EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02019R2122-20220627

Consolidated text: REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2122 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, kontrolli speċifiċi fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri u fuq kunsinni żgħar ta’ oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/2122/2022-06-27

02019R2122 — MT — 27.06.2022 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2122

tal-10 ta’ Ottubru 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, kontrolli speċifiċi fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri u fuq kunsinni żgħar ta’ oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 321 12.12.2019, p. 45)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2089 tal-21 ta’ Settembru 2021

  L 427

149

30.11.2021

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/887 tat-28 ta’ Marzu 2022

  L 154

23

7.6.2022




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2122

tal-10 ta’ Ottubru 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, kontrolli speċifiċi fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri u fuq kunsinni żgħar ta’ oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-każijiet fejn ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti jkunu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jsir dan, u l-każijiet fejn ċerti kompiti speċifiċi tal-kontroll ikunu jistgħu jitwettqu fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri mill-awtoritajiet doganali jew minn awtoritajiet pubbliċi oħra, u l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jagħmlu dan, sakemm dawk il-kompiti ma jaqgħux diġà fir-responsibbilità ta’ dawk l-awtoritajiet.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“kampjuni ta’ riċerka u dijanjostiċi” tfisser kampjuni ta’ riċerka u ta’ dijanjożi kif definit fil-punt 38 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011;

(2) 

“IMSOC” tfisser is-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625;

(3) 

“prodotti tas-sajd friski” tfisser prodotti tas-sajd friski kif definit fil-punt 3.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(4) 

“prodotti tas-sajd preparati” tfisser prodotti tas-sajd preparati kif definit fil-punt 3.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(5) 

“prodotti tas-sajd proċessati” tfisser prodotti tas-sajd proċessati kif definit fil-punt 7.4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(6) 

“annimal domestiku” tfisser annimal domestiku kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(7) 

“moviment nonkummerċjali” tfisser il-moviment mhux kummerċjali kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(8) 

“ikel għall-annimali domestiċi” tfisser l-ikel għall-annimali domestiċi kif definit fil-punt (19) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Artikolu 3

Annimali maħsubin għal skopijiet xjentifiċi

1.  

L-invertebrati maħsuba għal skopijiet xjentifiċi bħar-riċerka, attivitajiet edukattivi jew riċerka b’rabta mal-iżvilupp ta’ prodotti għandhom ikunu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri minbarra l-kontrolli li jitwettqu skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, dment li:

(a) 

jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fir-regoli msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625;

▼M1

(b) 

id-dħul tagħhom fl-Unjoni jkun awtorizzat minn qabel għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ( 3 ) ta’ destinazzjoni;

▼B

(c) 

meta jkunu twettqu l-attivitajiet b’rabta mal-iskopijiet xjentifiċi, l-annimali u l-prodotti dderivati minnhom, minbarra l-kwantitajiet li jkunu ntużaw għall-iskopijiet xjentifiċi, għandhom jintremew jew jiġu ridispaċċjati lejn il-pajjiż terz minn fejn oriġinaw.

2.  
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għan-naħal tal-għasel (Apis mellifera), għan-naħal bagħli (Bombus spp), għall-molluski tal-filu Mollusca u l-krustaċji tas-sottofilu Crustacea.

▼M1

Artikolu 4

Kampjuni ta’ riċerka u dijanjostiċi, u kampjuni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ta’ prodotti komposti għall-analiżi tal-prodott u għall-ittestjar tal-kwalità, inkluż l-analiżi organolettika

▼B

1.  

L-awtorità kompetenti tista’ teżenta kampjuni ta’ riċerka u dijanjostiċi minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri dment li:

(a) 

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni tkun ħarġet lill-utent tal-kampjuni awtorizzazzjoni minn qabel għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u din l-awtorizzazzjoni tkun irreġistrata f’dokument uffiċjali mogħti minn dik l-awtorità;

(b) 

dawn ikunu akkumpanjati mid-dokument uffiċjali msemmi fil-punt (a) jew minn kopja tiegħu sakemm dawn jaslu għand l-utent imsemmi fil-punt (a) jew, fil-każ imsemmi fil-punt (c), il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul;

(c) 

fil-każ li jidħlu fl-Unjoni minn Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ destinazzjoni, l-operatur jippreżenta l-kampjuni f’post tal-kontroll fuq il-fruntiera.

2.  
Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1(c), l-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera għandha tinforma permezz tal-IMSOC lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni dwar l-introduzzjoni tal-kampjuni.

▼M1

3.  

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni tista’ teżenta kampjuni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ta’ prodotti komposti għall-analiżi tal-prodott u għall-ittestjar tal-kwalità, inkluż l-analiżi organolettika, mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri dment li:

(a) 

l-awtorità kompetenti tkun ħarġet lill-operatur responsabbli għall-analiżi jew għall-ittestjar tal-kampjuni qabel id-dħul tagħhom fl-Unjoni awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni f’konformità mal-paragrafu 4 u dik l-awtorizzazzjoni tiġi rreġistrata f’dokument uffiċjali maħruġ minn dik l-awtorità;

▼M2

(b) 

il-kampjuni jkunu akkumpanjati bid-dokument uffiċjali msemmi fil-punt (a) jew b’kopja tiegħu, u, fejn mitlub mill-awtorità kompetenti, biċ-ċertifikat jew bid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4 jew, fejn applikabbli, bi kwalunkwe dokument meħtieġ skont ir-regoli nazzjonali msemmija fil-punt (c)(ii) tal-paragrafu 4, sakemm il-kampjuni jaslu għand l-operatur responsabbli għall-analiżi tal-prodott u l-ittestjar tal-kwalità, inkluż l-analiżi organolettika.

▼M1

Fejn il-kampjuni msemmija fl-ewwel subparagrafu jidħlu fl-Unjoni permezz ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta’ destinazzjoni, l-operatur għandu jippreżenta tali kampjuni f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera.

4.  

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha tispeċifika fl-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kampjuni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ta’ prodotti komposti għall-analiżi tal-prodott u għall-ittestjar tal-kwalità, inkluż l-analiżi organolettika, dan li ġej:

▼M2

(a) 

il-kampjuni joriġinaw minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tal-pajjiżi terzi elenkati:

(i) 

fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 ( 4 ), fil-każ ta’ kampjuni minn prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 ( 5 ); jew

(ii) 

fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 ( 6 ), fil-każ ta’ kampjuni minn prodotti li joriġinaw mill-annimali li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692;

(b) 

il-veterinarju uffiċjali jkun lesta u ffirma mill-anqas l-attestazzjoni rilevanti tas-saħħa tal-annimali għall-kampjuni fiċ-ċertifikat jew fid-dikjarazzjoni rilevanti mfassla f’konformità mal-mudelli stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 ( 7 );

▼M1

li, skont il-komodità, il-kampjuni jikkonformaw ma’ dan li ġej:

(i) 

ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 ( 8 ); jew

(ii) 

ir-regoli nazzjonali f’konformità mal-Artikoli 230(2), 234(3) u 238(4) tar-Regolament (UE) 2016/429, fejn applikabbli;

(d) 

ir-rekwiżiti tas-saħħa pubblika:

— 
għad-dħul fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni, li jistgħu jinkludu rekwiżiti ta’ tikkettar u imballaġġ għall-kampjuni; u
— 
għall-analiżi jew għall-ittestjar tal-kampjuni mill-operatur;
(e) 

l-operatur responsabbli għall-analiżi jew għall-ittestjar tal-kampjuni, inkluż referenza għall-indirizz tal-bini tal-operatur li għalih huma destinati l-kampjuni;

(f) 

l-awtorità kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali fil-bini tal-operatur li għalih huma destinati l-kampjuni; u

(g) 

l-obbligi tal-operatur responsabbli għall-analiżi jew għall-ittestjar li ma jħallatx il-kampjuni mal-ikel maħsub biex jitqiegħed fis-suq, li jżomm rekords dwar l-użu tal-kampjuni u li jarmi l-kampjuni wara l-analiżi tal-prodott jew l-ittestjar tal-kwalità f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ).

5.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha tispeċifika fl-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) l-ammont massimu ta’ kampjuni eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri.

▼B

Artikolu 5

Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn maħsubin għal skopijiet xjentifiċi

1.  
Il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn huma eżentati mill-verifiki identitarji u fiżiċi fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri għajr il-kontrolli li jitwettqu skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, dment li jkunu maħsubin għal skopijiet xjentifiċi skont l-Artikolu 48(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031.
2.  
L-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla tal-kunsinna għandha twettaq il-verifiki dokumentarji fuq l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’każ ta’ nonkonformità identifikata jew suspettata, l-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tista’ twettaq il-verifiki identitarji u fiżiċi fuq il-kunsinna jew titlob li dawn il-verifiki jitwettqu mill-persuna responsabbli mill-istazzjon tal-kwarantina jew mill-faċilità ta’ konfinament li tkun ġiet deżinjata mill-awtorità kompetenti.
3.  
Jekk l-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla tal-kunsinna titlob verifiki identitarji u fiżiċi li jridu jitwettqu mill-persuna responsabbli mill-istazzjon ta’ kwarantina jew mill-faċilità ta’ konfinament li tkun ġiet deżinjata mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla tal-kunsinna għandha tinforma, permezz tal-IMSOC, lill-awtorità kompetenti tal-istazzjon ta’ kwarantina jew tal-faċilità ta’ konfinament, bir-riżultati tal-verifiki dokumentarji u bit-tluq sussegwenti tal-kunsinna lejn l-istazzjon ta’ kwarantina jew il-faċilità ta’ konfinament. L-awtorità kompetenti tal-istazzjoni ta’ kwarantina jew tal-faċilità ta’ konfinament għandha tinforma permezz tal-IMSOC lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla tal-kunsinna bil-wasla tal-kunsinna fl-istazzjon ta’ kwarantina jew fil-faċilità ta’ konfinament. L-awtorità kompetenti tal-istazzjon ta’ kwarantina jew tal-faċilità ta’ konfinament għandha twettaq verifiki identitarji u fiżiċi.

Artikolu 6

Prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti komposti abbord mezzi tat-trasport li joperaw internazzjonalment li ma jitħattewx u li jkunu maħsubin għall-konsum mill-ekwipaġġ u mill-passiġġieri

1.  

Il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u l-prodotti komposti huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri dment li:

(a) 

ikunu maħsubin għall-konsum mill-ekwipaġġ u mill-passiġġieri abbord mezzi tat-trasport li joperaw internazzjonalment; u

(b) 

ma jitħattux fit-territorju tal-Unjoni.

2.  

It-trasferiment dirett tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 li jitħattu f’port minn mezz tat-trasport li jopera internazzjonalment għal fuq mezz ieħor tat-trasport li jopera internazzjonalment fl-istess port huwa eżentat mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri dment li:

(a) 

isir b’konformità mal-qbil tal-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; u

(b) 

isir taħt superviżjoni doganali.

3.  
L-operatur responsabbli mill-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistaqsu għall-qbil imsemmi fil-paragrafu 2(a) qabel it-trasferiment ta’ dawn l-oġġetti minn mezz wieħed tat-trasport li jopera internazzjonalment għal mezz ieħor ta’ trasport li jopera internazzjonalment.

Artikolu 7

Oġġetti li jkunu parti mill-bagalji personali tal-passiġġieri u jkunu maħsubin għall-konsum jew l-użu personali

Il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti komposti, prodotti dderivati mill-prodotti sekondarji tal-annimali, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn li jkunu parti mill-bagalji personali tal-passiġġieri u li jkunu maħsubin għall-konsum jew l-użu personali huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri dment li jkunu f’mill-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin:

▼M1

(a) 

l-oġġetti elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I dment li l-kwantità f’kull kategorija ma taqbiżx il-limitu tal-piż ta’ 2 kg;

▼B

(b) 

prodotti tas-sajd evixxerati friski jew prodotti tas-sajd preparati, jew prodotti tas-sajd proċessati, dment li l-kwantità totali tagħhom ma taqbiżx il-limitu fil-piż ta’ 20 kg jew il-piż ta’ ħuta waħda, skont liema jkun l-itqal piż;

(c) 

oġġetti oħrajn li mhumiex imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu u għajr dawk imsemmija fil-Parti 2 tal-Anness I, dment li l-kwantità totali tagħhom ma taqbiżx il-limitu fil-piż ta’ 2 kg;

(d) 

pjanti, għajr dawk għat-tħawwil, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn;

(e) 

oġġetti, għajr il-pjanti għat-tħawwil, li jkunu ġejjin minn Andorra, mill-Iżlanda, min-Norveġja, minn San Marino jew mill-Iżvizzera;

(f) 

prodotti tas-sajd ġejjin mill-Gżejjer Faeroe jew minn Greenland;

(g) 

oġġetti, għajr il-pjanti għat-tħawwil u l-prodotti tas-sajd, ġejjin mill-Gżejjer Faeroe jew minn Greenland, dment li l-kwantità totali tagħhom ma taqbiżx il-limitu fil-piż ta’ 10 kg.

Artikolu 8

Informazzjoni dwar l-oġġetti li jkunu parti mill-bagalji personali tal-passiġġieri u jkunu intiżi għall-konsum jew l-użu personali

1.  
Fil-punti tad-dħul fl-Unjoni kollha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom juru l-informazzjoni fuq wieħed mill-posters msemmija fl-Anness II, għallinqas b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru bl-introduzzjoni fl-Unjoni, li jitqiegħdu f’postijiet faċilment viżibbli għall-passiġġieri ġejjin minn pajjiżi terzi.
2.  

L-awtorità kompetenti tista’ żżid mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 informazzjoni oħra, inkluż:

(a) 

l-informazzjoni msemmija fl-Anness III;

(b) 

informazzjoni addatta għall-kundizzjonijiet lokali.

3.  

L-operaturi tat-trasport internazzjonali għall-passiġġieri, fosthom l-operaturi tal-ajruporti, tal-portijiet u ferrovjarji u l-aġenziji tal-ivvjaġġar għandhom:

(a) 

jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti tagħhom lejn ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 7 u f’dan l-Artikolu, b’mod partikolari billi jipprovdulhom l-informazzjoni stipulata fl-Annessi II u III;

(b) 

jaċċettaw li l-awtorità kompetenti turi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fil-binjiet tagħhom f’postijiet prominenti fejn jidhru faċilment għall-passiġġieri ġejjin minn pajjiżi terzi.

Artikolu 9

Kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq oġġetti li jifformaw parti mill-bagalji personali tal-passiġġieri

1.  
Għall-oġġetti li jifformaw parti mill-bagalji personali tal-passiġġieri, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali, jew awtoritajiet pubbliċi responsabbli oħrajn, b’kooperazzjoni mal-operaturi tal-portijiet, tal-ajruporti u ferrovjarji responsabbli minn punti ta’ dħul oħrajn, għandhom jorganizzaw kontrolli uffiċjali speċifiċi fil-punti tad-dħul fl-Unjoni. Dawn il-kontrolli uffiċjali speċifiċi għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskji u effettivi.
2.  

Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom:

(a) 

b’mod partikolari jimmiraw li jiddetettaw il-preżenza ta’ oġġetti msemmijin fl-Artikolu 7;

(b) 

jimmiraw li jivverifikaw li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 ikunu ssodisfati; u

(c) 

li jitwettqu bil-mezzi adatti, li jistgħu jinkludu tagħmir tal-iskannjar jew klieb ta’ detezzjoni imħarrġin apposta, biex jiġu eżaminati volumi kbar ta’ oġġetti.

3.  

L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali, jew awtoritajiet pubbliċi responsabbli oħrajn, li jwettqu kontrolli uffiċjali speċifiċi għandhom:

(a) 

jimmiraw li jidentifikaw l-oġġetti li ma jikkonformawx mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 7;

(b) 

jiżguraw li l-oġġetti nonkonformi jiġu kkonfiskati u jinqerdu f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u, fejn applikabbli, f’konformità mal-Artikoli 197 sa 199 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );

(c) 

jirrieżaminaw, mill-inqas darba fis-sena u qabel l-1 ta’ Ottubru, il-mekkaniżmi u l-azzjonijiet tagħhom applikati, jistabbilixxu l-livell ta’ konformità milħuq, u, fuq bażi tar-riskji, jadattaw dawk il-mekkaniżmi u azzjonijiet fejn neċessarju, biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.

4.  
Ir-rieżami msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 3 għandu jiżgura li r-riskji għas-saħħa pubblika, għas-saħħa tal-annimali u għas-saħħa tal-pjanti jiġu minimizzati.

Ir-rieżami għandu jqis:

(a) 

id-data miġbura dwar l-għadd approssimattiv tal-kunsinni li jkunu jiksru r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 7;

(b) 

l-għadd ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi li jkunu twettqu;

(c) 

l-għadd totali kkwantifikat tal-kunsinni konfiskati u meqruda li jkunu nstabu fil-bagalji personali tal-passiġġieri u li ma kinux konformi mal-Artikolu 7; u

(d) 

kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra.

Artikolu 10

Kunsinni żgħar ta’ oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsubin biex jitqiegħdu fis-suq

▼M2

1.  
Kunsinni żgħar ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti komposti, prodotti derivati minn prodotti sekondarji tal-annimali, pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħrajn mibgħuta lil persuni fiżiċi, li ma humiex maħsuba għat-tqegħid fis-suq, huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri diment li jappartjenu għal mill-inqas waħda mill-kategoriji elenkati fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 7.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom iwettqu l-kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq dawk l-oġġetti f’konformità mal-Artikolu 9.
3.  
Is-servizzi postali għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti tagħhom lejn ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 1, b’mod partikolari billi jipprovdulhom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III.

Artikolu 11

Annimali domestiċi

L-annimali domestiċi li jidħlu fl-Unjoni f’moviment nonkummerċjali huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri għajr il-kontrolli uffiċjali li jitwettqu skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, u għajr il-kontrolli uffiċjali li jitwettqu biex tiġi vverifikata l-konformità mal-Artikolu 57(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006, kif ġej:

(a) 

l-annimali tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 li:

(i) 

jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1) jew fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, u li jkunu qed jinġarru minn territorju jew pajjiż terz elenkat fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013, dment li jsirulhom il-verifiki dokumentarji u identitarji skont l-Artikolu 33, u, fejn applikabbli, isirulhom il-verifiki standard għal għarrieda skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013; jew

▼M1

(ii) 

jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1) jew fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, u li jkunu qed jinġarru minn territorju jew pajjiż terz għajr dawk elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013, dment li jsirulhom il-verifiki dokumentarji u identitarji skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, u, fejn rilevanti, isirulhom il-verifiki standard għal għarrieda skont l-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament; jew

▼B

(iii) 

jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, dment li jsirulhom il-verifiki skont il-permess imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 10(3) ta’ dak ir-Regolament u skont ir-rekwiżiti tal-punt (b) tal-Artikolu 10(3) ta’ dak ir-Regolament; jew

(iv) 

jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, dment li jsirulhom il-verifiki skont il-permess imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 32(1) ta’ dak ir-Regolament;

▼M2

(b) 

għasafar elenkati fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti:

(i) 

fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1933 ( 11 ) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1938 ( 12 ), diment li jgħaddu minn kontrolli tad-dokumenti u tal-identità f’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013; jew

(ii) 

fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, diment li jgħaddu minn kontrolli f’konformità mal-permess imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 32(1) ta’ dak ir-Regolament;

(c) 

għasafar elenkati fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 li jkunu qegħdin jiġu mċaqalqa minn territorju jew minn pajjiż terz imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1933;

▼B

(d) 

l-annimali tal-ispeċijiet għajr l-għasafar, elenkati fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 576/2013.

Artikolu 12

Informazzjoni dwar l-annimali domestiċi

1.  
Fil-punti tad-dħul fl-Unjoni kollha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom juru l-informazzjoni fil-posters imsemmija fl-Anness IV, tal-anqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-introduzzjoni fl-Unjoni, b’avviżi prominenti li jitqiegħdu f’postijiet faċilment viżibbli għall-passiġġieri ġejjin minn pajjiżi terzi.
2.  
L-operaturi tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri, inkluż operaturi tal-ajruporti, tal-portijiet u operaturi ferrovjarji għandhom jaċċettaw li l-awtorità kompetenti turi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fil-binjiet tagħhom f’postijiet faċilment viżibbli għall-passiġġieri ġejjin minn pajjiżi terzi.

Artikolu 13

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 206/2009

1.  
Ir-Regolament (KE) Nru 206/2009 qed jitħassar b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019.
2.  
Ir-referenzi għall-att imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness V.

Artikolu 14

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 142/2011

L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 142/2011, il-paragrafu 2 jitħassar.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

PARTI 1

Lista ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 7(a)

1.  ►M2  Ħalib tat-trab għat-trabi, formuli oħra tat-trabi u ikel għal skopijiet mediċi speċjali, fil-kundizzjonijiet li dawn il-prodotti: ◄

(i) 

ma jkollhomx bżonn refriġerazzjoni qabel ma jinfetħu;

(ii) 

ikunu prodotti ta’ marka proprjetarja ppakkjati għall-bejgħ dirett lill-konsumatur aħħari; u

▼M2

(iii) 

l-imballaġġ ikun għadu ssiġillat sakemm ma jkunx qed jintuża; u

▼M2

(iv) 

ikunu maħsuba għall-użu mill-passiġġieri.

▼B

2. Ikel għall-annimali domestiċi meħtieġ għal raġunijiet relatati mas-saħħa bil-kundizzjoni li dawn il-prodotti:

(i) 

ikunu intenzjonati għall-annimal domestiku li qed jakkumpanja l-passiġġier;

(ii) 

tajbin biex jinħażnu;

(iii) 

ikunu prodotti ta’ marka proprjetarja ppakkjati għall-bejgħ dirett lill-konsumatur aħħari; u

(iv) 

l-imballaġġ ikun għadu ssiġillat sakemm ma jkunx qed jintuża.

PARTI 2

Lista ta’ oġġetti li mhumiex eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri kif previst fl-Artikolu 7(c)



Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (1)

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

ex Kapitolu 2

(0201-0210)

Laħam u ġewwieni li jittiekel

Kollu ħlief is-saqajn taż-żrinġijiet (Kodiċi NM 0208 90 70 )

0401-0406

Prodotti tal-ħalib

Kollha

ex 0504 00 00

Imsaren, bżieżaq u stonkijiet tal-annimali (għajr tal-ħut), sħaħ jew bċejjeċ minnhom, friski, imkessħin, friżati, immelħin, fis-salmura, imnixxfin jew affumikati

Kollha, ħlief il-kontenituri

0511

Prodotti tal-annimali mhux speċifikati jew inklużi banda oħra; annimali mejta tal-Kapitoli 1 jew 3 tat-Taqsima 1 tal-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem

Ikel għall-annimali domestiċi biss

1501 00

Grass tal-majjal (inkluż ix-xaħam) u grass tat-tjur, ħlief dak tal-intestatura 0209 jew 1503

Kollha

1502 00

Grass ta’ annimali tal-ifrat, nagħaġ u mogħoż, ħlief dawk tal-intestatura 1503

Kollha

1503 00

Stearina tax-xaħam, żejt tax-xaħam, oleostearina u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifikati jew imħalltin jew preparati b’xi mod ieħor

Kollha

1506 00 00

Xaħam u żjut oħrajn tal-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

Kollha

1601 00

Zalzett u prodotti simili, ta’ laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti

Kollha

1602

Laħam ippreparat jew ippriżervat, fdal tal-laħam jew demm ieħor

Kollha

1702 11 00

1702 19 00

Laktows u ġulepp tal-laktows

Kollha

ex1901

Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet tal-ikel tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40 % skont il-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra; preparazzjonijiet tal-ikel ta’ prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404,li ma jkunx fihom kawkaw jew ikun fihom inqas minn 5 % tal-piż tagħhom magħmul mill-kawkaw, ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra

Preparazzjonijiet biss li fihom laħam u/jew ħalib

ex 1902

Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew ippreparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le

Preparazzjonijiet biss li fihom laħam u/jew ħalib

ex 1905

Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, kemm jekk fihom il-kawkaw kif ukoll jekk le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għall-użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta tar-ross u prodotti simili

Preparazzjonijiet biss li fihom laħam u/jew ħalib

ex 2004

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżati, ħlief il-prodotti tal-intestatura 2006 (2)

Preparazzjonijiet biss li fihom laħam u/jew ħalib

ex 2005

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, ħlief il-prodotti tal-intestatura 2006

Preparazzjonijiet biss li fihom laħam u/jew ħalib

ex 2103

Zlazi u preparazzjonijiet tagħhom; kondimenti mħalltin u ħwawar imħalltin; dqiq u pasta tal-mustarda u mustarda ppreparata

Preparazzjonijiet biss li fihom laħam u/jew ħalib

ex 2104

Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjonijiet tal-ikel komposti omoġenizzati

Preparazzjonijiet biss li fihom laħam u/jew ħalib

ex 2105 00

Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw kif ukoll jekk le

Preparazzjonijiet li fihom il-ħalib, biss

ex 2106

Preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra

Preparazzjonijiet biss li fihom laħam u/jew ħalib

ex 2309

Preparazzjonijiet ta’ kwalità użata għall-għalf tal-annimali

Ikel għall-annimali domestiċi, il-magħda tal-klieb u taħlitiet ta’ ikel li fihom il-laħam u/jew il-ħalib

(1)   

L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1)

(2)   

Intestatura 2006 tgħid hekk: “Ħxejjex, frott, ġewż, qoxra tal-frott u partijiet oħrajn ta’ pjanti, ippreservati biz-zokkor (ixxuttati, glasè jew mgħasslin)”.

Noti:

1. 

Il-kolonna 1: Meta ċerti prodotti biss li jidħlu taħt xi kodiċi jkollhom bżonn jiġu eżaminati, u ma tkunx teżisti subdiviżjoni speċifika taħt dan il-kodiċi fin-nomenklatura tal-oġġetti, il-kodiċi huwa mmarkata b’“ex” (eż. ex 19 01: iridu jkunu inklużi biss il-preparazzjonijiet li fihom il-laħam u/jew il-ħalib).

2. 

Il-kolonna 2: Id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kif stabbilita fil-kolonna tad-deskrizzjonijiet tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

3. 

Il-kolonna 3: Din il-kolonna tagħti d-dettalji dwar il-prodotti koperti.

▼M1




ANNESS II

Posters imsemmija fl-Artikolu 8(1)

Il-posters jinsabu hawn:

https://ec.europa.eu/food/animals/animalproducts/personal_imports_en

image

image

image

image

▼B




ANNESS III

Informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 8(2)



image

Tħallix il-mard infettiv jidħol fl-UE!

Il-prodotti tal-annimali jistgħu jkunu qed iġorru l-patoġeni li jikkawżaw mard infettiv

▼M1

Minħabba r-riskju li jiddaħħal mard fl-Unjoni Ewropea (UE) ( 13 ), hemm proċeduri stretti għall-introduzzjoni ta’ ċerti prodotti tal-annimali fl-UE. Dawn il-proċeduri ma japplikawx għall-movimenti ta’ prodotti tal-annimali bejn l-Istati Membri tal-UE, jew għall-prodotti tal-annimali li jiġu fi kwantitajiet żgħar għall-konsum personali minn Andorra, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, San Marino u l-Iżvizzera.”;

▼B

Il-prodotti tal-annimali kollha li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-regoli għandhom jiċċedew mal-wasla fl-UE, biex jintremew b’mod uffiċjali. Jekk ma tiddikjarax l-oġġetti li jkollok ta’ dan it-tip, tista’ ġġarrab multa jew prosekuzzjoni kriminali.

▼M1

L-oġġetti li ġejjin jistgħu jiġu introdotti fl-UE sakemm jikkonformaw mal-kundizzjonijiet u l-limiti tal-piż indikati fil-punti 1 sa 5 hawn taħt.



▼M2

1. Kwantitajiet żgħar ta’ laħam u ħalib u l-prodotti tagħhom (għajr il-ħalib tat-trab għat-trabi, formuli oħra tat-trabi, ikel għal skopijiet mediċi speċjali u ikel għall-annimali domestiċi meħtieġ għal raġunijiet ta’ saħħa)

Fl-UE tista’ ddaħħal jew tibgħat biss kunsinni personali ta’ laħam u ħalib u tal-prodotti minnhom (għajr il-ħalib tat-trab għat-trabi, formuli oħra tat-trabi, ikel għal skopijiet mediċi speċjali u ikel għall-annimali domestiċi meħtieġ għal raġunijiet ta’ saħħa), dment li jkunu ġejjin mill-Gżejjer Faeroe jew minn Greenland, u li l-piż tagħhom ma jkunx aktar minn 10 kg kull persuna.



2. Ħalib tat-trab għat-trabi, formuli oħra tat-trabi u ikel għal skopijiet mediċi speċjali

Fl-UE tista’ ddaħħal biss kunsinni personali ta’ ħalib tat-trab għat-trabi, formuli oħra tat-trabi u ikel għal skopijiet mediċi speċjali, dment li:

▼B

— 
ikunu ġejjin mill-Gżejjer Faeroe jew minn Greenland, u li l-kwantità totali tagħhom ma tkunx itqal mil-limitu ta’ 10 kg kull persuna, u li:
(a) 

il-prodott ma jkollux bżonn jiġi refriġerat qabel ma jiġi kkunsmat,

(b) 

ikun prodott ippakkjat ta’ marka proprjetarja, u

(c) 

l-imballaġġ ikun għadu ssiġillat sakemm ma jkunx qed jintuża

— 
ikunu ġejjin minn pajjiżi oħrajn (għajr il-Gżejjer Faeroe jew Greenland), u li l-kwantità totali tagħhom ma tkunx itqal mil-limitu ta’ 2 kg kull persuna, u li:
(a) 

il-prodott ma jkollux bżonn jiġi refriġerat qabel ma jiġi kkunsmat,

(b) 

ikun prodott ippakkjat ta’ marka proprjetarja, u

(c) 

l-imballaġġ ikun għadu ssiġillat sakemm ma jkunx qed jintuża.



3. Ikel għall-annimali domestiċi meħtieġ għal raġunijiet ta’ saħħa

▼M2

Fl-UE tista’ ddaħħal biss kunsinni personali ta’ ikel għall-annimali domestiċi meħtieġ għal raġunijiet marbuta mas-saħħa tal-annimal domestiku li qed jakkumpanja l-passiġġier, dment li:

▼B

— 
ikunu ġejjin mill-Gżejjer Faeroe jew minn Greenland, u li l-kwantità totali tagħhom ma tkunx itqal mil-limitu ta’ 10 kg kull persuna, u li:
(a) 

il-prodott ma jkollux bżonn jiġi refriġerat qabel ma jiġi kkunsmat,

(b) 

ikun prodott ippakkjat ta’ marka proprjetarja, u

(c) 

l-imballaġġ ikun għadu ssiġillat sakemm ma jkunx qed jintuża

— 
ikunu ġejjin minn pajjiżi oħrajn (għajr il-Gżejjer Faeroe jew Greenland), u li l-kwantità totali tagħhom ma tkunx itqal mil-limitu ta’ 2 kg kull persuna, u li:
(a) 

il-prodott ma jkollux bżonn jiġi refriġerat qabel ma jiġi kkunsmat,

(b) 

ikun prodott ippakkjat ta’ marka proprjetarja, u

(c) 

l-imballaġġ ikun għadu ssiġillat sakemm ma jkunx qed jintuża.



4. Kwantitajiet żgħar ta’ prodotti tas-sajd għall-konsum personali mill-bniedem

Fl-UE tista’ ddaħħal jew tibgħat biss kunsinni personali ta’ prodotti tas-sajd (fosthom ħut frisk, imnixxef, imsajjar, ippriżervat jew affumikat, u ċertu frott tal-baħar bħalma huma l-gambli, l-awwisti, il-maskli mejta u l-gajdri mejta) dment li:

— 
il-ħut frisk ikun evixxerat,
— 
il-piż tal-prodotti tas-sajd ma jkunx itqal minn 20 kg għal kull persuna, jew il-piż ta’ ħuta waħda, liema minn dawn tkun l-itqal.

Dawn ir-restrizzjonijiet ma japplikawx għall-prodotti tas-sajd mill-Gżejjer Faeroe jew minn Greenland.



5. Kwantitajiet żgħar ta’ prodotti tal-annimali oħrajn għall-konsum personali mill-bniedem

Fl-UE tista’ ddaħħal jew tibgħat biss prodotti tal-annimali oħrajn, bħal, pereżempju, l-għasel, il-gajdri ħajjin, il-maskli ħajjin u l-bebbux, dment li:

— 
ikunu ġejjin mill-Gżejjer Faeroe jew minn Greenland, u l-piż totali tagħhom ma jkunx itqal minn 10 kg kull persuna,
— 
ikunu ġejjin minn pajjiżi oħrajn (għajr il-Gżejjer Faeroe jew Greenland), u li l-piż totali tagħhom ma jkunx itqal minn 2 kg kull persuna.

Ta’ min wieħed jinnota li fl-UE tista’ ddaħħal jew tibgħat kwantitajiet żgħar ta’ prodotti tal-annimali minn diversi mill-ħames kategoriji li ssemmew hawn fuq (fil-paragrafi 1 sa 5) dment li jikkonformaw mar-regoli spjegati f’kull wieħed mill-paragrafi rilevanti.



6. Kwantitajiet kbar ta’ prodotti tal-annimali

Fl-UE tista’ ddaħħal jew tibgħat biss kwantitajiet kbar ta’ prodotti tal-annimali jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-kunsinni kummerċjali, li jinkludu:

— 
ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni, kif stipulat fiċ-ċertifikat uffiċjali tal-KE proprju,
— 
il-preżentazzjoni tal-oġġetti, flimkien mad-dokumentazzjoni korretta, f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-UE, mal-wasla fl-UE.



7. Il-prodotti eżentati

▼M1

Il-prodotti li ġejjin huma eżentati mir-regoli stabbiliti fil-punti 1 sa 6 dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/630 ( 14 ):

— 
dolċerija (li jinkludi l-ħelu), ċikkulata u preparati tal-ikel oħra li jkun fihom il-kawkaw;
— 
għaġin, taljarini u kuskus;
— 
ħobż, kejkijiet, gallettini, waffles u wejfers, ħobż imbaskat, ħobż mixwi u prodotti simili mixwijin;
— 
żebbuġ mimli bil-ħut;
— 
estratti, essenzi u konċentrati, tal-kafè, tat-te jew tal-matè, u preparati abbażi ta’ dawn il-prodotti jew abbażi tal-kafè, tat-te jew tal-matè;
— 
ċikwejra nkaljata u sostituti oħrajn tal-kafè nkaljati, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom;
— 
stokkijiet u ħwawar tas-sopop ippakkjati għall-konsumatur finali;
— 
suppliment tal-ikel ippakkjati għall-konsumatur finali, li jkun fihom prodotti tal-annimali pproċessati (fosthom il-glukożammina, il-kondrojtina jew il-kitosan);
— 
likuri u kordjali.

▼B




ANNESS IV

Poster msemmi fl-Artikolu 12

Il-poster jinsab hawn:

https://ec.europa.eu/food/animals/pet-movement/poster-diseases-dont-respect-borders_en

image




ANNESS V

Tabella ta’ korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2)



Ir-Regolament (KE) Nru 206/2009

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 1(3)

L-Artikolu 1(4)

L-Artikolu 2(1)(a)

L-Artikolu 2(1)(b)

L-Artikolu 2(1)(c)

L-Artikolu 2(1)(d)

L-Artikolu 2(2)(a)

L-Artikolu 2(2)(b)

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 3(4)(a)

L-Artikolu 3(4)(b)

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 5(3)

L-Artikolu 6(1)(a)

L-Artikolu 6(1)(b)

L-Artikolu 6(2)

L-Artikolu 6(3)

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 11

Il-Parti 1 tal-Anness I

Il-Parti 2 tal-Anness I

Il-Parti 1 tal-Anness II

Il-Parti 2 tal-Anness II

L-Anness III

L-Anness IV

L-Anness V

L-Anness VI

L-Anness VII

__

L-Artikolu 7(e) u (f) u l-Artikolu 10(1)

__

__

__

L-Artikolu 7(a) u l-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 7(b) u l-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 7(c) u l-Artikolu 10(1)

__

L-Artikolu 7(a) u l-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 7(g) u l-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 8(2)

L-Artikolu 8(1)

__

L-Artikolu 8(3)(a) u l-Artikolu 10(3)

L-Artikoli 9(1) u 10(2)

L-Artikolu 9(2)(a) u (b) u l-Artikolu 10(2)

L-Artikolu 9(2)(c) u l-Artikolu 10(2)

L-Artikolu 9(3)(a) u l-Artikolu 10(2)

L-Artikolu 9(3)(b) u l-Artikolu 10(2)

__

__

__

__

__

__

__

Il-Parti 2 tal-Anness I

Il-Parti 2 tal-Anness I

Il-punt (1) tal-Parti 1 tal-Anness I

Il-punt (2) tal-Parti 1 tal-Anness I

L-Anness II

L-Anness III

__

__

__



( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

( 3 ) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

( 4 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal- 24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

( 5 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

( 6 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).

( 7 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).

( 8 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

( 9 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

( 10 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

( 11 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1933 tal-14 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz (ĠU L 396, 10.11.2021, p. 4).

( 12 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1938 tad-9 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-mudell tad-dokument ta’ identifikazzjoni għall-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz u li jħassar id-Deċiżjoni 2007/25/KE (ĠU L 396, 10.11.2021, p. 47).

( 13 ) F’konformità mal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan l-Anness jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

( 14 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/630 tas-16 ta’ Frar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 17).

Top