This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02020D0002-20211201
Decision No 3/2019 of the ACP-EU Committee of Ambassadors of 17 December 2019 to adopt transitional measures pursuant to Article 95(4) of the ACP-EU Partnership Agreement [2020/2]
Consolidated text: Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-17 ta' Diċembru 2019 li tadotta miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2020/2]
Deċiżjoni Nru 3/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-17 ta' Diċembru 2019 li tadotta miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2020/2]
02020D0002 — MT — 01.12.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI NRU 3/2019 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE tas-17 ta' Diċembru 2019 li tadotta miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2020/2] (ĠU L 001 3.1.2020, p. 3) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI Nru 2/2020 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE tal-4 ta’ Diċembru 2020 |
L 420 |
32 |
14.12.2020 |
|
DEĊIŻJONI Nru 3/2021 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE tas-26 ta’ Novembru 2021 |
L 441 |
3 |
9.12.2021 |
DEĊIŻJONI NRU 3/2019 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
tas-17 ta' Diċembru 2019
li tadotta miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2020/2]
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) u l-Artikolu 16(2) flimkien mal-Artikolu 95(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Gruppi ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku ("AKP"), minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-"Ftehim AKP-UE") daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2003 u għandu jiġi applikat sad-29 ta' Frar 2020. |
(2) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, in-negozjati għal Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ġdid (il-"Ftehim il-ġdid") tnedew f'Settembru 2018. Minħabba li l-Ftehim il-ġdid mhux ser ikun lest biex jiġi applikat sad-data ta' skadenza tal-qafas legali attwali, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri transizzjonali biex tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE. |
(3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jipprevedi li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jadotta kwalunkwe miżura transizzjonali li tista' tkun meħtieġa sakemm il-Ftehim il-ġdid jidħol fis-seħħ. |
(4) |
Skont l-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, fit-23 ta’ Mejju 2019 il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE ddelega s-setgħat li jadotta l-miżuri transizzjonali lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE ( 2 ). |
(5) |
Huwa għalhekk xieraq li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jadotta deċiżjoni, skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, li testendi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE sal-31 ta’ Diċembru 2020, jew sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid jew l-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni u l-Istati AKP tal-Ftehim il-ġdid, skont liema tiġi l-ewwel. |
(6) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ser jiġu applikati bil-għan li tinżamm il-kontinwità fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati AKP, min-naħa l-oħra. Għaldaqstant, il-miżuri transizzjonali mhumiex maħsuba għal emendi għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE kif previst fl-Artikolu 95(3) tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għandha tiġi estiża sal- ►M2 30 ta’ Ġunju 2022 ◄ , jew sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid jew sal-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni u l-Istati AKP tal-Ftehim il-ġdid, skont liema tiġi l-ewwel.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2020.
( 1 ) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ġie emendat mill-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27) u mill-Ftehim iffirmat f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).
( 2 ) Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tat-23 ta' Mejju 2019 dwar id-delega tas-setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar id-deċiżjoni li jiġu adottati miżuri transizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2019/920] (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 114).