This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R2019-20210501
Commission Regulation (EU) 2019/2019 of 1 October 2019 laying down ecodesign requirements for refrigerating appliances pursuant to Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council and repealing Commission Regulation (EC) No 643/2009 (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02019R2019 — MT — 01.05.2021 — 002.003
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2019 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (ĠU L 315 5.12.2019, p. 187) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/341 tat-23 ta’ Frar 2021 |
L 68 |
108 |
26.2.2021 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2019
tal-1 ta’ Ottubru 2019
li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali u kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, bl-eċċezzjoni ta’ chest freezers professjonali;
apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;
apparat refriġeranti mobbli;
apparat li l-funzjoni primarja tiegħu ma tkunx il-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel permezz tar-refriġerazzjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“mejns” jew “mejns tal-elettriku” tfisser il-provvista tal-elettriku mill-grilja ta’ 230 (± 10 %) volt ta’ kurrent alternat b’50 Hz;
“apparat refriġeranti” tfisser kabinett iżolat b’kompartiment wieħed jew aktar ikkontrollati b’temperatura speċifika, imkessaħ b’konvezzjoni naturali jew sfurzata fejn it-tkessiħ jinkiseb b’mezz wieħed jew aktar li jikkonsma l-enerġija;
“kompartiment” tfisser spazju magħluq f’apparat refriġeranti, li jkun direttament aċċessibbli minn bieba esterna waħda jew aktar u li jkun diviż minn subkompartiment ieħor/subkompartimenti oħra permezz ta’ diviżjoni, kontenitur jew kostruzzjoni simili, u li hu stess jista’ jkun diviż f’subkompartimenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, “kompartiment” tirreferi kemm għall-kompartimenti kif ukoll għas-subkompartimenti;
“bieba esterna” hija l-parti tal-kabinett li tista’ tiġi spostjata jew titneħħa biex tal-inqas tippermetti li t-tagħbija tiddaħħal jew tinħareġ mill-kabinett;
“subkompartiment” tfisser spazju magħluq f’kompartiment, li jkollu temperatura tat-tħaddim differenti minn dik tal-kompartiment li jifforma parti minnu;
“volum totali” (V) tfisser il-volum tal-ispazju fuq ġewwa tal-kisi intern tal-apparat refriġeranti, ekwivalenti għall-ammont totali tal-volumi tal-kompartiment(i), espress f’dm3 jew litri;
“volum tal-kompartiment” (Vc) tfisser il-volum tal-ispazju fuq ġewwa tal-kisi intern tal-kompartiment, espress f’dm3 jew litri;
“kabinett għall-ħżin refriġerat professjonali” tfisser apparat refriġeranti b’iżolament li jintegra kompartiment wieħed jew aktar aċċessibbli permezz ta’ bieba jew kexxun wieħed jew aktar, li kapaċi jżomm kontinwament it-temperatura ta’ oġġetti tal-ikel fi ħdan il-limiti preskritti f’temperatura ta’ operazzjoni ta’ tkessiħ jew iffriżar, bl-użu ta’ ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar, u li jintuża għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel f’ambjenti mhux domestiċi iżda mhux għall-wiri jew għall-aċċess għall-konsumaturi, kif definit fir-Regolament (UE) 2015/1095;
“kabinett ta’ refriġerazzjoni rapida” tfisser apparat refriġeranti b’iżolament maħsub primarjament biex ikessaħ malajr oġġetti tal-ikel sħan għal temperatura ta’ inqas minn 10 °C fil-każijiet tat-tkessiħ, u għal temperatura ta’ inqas minn – 18 °C fil-każ ta’ ffriżar, kif definit fir-Regolament (UE) 2015/1095;
“chest freezer professjonali” tfisser freezer li l-kompartiment(i) tiegħu jkun/u aċċessibbli min-naħa ta’ fuq tal-apparat jew li jkollu kemm kompartimenti tat-tip li jinfetaħ minn fuq kif ukoll tat-tip wieqaf, iżda li l-volum gross tal-kompartiment(i) tat-tip li jinfetaħ minn fuq jaqbeż il-75 % tal-volum gross totali tal-apparat, użat għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel f’ambjenti mhux domestiċi;
“freezer” tfisser apparat refriġeranti li jkollu biss kompartimenti 4-star;
“kompartiment tal-friża” tfisser tip ta’ kompartiment b’temperatura mira ta’ 0 °C jew aktar baxxa; li jkun kompartiment 0-star, 1-star, 2-star, 3-star jew 4-star, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;
“tip ta’ kompartiment” tfisser it-tip ta’ kompartiment iddikjarat konformi mal-parametri tal-prestazzjoni tar-refriġerazzjoni Tmin, Tmax, Tc u parametri oħra kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;
“temperatura minima” (Tmin) tfisser it-temperatura minima ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar tal-ħżin, kif definita fit-Tabella 3 tal-Anness III;
“temperatura massima” (Tmax) tfisser it-temperatura massima ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar tal-ħżin, kif definita fit-Tabella 3 tal-Anness III;
“temperatura mira” (Tc) tfisser it-temperatura ta’ referenza ġewwa kompartiment waqt l-ittestjar, kif stabbilita fit-Tabella 3 tal-Anness III, u hija t-temperatura għall-ittestjar tal-konsum tal-enerġija espressa bħala l-medja fuq perjodu ta’ żmien u fuq sett ta’ sensuri;
“kompartiment 0-star” u “kompartiment li jagħmel is-silġ” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ 0 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;
“kompartiment 1-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -6 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;
“kompartiment 2-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -12 °C, kif stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness III;
“kompartiment 3-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -18 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;
“kompartiment ta’ freezer” jew “kompartiment 4-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -18 °C u li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kapaċità tal-iffriżar speċifika;
“kapaċità tal-iffriżar” tfisser l-ammont ta’ oġġetti tal-ikel friski li jistgħu jiġu ffriżati f’kompartiment ta’ freezer f’24 siegħa; din ma għandhiex tkun inqas minn 4,5 kg għal kull 24 siegħa għal kull 100 litru ta’ volum tal-kompartiment ta’ freezer, b’minimu ta’ 2,0 kg/24 siegħa;
“apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett” tfisser apparat refriġeranti li jintuża għall-funzjonijiet ta’ wiri ta’ oġġetti b’temperaturi speċifiċi aktar baxxi mit-temperatura ambjentali, u l-bejgħ tagħhom lill-konsumaturi, li jkun direttament aċċessibbli minn ġnub li jinfetħu jew minn bieba waħda jew aktar, jew minn kxaxen, jew mit-tnejn, inklużi wkoll kabinetti b’żoni speċifiċi għall-ħżin jew għas-servizz assistit ta’ oġġetti mhux aċċessibbli għall-konsumaturi u bl-esklużjoni tal-minibars u tal-apparati għall-ħżin tal-inbid, kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 ( 1 );
“minibar” tfisser apparat refriġeranti b’volum totali ta’ mhux aktar minn 60 litru, maħsub primarjament għall-ħżin u l-bejgħ ta’ oġġetti tal-ikel fi kmamar ta’ lukandi u ta’ stabbilimenti simili;
“apparat għall-ħżin tal-inbid” tfisser apparat refriġeranti ddedikat għall-ħżin tal-inbid, b’kontroll preċiż tat-temperatura għall-kundizzjonijiet ta’ ħżin u b’temperatura mira ta’ kompartiment għall-ħżin tal-inbid, kif definita fit-Tabella 3 tal-Anness III, u mgħammar b’mezzi kontra l-vibrazzjonijiet;
“apparat refriġeranti ddedikat” tfisser apparat refriġeranti b’tip ta’ kompartiment wieħed biss;
“kompartiment għall-ħżin tal-inbid” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 12 °C, firxa ta’ umdità interna ta’ bejn 50 % u 80 % u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 5 °C u 20 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;
“apparat refriġeranti mobbli” tfisser apparat refriġeranti li jista’ jintuża meta ma jkunx hemm aċċess għall-grid tal-mejns tal-elettriku u li juża elettriku b’voltaġġ baxx ħafna (< 120V DC) jew karburant jew it-tnejn bħala s-sors ta’ enerġija għall-funzjoni tar-refriġerazzjoni, inkluż apparat refriġeranti li, minbarra li jitħaddem bl-elettriku b’voltaġġ baxx ħafna jew b’karburant, jew bit-tnejn, jista’ jitħaddem ukoll bil-mejns tal-elettriku permezz ta’ konvertitur estern AC/DC li għandu jinxtara separatament. Apparat li jitqiegħed fis-suq b’konvertitur AC/DC ma jitqiesx bħala apparat refriġeranti mobbli;
“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xarbiet, inkluż inbid u oġġetti oħra użati primarjament għall-konsum li jirrikjedu refriġerazzjoni f’temperaturi speċifikati;
“Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika” (EEI) tfisser numru tal-indiċi għall-effiċjenza enerġetika relattiva ta’ apparat refriġeranti espress bħala perċentwali, kif stabbilit fil-punt 5 tal-Anness III;
“apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju” tfisser apparat refriġeranti mingħajr kompressjoni tal-fwar u b’emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja ta’ inqas minn 27 decibel b’ponderazzjoni A relattivament għal 1 pico watt (dB(A) re 1 pW);
“emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja” tfisser il-livell tal-qawwa tal-ħoss ta’ apparat refriġeranti, espress f’deċibel b’ponderazzjoni-A relattivament għal 1 pico watt (dB(A) re 1 pW);
“apparat ikkombinat” tfisser apparat refriġeranti li jkollu aktar minn tip wieħed ta’ kompartiment, li tal-inqas wieħed minnhom ikun kompartiment mhux tal-friża;
“kompartiment mhux tal-friża” tfisser tip ta’ kompartiment b’temperatura mira ta’ 4 °C jew ogħla; li jkun kompartiment pantry, għall-ħżin tal-inbid, kantina jew għall-ikel frisk b’kundizzjonijiet ta’ ħżin u temperaturi mira, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;
“kompartiment pantry” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 17 °C u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 14 °C u 20 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;
“kompartiment kantina” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 12 °C u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 2 °C u 14 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;
“kompartiment għall-ikel frisk” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 4 °C u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 0 °C u 8 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;
“ħiter antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali” tfisser ħiter antikondensazzjoni fuq l-apparat refriġeranti u li l-kapaċità tat-tisħin tiegħu tiddependi fuq it-temperatura ambjentali jew fuq l-umdità ambjentali jew fuq it-tnejn li huma;
“ħiter antikondensazzjoni” tfisser ħiter li jippreveni l-kondensazzjoni fuq l-apparat refriġeranti;
“enerġija awżiljarja” (Eaux ) tfisser l-enerġija użata minn ħiter antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali, espressa f’kWh/a.
Għall-finijiet tal-Annessi, definizzjonijiet addizzjonali huma stipulati fl-Anness I.
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw mid-dati indikati fih.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:
minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta, iżda li jkun ġie prodott minn manifattur differenti; jew
permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn li huma.
id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikaturi tal-mudell.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IV meta jwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/125/KE.
Artikolu 6
Ċirkomvenzjoni u aġġornamenti tas-software
Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandux iqiegħed fis-suq prodotti ddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (pereżempju billi jirrikonoxxu l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test) u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test bl-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri fid-dokumentazzjoni teknika jew inklużi fi kwalunkwe dokumentazzjoni pprovduta.
Il-konsum tal-enerġija tal-prodott u kwalunkwe parametru ieħor iddikjarat ma għandux jiddeterjora wara aġġornament tas-software jew tal-firmware meta jitkejjel bl-istess standard tat-test użat oriġinarjament għad-dikjarazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent aħħari qabel l-aġġornament. Ma għandu jsir l-ebda tibdil fil-prestazzjoni minħabba r-rifjut tal-aġġornament.
Aġġornament tas-software qatt ma għandu jkollu l-effett li jbiddel il-prestazzjoni tal-prodott b’mod li jagħmlu mhux konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għad-dikjarazzjoni tal-konformità.
Artikolu 7
Parametri referenzjarji indikattivi
Il-parametri referenzjarji indikattivi għall-prodotti u t-teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni disponibbli fis-suq fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fl-Anness V.
Artikolu 8
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dan ir-rieżami, inkluż, jekk ikun xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni lill-Forum Konsultattiv sal-25 ta' Diċembru 2025.
Ir-rieżami għandu jivvaluta b’mod partikolari:
ir-rekwiżiti tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju u l-apparat tal-ħżin tal-inbid, inklużi dawk b’bibien trasparenti;
kemm hu adegwat li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-apparati kkombinati b’kompartiment(i) tal-friża b’livell baxx ta’ storbju;
it-trattament ta’ chest freezers professjonali;
il-livell tat-tolleranzi;
l-adegwatezza ta’ sinjal awdjo mandatorju għal ftuħ tal-bieba fit-tul;
il-fatturi ta’ kumpens u l-parametri ta’ mmudellar;
kemm hu adegwat li jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali dwar l-effiċjenza fir-riżorsi għall-prodotti skont il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, inkluż jekk għandhomx jiġu inklużi aktar spare parts;
kemm hu adegwat li jiġu inklużi apparat jew funzjonijiet awżiljarji oħra minbarra l-ħiter antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali biex tiġi stabbilita l-enerġija awżiljarja;
il-metodoloġija biex jiġu kkunsidrati d-defrost awtomatiku u intelliġenti.
Artikolu 9
Tħassir
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Marzu 2021.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Marzu 2021. Madankollu, l-Artikolu 6 għandu japplika mill-25 ta' Diċembru 2019.
Artikolu 11
Ekwivalenza ta’ konformità tranżizzjonali
Jekk l-ebda unità li tappartjeni għall-istess mudell jew għall-mudelli ekwivalenti ma tkun tqiegħdet fis-suq qabel l-1 ta’ Novembru 2020, l-unitajiet tal-mudelli mqiegħda fis-suq bejn l-1 ta’ Novembru 2020 u t-28 ta’ Frar 2021 li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“bieba/bibien trasparenti” tfisser bieba/bibien magħmula minn materjal trasparenti li jippermetti lill-utent aħħari jara l-oġġetti minnha/minnhom, mill-inqas 75 % tal-għoli tal-armarju intern u 75 % tal-wisa' tal-armarju intern għandhom ikunu trasparenti, meta mkejla t-tnejn li huma min-naħa ta' quddiem tal-kabinett;
“iffriżar rapidu” tfisser funzjoni li l-utent aħħari jista' jattiva skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, tal-importatur, jew tar-rappreżentant awtorizzat, li tnaqqas it-temperatura tal-ħżin tal-kompartiment(i) tal-freezer biex jiffriża l-oġġetti tal-ikel mhux iffriżati fi żmien iqsar;
“setting tax-xitwa” tfisser funzjoni ta' kontroll għal apparat ikkombinat b'kumpressur wieħed u termostat wieħed, li skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, tal-importatur, jew tar-rappreżentant awtorizzat jista' jintuża f'temperaturi ambjentali taħt + 16 °C, li jkun magħmul minn funzjoni jew komponent tal-iswiċċjar li jiggarantixxi, anke jekk dan ma jkunx meħtieġ għall-kompartiment ta' fejn jinstab it-termostat, li l-kumpressur ikompli jaħdem biex jinżammu t-temperaturi tal-ħżin xierqa fil-kompartimenti l-oħra;
“kompartiment chiller” tfisser kompartiment li kapaċi jikkontrolla t-temperatura medja tiegħu f'medda speċifika mingħajr aġġustamenti tal-kontroll tiegħu mill-utent, b'temperatura mira ta' 2 °C, u b'kundizzjonijiet ta' ħżin li jvarjaw bejn -3 °C u 3 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III;
“pannell iżolanti bil-vakwu” (VIP) tfisser pannell iżolanti li jikkonsisti minn materjal sod u poruż ħafna miksi b'envelop irqiq estern li ma jippermettix li jidħlu gassijiet, li minnu jinġibdu 'l barra l-gassijiet u li jkun issiġillat biex il-gassijiet esterni ma jidħlux fil-pannell;
“żona 2-star” tfisser parti minn kompartiment 3-star jew 4-star li ma jkollhiex bieba jew għatu tal-aċċess individwali tagħha stess u b'temperatura mira u kundizzjonijiet ta' ħżin ta' - 12 °C;
“gasket ta' bieba” tfisser siġill mekkaniku li jimla l-ispazju bejn il-bieba u l-kabinett tal-apparat refriġeranti biex tiġi evitata tnixxija mill-kabinett lejn l-arja esterna;
“spare part” tfisser parti separata li tista' tissostitwixxi parti bl-istess funzjoni jew funzjoni simili fi prodott;
“sewwej professjonali” tfisser operatur jew impriża li tipprovdi servizzi professjonali ta' tiswija u manutenzjoni ta' apparat refriġeranti;
“apparat awtonomu” tfisser apparat refriġeranti li ma jkunx apparat inkorporat;
“apparat inkorporat” tfisser apparat refriġeranti li jkun iddisinjat, ittestjat u kkummerċjalizzat b'mod esklussiv:
biex jiġi installat f'kabinett jew imdawwar (minn fuq, taħt u l-ġnub) b'pannelli; u
biex jitwaħħal sod mal-ġnub, fuq jew taħt ta' kabinett jew ma' pannelli; u
biex ikun mgħammar b'wiċċ integrali b'finitura tal-fabbrika jew b'pannell frontali magħmul għall-esiġenzi tal-individwu;
“garanzija” tfisser kwalunkwe impenn li jagħmel il-bejjiegħ bl-imnut jew il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat lill-konsumatur biex:
jiġi rimborżat il-prezz imħallas; jew
jissostitwixxi, isewwi jew jimmaniġġja apparat refriġeranti fi kwalunkwe mod jekk dan ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-reklamar rilevanti;
“klassi klimatika” tfisser il-medda ta' temperaturi ambjentali, kif stabbilita fil-punt 1(i) tal-Anness III, li l-apparati refriġeranti huma maħsuba li jintużaw fiha, u li għaliha t-temperaturi ta' ħżin meħtieġa speċifikati fit-Tabella 3 tal-Anness III jiġu ssodisfati b'mod simultanju fil-kompartimenti kollha;
“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser ġabra ta' data li tikkonċerna l-prodotti, li tkun irranġata b'mod sistematiku u li tikkonsisti minn parti pubblika orjentata lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni li tikkonċerna l-parametri tal-prodotti individwali tkun aċċessibbli b'mezzi elettroniċi, portal online għall-aċċessibbiltà u parti dwar il-konformità, b'rekwiżiti ta' aċċessibbiltà u ta' sigurtà speċifikati b'mod ċar, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“konsum tal-enerġija annwali” (AE) tfisser il-konsum tal-enerġija kuljum medju mmultiplikat bi 365 (jiem fis-sena), espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), kif ikkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness III;
“konsum tal-enerġija kuljum” (Edaily ) tfisser l-elettriku li jintuża minn apparat refriġeranti f'24 siegħa fil-kundizzjonijiet ta' referenza espress f'kilowatt-siegħa kull 24 siegħa (kWh/24 h), ikkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness III;
“distributur” tfisser apparat li jiddistribwixxi tagħbija mkessħa jew iffriżata minn apparat refriġeranti fuq xewqa tal-utent, bħal pereżempju distributuri tas-silġ jew distributuri tal-ilma mkessaħ;
“kompartiment b'temperatura varjabbli” tfisser kompartiment maħsub għall-użu bħala żewġ (jew aktar) tipi ta' kompartimenti alternattivi (pereżempju, kompartiment li jista' jservi bħala kompartiment għall-ikel frisk jew bħala kompartiment ta' freezer) u li jkun jista' jiġi ssettjat mill-utent biex iżomm il-medda tat-temperatura tat-tħaddim applikabbli b'mod kontinwu għal kull tip ta' kompartiment iddikjarat. Kompartiment li jkun maħsub għall-użu bħala tip ta' kompartiment singolu li jista' jissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet ta' ħżin ta' tipi ta' kompartimenti oħra (pereżempju, kompartiment chiller li jista' jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta' kompartiment 0-star) mhuwiex kompartiment b'temperatura varjabbli;
“netwerk” tfisser infrastruttura ta' komunikazzjoni b'topoloġija ta' konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjonijiet (protokolli);
“konsum tal-enerġija elettrika f'kundizzjonijiet stabbli” (Pss ) tfisser il-konsum tal-enerġija medju f'kundizzjonijiet stabbli, espress f'watts (W);
“konsum tal-enerġija inkrementali għad-defrost u għall-irkupru” (ΔΕd-f ) tfisser il-konsum tal-enerġija medju supplimentari għal funzjoni ta' defrost jew ta' rkupru, espress f'watt hour (Wh);
“defrost awtomatiku” tfisser funzjoni li permezz tagħha l-kompartimenti jiġu defrostjati mingħajr l-intervent tal-utent biex tinbeda t-tneħħija tal-akkumulazzjoni tas-silġ fil-konfigurazzjonijiet kollha tal-kontroll tat-temperatura jew biex jiġi stabbilit mill-ġdid it-tħaddim normali, fejn ir-rimi tal-ilma defrostjat isir b'mod awtomatiku;
“intervall ta' defrost” (td-f ) tfisser l-intervall medju rappreżentattiv, espress f'sigħat (h), ta' bejn il-ħin tal-attivazzjoni tal-ħiter tad-defrost u tal-attivazzjoni sussegwenti tiegħu, f'żewġ ċikli sussegwenti ta' defrost u ta' rkupru; jew jekk ma jkunx hemm ħiter tad-defrost, l-intervall ta' bejn il-ħin tad-diżattivazzjoni tal-kumpressur u tad-diżattivazzjoni sussegwenti tiegħu, f'żewġ ċikli sussegwenti ta' defrost u ta' rkupru;
“perjodu ta' defrost u ta' rkupru” tfisser il-perjodu minn meta jinbeda ċ-ċiklu ta' kontroll tad-defrost sakemm jerġgħu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet tat-tħaddim stabbli;
“tip ta' defrost” tfisser il-metodu li bih titneħħa l-akkumulazzjoni tas-silġ minn fuq l-evaporatur(i) ta' apparat refriġeranti; jiġifieri defrost awtomatiku jew defrost manwali;
“defrost manwali” tfisser li ma jkunx hemm defrost awtomatiku;
“fattur ta' tagħbija” (L) tfisser fattur li jqis it-tagħbija ta' tkessiħ supplimentari (aktar milli diġà antiċipata bl-ogħla temperatura ambjentali medja għall-ittestjar) dovuta għall-introduzzjoni ta' oġġetti tal-ikel sħan, bil-valuri kif stabbilit fil-punt 3(a) tal-Anness III;
“konsum tal-enerġija annwali standard” (SAE) tfisser il-konsum tal-enerġija annwali ta' referenza ta' apparat refriġeranti espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), kif ikkalkulat skont il-punt 4 tal-Anness III;
“parametru ta' kombinament” (C) tfisser parametru ta' mmudellar li jqis l-effett ta' sinerġija ta' meta tipi ta' kompartimenti differenti jkunu kkombinati f'apparat wieħed, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III;
“fattur ta' telf tas-sħana mill-bieba” (D) tfisser fattur ta' kumpens għal apparati kkombinati skont in-numru ta' kompartimenti b'temperaturi differenti jew in-numru ta' bibien esterni, liema minnhom ikun l-iżgħar u kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III. Għal dan il-fattur, “kompartiment” ma tirreferix għal subkompartiment;
“fattur tad-defrost” (Ac ) tfisser fattur ta' kumpens li jqis jekk l-apparat refriġeranti jkollux defrost awtomatiku jew defrost manwali, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III;
“fattur ta' apparat inkorporat” (Bc ) tfisser fattur ta' kumpens li jqis jekk l-apparat refriġeranti jkunx inkorporat jew awtonomu, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III;
“Mc” u “Nc” ifissru parametri ta' mmudellar li jqisu d-dipendenza tal-konsum tal-enerġija fuq il-volum, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III;
“parametru termodinamiku” (rc ) tfisser parametru ta' mmudellar li jikkoreġi l-konsum tal-enerġija annwali standard għal temperatura ambjentali ta' 24 °C, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III;
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tiġi pprovduta, iżda li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz mill-istess manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat bħala mudell ieħor b'identifikatur differenti tal-mudell;
“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' prodott minn mudelli oħrajn bl-istess trademark jew l-istess isem tal-fornitur;
“friġġ-freezer” tfisser apparat ikkombinat li jkollu mill-inqas kompartiment ta' freezer wieħed u mill-inqas kompartiment għall-ikel frisk wieħed;
“valuri ddikjarati” tfisser il-valuri pprovduti mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat għall-parametri tekniċi ddikjarati, ikkalkolati jew imkejla f’konformità mal-Artikolu 4, għall-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika:
Mill-1 ta’ Marzu 2021, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) tal-apparat refriġeranti ma għandux ikun ogħla mill-valuri kif stabbiliti fit-Tabella 1.
Tabella 1
EEI massimu għall-apparati refriġeranti, espress f’%
|
EEI |
apparat refriġeranti dedikat b’livell baxx ta’ storbju b’kompartiment(i) għall-ikel frisk |
375 |
apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju b’bibien trasparenti |
380 |
apparat refriġeranti ieħor b’livell baxx ta’ storbju, bl-eċċezzjoni ta’ apparati kkombinati b’kompartiment(i) tal-friża b’livell baxx ta’ storbju |
300 |
apparat għall-ħżin tal-inbid b’bibien trasparenti |
190 |
apparat ieħor għall-ħżin tal-inbid |
155 |
l-apparat refriġeranti l-ieħor kollu, bl-eċċezzjoni ta’ apparati kkombinati b’kompartiment(i) tal-friża b’livell baxx ta’ storbju |
125 |
Mill-1 ta’ Marzu 2024, l-EEI tal-apparat refriġeranti ma għandux ikun ogħla mill-valuri stabbiliti fit-Tabella 2.
Tabella 2
EEI massimu għall-apparati refriġeranti, espress f’%
|
EEI |
apparat refriġeranti dedikat b’livell baxx ta’ storbju b’kompartiment(i) għall-ikel frisk |
312 |
apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju b’bieba/bibien trasparenti |
300 |
apparat refriġeranti ieħor b’livell baxx ta’ storbju, bl-eċċezzjoni ta’ apparati kkombinati b’kompartiment(i) tal-friża b’livell baxx ta’ storbju |
250 |
apparat għall-ħżin tal-inbid b’bieba/bibien trasparenti |
172 |
apparat ieħor għall-ħżin tal-inbid |
140 |
l-apparat refriġeranti l-ieħor kollu, bl-eċċezzjoni ta’ apparati kkombinati b’kompartiment(i) tal-friża b’livell baxx ta’ storbju |
100 |
2. Rekwiżiti funzjonali:
Mill-1 Marzu 2021, l-apparat refriġeranti għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
Sa mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li tiġi attivata mill-utent aħħari skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, tal-importatur, jew tar-rappreżentant awtorizzat, kull funzjoni tal-iffriżar rapidu, jew kwalunkwe funzjoni simili li ssir possibbli bil-bdil fis-settings tat-temperatura f’kompartimenti ta’ friżer, għandha terġa’ lura awtomatikament għall-kundizzjonijiet normali preċedenti tal-ħżin.
Il-karatteristika settings tax-xitwa għandha tiġi attivata jew diżattivata b’mod awtomatiku skont il-ħtieġa li l-kompartiment(i) tal-friża jinżamm/u fit-temperatura t-tajba.
Kull kompartiment għandu jkun immarkat bis-simbolu ta’ identifikazzjoni xieraq. Għall-kompartimenti tal-ikel iffriżat dan għandu jkun in-numru ta’ stilel tal-kompartiment. Għall-kompartimenti tal-ikel imkessaħ u mhux iffriżat, dan għandu jkun indikazzjoni, magħżula mill-manifattur, l-importatur, jew ir-rappreżentant awtorizzat, tat-tip ta’ ikel għandu jinħażen fil-kompartiment.
Jekk l-apparat refriġeranti jkollu pannelli iżolanti bil-vakwu, l-apparat refriġeranti għandu jkun tikkettat bl-ittri “VIP” b’mod ċar u li jista’ jinqara.
Għal subkompartimenti 2-star jew żoni 2-star:
Għall-kompartimenti 4-star, il-ħin tal-iffriżar sabiex it-temperatura tat-tagħbija ħafifa tinġieb minn +25 għal -18 °C f’temperatura ambjentali ta’ 25 °C għandu jkun tali li l-kapaċità tal-iffriżar li tirriżulta tikkonforma mar-rekwiżit fil-punt 22 tal-Artikolu 2.
Sal-1 ta’ Marzu 2024, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2(a) u (b) ma għandhomx japplikaw għall-apparat kombinat b’termostat elettromekkaniku wieħed u b’kompressur wieħed li mhuwiex mgħammar b’konsol elettroniku.
3. Rekwiżiti tal-effiċjenza fir-riżorsi:
Mill-1 Marzu 2021, l-apparat refriġeranti għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
Disponibbiltà ta’ spare parts:
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ apparat refriġeranti għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas dawn l-ispare parts għas-sewwejja professjonali: termostati, sensers tat-temperatura, ċirkwiti stampati u sorsi ta’ dawl, għal perjodu minimu ta’ seba’ snin wara t-tqegħid tal-aħħar unità tal-mudell fis-suq;
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ apparat refriġeranti għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas dawn l-ispare parts għas-sewwejja professjonali u l-utenti aħħarin: pumi tal-bibien, ċpiepet tal-bibien, trejs u qfuf għal perjodu minimu ta’ seba’ snin, u gaskits tal-bibien għal perjodu minimu ta’ 10 snin wara t-tqegħid tal-aħħar unità tal-mudell fis-suq;
il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn l-ispare parts ikunu jistgħu jinbidlu bl-użu ta’ għodod faċilment disponibbli, u mingħajr ma ssir ħsara permanenti lill-apparat;
il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punt 1, u l-proċedura għall-ordni tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat, mhux aktar tard minn sentejn wara t-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell u sat-tmiem tal-perjodu ta’ disponibbiltà ta’ dawn l-ispare parts;
il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punt 2, u l-proċedura għall-ordni tagħhom u l-istruzzjonijiet għat-tiswija għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur fil-ħin tat-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell u sat-tmiem tal-perjodu ta’ disponibbiltà ta’ dawn l-ispare parts.
L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni:
Wara perjodu ta’ sentejn wara t-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell jew ta’ mudell ekwivalenti, u sa tmiem il-perjodu msemmi f’(a), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-apparat lis-sewwejja professjonali fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
is-sit web tal-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jindika l-proċess li jridu segwu s-sewwejja professjonali biex jirreġistraw għall-aċċess għall-informazzjoni; biex jaċċettaw tali talba, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu lis-sewwej professjonali juri li:
is-sewwej professjonali għandu l-kompetenza teknika biex isewwi l-apparat refriġeranti u li dan huwa konformi mar-regolamenti applikabbli għas-sewwejja tat-tagħmir elettriku fl-Istati Membri fejn jopera. Referenza għal sistema ta’ reġistrazzjoni uffiċjali bħala sewwej professjonali, fejn sistema bħal din tkun teżisti fl-Istati Membri kkonċernati, għandha tiġi aċċettata bħala prova ta’ konformità ma’ dan il-punt;
is-sewwej professjonali huwa kopert minn assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-attività tiegħu, irrispettivament minn jekk dan huwiex meħtieġ jew le mill-Istat Membru;
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-data tat-talba tas-sewwej professjonali;
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu ħlas raġonevoli u proporzjonat għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew biex jibgħatu aġġornamenti regolari. Ħlas jitqies raġonevoli jekk ma jiskoraġġixxix l-aċċess billi jonqos milli jqis il-punt safejn is-sewwej professjonali jagħmel użu mill-informazzjoni;
Ladarba jiġi rreġistrat, sewwej professjonali għandu jkollu aċċess, fi żmien jum wieħed tax-xogħol wara li jkun talabha, għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. L-informazzjoni disponibbli dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandha tinkludi:
Żmien massimu għall-konsenja tal-ispare parts:
matul il-perjodu msemmi fil-punt 3(a)(1) u l-punt 3(a)(2), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jiżgura l-konsenja tal-ispare parts għall-apparat refriġeranti fi żmien 15 jum tax-xogħol wara l-wasla tal-ordni;
fil-każ ta’ spare parts disponibbli biss għas-sewwejja professjonali, din id-disponibbiltà tista’ tkun limitata għas-sewwejja professjonali rreġistrati skont il-punt b.
Rekwiżiti għaż-żarmar għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-materjali filwaqt li jiġi evitat it-tniġġis:
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati refriġeranti jkunu ddisinjati b’tali mod li l-materjali u l-komponenti msemmija fl-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE jkunu jistgħu jiġu żarmati bl-użu ta’ għodod faċilment disponibbli;
il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fil-Punt 1 tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/19/UE.
4. Rekwiżiti ta’ informazzjoni:
Mill-1 ta’ Marzu 2021, il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, u s-sit web bla ħlas tal-manifatturi, tal-importaturi jew tar-rappreżentanti awtorizzati għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej:
l-għażla ta’ kxaxen, basktijiet u xkafef li jwasslu għall-aktar użu effiċjenti tal-enerġija minn dak l-apparat refriġeranti;
gwida ċara dwar fejn u kif għandhom jinħażnu l-prodotti tal-ikel f’apparat refriġeranti għall-aħjar preservazzjoni tul l-itwal perjodu, biex tiġi evitata l-ħela tal-ikel;
l-issettjar tat-temperaturi rrakkomandat f’kull kompartiment għall-preservazzjoni ottimali tal-ikel. Dawn is-settings m’għandhomx jikkontradixxu l-kundizzjonijiet tal-ħżin stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness III;
stima tal-impatt tal-issettjar tat-temperatura fuq il-ħela tal-ikel;
deskrizzjoni tal-effetti ta’ modi u funzjonijiet speċjali, u b’mod partikolari kif it-temperaturi jiġu affettwati f’kull kompartiment u għal kemm;
għall-apparat għall-ħżin tal-inbid: “dan l-apparat huwa ddisinjat għall-użu esklussiv tal-ħżin tal-inbid”. Dan ma għandux japplika għal apparat refriġeranti li ma jkunx iddisinjat speċifikament għall-ħżin tal-inbid iżda jista’ jintuża għal dan l-iskop, jew għal apparat refriġeranti li jkollu kompartiment għall-ħżin tal-inbid kombinat ma’ kwalunkwe tip ta’ kompartiment ieħor;
struzzjonijiet għall-installazzjoni korretta u għall-manutenzjoni korretta min-naħa tal-utent aħħari, inkluż it-tindif, tal-apparat refriġeranti;
għal apparat indipendenti: “dan l-apparat refriġeranti mhuwiex maħsub biex jintuża bħala apparat inkorporat”;
għal apparat mingħajr kompartiment 4-star: “dan l-apparat refriġeranti mhuwiex xieraq għall-iffriżar ta’ oġġetti tal-ikel”;
aċċess għat-tiswija professjonali, bħal siti web, indirizzi, dettalji ta’ kuntatt;
tagħrif rilevanti għall-ordni ta’ spare parts, direttament jew permezz ta’ kanali oħra pprovduti mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat;
il-perjodu minimu li matulu l-ispare parts, neċessarji għat-tiswija tal-apparat, ikunu disponibbli;
id-durata minima tal-garanzija tal-apparat refriġeranti offruta mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat;
għall-apparat refriġeranti bi klassi klimatika:
struzzjonijiet dwar kif tinstab l-informazzjoni dwar il-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti, kif definit fir-Regolament (UE) 2019/2016 permezz ta’ link elettronika li tirreferi għat-tagħrif dwar il-mudell kif irreġistrat fil-bażi tad-data tal-prodotti jew link elettronika li twassal għall-bażi tad-data tal-prodotti u għal informazzjoni dwar kif wieħed isib l-identifikatur tal-mudell fuq il-prodott.
ANNESS III
Metodi ta’ kejl u ta’ kalkolu
Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn taħt. In-numri ta’ referenza ta’ dawn l-istandards armonizzati ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:
Meta parametru jiġi ddikjarat skont l-Artikolu 4, il-valur iddikjarat tiegħu għandu jintuża mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat għall-kalkoli f’dan l-Anness.
1. Kundizzjonijiet ġenerali għall-ittestjar:
għall-apparati refriġeranti b’ħiters antikondensazzjoni li jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, il-ħiters antikondensazzjoni għandhom jinxtegħlu u — jekk ikunu aġġustabbli — jiġu ssettjati fuq it-tisħin massimu u inklużi fil-konsum tal-enerġija annwali (AE) bħala konsum tal-enerġija kuljum (Edaily );
għall-apparat refriġeranti b’ħiters antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali, il-ħiters antikondensazzjoni tal-elettriku b’kontroll ambjentali għandhom jintfew jew jiġu diżattivati, fejn possibbli, waqt il-kejl tal-konsum tal-enerġija;
għall-apparati refriġeranti b’distributuri li jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, id-distributuri għandhom jinxtegħlu waqt it-test tal-konsum tal-enerġija, iżda ma għandhomx jitħaddmu;
għall-kejl tal-konsum tal-enerġija, il-kompartimenti b’temperatura varjabbli għandhom ikunu qed jaħdmu bl-aktar temperatura baxxa li tista’ tiġi ssettjata mill-utent aħħari biex tinżamm il-medda tat-temperatura, kif stabbilit fit-Tabella 3, tat-tip ta’ kompartiment li jkollu l-aktar temperatura baxxa;
għall-apparati refriġeranti li jistgħu jiġu konnessi ma’ netwerk, il-modulu ta’ komunikazzjoni għandu jkun attivat iżda waqt it-test tal-konsum tal-enerġija mhux meħtieġ li jkun hemm xi tip speċifiku ta’ komunikazzjoni u/jew ta’ skambju ta’ data. Waqt it-test tal-konsum tal-enerġija jrid jiġi żgurat li l-unità tkun konnessa man-netwerk;
għall-prestazzjoni ta’ kompartimenti chillers:
għal kompartiment b’temperatura varjabbli kklassifikat bħala kompartiment għall-ikel frisk u/jew kompartiment chiller, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) għandu jiġi ddeterminat għal kull kundizzjoni ta’ temperatura u għandu jiġi applikat l-ogħla valur;
kompartiment chiller għandu jkun kapaċi jikkontrolla t-temperatura medja tiegħu f’medda speċifika mingħajr l-aġġustament tal-kontrolli tiegħu mill-utent aħħari; dan jista’ jiġi vverifikat waqt it-testijiet tal-konsum tal-enerġija f’temperatura ambjentali ta’ 16 °C u ta’ 32 °C;
għal kompartimenti b’volum aġġustabbli, meta l-volumi ta’ żewġ kompartimenti jkunu jistgħu jiġu aġġustati wieħed relattivament mal-ieħor mill-utent aħħari, il-konsum tal-enerġija u l-volum għandhom jiġu ttestjati meta l-volum tal-kompartiment bl-ogħla temperatura mira jkun aġġustat għall-volum minimu tiegħu;
il-kapaċità tal-iffriżar ta’ kompartiment tiġi kkalkolata bħala 24 darba tal-piż tat-tagħbija ħafifa, diviż bil-ħin tal-iffriżar sabiex it-temperatura tat-tagħbija ħafifa tinġieb minn +25 għal -18 °C f’temperatura ambjentali ta’ 25 °C espressa f’kg/24h u mqarrba sal-ewwel pożizzjoni deċimali;
biex jiġu ddeterminati l-klassijiet klimatiċi, l-akronimu għall-medda ta’ temperaturi ambjentali, jiġifieri SN, N, ST jew T:
il-klassi “temperatura estiża” (SN) għandha medda ta’ temperaturi ta’ minn 10 °C sa 32 °C;
il-klassi “temperatura moderata” (N) għandha medda ta’ temperaturi ta’ minn 16 °C sa 32 °C;
il-klassi “subtropikali” (ST) għandha medda ta’ temperaturi ta’ minn 16 °C sa 38 °C; u
il-klassi “tropikali” (T) għandha medda ta’ temperaturi ta’ minn 16 °C sa 43 °C;
il-piż tat-tagħbija ħafifa għal kull kompartiment 4-star għandu jkun:
2. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin u t-temperaturi mira għal kull tip ta’ kompartiment:
It-Tabella 3 tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-ħżin u t-temperatura mira għal kull tip ta’ kompartiment.
3. Determinazzjoni tal-AE:
Għall-apparati refriġeranti kollha, għajr għall-apparati refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju:
Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ ttestjar f’temperatura ambjentali ta’ bejn 16 °C u 32 °C.
Biex jiġi ddeterminat il-konsum tal-enerġija, it-temperaturi medji tal-arja f’kull kompartiment għandhom ikunu daqs jew inqas mit-temperaturi mira speċifikati fit-Tabella 3 għal kull tip ta’ kompartiment kif iddikjarati mill-manifattur, l-importatur, jew ir-rappreżentant awtorizzat. Valuri ogħla jew aktar baxxi mit-temperaturi mira jistgħu jintużaw biex jiġi stmat il-konsum tal-enerġija bit-temperatura mira għal kull kompartiment rilevanti permezz ta’ interpolazzjoni, fejn ikun xieraq.
Il-komponenti ewlenin tal-konsum tal-enerġija li jridu jiġu ddeterminati huma:
Tabella 3
Il-kundizzjonijiet tal-ħżin u t-temperatura mira għal kull tip ta’ kompartiment
Grupp |
Tip ta’ kompartiment |
Nota |
Kundizzjonijiet tal-ħżin |
Tc |
|
Tmin |
Tmax |
||||
Isem |
Isem |
nru. |
°C |
°C |
°C |
Kompartimenti mhux tal-friża |
Pantry |
+14 |
+20 |
+17 |
|
Għall-ħżin tal-inbid |
+5 |
+20 |
+12 |
||
Kantina |
+2 |
+14 |
+12 |
||
Għall-ikel frisk |
0 |
+8 |
+4 |
||
Kompartiment chiller |
Chiller |
-3 |
+3 |
+2 |
|
Kompartimenti tal-friża |
0-star u li fih isir is-silġ |
m.a. |
0 |
0 |
|
1-star |
m.a. |
-6 |
-6 |
||
2-star |
m.a. |
-12 |
-12 |
||
3-star |
m.a. |
-18 |
-18 |
||
freezer (4-star) |
m.a. |
-18 |
-18 |
||
(1)
Tmin u Tmax huma l-valuri medji mkejla fuq il-perjodu tat-test (medja fuq perjodu ta’ żmien u fuq sett ta’ sensuri).
(2)
Il-varjazzjoni medja tat-temperatura fuq il-perjodu tat-test għal kull sensur m’għandhiex tkun ta’ aktar minn ± 0,5 Kelvin (K). Waqt perjodu ta’ defrost u ta’ rkupru, il-medja tas-sensuri kollha mhix permessa titla’ aktar minn 1,5 K ogħla mill-valur medju tal-kompartiment.
(3)
Tmin u Tmax huma l-valuri istantanji ta’ waqt il-perjodu tat-test.
(4)
Tmax hija l-valur massimu mkejjel fuq il-perjodu tat-test (massimu fuq perjodu ta’ żmien u fuq sett ta’ sensuri).
(5)
Jekk il-kompartiment ikun tat-tip b’defrost awtomatiku, it-temperatura (definita bħala t-temperatura massima tas-sensuri kollha) mhix permessa titla’ aktar minn 3,0 K waqt il-perjodu ta’ defrost u ta’ rkupru.
(6)
Tmin u Tmax huma l-valuri medji mkejla fuq il-perjodu tat-test (medja fuq perjodu ta’ żmien għal kull sensur) u jiddefinixxu l-medda tat-temperatura tat-tħaddim massima permessa. m.a. = mhux applikabbli |
Għall-apparati refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju:
Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat kif previst fil-punt 3(a), iżda b’temperatura ambjentali ta’ 25 °C minflok ta’ 16 °C u ta’ 32 °C.
Edaily , espressa f’kWh/24 h u mqarrba sa tliet pożizzjonijiet deċimali għall-kalkolu tal-AE imbagħad hija kif ġej:
Edaily = E25
fejn E25 hija ET b’temperatura ambjentali ta’ 25 °C u tiġi derivata permezz ta’ interpolazzjoni tat-testijiet tal-enerġija bit-temperaturi mira stabbiliti fit-Tabella 3.
4. Determinazzjoni tal-konsum tal-enerġija annwali standard (SAE):
Għall-apparati refriġeranti kollha:
SAE, espress f’kWh/a u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali, jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn
;
Waqt it-twettiq tal-kalkoli ta’ hawn fuq, għall-kompartimenti b’temperatura varjabbli, jintgħażel it-tip ta’ kompartiment bl-aktar temperatura mira baxxa li jkun iddikjarat xieraq għaliha.
Parametri ta’ mmudellar għal kull tip ta’ kompartiment għall-kalkolu tal-SAE:
Il-parametri ta’ mmudellar huma stabbiliti fit-Tabella 4.
Tabella 4
Il-valuri tal-parametri ta’ mmudellar għal kull tip ta’ kompartiment
Tip ta’ kompartiment |
rc () |
Nc |
Mc |
C |
Pantry |
0,35 |
75 |
0,12 |
bejn 1,15 u 1,56 għal apparat kombinat b’kompartimenti () 3-star jew 4-star, 1,15 għal apparat kombinat ieħor, 1,00 għal apparati refriġeranti oħra |
Għall-ħżin tal-inbid |
0,60 |
|||
Kantina |
0,60 |
|||
Għall-ikel frisk |
1,00 |
|||
Chiller |
1,10 |
138 |
0,12 |
|
0-star u li fih isir is-silġ |
1,20 |
138 |
0,15 |
|
1-star |
1,50 |
|||
2-star |
1,80 |
|||
3-star |
2,10 |
|||
Freezer (4-star) |
2,10 |
|||
(1)
rc = (Ta-Tc)/20; b’Ta = 24 °C u Tc bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 3.
(2)
C għal apparat kombinat b’kompartimenti 3-star jew 4-star jiġi ddeterminat kif ġej: fejn frzf huwa l-volum Vfr tal-kompartiment 3-star jew 4-star bħala frazzjoni ta’ V b’frzf = Vfr/V: — jekk frzf ≤ 0,3 then C =1,3 + 0,87 × frzf; — jew jekk if 0,3 < frzf < 0,7 allura C =1,87 – 1,0275 × frzf; — inkella C =1,15 . |
Il-fatturi ta’ kumpens għal kull tip ta’ kompartiment għall-kalkolu tal-SAE:
Il-fatturi ta’ kumpens huma stabbiliti fit-Tabella 5.
Tabella 5
Il-valuri tal-fatturi ta’ kumpens għal kull tip ta’ kompartiment
Tip ta’ kompartiment |
Ac |
Bc |
D |
|||||
|
Defrost manwali |
Defrost awtomatiku |
Apparat awtonomu |
Apparat awtonomu |
≤ 2 () |
3 () |
4 () |
> 4 () |
Pantry |
1,00 |
1,00 |
1,02 |
1,00 |
1,02 |
1,035 |
1,05 |
|
Għall-ħżin tal-inbid |
||||||||
Kantina |
||||||||
Għall-ikel frisk |
||||||||
Chiller |
1,03 |
|||||||
0-star u li fih isir is-silġ |
1,00 |
1,10 |
1,05 |
|||||
1-star |
||||||||
2-star |
||||||||
3-star |
||||||||
Freezer (4-star) |
||||||||
(1)
numru ta’ bieben esterni jew ta’ kompartimenti, liema minnhom ikun l-iżgħar. |
5. Determinazzjoni tal-EEI:
EEI, espress bħala % u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali, huwa kkalkulat bħala:
EEI = AE/SAE.
ANNESS IV
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f’dan l-Anness għandhom x’jaqsmu biss mal-verifika mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-valuri ddikjarati u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawn il-valuri ħalli tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar b’xi mod.
Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.
►M1 ►C1 Bħala parti mill-verifika tal-konformità ◄ ◄ ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja għar-rekwiżiti msemmija fl-Anness II:
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.
Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:
il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-punt (g) tiegħu; u
il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, u kull informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott li jippubblikaw il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma jkunx fiha valuri aktar favorevoli għall-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat mill-valuri dikjarati; u
meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiċċekkjaw l-unità tal-mudell, huma jivverifikaw jekk il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikunx implimenta sistema li tikkonforma mar-rekwiżiti tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 6; u
meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiċċekkjaw l-unità tal-mudell, din tikkonforma mar-rekwiżit fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 6, mar-rekwiżiti funzjonali fil-punt 2 tal-Anness II, mar-rekwiżiti dwar l-effiċjenza fir-riżorsi fil-punt 3 tal-Anness II u mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-punt 4 tal-Anness II; kif ukoll
meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri ddeterminati (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi stabbiliti fit-Tabella 6.
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a), (b), (c) jew (d), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(e), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. B’mod alternattiv, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ mudell(i) ekwivalenti.
Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi stabbiliti fit-Tabella 6.
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punti 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara li tittieħed deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3, 6 jew it-tieni paragrafu ta’ dan l-Anness.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 6 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 6, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.
Tabella 6
Tolleranzi tal-verifika
Parametri |
Tolleranzi tal-verifika |
Il-volum totali u l-volum tal-kompartiment |
Il-valur iddeterminat () ma għandux ikun baxx aktar minn 3 % jew minn litru wieħed — jintuża l-ogħla valur — mill-valur dikjarat. |
Kapaċità tal-iffriżar |
Il-valur iddeterminat () ma għandux ikun aktar baxx mill-valur iddikjarat b’aktar minn 10 %. |
E32 |
Il-valur iddeterminat () ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’aktar minn 10 %. |
Konsum annwali tal-enerġija |
Il-valur iddeterminat () ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’aktar minn 10 %. |
L-umdità interna tal-apparat għall-ħżin tal-inbid (%) |
Il-valur iddeterminat () ma għandux ivarja mill-firxa dikjarata b’aktar minn 10 %. |
Emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja |
Il-valur iddeterminat () ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’aktar minn 2 dB(A) re 1 pW. |
Ħin sabiex togħla t-temperatura |
Il-valur iddeterminat () ma għandux ikun aktar baxx mill-valur iddikjarat b’aktar minn 15 %. |
(1)
fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif stabbilit fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali. |
ANNESS V
Parametri referenzjarji
Fiż-żmien id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-apparat refriġeranti f’termini tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) u tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja ġiet identifikata kif deskritt hawn taħt.
Iċ-ċifri li jidhru hawn taħt inkisbu permezz ta’ konverżjoni ssimplifikata mill-valuri EEI kif stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 643/2009. Iċ-ċifri fil-parentesi jindikaw il-valur tal-EEI kif stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 643/2009.
Apparati refriġeranti:
Apparat refriġeranti ddedikat għall-ikel frisk (“friġġ”):
Kbir: |
EEI = 57 % [18 %], |
V = 309 litru, |
AE = 70 kWh/a |
Għal fuq il-mejda: |
EEI = 63 % [22 %], |
V = 150 litru, |
AE = 71 kWh/a |
Apparat għall-ħżin tal-inbid:
Bieba esterna iżolata: |
EEI = 113 % [33 %], |
V = 499 litru, |
AE = 111 kWh/a |
Bieba trasparenti: |
EEI = 140 % [42 %], |
V = 435 litru, |
AE = 133 kWh/a |
Friġġ-freezer:
EEI = 59 % [18 %], |
V = 343 litru (223/27/93 litru għal ikel frisk/chill/freezer), |
AE = 146 kWh/a |
Freezer:
Wieqaf Żgħir: |
EEI = 52 % [20 %], |
V = 103 litru, |
AE = 95 kWh/a |
Wieqaf Daqs Medju: |
EEI = 63 % [22 %], |
V = 206 litru, |
AE = 137 kWh/a |
Chest: |
EEI = 55 % [22 %], |
V = 230 litru, |
AE = 116 kWh/a |
L-inqas storbju rrapportat (mill-mudelli kollha): 34-35 dB(A) re 1 pW
Apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju (apparat refriġeranti b’kompartiment kantina jew kompartiment pantry):
Bieba esterna iżolata: |
EEI = 233 % [73 %], |
V = 30 litru, |
AE = 182 kWh/a |
Bieba trasparenti: |
EEI = 330 % [102 %], |
V = 40 litru, |
AE = 255 kWh/a |
Apparat b’livell baxx ta’ storbju huwa rrapportat li jkollu emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja ta’ inqas minn 15 dB(A) re 1 pW skont l-istandards ta’ ttestjar attwali.
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Ara paġna 313 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).