10 , 7219 14 90 , 7219 22 10 , 7219 22 90 , 7219 23 00 , 7219 24 00 , 7220 11 00 , 7220 12 00 |
Il-kategorija 9 tal-azzar |
7219 31 00 , 7219 32 10 , 7219 32 90 , 7219 33 10 , 7219 33 90 , 7219 34 10 , 7219 34 90 , 7219 35 10 , 7219 35 90 , 7219 90 20 , 7219 90 80 , 7220 20 21 , 7220 20 29 , 7220 20 41 , 7220 20 49 , 7220 20 81 , 7220 20 89 , 7220 90 20 , 7220 90 80 |
Il-kategorija 13 tal-azzar |
7214 20 00 , 7214 99 10 |
Il-kategorija 17 tal-azzar |
7216 31 10 , 7216 31 90 , 7216 32 11 , 7216 32 19 , 7216 32 91 , 7216 32 99 , 7216 33 10 , 7216 33 90 |
Il-kategorija 25 A tal-azzar |
7305 11 00 , 7305 12 00 |
Il-kategorija 28 tal-azzar |
7217 10 10 , 7217 10 31 , 7217 10 39 , 7217 10 50 , 7217 10 90 , 7217 20 10 , 7217 20 30 , 7217 20 50 , 7217 20 90 , 7217 30 41 , 7217 30 49 , 7217 30 50 , 7217 30 90 , 7217 90 20 , 7217 90 50 , 7217 90 90 |
(1)
Kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1). |
( 1 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).
( 2 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.