Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02020R1534-20210907

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1534 tal-21 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1534/2021-09-07

02020R1534 — MT — 07.09.2021 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1534

tal-21 ta’ Ottubru 2020

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 351 22.10.2020, p. 2)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1447 tat-3 ta’ Settembru 2021

  L 313

13

6.9.2021




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1534

tal-21 ta’ Ottubru 2020

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill



Artikolu 1

1.  
Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ mandolin ippreparat jew ippriżervat (inklużi t-tanġerini u s-satsuma), il-klementin, il-wilkings u frott taċ-ċitru ibridu ieħor simili, li mhux miżjud bi spirtu, kemm jekk fih zokkor jew materja ta’ ħlewwa oħra u kemm jekk le, u kif definit bħalissa fl-intestatura HS 2008 , li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2008 30 55 , 2008 30 75 u ex 2008 30 90 (il-kodiċijiet TARIC 2008309061 , 2008309063 , 2008309065 , 2008309067 u 2008309069 ) u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2.  

Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej.



Kumpanija

EUR/Tunnellata ta’ piż nett tal-prodott

Kodiċi addizzjonali tat-TARIC

Yichang Rosen Foods Co., Ltd, Yichang, Zhejiang

531,2

A886

Zhejiang Taizhou Yiguan Food Co. Ltd, Huangyan, Zhejiang

361,4

A887

Hubei Xinshiji Foods Co., Ltd, Dangyang City, Hubei Province

489,7

A888

Zhejiang Juzhou Foods Co., Ltd, Sanmen, Zhejiang

499,9

C528

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kif imniżżel fl-Anness

499,6

A889

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

531,2

A999

3.  
L-applikazzjoni tar-rata individwali tad-dazju speċifikata għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha jkun hemm dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun ħarġet din il-fattura, identifikat minn ismu u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-[prodott ikkonċernat] mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn [isem il-kumpanija u l-indirizz] [kodiċi addizzjonali TARIC] fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli gћall-“kumpaniji l-oћra kollha”.

Artikolu 2

1.  
F’każijiet fejn l-oġġetti jkunu ġarrbu dannu qabel ma jkunu daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li jkun tħallas realment jew li għandu jitħallas huwa aġġustat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 132 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 ( 1 ), l-ammont tad-dazju anti-dumping, maħdum abbażi tal-Artikolu 1 hawn fuq, jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi mal-aġġustament tal-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas.
2.  
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 3

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat billi jiżdied produttur esportatur ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għalhekk soġġetti għar-rata tad-dazju medja peżata ta’ 499,6 EUR/Tunnellata ta’ piż nett tal-prodott fejn kull produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li huwa:

(a) 

ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali (mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007);

(b) 

mhu relatat mal-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u

(c) 

huwa jew effettivament esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni jew daħal f’obbligu kuntrattwali rrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:

— 
Hunan Pointer Foods Co., Ltd., Yongzhou, Hunan
— 
Ningbo Pointer Canned Foods Co., Ltd., Xiangshan, Ningbo
— 
Yichang Jiayuan Foodstuffs Co., Ltd., Yichang, Hubei
— 
Ninghai Dongda Foodstuff Co., Ltd., Ningbo, Zhejiang
— 
Huangyan No.2 Canned Food Factory, Huangyan, Zhejiang
— 
Zhejiang Fomdas Foods Co., Ltd., Xinchang, Zhejiang
— 
►M1  Hubei Fomdas Foods Co., Ltd., Yidu, Hubei ◄
— 
Guangxi Guiguo Food Co., Ltd., Guilin, Guangxi
— 
Zhejiang Juda Industry Co., Ltd., Quzhou, Zhejiang
— 
Zhejiang Iceman Group Co., Ltd., Jinhua, Zhejiang
— 
Ningbo Guosheng Foods Co., Ltd., Ninghai
— 
Yi Chang Yin He Food Co., Ltd., Yidu, Hubei
— 
Yongzhou Quanhui Canned Food Co., Ltd., Yongzhou, Hunan
— 
Ningbo Orient Jiuzhou Food Trade & Industry Co., Ltd., Yinzhou, Ningbo
— 
Guangxi Guilin Huangguan Food Co., Ltd., Guilin, Guangxi
— 
Ningbo Wuzhouxing Group Co., Ltd., Mingzhou, Ningbo



( 1 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

Top