EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02020R1641-20220227

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1641 tal-5 ta’ Novembru 2020 dwar l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1641/2022-02-27

02020R1641 — MT — 27.02.2022 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1641

tal-5 ta’ Novembru 2020

dwar l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 370 6.11.2020, p. 4)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/158 tal-4 ta’ Frar 2022

  L 26

1

7.2.2022




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1641

tal-5 ta’ Novembru 2020

dwar l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati maħsuba għall-konsum mill-bniedem, mill-Istati ta’ Massachusetts u Washington tal-Istati Uniti.

Artikolu 2

Definizzjoni

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:

“Molluski bivalvi” tfisser molluski bivalvi kif definit fil-punt 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 3

Ekwivalenza

Il-miżuri applikati fl-Istati ta’ Massachusetts u Washington tal-Istati Uniti għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika fir-rigward tal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem, li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda fil-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 4

Ċertifikat uffiċjali

Kull kunsinna ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati maħsuba għall-konsum mill-bniedem, kif imsemmi fl-Artikolu 1, għandha tidħol biss fl-Unjoni jekk tkun akkumpanjata b’ċertifikat uffiċjali mimli kif meħtieġ f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ MOLLUSKI BIVALVI, EKINODERMI, TUNIKATI U GASTEROPODI TAL-BAĦAR ĦAJJIN, IFFRIŻATI, IMKESSĦIN JEW IPPROĊESSATI, MILL-ISTATI UNITI TAL-AMERKA, MAĦSUBIN GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

image

image



L-Istati Uniti (US)

ċertifikat veterinarju għall-UE



Parti II: Ċertifikazzjoni

II.  Informazzjoni dwar is-Saħħa

II.a.  Numru tar-referenza taċ-ċertifikat

II.b.

II.1.  Attestazzjoni tas-saħħa pubblika għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati maħsubin għall-użu mill-bniedem

Jien, is-sottoskritt, b’dan niċċertifika li:

— Il-prodotti deskritti hawn jikkonformaw mal-istandards rilevanti tal-Istati Uniti u mar-rekwiżiti tal-programm ta’ kontroll regolatorju tal-Istati Uniti għall-frott tal-baħar bil-qoxra, u ġew prodotti f’konformità magħhom.

— Il-prodotti deskritti hawn huma ttikkettati bħala mhux maħsuba biex jingħaddsu jew jiġu f’kuntatt ma’ ebda baħar tal-UE

— Kull materjal mill-frott tal-baħar bil-qoxra minn sorsi barranin użat f’dawn il-prodotti joriġina minn pajjiżi terzi/stabbilimenti/żoni ta’ tkabbir approvati biex jesportaw molluski bivalvi ħajjin lejn l-UE.

(1) (2)[II.2.  Attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-molluski bivalvi ħajjin (3) tal-ispeċijiet elenkati maħsubin għall-konsum mill-bniedem,

Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, b’dan niċċertifika li l-annimali akkwatiċi msemmija fil-Kaxxa I.18 tal-Parti I jissodisfaw:

II.2.1.  ir-rekwiżiti ġenerali tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 6(1), fil-punti (a)(4), u (b), fl-Artikoli 6(2) u 7(1), u fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 ();

II.2.2.  ir-rekwiżiti tas-saħħa speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni tal-prodotti li għalihom japplika dan iċ-ċertifikat, stabbiliti fil-punti (a), (c)(ii), (c)(iii) u (d) tal-Artikolu 167, u fl-Artikolu 169(1) u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.]

Noti

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan iċ-ċertifikat jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Parti I:

— Il-kaxxa bir-referenza I.8: Reġjun tal-oriġini: l-Istat tal-Istati Uniti fejn ikunu nqabdu l-prodotti u l-kodiċi taż-żona tal-produzzjoni approvata.

Parti II:

(1)  Il-Parti II.2. ta’ dan iċ-ċertifikat tapplika biss għall-prodotti ta’ molluski bivalvi ħajjin maħsubin għall-konsum mill-bniedem li ġejjin:

(a)  molluski tal-ispeċijiet elenkati ttrasportati mingħajr ilma, ippakkjati u ttikkettati għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi għal dawk l-annimali kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (), u li ma jkunux jistgħu jibqgħu ħajjin jekk jitqiegħdu lura f’ambjent akkwatiku;

(b)  molluski tal-ispeċijiet elenkati ttrasportati mingħajr ilma maħsubin għall-konsum mill-bniedem mingħajr aktar ipproċessar, dment li jkunu ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut f’konformità mar-rekwiżiti għat-tali imballaġġ kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(c)  molluski tal-ispeċijiet elenkati ttrasportati mingħajr ilma, ippakkjati u ttikkettati għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi għal dawk l-annimali kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004, u li huma maħsubin għal aktar ipproċessar mingħajr ħżin temporanju fil-post tal-ipproċessar.

(2)  Il-Parti II.2 ma tkunx tapplika u jenħtieġ li titħassar meta l-kunsinna tkun tikkonsisti minn annimali akkwatiċi selvaġġi mħottija minn bastimenti tas-sajd.

(3)  L-ispeċijiet elenkati fil-kolonni 3 u 4 tat-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (). L-ispeċijiet elenkati fil-kolonna 4 ta’ dik it-tabella għandhom biss jitqiesu bħala vetturi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 171(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)  Meta l-mard ikun rilevanti u rapportabbli.

(5)  Irid jiġi ffirmat minn:

— veterinarju uffiċjali meta timtela l-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-Parti II.2;–

— uffiċjali taċ-ċertifikazzjoni jew veterinarju uffiċjali meta titħassar l-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-Parti II.2.–

[Veterinarju uffiċjali] (5) / [Uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni] (5 )

Isem (b’ittri kbar)

Kwalifika u titlu

Data

Firma

Timbru

(1)   

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(2)   

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139 30.4.2004, p. 55).

(3)   

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

Top