This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02020R1201-20211223
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1201 of 14 August 2020 as regards measures to prevent the introduction into and the spread within the Union of Xylella fastidiosa (Wells et al.)
Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 tal-14 ta’ Awwissu 2020 rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 tal-14 ta’ Awwissu 2020 rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1201/2021-12-23
02020R1201 — MT — 23.12.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1201 tal-14 ta’ Awwissu 2020 (ĠU L 269 17.8.2020, p. 2) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1688 tas-20 ta’ Settembru 2021 |
L 332 |
6 |
21.9.2021 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2130 tat-2 ta’ Diċembru 2021 |
L 432 |
19 |
3.12.2021 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1201
tal-14 ta’ Awwissu 2020
rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.)
KAPITOLU I
DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“pest speċifikat” tfisser Xylella fastidiosa (Wells et al.) u kwalunkwe wieħed mis-sottospeċi tiegħu;
“pjanti ospitanti” tfisser il-pjanti kollha għat-tħawwil, għajr żrieragħ, li jappartjenu għall-ġeneri jew l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I;
“pjanti speċifikati” tfisser pjanti ospitanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, li jappartjenu għall-ġeneri jew l-ispeċijiet elenkati fl-Anness II u li huma magħrufa bħala suxxettibbli għas-sottospeċijiet speċifiċi tal-pest speċifikat.
KAPITOLU II
STĦARRIĠ ANNWALI GĦALL-PREŻENZA TAL-PEST SPEĊIFIKAT U PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA
Artikolu 2
Stħarriġ dwar il-pest speċifikat fit-territorji tal-Istati Membri
Artikolu 3
Pjanijiet ta’ kontinġenza
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan ta’ kontinġenza. Dak il-pjan ta’ kontinġenza għandu jistipula l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fit-territorju tiegħu rigward:
il-qerda tal-pest speċifikat, kif stipulat fl-Artikoli 7 sa 11;
il-movimenti tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni, kif stipulat fl-Artikoli 19 sa 26;
il-kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu fuq il-movimenti ta’ pjanti speċifikati fl-Unjoni u ta’ pjanti ospitanti fl-Unjoni, kif stipulat fl-Artikoli 32 u 33.
Kull Stat Membru għandu jaġġorna l-pjan ta’ kontinġenza tiegħu, kif jixraq, sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena. Il-pjanijiet ta’ kontinġenza stabbiliti skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/789 għandhom jiġu aġġornati sal-31 ta’ Diċembru 2020.
Minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, il-pjan ta’ kontinġenza għandu jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:
ir-riżorsi minimi li jridu jkunu disponibbli u l-proċeduri biex dawn ir-riżorsi addizzjonali jsiru disponibbli f’każ ta’ preżenza kkonfermata jew issuspettata tal-pest speċifikat;
ir-regoli li jiddettaljaw il-proċeduri għall-identifikazzjoni tas-sidien tal-pjanti li jridu jitneħħew, għan-notifika tal-ordni ta’ tneħħija u għall-aċċess għal proprjetajiet privati.
KAPITOLU III
ŻONI DEMARKATI
Artikolu 4
Stabbiliment ta’ żoni demarkati
Meta tiġi kkonfermata biss il-preżenza ta’ sottospeċi partikolari waħda jew aktar tal-pest speċifikat, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jistabbilixxi żona demarkata fir-rigward ta’ dawk is-sottospeċijiet biss.
Meta l-konferma tal-preżenza ta’ sottospeċi tkun pendenti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi żona demarkata fir-rigward tal-pest speċifikat u tas-sottospeċijiet kollha possibbli tiegħu.
Iż-żona infettata għandu jkollha raġġ ta’ mill-inqas 50 m madwar il-pjanta li tinstab infettata mill-pest speċifikat.
Iż-żona ta’ lqugħ għandha tkun tal-wisa’ li ġejja:
mill-inqas 2,5 km fil-każ ta’ żona infettata stabbilita bl-għan li jittieħdu l-miżuri ta’ qerda msemmija fl-Artikoli 7 sa 11;
mill-inqas 5 km fil-każ ta’ żona infettata stabbilita bl-għan li jittieħdu l-miżuri ta’ trażżin imsemmija fl-Artikoli 12 sa 17.
Artikolu 5
Derogi għall-istabbiliment ta’ żoni demarkati
B’deroga mill-Artikolu 4, iż-żona ta’ lqugħ ta’ madwar iż-żona infettata stabbilita għall-finijiet ta’ qerda tista’ titnaqqas għal wisa’ ta’ mhux inqas minn 1 km fejn ikun hemm grad għoli ta’ affidabbiltà li l-preżenza inizjali tal-pest speċifikat ma jkunx irriżulta fit-tixrid tiegħu u fejn ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-pjanti speċifikati kollha li jkunu jinsabu fiż-żona infettata, irrispettivament mill-istatus tas-saħħa tagħhom, ikunu ġew ikkampjunati u tneħħew minnufih;
l-ebda pjanta oħra ma tkun instabet infettata mill-pest speċifikat fiż-żona infettata wara li jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ qerda, abbażi ta’ testijiet uffiċjali mwettqa mill-inqas darba matul is-sena, filwaqt li jittieħed kont tal-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità li tikkonċerna l-Xylella fastidiosa;
ikun twettaq stħarriġ mill-inqas darba matul l-ewwel sena wara l-identifikazzjoni tal-pest speċifikat f’żona b’wisa’ ta’ mill-inqas 2,5 km madwar iż-żona infettata, li juri li l-pest speċifikat ma jkunx instab f’dik iż-żona. L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kampjuni u jittestja l-pjanti ospitanti li jinsabu f’dik iż-żona. Għal dak il-għan, u b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u l-iskema tal-kampjunar se jkunu jistgħu jidentifikaw b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 90 % livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %, filwaqt li jittieħed kont li l-ewwel 400 m madwar il-pjanti infettati għandhom riskju ogħla meta mqabbel mal-parti l-oħra ta’ dik iż-żona;
l-ebda vettur li jġorr il-pest speċifikat ma jkun ġie identifikat fiż-żona infettata u fil-viċinanza immedjata tagħha wara li jkunu ttieħdu l-miżuri ta’ qerda, abbażi ta’ testijiet imwettqa darbtejn matul l-istaġun tal-migrazzjoni tal-vettur, u f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji. Dawk it-testijiet għandhom iwasslu għall-konklużjoni li t-tixrid naturali tal-pest speċifikat huwa eskluż.
B’deroga mill-Artikolu 4, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li ma jistabbilixxix żona demarkata minnufih fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikun hemm evidenza li l-pest speċifikat ikun ġie introdott fiż-żona reċentement flimkien mal-pjanti li jkun instab fuqhom, jew li l-pest speċifikat ikun instab f’sit bi protezzjoni fiżika mill-vetturi ta’ dak il-pest;
ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ spezzjoni jindikaw li dawk il-pjanti jkunu ġew infettati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona kkonċernata;
ma jkunux instabu vetturi li jġorru l-pest speċifikat, abbażi ta’ testijiet imwettqa fil-viċinanza ta’ dawk il-pjanti.
Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, l-Istat Membru kkonċernat għandu:
iwettaq, fiż-żona fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata għall-ewwel darba, stħarriġ annwali għal mill-inqas sentejn biex jiġi ddeterminat jekk ikunux ġew infettati xi pjanti oħra u jekk jenħtieġx li jittieħdu aktar miżuri;
jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ġustifikazzjoni għalfejn ma tiġix stabbilita żona demarkata, kif ukoll l-eżitu tal-istħarriġ imsemmi fil-punt (a) malli dan isir disponibbli.
Artikolu 6
Tneħħija taż-żoni demarkati
B’deroga mill-paragrafu 1, f’każ li l-Istat Membru kkonċernat ikun naqqas il-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ għal mhux inqas minn 1 km, f’konformità mal-Artikolu 5(1), l-Istat Membru jista’ jneħħi ż-żona demarkata wara 12-il xahar mill-istabbiliment inizjali, fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
b’riżultat tal-miżuri meħuda skont l-Artikolu 5(1), jiġi konkluż b’livell għoli ta’ affidabbiltà li l-preżenza inizjali tal-pest speċifikat kienet każ iżolat u li ma seħħx tixrid ulterjuri fiż-żona demarkata rispettiva;
kemm jista’ jkun viċin tal-ħin tat-tneħħija, ikunu twettqu testijiet uffiċjali fi ħdan iż-żona demarkata, filwaqt li titqies il-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità dwar il-Xylella fastidiosa. Għal dak il-għan, u b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid ta’ kampjuni se jkunu jistgħu jidentifikaw, b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 95 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %.
KAPITOLU IV
MIŻURI TA’ QERDA
Artikolu 7
Tneħħija ta’ pjanti
L-Istat Membru kkonċernat għandu jneħħi minnufih miż-żona infettata:
pjanti li jkun magħruf li jkunu infettati mill-pest speċifikat;
pjanti li juru sintomi li jindikaw infezzjoni possibbli minn dak il-pest jew li jkun suspettat li huma infettati minn dak il-pest;
pjanti li jappartjenu għall-istess speċi tal-pjanta infettata, irrispettivament mill-istatus tas-saħħa tagħhom;
pjanti ta’ speċijiet oħra għajr tal-pjanta infettata li jkunu nstabu infettati f’partijiet oħra taż-żona demarkata;
pjanti speċifikati, għajr dawk imsemmija fil-punti (c) u (d), li ma jkunux ġew soġġetti minnufih għat-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar molekulari u li ma jkunux instabu ħielsa mill-pest speċifikat.
B’deroga mill-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li pjanti speċifikati individwali uffiċjalment iddeżinjati bħala pjanti b’valur storiku ma jkollhomx għalfejn jitneħħew, dment li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-pjanti speċifikati kkonċernati jkunu soġġetti għall-ispezzjoni, it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar annwali permezz ta’ wieħed mit-testijiet molekulari elenkati fl-Anness IV, u jiġi kkonfermat li dawn ma jkunux infettati bil-pest speċifikat;
il-pjanti speċifikati individwali jew iż-żona kkonċernata jkunu soġġetti għal trattamenti fitosanitarji xierqa kontra l-popolazzjoni tal-vetturi tal-pest speċifikat, fl-istadji kollha tagħha. Dawk it-trattamenti jistgħu jinkludu metodi kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi, filwaqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet lokali.
Artikolu 8
Miżuri kontra l-vetturi tal-pest speċifikat
Artikolu 9
Qerda ta’ pjanti
Artikolu 10
Sorveljanza annwali taż-żona demarkata
Fiż-żona demarkata kollha, l-Istat Membru kkonċernat għandu jimmonitorja, fl-aktar żminijiet xierqa, il-preżenza tal-pest speċifikat permezz ta’ stħarriġ annwali f’konformità mal-Artikolu 2(5) u (6), u dan b’kont meħud tal-informazzjoni msemmija fil-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità li tirrigwarda l-Xylella fastidiosa.
Fiż-żoni infettati, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kampjuni u jittestja l-pjanti ospitanti, inklużi l-pjanti speċifikati li ma jkunux tneħħew skont l-Artikolu 7(1). Għal dak il-għan, u b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid ta’ kampjuni se jkunu jistgħu jidentifikaw, b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 90 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 0,5 %.
Fiż-żoni ta’ lqugħ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kampjuni u jittestja l-pjanti ospitanti kif ukoll pjanti oħra li juru sintomi li jindikaw infezzjoni possibbli jew li jkun hemm suspett li jkunu infettati b’dak il-pest. Għal dak il-għan, u b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid ta’ kampjuni se jkunu jistgħu jidentifikaw b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 90 % livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %, filwaqt li jittieħed kont li l-ewwel 400 m madwar iż-żoni infettati għandhom riskju ogħla.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jimmonitorja wkoll il-preżenza tal-pest speċifikat fil-vetturi li jinsabu fiż-żona demarkata sabiex jiġi ddeterminat ir-riskju ta’ tixrid ulterjuri ppreżentat mill-vetturi u biex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll fitosanitarji applikati f’konformità mal-Artikolu 8.
Artikolu 11
Miżuri oħra rilevanti għall-qerda tal-pest speċifikat
KAPITOLU V
MIŻURI TA’ TRAŻŻIN
Artikolu 12
Dispożizzjonijiet ġenerali
F’żona infettata elenkata fl-Anness III, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’ tiddeċiedi li tapplika l-miżuri ta’ trażżin stipulati fl-Artikoli 13 sa 17, minflok miżuri ta’ qerda.
Artikolu 13
Tneħħija ta’ pjanti f’żona infettata elenkata fl-Anness III
Dik it-tneħħija għandha ssir immedjatament wara l-identifikazzjoni uffiċjali tal-preżenza tal-pest speċifikat jew, jekk il-pest speċifikat jinstab barra mill-istaġun tal-migrazzjoni tal-vettur, dik it-tneħħija għandha ssir qabel l-istaġun ta’ migrazzjoni li jmiss tal-vettur. Għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat u tal-vetturi tiegħu matul it-tneħħija u anke wara.
Artikolu 14
Miżuri kontra l-vetturi tal-pest speċifikat fiż-żoni infettati elenkati fl-Anness III
Artikolu 15
Sorveljanza annwali taż-żoni infettati elenkati fl-Anness III
L-Istat Membru kkonċernat, għall-inqas fil-partijiet taż-żona infettata msemmija fil-paragrafu 2 fi ħdan raġġ ta’ 50 m madwar il-pjanti li jkunu nstabu infettati mill-pest speċifikat, għandu jieħu kampjun u jittestja minnufih il-pjanti li ġejjin:
il-pjanti speċifikati kollha li jappartjenu għall-ispeċijiet tal-pjanti speċifikati li jkunu nstabu infettati fl-istess żona demarkata; u
l-pjanti l-oħra kollha li juru sintomi li jindikaw infezzjoni possibbli minn dak il-pest jew li jkun suspettat li huma infettati minn dak il-pest.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jimmonitorja l-preżenza tal-pest speċifikat, fl-iktar żminijiet xierqa, il-preżenza tal-pest speċifikat mill-istħarriġiet annwali, filwaqt li jittieħed kont tal-informazzjoni msemmija fil-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità li tikkonċerna l-Xylella fastidiosa. Dak il-monitoraġġ għandu jseħħ mill-inqas fil-partijiet li ġejjin taż-żona infettata elenkata fl-Anness III:
f’żona li tkun mill-inqas 5 km ’il bogħod mill-fruntiera taż-żona infettata maż-żona ta’ lqugħ;
fil-prossimità tas-siti ta’ pjanti b’valur kulturali u soċjali partikolari li jinsabu barra ż-żona msemmija fil-punt (a) u ddeżinjati kif meħtieġ mill-Istat Membru.
F’dawk il-partijiet taż-żona infettata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kampjuni u jwettaq ittestjar tal-ispeċijiet ta’ pjanti ospitanti li jkunu nstabu infettati fiż-żona demarkata, f’konformità mal-Artikolu 2(6). Għal dak il-għan, b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid ta’ kampjuni se jkunu jistgħu jidentifikaw b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 90 % livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 0,7 %. Għandu wkoll jieħu kampjuni u jittestja l-popolazzjoni tal-vettur għall-preżenza tal-pest speċifikat.
Artikolu 16
Qerda ta’ pjanti
Artikolu 17
Miżuri rilevanti oħra għat-trażżin tal-pest speċifikat
L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu miżuri li jindirizzaw kwalunkwe partikolarità jew kumplikazzjoni li tista’ tkun mistennija b’mod raġonevoli li tipprevjeni, ixxekkel jew iddewwem il-konteniment, b’mod partikolari dawk relatati mal-qerda adegwata tal-pjanti kollha li jkunu infettati jew li dwarhom ikun hemm suspett li jistgħu jkunu infettati, jew aċċessibbiltà għal fejn jinsabu, mas-sjieda pubblika jew privata tagħhom jew mal-persuna jew l-entità responsabbli għalihom.
KAPITOLU VI
TĦAWWIL TA’ PJANTI SPEĊIFIKATI F’ŻONI INFETTATI
Artikolu 18
Awtorizzazzjoni li tikkonċerna t-tħawwil ta’ pjanti speċifikati f’żoni infettati
It-tħawwil ta’ pjanti speċifikati f’żoni infettati jista’ jiġi awtorizzat biss mill-Istat Membru kkonċernat f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:
dawk il-pjanti speċifikati jitkabbru f’siti ta’ produzzjoni protetti mill-insetti u mill-pest speċifikat u l-vetturi tiegħu;
dawk il-pjanti preferibbilment ikunu jappartjenu għal varjetajiet ivvalutati bħala reżistenti jew tolleranti għall-pest speċifikat u jitħawlu fiż-żoni infettati elenkati fl-Anness III, iżda barra miż-żona msemmija fl-Artikolu 15(2)(a);
dawk il-pjanti speċifikati jappartjenu għall-istess speċijiet ta’ pjanti li jkunu ġew ittestjati u li jkunu nstabu ħielsa mill-pest speċifikat abbażi tal-attivitajiet ta’ stħarriġ imwettqa għal mill-inqas is-sentejn l-aktar reċenti f’konformità mal-Artikolu 10, u jitħawlu fiż-żoni infettati stabbiliti għal finijiet ta’ qerda.
KAPITOLU VII
MOVIMENT FL-UNJONI TAL-PJANTI SPEĊIFIKATI
Artikolu 19
Moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti speċifikati li jkunu tkabbru f’siti ta’ produzzjoni awtorizzati li jinsabu f’dik iż-żona demarkata
Il-moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti speċifikati li jkunu tkabbru f’sit ta’ produzzjoni li jinsab f’dik iż-żona demarkata jista’ jiġi permess biss fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
matul iċ-ċiklu ta’ produzzjoni sħiħ tagħhom, il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f’sit li jkun ġie awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 24 jew ikunu ilhom preżenti f’tali sit għal mill-inqas it-tliet snin l-aktar reċenti;
matul iż-żmien tat-tkabbir tal-pjanti speċifikati, la l-preżenza tal-pest speċifikat u lanqas dik tal-vetturi tiegħu ma tkun instabet fis-sit;
il-pjanti speċifikati jkunu soġġetti għal trattamenti fitosanitarji kontra l-popolazzjoni tal-vettur, fl-istadji kollha tagħha, fi żminijiet xierqa matul is-sena biex jinżammu ħielsa mill-vetturi tal-pest speċifikat. Dawk it-trattamenti għandhom jinkludu, kif xieraq, metodi kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti, filwaqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet lokali;
il-pjanti speċifikati jiġu ttrasportati fiż-żona demarkata f’kontenituri jew f’imballaġġ magħluqa, filwaqt li jiġi żgurat li ma tkunx tista’ sseħħ infezzjoni mill-pest speċifikat jew minn kwalunkwe wieħed mill-vetturi tiegħu;
kemm jista’ jkun qrib id-data tal-moviment, il-pjanti speċifikati jkunu ġew soġġetti għall-ittestjar molekulari għall-preżenza tal-pest speċifikat abbażi ta’ test elenkat fl-Anness IV, u dan bl-użu ta’ skema tat-teħid ta’ kampjuni li tkun kapaċi tidentifika, b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 80 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %.
Artikolu 20
Moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti speċifikati li qatt ma jkunu nstabu infettati f’dik iż-żona demarkata
Il-moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żona infettata rispettiva għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti speċifikati li qatt ma jkunu nstabu infettati f’dik iż-żona demarkata jista’ jiġi permess biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f’sit li jappartjeni għal operatur professjonali rreġistrat f’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031;
il-pjanti speċifikati jkunu jappartjenu għal speċijiet ta’ pjanti li għal mill-inqas parti minn ħajjithom ikunu tkabbru f’żona demarkata u li, matul tliet snin mill-istabbiliment taż-żona demarkata, ikunu ġew soġġetti għal attivitajiet ta’ stħarriġ kif imsemmi fl-Artikoli 10 u 15, u qatt ma jkunu nstabu infettati mill-pest speċifikat;
l-ispeċijiet tal-pjanti speċifikati msemmija fil-punt (b) jiġu ppubblikati fil-bażi ta’ data tal-Kummissjoni ta’ pjanti ospitanti li mhumiex magħrufa bħala infettati f’dik iż-żona demarkata speċifika;
il-pjanti speċifikati jkunu soġġetti għal trattamenti fitosanitarji kontra l-popolazzjoni tal-vettur, fl-istadji kollha tagħha, fi żminijiet xierqa matul is-sena biex jinżammu ħielsa mill-vetturi tal-pest speċifikat. Kif xieraq, dawk it-trattamenti għandhom jinkludu metodi kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti bbażati fuq il-kundizzjonijiet lokali;
kemm jista’ jkun qrib il-ħin tal-moviment, il-lottijiet tal-pjanti speċifikati kienu soġġetti għal spezzjoni u ttestjar molekolari mill-awtorità kompetenti, bl-użu ta’ skema tat-teħid tal-kampjuni li tkun kapaċi tidentifika, b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 95 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %;
kemm jista’ jkun qrib il-ħin tal-moviment, il-lottijiet tal-pjanti speċifikati jkunu ġew soġġetti għal trattamenti fitosanitarji kontra l-vetturi tal-pest speċifikat.
Artikolu 21
Moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro għaċ-ċiklu ta’ produzzjoni kollu f’dik iż-żona demarkata
Il-moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti speċifikati li għaċ-ċiklu ta’ produzzjoni in vitro sħiħ ikunu tkabbru f’dik iż-żona demarkata jista’ jiġi permess biss fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
għaċ-ċiklu kollu ta’ produzzjoni tagħhom, il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f’sit li jkun ġie awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 24;
il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f’kontenitur trasparenti f’kundizzjonijiet sterili u jkunu jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu tkabbru miż-żrieragħ;
ikunu ġew ippropagati, f’kundizzjonijiet sterili, minn pjanti omm li jkunu qattgħu ħajjithom kollha f’żona tat-territorju tal-Unjoni li tkun ħielsa mill-pest speċifikat u li jkunu ġew ittestjati u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat;
ikunu ġew ippropagati, f’kundizzjonijiet sterili, minn pjanti omm li jkunu tkabbru f’sit li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 u li jkunu ġew ittestjati u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat permezz ta’ skema tat-teħid tal-kampjuni li tkun tista’ tidentifika, b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 95 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %;
il-pjanti speċifikati jiġu ttrasportati minn ġo jew fi ħdan iż-żoni demarkati f’kontenitur f’kundizzjonijiet sterili, li jipprekludi l-possibbiltà ta’ infezzjoni mill-pest speċifikat permezz tal-vetturi tiegħu.
Artikolu 22
Moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti inattivi tal- Vitis li għal parti minn ħajjithom ikunu tkabbru f’dik iż-żona demarkata
Il-moviment ’il barra minn żona demarkata, u miż-żoni infettati rispettivi għal ġewwa ż-żoni ta’ lqugħ, ta’ pjanti inattivi tal-Vitis intenzjonati għat-tħawwil, għajr żrieragħ, u li għal parti minn ħajjithom ikunu tkabbru f’dik iż-żona demarkata u jkunu elenkati bħala pjanti speċifikati għal dik iż-żona demarkata jista’ jiġi permess biss fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-pjanti jkunu tkabbru f’sit li jappartjeni għal operatur irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031;
kemm jista’ jkun qrib id-data tal-moviment, il-pjanti jkunu ġew soġġetti għal trattament xieraq ta’ termoterapija f’faċilità tat-trattament awtorizzata u sorveljata mill-awtorità kompetenti għal dak il-għan, fejn il-pjanti inattivi jiġu mgħaddsa għal 45 minuta f’ilma msaħħan sa 50 °C.
Artikolu 23
Moviment fiż-żoni infettati, fiż-żoni ta’ lqugħ, u miż-żoni ta’ lqugħ fiż-żoni infettati rispettivi tagħhom, ta’ pjanti speċifikati li għal parti minn ħajjithom ikunu tkabbru f’żona demarkata
Il-moviment fiż-żoni infettati, fiż-żoni ta’ lqugħ, u miż-żoni ta’ lqugħ għaż-żoni infettati rispettivi tagħhom, ta’ pjanti speċifikati li, għal mill-inqas parti minn ħajjithom ikunu tkabbru f’żona demarkata, huwa permissibbli biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f’sit li jappartjeni għal operatur irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031;
dak il-post ikun suġġett għall-kampjunar u l-ittestjar mill-awtorità kompetenti għall-preżenza tal-pest speċifikat filwaqt li jittieħed kont tal-informazzjoni stipulata fil-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità li tikkonċerna l-Xylella fastidiosa;
ir-riżultati tal-ispezzjoni annwali u tal-ittestjar ta’ kampjun rappreżentattiv jikkonfermaw in-nuqqas tal-pest speċifikat;
il-pjanti speċifikati jkunu soġġetti għal trattamenti fitosanitarji kontra l-popolazzjoni tal-vettur, fl-istadji kollha tagħha, fi żminijiet xierqa matul is-sena biex jinżammu ħielsa mill-vetturi tal-pest speċifikat. Dawk it-trattamenti għandhom jinkludu, kif xieraq, metodi kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti, filwaqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet lokali;
l-operaturi professjonisti għandhom jitolbu lill-persuna li tirċievi dawk il-pjanti biex tiffirma dikjarazzjoni li dawk il-pjanti ma jkunux se jinħarġu minn dawk iż-żoni.
Artikolu 24
Awtorizzazzjoni ta’ siti ta’ produzzjoni
L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza sit ta’ produzzjoni għall-finijiet tal-Artikoli 19 u 21 biss meta dan ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikun irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031;
ikun ġie awtorizzat mill-awtorità kompetenti bħala sit protett fiżikament kontra l-pest speċifikat u l-vetturi tiegħu;
ikun ġie suġġett għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet fis-sena mill-awtorità kompetenti, mwettqa fl-aktar żmien xieraq.
Huwa għandu jittrażmetti l-lista lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra immedjatament wara l-istabbiliment jew l-aġġornament ta’ dik il-lista.
Artikolu 25
Moviment fl-Unjoni ta’ pjanti speċifikati li qatt ma jkunu tkabbru f’żona demarkata
Pjanti speċifikati li qatt ma jkunu tkabbru f’żoni demarkati jistgħu jiġu mċaqilqa fl-Unjoni biss meta jkunu tkabbru f’sit li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikun jappartjeni għal operatur professjonist irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u jkun suġġett għal spezzjoni annwali mill-awtorità kompetenti;
ikun suġġett, skont il-livell tar-riskju, għat-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar għall-preżenza tal-pest speċifikat permezz ta’ test elenkat fl-Anness IV, u filwaqt li titqies l-informazzjoni stipulata fil-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità li tikkonċerna l-Xylella fastidiosa.
B’deroga mill-paragrafu 1, pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, ta’ Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L. u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb, jistgħu jiġu mċaqilqa fl-Unjoni għall-ewwel darba meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu tkabbru f’sit li jkun suġġett għal spezzjoni annwali mill-awtorità kompetenti;
dak is-sit ikun suġġett għat-teħid ta’ kampjuni għall-preżenza tal-pest speċifikat, filwaqt li titqies l-informazzjoni stipulata fil-Karta ta’ Stħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità li tikkonċerna l-Xylella fastidiosa, kif ukoll permezz ta’ skema tal-ikkampjunar li tkun kapaċi tidentifika b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 80 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %.
Artikolu 26
Moviment fl-Unjoni ta’ pjanti omm prebażiċi jew ta’ materjal prebażiku li jkunu tkabbru barra minn żona demarkata
Pjanti omm prebażiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE ( 3 ) jew materjal prebażiku kif iddefinit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE ( 4 ) li jappartjenu għall-ispeċijiet Juglans regia L., Olea europaea L., Prunus amygdalus Batsch, P. amygdalus x P. persica, P. armeniaca L., P. avium (L.) L., P. cerasus L., P. domestica L., P. domestica x P. salicina, P. dulcis (Mill.) D.A. Webb, P. persica (L.) Batsch, u P. salicina Lindley u li jkunu tkabbru barra miż-żona demarkata u jkunu qattgħu mill-inqas parti minn ħajjithom barra faċilitajiet protetti mill-insetti, jistgħu jiġu mċaqilqa biss fl-Unjoni meta jkunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti u jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu ġew iċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 ( 5 );
kemm jista’ jkun qabel il-ħin tal-moviment tagħhom, ikunu ġew soġġetti għal spezzjoni viżwali, teħid ta’ kampjuni u ttestjar molekulari għall-preżenza tal-pest speċifikat, imwettqa f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji.
Artikolu 27
Passaporti tal-pjanti
Il-pjanti msemmija fl-Artikoli 19 sa 26 għandhom jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti, soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikoli 78 sa 95 tar-Regolament (UE) 2016/2031.
Fil-każ tal-pjanti speċifikati msemmija fl-Artikolu 23, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
fil-każ fejn jiċċaqalqu fiż-żoni infettati biss, l-indikazzjoni “Żona Infettata — XYLEFA” għandha tiġi inkluża ħdejn il-kodiċi ta’ traċċabbiltà msemmi fil-paragrafu 1(e) tal-Parti A tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2016/2031;
fil-każ fejn jiċċaqalqu fiż-żona ta’ lqugħ, jew miż-żona ta’ lqugħ fiż-żona infettata, l-indikazzjoni “Żona ta’ Lqugħ u Żona Infettata — XYLEFA” għandha tiġi inkluża ħdejn il-kodiċi ta’ traċċabbiltà msemmija fil-paragrafu 1(e) tal-Parti A tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2016/2031.
KAPITOLU VIII
INTRODUZZJONI FL-UNJONI TA’ PJANTI OSPITANTI
Artikolu 28
Introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti ospitanti li joriġinaw minn pajjiż terz fejn ikun magħruf li l-pest speċifikat ma jeżistix
Pjanti ospitanti li joriġinaw minn pajjiż terz fejn ikun magħruf li l-pest speċifikat ma jeżistix jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat bil-miktub lill-Kummissjoni li huwa magħruf li l-pest speċifikat ma jkunx preżenti fil-pajjiż abbażi ta’ spezzjoni, ta’ kampjunar u ta’ ttestjar molekulari, permezz ta’ test elenkat fl-Anness IV u f’konformità mal-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji. B’kont meħud tal-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid ta’ kampjuni se jkunu jistgħu jidentifikaw b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 80 % livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati fil-livell nazzjonali ta’ 1 %;
il-pjanti ospitanti jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jiddikjara, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, li l-pest speċifikat ma jkunx preżenti fil-pajjiż;
il-pjanti ospitanti jkunu tkabbru f’sit li jkun soġġett għal spezzjoni annwali mill-awtorità kompetenti u, kif xieraq għal-livell ta’ riskju, bil-kampjunar u l-ittestjar, elenkati fl-Anness IV, imwettqa fi żminijiet xierqa fuq dawk il-pjanti għall-preżenza tal-pest speċifikat;
il-pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, tal-Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb, jkunu tkabbru f’sit li huwa soġġett għal spezzjoni annwali mill-awtorità kompetenti, bit-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar, elenkati fl-Anness IV, li jitwettqu fiż-żminijiet xierqa fuq dawk il-pjanti għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat, bl-użu ta’ skema ta’ teħid ta’ kampjuni li tista’ tidentifika b’affidabbiltà ta’ 80 %, il-livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %;
malli jidħlu fl-Unjoni, il-pjanti ospitanti jkunu ġew iċċekkjati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 33 u l-pest speċifikat ma jkunx instab preżenti.
Artikolu 29
Introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti ospitanti li joriġinaw minn żona ħielsa mill-pesti ta’ pajjiż infettat
Pjanti ospitanti li joriġinaw minn pajjiż terz fejn ikun magħruf li jeżisti l-pest speċifikat jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-pjanti ospitanti li joriġinaw minn żona li tkun ġiet iddikjarata ħielsa mill-pest speċifikat min-naħa tal-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernata f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti, kif ukoll abbażi ta’ stħarriġ uffiċjali bbażat fuq it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar bl-użu ta’ test elenkat fl-Anness IV. Filwaqt li jitqiesu l-Linji Gwida tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-Xylella fastidiosa, id-disinn tal-istħarriġ u s-skema tat-teħid ta’ kampjuni se jkunu jistgħu jidentifikaw b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 80 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %;
l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat bil-miktub lill-Kummissjoni isem dik iż-żona;
il-pjanti ospitanti jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jiddikjara, taħt l-intestatura “post ta’ oriġini”, li l-pjanti ospitanti kkonċernati jkunu qattgħu ħajjithom kollha fiż-żona msemmija fil-punt (a), b’referenza speċifika għal isem dik iż-żona;
il-pjanti ospitanti jkunu tkabbru f’sit li jkun soġġett għal spezzjoni annwali mill-awtorità kompetenti u, kif xieraq għal-livell ta’ riskju, bikampjunar u l-ittestjar, elenkati fl-Anness IV, imwettqa fi żminijiet xierqa fuq dawk il-pjanti għall-preżenza tal-pest speċifikat;
il-pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, tal-Coffea, Lavandula dentata L., Nerium oleander L., Olea europaea L., Polygala myrtifolia L., u Prunus dulcis (Mill.) D.A. Webb, jkunu tkabbru f’sit li huwa soġġett għal spezzjoni annwali mill-awtorità kompetenti, bit-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar, elenkati fl-Anness IV, li jitwettqu fiż-żminijiet xierqa fuq dawk il-pjanti għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat, bl-użu ta’ skema ta’ teħid ta’ kampjuni li tista’ tidentifika b’affidabbiltà ta’ 80 %, il-livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %;
malli jidħlu fl-Unjoni, il-pjanti ospitanti jkunu ġew iċċekkjati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 33 u l-pest speċifikat ma jkunx instab preżenti.
Artikolu 30
Introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti ospitanti li joriġinaw minn sit ta’ produzzjoni ħieles mill-pesti ta’ pajjiż infettat
Pjanti ospitanti li joriginaw f’pajjiż terz fejn tkun magħrufa l-preżenza tal-pest speċifikat jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-pjanti ospitanti joriginaw minn sit ta’ produzzjoni li jkun ġie awtorizzat bħala ħieles mill-pesti mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti f’konformità mal-Artikolu 31;
l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat bil-miktub lill-Kummissjoni l-lista ta’ siti ta’ produzzjoni ħielsa mill-pesti, inkluż fejn jinsabu fil-pajjiż;
il-pjanti ospitanti jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jiddikjara dan li ġej:
taħt l-intestatura “dikjarazzjoni addizzjonali”, li għaċ-ċiklu ta’ produzzjoni kollu tagħhom il-pjanti ospitanti jkunu ġew prodotti f’sit wieħed jew aktar awtorizzati bħala ħielsa mill-pesti mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti f’konformità mal-Artikolu 31, u li l-pjanti ospitanti jkunu ġew ittrasportati f’kontenituri jew f’imballaġġ magħluq filwaqt li jiġi żgurat li ma tkunx tista’ sseħħ infezzjoni mill-pest speċifikat jew mill-vetturi magħrufa tiegħu;
taħt l-intestatura “post ta’ oriġini”, l-isem jew il-kodiċi tas-sit(i) ta’ produzzjoni ħielsa mill-pesti;
malli jidħlu fl-Unjoni, il-pjanti ospitanti jkunu ġew iċċekkjati mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 33 u l-pest speċifikat ma jkunx instab preżenti.
Pjanti ospitanti li joriġinaw minn pajjiż terz fejn tkun magħrufa l-preżenza tal-pest speċifikat u li għaċ-ċiklu ta’ produzzjoni sħiħ tagħhom ikunu tkabbru in vitro jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-pjanti ospitanti jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu tkabbru miż-żrieragħ;
ikunu ġew ippropagati, f’kundizzjonijiet sterili, minn pjanti omm li jkunu qattgħu ħajjithom kollha f’żona ħielsa mill-pest speċifikat u li jkunu ġew ittestjati u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat;
ikunu ġew ippropagati, f’kundizzjonijiet sterili, minn pjanti omm li jkunu tkabbru f’sit li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 31 u li jkunu ġew ittestjati u nstabu ħielsa mill-pest speċifikat;
il-pjanti ospitanti jkunu tkabbru f’sit ta’ produzzjoni li jkun ġie awtorizzat bħala ħieles mill-pesti mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti f’konformità mal-Artikolu 31;
l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat bil-miktub lill-Kummissjoni l-lista ta’ siti ta’ produzzjoni ħielsa mill-pesti, inkluż fejn jinsabu fil-pajjiż;
il-pjanti ospitanti jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jiddikjara dan li ġej:
taħt l-intestatura “dikjarazzjoni addizzjonali”, li għaċ-ċiklu ta’ produzzjoni sħiħ tagħhom, il-pjanti ospitanti jkunu ġew prodotti in vitro f’sit wieħed jew aktar awtorizzati bħala ħielsa mill-pesti mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti f’konformità mal-Artikolu 31, u li l-pjanti ospitanti jkunu ġew ittrasportati f’kontenituri jew f’imballaġġ magħluq filwaqt li jiġi żgurat li ma tkunx tista’ sseħħ infezzjoni mill-pest speċifikat jew minn kwalunkwe vettur magħruf tiegħu;
taħt l-intestatura “post ta’ oriġini”, l-isem jew il-kodiċi tas-sit ta’ produzzjoni ħieles mill-pesti.
Artikolu 31
Awtorizzazzjoni ta’ siti ta’ produzzjoni bħala ħielsa mill-pesti
Sit ta’ produzzjoni jista’ jiġi awtorizzat biss bħala ħieles mill-pesti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
is-sit ta’ produzzjoni jkun ġie ddikjarat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti bħala sit ħieles mill-insetti u mill-pest speċifikat u l-vetturi tiegħu, f’konformità mal-Istandards Internazzjonali rilevanti għal Miżuri Fitosanitarji;
fis-sit tal-produzzjoni jkunu twettqu trattamenti fitosanitarji kontra l-popolazzjoni tal-vettur, fl-istadji kollha tagħha, fi żminijiet xierqa matul is-sena biex jinżammu ħielsa mill-vetturi tal-pest speċifikat. Dawk it-trattamenti għandhom jinkludu metodi kimiċi, bijoloġiċi jew mekkaniċi effiċjenti bbażati fuq il-kundizzjonijiet lokali;
is-sit ta’ produzzjoni jkun suġġett għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet annwali mill-awtorità kompetenti, imwettqa fiż-żmien l-aktar xieraq;
kemm jista’ jkun qrib id-data tal-moviment, il-pjanti ospitanti li joriġinaw mis-sit ta’ produzzjoni jkunu ġew soġġetti għall-ittestjar molekulari għall-preżenza tal-pest speċifikat bl-użu ta’ test elenkat fl-Anness IV, u permezz ta’ skema tat-teħid ta’ kampjuni li tkun kapaċi tidentifika, b’affidabbiltà ta’ mill-inqas 90 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infettati ta’ 1 %.
Jekk matul l-ispezzjonijiet annwali, l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw il-preżenza tal-pest speċifikat, jew id-danni li jikkompromettu l-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni kontra l-insetti tas-sit ta’ produzzjoni ħieles mill-pesti, dawn għandhom jirrevokaw minnufih l-awtorizzazzjoni tas-sit u jissospendu temporanjament il-moviment tal-pjanti ospitanti. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
KAPITOLU IX
KONTROLLI UFFIĊJALI FUQ IL-MOVIMENT TA’ PJANTI SPEĊIFIKATI FL-UNJONI U TA’ PJANTI OSPITANTI LEJN L-UNJONI
Artikolu 32
Kontrolli uffiċjali fuq il-movimenti ta’ pjanti speċifikati fl-Unjoni
Artikolu 33
Kontrolli uffiċjali mal-introduzzjoni fl-Unjoni
KAPITOLU X
ATTIVITAJIET TA’ KOMUNIKAZZJONI
Artikolu 34
Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 35
Rappurtar dwar il-miżuri mill-Istati Membri
Ir-riżultati tal-istħarriġiet li twettqu skont l-Artikoli 10 u 15 fiż-żoni demarkati għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni bl-użu tal-mudelli msemmija fl-Anness V.
Artikolu 36
Konformità
Fejn ikun meħtieġ, u sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iħassru jew jemendaw il-miżuri li jkunu adottaw biex jipproteġu lilhom infushom kontra l-introduzzjoni u t-tixrid tal-pest speċifikat. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar it-tħassir jew l-emendar ta’ dawn il-miżuri.
Artikolu 37
Tħassir
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/789 hija mħassra.
Artikolu 38
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(4), it-tielet sentenza tal-Artikolu 5(1)(c), it-tieni sentenza tal-Artikolu 28(a) u t-tieni sentenza tal-Artikolu 29(a) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
“ANNESS I
Lista ta’ pjanti magħrufa li huma suxxettibbli għal sottospeċi waħda jew aktar tal-pest speċifikat (‘pjanti ospitanti’)
Acacia
Acer
Adenocarpus lainzii
Albizia julibrissin Durazz.
Alnus rhombifolia Nutt.
Amaranthus retroflexus L.
Ambrosia
Ampelopsis arborea (L.) Koehne
Ampelopsis brevipedunculata (Maxim.) Trautv.
Ampelopsis cordata Michx.
Anthyllis hermanniae L.
Artemisia
Asparagus acutifolius L.
Athyrium filix-femina
Baccharis
Brassica
Calicotome spinosa (L.) Link
Calicotome villosa (Poiret) Link
Callicarpa americana L.
Callistemon citrinus (Curtis) Skeels
Calluna vulgaris (L.) Hull
Carya
Catharanthus roseus
Celtis occidentalis L.
Cercis canadensis L.
Cercis occidentalis Torr.
Cercis siliquastrum L.
Chamaecrista fasciculata (Michx.) Greene
Chenopodium album L.
Chionanthus
Chitalpa tashkentensis T. S. Elias & Wisura
Cistus
Citrus
Clematis cirrhosa L.
Coelorachis cylindrica (Michx.) Nash Coffea
Conium maculatum L.
Convolvulus cneorum L.
Coprosma repens A.Rich.
Coronilla
Cyperus eragrostis Lam.
Cytisus
Digitaria
Diospyros kaki L.f.
Diplocyclos palmatus (L.) C.Jeffrey
Dodonaea viscosa (L.) Jacq.
Echium plantagineum
Elaeagnus angustifolia L.
Encelia farinosa A. Gray ex Torr.
Eremophila maculata (Ker Gawler) F. von Müller.
Erigeron
Erodium moschatum (L.) L’Hérit.
Ibridi tal-Erysimum
Euphorbia chamaesyce L.
Euphorbia terracina L.
Euryops chrysanthemoides (DC.) B.Nord
Euryops pectinatus (L.) Cass.
Fagus crenata Blume
Fallopia japonica (Houtt.) Ronse Decr.
Fatsia japonica (Thunb.) Decne. & Planch.
Ficus carica L.
Fortunella
Frangula alnus Mill.
Fraxinus
Genista
Ginkgo biloba L.
Gleditsia triacanthos L.
Grevillea juniperina Br.
Hebe
Helianthus
Helichrysum
Heliotropium europaeum L.
Hemerocallis
Hevea brasiliensis (Willd. ex A.Juss.) Müll.Arg.
Hibiscus
Humulus scandens (Lour.) Merr.
Ilex aquifolium L.
Ilex vomitoria Sol. ex Aiton
Iva annua L.
Jacaranda mimosifolia D. Don
Juglans
Juniperus ashei J. Buchholz
Koelreuteria bipinnata Franch.
Lagerstroemia
Laurus nobilis L.
Lavandula
Lavatera cretica
Ligustrum lucidum L.
Liquidambar styraciflua L.
Lonicera implexa
Lonicera japonica Thunb.
Lupinus aridorum
Lupinus villosus
Magnolia grandiflora L.
Mallotus paniculatus (Lam.) Müll.Arg.
Medicago arborea L.
Medicago sativa L.
Metrosideros
Mimosa
Modiola caroliniana (L.) G. Don
Morus
Myoporum insulare R. Br.
Myrtus communis L.
Nandina domestica Murray
Neptunia lutea (Leavenw.) Benth.
Nerium oleander L.
Olea
Osteospermum ecklonis DC.
Osteospermum fruticosum (L.) Norl.
Parthenocissus quinquefolia (L.) Planch.
Paspalum dilatatum Poir.
Pelargonium
Perovskia abrotanoides
Persea americana Mill.
Phagnalon saxatile (L.) Cass.
Phillyrea angustifolia L.
Phillyrea latifolia L.
Phlomis fruticosa L.
Phoenix
Pinus taeda L.
Pistacia vera L.
Plantago lanceolata L.
Platanus
Pluchea odorata (L.) Cass.
Polygala grandiflora
Polygala myrtifolia L.
Prunus
Psidium
Pteridium aquilinum
Pyrus
Quercus
Ratibida columnifera (Nutt.) Wooton & Standl.
Rhamnus
Rhus
Robinia pseudoacacia L.
Rosa
Rubus
Ruta chalepensis
Salvia mellifera Greene
Salvia officinalis
Salvia rosmarinus
Sambucus
Santolina chamaecyparissus L.
Santolina magonica
Sapindus saponaria L.
Sassafras
Setaria magna Griseb.
Solidago fistulosa Mill.
Solidago virgaurea L.
Sorghum halepense (L.) Pers.
Spartium
Stewartia pseudocamellia
Strelitzia reginae Aiton
Streptocarpus
Symphyotrichum divaricatum (Nutt.) G.L.Nesom
Teucrium capitatum L.
Trifolium repens L.
Ulex
Ulmus
Vaccinium
Vinca
Vitis
Westringia fruticosa (Willd.) Druce
Westringia glabra R.Br.
Xanthium strumarium L.
ANNESS II
Lista ta’ pjanti magħrufa li huma suxxettibbli għal sottospeċijiet speċifiċi tal-pest speċifikat (‘pjanti speċifikati’)
Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi fastidiosa
Acer
Ambrosia artemisiifolia L.
Calicotome spinosa (L.) Link
Cercis occidentalis Torr.
Cistus monspeliensis L.
Citrus sinensis (L.) Osbeck
Coffea
Erysimum
Genista lucida L.
Juglans regia L.
Lupinus aridorum
Magnolia grandiflora L.
Medicago sativa L.
Metrosideros
Morus
Nerium oleander L.
Pluchea odorata (L.) Cass.
Polygala myrtifolia L.
Prunus
Psidium
Rhamnus alaternus L.
Rubus rigidus Sm.
Rubus ursinus Cham. & Schldl.
Ruta chalepensis
Salvia rosmarinus
Sambucus
Spartium junceum L.
Streptocarpus
Teucrium capitatum L.
Ulmus americana L.
Vaccinium corymbosum
Vinca
Vitis
Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi multiplex
Acacia
Acer griseum (Franch.) Pax
Acer pseudoplatanus L.
Acer rubrum L.
Adenocarpus lainzii
Alnus rhombifolia Nutt.
Ambrosia
Ampelopsis cordata Michx.
Anthyllis hermanniae L.
Artemisia
Asparagus acutifolius L.
Athyrium filix-femina
Baccharis halimifolia L.
Calicotome spinosa (L.) Link
Calicotome villosa (Poir.) Link
Callistemon citrinus (Curtis) Skeels
Calluna vulgaris (L.) Hull
Carya
Celtis occidentalis L.
Cercis canadensis L.
Cercis occidentalis Torr.
Cercis siliquastrum L.
Chionanthus
Cistus
Clematis cirrhosa L.
Convolvulus cneorum L.
Coprosma repens A. Rich.
Coronilla
Cytisus
Dodonaea viscosa (L.) Jacq.
Echium plantagineum
Elaeagnus angustifolia L.
Encelia farinosa Gray ex Torr.
Erigeron
Erodium moschatum
Euryops chrysanthemoides (DC.) B.Nord.
Euryops pectinatus (L.) Cass.
Fallopia japonica (Houtt.) Ronse Decr.
Ficus carica L.
Frangula alnus Mill.
Fraxinus
Genista
Ginkgo biloba L.
Gleditsia triacanthos L.
Grevillea juniperina Br.
Hebe
Helianthus
Helichrysum
Hibiscus syriacus
Ilex aquifolium L.
Iva annua L.
Koelreuteria bipinnata Franch.
Lagerstroemia
Laurus nobilis L.
Lavandula
Lavatera cretica
Liquidambar styraciflua L.
Lonicera
Lupinus aridorum
Lupinus villosus Willd.
Magnolia grandiflora L.
Medicago arborea L.
Medicago sativa L.
Metrosideros
Myrtus communis L.
Nerium oleander
Olea
Osteospermum ecklonis (DC.) Norl.
Pelargonium
Perovskia abrotanoides
Phagnalon saxatile (L.) Cass.
Phillyrea angustifolia L.
Phillyrea latifolia
Phlomis fruticosa L.
Pistacia vera L.
Plantago lanceolata L.
Platanus
Polygala grandiflora
Polygala myrtifolia L.
Prunus
Pteridium aquilinum
Quercus
Ratibida columnifera (Nutt.) Wooton & Standl.
Rhamnus
Robinia pseudoacacia L.
Rosa
Rubus
Salvia mellifera Greene
Salvia officinalis
Salvia rosmarinus
Sambucus
Santolina chamaecyparissus L.
Santolina magonica
Sapindus saponaria L.
Solidago virgaurea L.
Spartium
Strelitzia reginae Aiton
Ulex
Ulmus
Vaccinium
Vinca
Westringia fruticosa Guerin.
Xanthium strumarium L.
Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi pauca
Acacia
Amaranthus retroflexus L.
Asparagus acutifolius L.
Catharanthus roseus (L.) G. Don
Chenopodium album L.
Cistus albidus L.
Cistus creticus L.
Citrus
Coffea
Dodonaea viscosa (L.) Jacq.
Eremophila maculata (Ker Gawler) F. von Müller.
Erigeron
Euphorbia chamaesyce L.
Euphorbia terracina L.
Grevillea juniperina Br.
Hebe
Heliotropium europaeum L.
Hibiscus
Laurus nobilis L.
Lavandula
Myoporum insulare Br.
Myrtus communis L.
Nerium oleander L.
Olea europaea L.
Osteospermum fruticosum (L.) Norl.
Pelargonium
Phillyrea latifolia L.
Pistacia vera
Polygala myrtifolia L.
Prunus
Rhamnus alaternus L.
Salvia rosmarinus
Spartium junceum L.
Ulex parviflorus
Vinca minor L.
Westringia fruticosa (Willd.) Druce
Westringia glabra Br.
ANNESS III
Żoni infettati msemmija fl-Artikolu 4(2) fejn jiġu applikati miżuri ta’ trażżin stabbiliti fl-Artikoli 13 sa 17
PARTI A
Iż-żona infettata fl-Italja
Iż-żona infettata tal-Italja tinkludi ż-żoni li ġejjin:
Il-provinċja ta’ Lecce
Il-provinċja ta’ Brindisi
Il-muniċipalitajiet li jinsabu fil-provinċja ta’ Taranto:
Il-muniċipalitajiet li jinsabu fil-provinċja ta’ Bari:
PARTI B
Iż-żona infettata fi Franza
Iż-żona infettata fi Franza tinkludi ż-żona li ġejja:
Ir-reġjun ta’ Korsika
PARTI C
Iż-żona infettata fi Spanja
Iż-żona infettata fi Spanja tinkludi ż-żona li ġejja:
Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi
ANNESS IV
Testjiet għall-identifikazzjoni tal-Xylella fastidiosa u s-sottospeċijiet tagħha
A. Testijiet għall-iskrinjar u l-identifikazzjoni tal-presenza tal-Xylella fastidiosa
PCR f’ħin reali abbażi ta’ Harper et al., 2010 (u erratum 2013) ( 6 );
Amplifikazzjoni isotermika medjata minn loops (LAMP) abbażi ta’ primers żviluppati minn Harper et al. 2010 (u erratum 2013) ( 7 );
PCR f’ħin reali abbażi ta’ Ouyang et al., 2013 ( 8 )
PCR konvenzjonali abbażi ta’ Minsavage et al. 1994 ( 9 )
B. Testijiet molekulari għall-identifikazzjoni tas-sottospeċijiet tal-Xylella fastidiosa
Tipizzazzjoni sekwenzjali multilokus (MLST) abbażi ta’ Yuan et al., 2010 li jiddetermina s-sottospeċijiet kollha ( 10 );
PCR konvenzjonali abbażi ta’ Hernandez-Martinez et al., 2006 li jiddetermina s-sottospeċijiet fastidiosa, multiplex u sandyi ( 11 );
PCR konvenzjonali abbażi ta’ Pooler u Hartung 1995 li jiddetermina s-sottospeċi pauca ( 12 ).
ANNESS V
Mudelli għar-rappurtar tar-riżultati tal-istħarriġ imwettaq skont l-Artikoli 10 u 15 f’żoni demarkati
PARTI A
Mudell għar-rapport tar-riżultati ta’ stħarriġ annwali bbażat fuq l-istatistika
1. Post ġeografiku taż-ŻD |
2. Id-daqs inizjali taż-ŻD (ettari) |
3. Id-daqs aġġornat taż-ŻD (ettari) |
4 .Approċċ (E/C) |
5. Żona (eż. BZ/IZ) |
6 .Siti ta’ stħarriġ |
7. Skeda |
A. Definizzjoni tal-istħarriġ (parametri tal-input għal RiBESS +) |
B. L-isforz għat-teħid tal-kampjuni |
C. Riżultati tal-istħarriġ |
23. Kummenti |
||||||||||||||||||||||||
8. Popolazzjoni fil-mira |
9. Unitajiet epidemjoloġiċi |
10. Metodu tal-individwazzjoni |
11. Effettività tat-teħid ta’ kampjuni |
12. Sensittività tal-metodu |
13. Fatturi ta’ riskju (attivitajiet, postijiet u żoni) |
14. Numru ta’ unitajiet epidemjoloġiċi li ġew spezzjonati |
15. Numru ta’ eżamijiet |
16. Numru ta’ kampjuni |
17. Numru ta’ testijiet |
18. Numru ta’ miżuri oħrajn |
19. Riżultati |
20. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat innotifikati, kif applikabbli, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715 |
21. Livell miksub ta’ fiduċja |
22. Prevalenza prevista |
||||||||||||||||||||
Speċijiet ospitanti |
Żona (ettari jew unità oħra aktar rilevanti)) |
Unitajiet ta’ spezzjoni |
Deskrizzjoni |
Unitajiet |
Eżamijiet viżwali |
Ittestjar |
Metodi oħra |
Fattur ta’ riskju |
Livelli ta’ riskju |
Numru ta’ postijiet |
Riskji relattivi |
Proporzjon tal-popolazzjoni ospitanti |
|
|
Pożittiv |
Negattiv |
Mhux determinat |
Numru |
Data |
|||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Struzzjonijiet dwar kif timla l-mudell
Spjega s-suppożizzjonijiet għat-tfassil tal-istħarriġ. Iġbor fil-qosor u ġġustifika:
Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni taż-Żona Ddemarkata (ŻD) ikkonċernata u d-data meta ġiet stabbilita.
Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ u kwalunkwe aġġornament rilevanti.
Indika l-approċċ: Qerda (E), Trażżin (C). Jekk jogħġbok, inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.
Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: [żona infettata/infestata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL)] billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻI fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 5 km ħdejn il-ŻI, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti.
Indika s-siti tal-istħarriġ, billi tuża aktar minn ringiela waħda jekk ikun hemm bżonn. Jekk jogħġbok, dejjem irrapporta l-istħarriġ li jkun sar fl-imxietel f’ringiela differenti. Meta tuża l-għażla ‘oħrajn’, jekk jogħġbok speċifika x’inhuma:
Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1 għalqa (ikkoltivata, bur); 1.2. ġnien bis-siġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta;
Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġonna privati; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni ta’ każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, eċċ.);
Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2 sit privat, ħlief serra; 3.3 sit pubbliku, ħlief serra; 3.4. ieħor, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti).
Indika x-xhur tas-sena li fihom sar l-istħarriġ.
Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula u pprovdi l-lista korrispondenti tal-ispeċijiet ospitanti u taż-żoni koperti. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala ġabra ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Fiż-żoni agrikoli, id-daqs tagħha normalment jiġi espress f’ettari, iżda jista’ jkun jikkonsisti minn lottijiet, għelieqi, serer, eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla li tkun saret fis-suppożizzjonijiet sottostanti fil-kolonna 23 (‘Kummenti’). Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni li ġew mistħarrġa. ‘Unità ta’ spezzjoni’ tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, komoditajiet, materjali, jew vetturi ta’ pesti li jkunu ġew skrutinizzati għall-identifikazzjoni u d-detezzjoni tal-pesti.
Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi li ġew mistħarrġa, li jindikaw id-deskrizzjoni u l-unità tal-kejl. ‘Unità epidemjoloġika’ tfisser żona omoġena fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, f’każ li l-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma subdiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li huma omoġenji f’termini ta’ epidemjoloġija u li jinkludu mill-inqas pjanta waħda ospitanti. F’xi każijiet il-popolazzjoni ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Jistgħu jkunu reġjuni NUTS, żoni urbani, foresti, ġonna tal-ward, irziezet, jew ċertu numru ta’ ettari. L-għażla għandha tkun ġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti.
Indika l-metodi użati matul l-istħarriġ inkluż in-numru ta’ attivitajiet f’kull każ. Indika ‘N/A’ meta l-informazzjoni għal ċerta kolonna ma tkunx disponibbli.
Indika stima tal-effettività tat-teħid tal-kampjuni. L-effettività tat-teħid ta’ kampjuni tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Fil-każ tal-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jinqabad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Fil-każ tal-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ.
‘Sensittività tal-metodu’ tfisser il-probabbiltà ta’ metodu li jidentifika b’mod korrett il-preżenza tal-pesti. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li pjanti ospitanti tassew pożittivi jirriżultaw pożittivi meta jiġu ttestjati. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet tal-pjanti infettati minn pjanta infettata) mis-sensittività dijanjostika (ikkaratterizzata mill-ispezzjoni viżwali u/jew it-test tal-laboratorju li jintuża fil-proċess tal-identifikazzjoni).
Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’ringieli differenti, billi tuża r-ringieli kollha li għandek bżonn. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni ospitanti.
Agħti d-dettalji tal-istħarriġ. Indika ‘N/A’ meta l-informazzjoni ta’ ċerta kolonna ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 10 ‘Metodi ta’ individwazzjoni’.
Indika l-għadd ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. ‘Mhux determinati’ huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. livell taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjuni mhux trattati minħabba li ma jkunux identifikati, kampjuni qodma, eċċ.).
Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ. In-numru tan-notifika ta’ tifqigħa ma għandux għalfejn jiġi inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikoli 14(2), 15(2) jew 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, jekk jogħġbok indika r-raġuni għaliex ma pprovdejtx din l-informazzjoni fil-kolonna 21 (‘Kummenti’).
Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-ISPM 31. Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub dwar il-livell tal-assenza tal-pesti jiġi kkalkulat abbażi tal-ispezzjonijiet (u/jew ta’ kampjuni) li jitwettqu minħabba s-sensittività tal-metodu u l-prevalenza prevista.
Indika l-prevalenza prevista abbażi ta’ stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-prevalenza reali probabbli tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza prevista hija stabbilita bħala l-għan tal-istħarriġ u tikkorrispondi għall-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkun hemm il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ.
PARTI B
Mudell għar-rapport tar-riżultati ta’ stħarriġ imwettaq għall-vetturi tal-insetti tal-Xylella fastidiosa
1. Deskrizzjoni taż-ŻD |
2.Avviċinament |
3.Żona |
4.Speċijiet Vetturi |
5.Testijiet Viżwali |
6.Tip ta’ nases (jew metodu ieħor ta’ qbid tal-vettur (eż. sweep net, eċċ.) |
7.Numru ta’ nases (jew metodi ta’ qbid oħra) |
8.Frekwenza tal-verifika tan-nases (jew metodu ieħor, jekk applikabbli) |
9.Il-ħin tal-verifika tan-nases (jew metodu ieħor, jekk applikabbli) |
10.Numru ta’ kampjuni ta’ vetturi miġbura |
11.Numru ta’ vetturi maqbuda |
12.Numru ta’ vetturi analizzati |
13.Numru ta’ kampjuni ta’ vetturi analizzati |
14.Numru ta’ kampjuni ta’ vetturi pożittivi |
15.Numru ta’ kampjuni ta’ vetturi negattivi |
16.Numru ta’ kampjuni ta’ vetturi mhux determinati |
17.Kummenti |
||
Isem |
Data tal-istabbiliment |
Skeda taż-żmien |
Numru |
|||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Struzzjonijiet dwar kif timla l-mudell
Indika l-isem taż-żona, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni taż-Żona Ddemarkata (ŻD) u d-data li fiha ġiet stabbilita.
Indika: Qerda (E), Trażżin (C). Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.
Indika ż-żona taż-ŻD li fiha jkun sar l-istħarriġ: [żona infettata/infestata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL)] billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻI fejn ikun sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 5 km, madwar mixtliet, eċċ.).
Indika l-lista ta’ speċijiet vetturi tal-pest indikat fl-ewwel kolonna, billi tuża ringieli differenti għal kull vettur.
Indika biss jekk applikabbli.
Indika t-tip ta’ metodu ta’ qbid tal-vettur. Meta jintuża aktar minn metodu wieħed għall-istess vettur, ipprovdi d-data f’ringieli separati.
Indika n-numru ta’ nases jew ta’ metodi ta’ qbid ieħor, billi tuża ringiela separata għal kull metodu.
Indika meta ġew iċċekkjati n-nases jew il-metodu ta’ qbid (eż. darba fil-ġimgħa, darba fix-xahar, erba’ darbiet fis-sena, eċċ.).
Indika x-xhur tas-sena meta n-nases tkun saritilhom verifika.
Indika n-numru ta’ kampjuni miġbura (kampjun jista’ jkun fih diversi vetturi).
Indika n-numru totali ta’ vetturi maqbuda. Jekk jogħġbok inkludi biss in-numru tal-vettur ta’ interess, u tinkludi l-ebda qabda inċidentali.
Indika n-numru ta’ kampjuni ta’ vetturi analizzati għall-pest, applikabbli meta kampjun ikun magħmul minn aktar minn vettur wieħed.
In-numru ta’ kampjuni b’riżultat mhux determinat, jiġifieri l-kampjuni analizzati iżda li għalihom, minħabba fatturi differenti, ma nkiseb l-ebda riżultat (eż. livell taħt il-livell ta’ detezzjoni, eċċ.).”
( 1 ) Linji gwida għal programmi ta’ qerda ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 9 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti f’Ruma. Ippubblikati fil-15 ta’ Diċembru 2011.
( 2 ) L-użu ta’ miżuri integrati f’approċċ sistematiku għall-ġestjoni tar-riskju ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 14 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti f’Ruma. Ippubblikat fit-8 ta’ Jannar 2014.
( 3 ) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali, ĠU L 298, 16.10.2014, p. 22.
( 4 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8.
( 5 ) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temporanjament tawtorizza lil ċerti Stati Membri jiċċertifikaw materjal prebażiku ta’ ċerti speċijiet ta’ pjanti tal-frott, prodotti fl-għelieqi f’kundizzjonijiet mingħajr protezzjoni mill-insetti, u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/167, ĠU L 140, 31.5.2017, p. 7.
( 6 ) DOI: 10.1094/PHYTO-06-10-0168
( 7 ) DOI: 10.1094/PHYTO-06-10-0168
( 8 ) DOI: 10.1371/journal.pone.0081647
( 9 ) DOI:10.1094/Phyto-84-456
( 10 ) DOI: 10.1094/PHYTO-100-6-0601
( 11 ) DOI: 10.1094/PD-90-1382
( 12 ) DOI: 10.1007/BF00294703