This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R1996-20240404
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/1996 of 28 November 2019 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of certain prepared or preserved sweetcorn in kernels originating in the Kingdom of Thailand following an expiry review pursuant to Article 11(2) of Regulation (EU) 2016/1036
Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1996 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina mir-Renju tat-Tajlandja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1996 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina mir-Renju tat-Tajlandja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1996/2024-04-04
02019R1996 — MT — 04.04.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1996 tat-28 ta’ Novembru 2019 (ĠU L 310 2.12.2019, p. 6) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/967 tat-2 ta’ April 2024 |
L 967 |
1 |
3.4.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1996
tat-28 ta’ Novembru 2019
li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina mir-Renju tat-Tajlandja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036
Artikolu 1
Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
Kumpanija |
Dazju antidumping (%) |
Il-kodiċi TARIC addizzjonali |
Karn Corn Co Ltd., 68 Moo 7 Tambol Saentor, Thamaka, Kanchanaburi 711 30, it-Tajlandja |
3,1 |
A789 |
Kuiburi Fruit Canning Co., Ltd, 236 Krung Thon Muang Kaew Building, Sirindhorn Rd., Bangplad, Bangkok 10700, it-Tajlandja |
14,3 |
A890 |
Malee Sampran Public Co., Ltd Abico Bldg. 401/1 Phaholyothin Rd., Lumlookka, Pathumthani 12130, it-Tajlandja |
12,8 |
A790 |
River Kwai International Food Industry Co., Ltd, 99 Moo 1 Thanamtuen Khaupoon Road Kaengsian, Muang, Kanchanaburi 71000 it-Tajlandja |
12,8 |
A791 |
Sunsweet Public Company Limited, 9 M. 1, Sanpatong, Chiang Mai 50120, it-Tajlandja |
11,1 |
A792 |
Produtturi esportaturi li kkooperaw elenkati fl-Anness |
12,9 |
A793 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
14,3 |
A999 |
Artikolu 2
L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat sabiex jinkludi produttur esportatur ġdid u jattribwixxi lil dak il-produttur ir-rata tad-dazju antidumping medja ponderata applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw li ma ġewx inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali, fejn produttur esportatur ġdid fit-Tajlandja jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:
ma esportax il-prodott deskritt fil-paragrafu 1 lejn l-Unjoni fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2005 (il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali);
hu mhuwiex relatat ma’ xi esportatur jew produttur ieħor fit-Tajlandja li huwa soġġett għall-miżuri antidumping imposti b’dan ir-Regolament, u
hu effettivament esporta l-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni jew inkella daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Lista tal-produtturi esportaturi li jikkooperaw imsemmija fl-Artikolu 1(2) taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A793
Isem |
Indirizz |
Agro-On (Thailand) Co., Ltd. |
50/499-500 Moo 6 Baan Mai, Pakkret, Monthaburi 11120, it-Tajlandja |
B.N.H. Canning Co., Ltd. |
425/6-7 Sathorn Place Bldg., Klongtonnesai, Kongsan Bangkok 10600, it-Tajlandja |
Boonsith Enterprise Co., Ltd. |
7/4 M.2, Soi Chomthong 13, Chomthong Rd., Chomthong, Bangkok 10150, it-Tajlandja |
Erawan Food Public Company Limited |
Panjathani Tower 16th floor, 127/21 Nonsee Rd., Chongnonsee, Yannawa, Bangkok 10120, it-Tajlandja |
Great Oriental Food Products Co., Ltd. |
888/127 Panuch Village Soi Thanaphol 2, Samsen-Nok, Huaykwang, Bangkok 10310, it-Tajlandja |
Lampang Food Products Co., Ltd. |
22K Building, Soi Sukhumvit 35, Klongton Nua, Wattana, Bangkok 10110, it-Tajlandja |
O.V. International Import-Export Co., Ltd. |
121/320 Soi Ekachai 66/6, Bangborn, Bangkok 10500, it-Tajlandja |
Pan Inter Foods Co., Ltd. |
400 Sunphavuth Rd, Bangna, Bangkok 10260, it-Tajlandja |
Siam Food Products Public Co., Ltd. |
3195/14 Rama IV Road, Vibulthani Tower 1, 9th Fl., Klong Toey, Bangkok, 10110 it-Tajlandja |
Viriyah Food Processing Co., Ltd. |
100/48 Vongvanij B Bldg, 18th Fl, Praram 9 Rd., Huay Kwang, Bangkok 10310 it-Tajlandja |
Vita Food Factory (1989) Ltd. |
89 Arunammarin Rd., Banyikhan, Bangplad, Bangkok 10700, it-Tajlandja |