EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02019R0947-20190611

Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta' Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/947/2019-06-11

02019R0947 — MT — 11.06.2019 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/947

tal-24 ta' Mejju 2019

dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 152 11.6.2019, p. 45)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 255, 4.10.2019, p.  11 (2019/947)




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/947

tal-24 ta' Mejju 2019

dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-operazzjoni ta' sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord kif ukoll għall-persunal, inklużi l-piloti remoti u għall-organizzazzjonijiet involuti f'dawn l-operazzjonijiet.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet fir-Regolament (UE) 2018/1139.

Japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord” (UAS) tfisser inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u mingħajr it-tagħmir biex dan jiġi kkontrollat mill-bogħod;

(2) “operatur ta' sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord” (“operatur ta' UAS”) tfisser kull persuna ġuridika jew fiżika li topera jew li biħsiebha topera UAS waħda jew aktar;

(3) “ġemgħat ta' nies” tfisser ġemgħat minn fejn persuni ma jistgħux jitilqu minħabba d-densità tal-persuni preżenti;

(4) “żona ġeografika deżinjata għall-UAS” tfisser porzjon tal-ispazju tal-ajru stabbilit mill-awtorità kompetenti li tiffaċilita, tirrestrinġi jew teskludi l-operazzjonijiet tal-UAS sabiex jiġu indirizzati r-riskji fir-rigward tas-sikurezza, il-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali, is-sigurtà jew l-ambjent, li jirriżultaw minn operazzjonijiet b'UAS;

(5) “robustezza” tfisser il-karatteristika ta' miżuri ta' mitigazzjoni li tirriżulta mill-kombinazzjoni tal-benefiċċju tas-sikurezza pprovdut mill-miżuri ta' mitigazzjoni u l-livell ta' assigurazzjoni u ta' integrità li l-benefiċċju tas-sikurezza jkun inkiseb;

(6) “xenarju standard” tfisser tip ta' operazzjoni tal-UAS fil-kategorija “speċifika”, kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness, li għalih ġiet identifikata lista preċiża ta' miżuri ta' mitigazzjoni b'tali mod li l-awtorità kompetenti tista' tkun sodisfatta bid-dikjarazzjonijiet li fihom l-operaturi jiddikjaraw li huma se japplikaw il-miżuri ta' mitigazzjoni meta jeżegwixxu dan it-tip ta' operazzjoni;

(7) “operazzjoni fi ħdan il-linja viżwali tal-vista” (“VLOS”) tfisser tip ta' operazzjoni tal-UAS li fiha, il-pilota remot huwa kapaċi jżomm kuntatt viżwali kontinwu bla għajnuna mal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, li jippermetti lill-pilota remot jikkontrolla t-trajettorja tat-titjira tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fir-rigward ta' inġenji tal-ajru oħra, persuni u ostakli bil-għan li jiġu evitati kolliżjonijiet;

(8) “operazzjoni lil hinn mil-linja viżwali tal-vista” ('BVLOS') tfisser tip ta' operazzjoni tal-UAS li ma ssirx fil-VLOS;

(9) “ċertifikat ta' operatur ta' UAS ħafifa” (“LUC”) tfisser ċertifikat maħruġ lil operatur ta' UAS minn awtorità kompetenti kif stabbilit fil-Parti C tal-Anness;

(10) “klabb jew assoċjazzjoni ta' mudelli tal-inġenji tal-ajru” tfisser organizzazzjoni legalment stabbilita fi Stat Membru bl-iskop li twettaq titjiriet rikreattivi, spettakli fl-arja, attivitajiet sportivi jew kompetizzjonijiet bl-użu ta' UAS;

(11) “oġġetti perikolużi” tfisser oġġetti jew sustanzi, li jistgħu jippreżentaw periklu għas-saħħa, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent fil-każ ta' inċident jew aċċident, li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun qed iġorr bħala tagħbija utli, inkluż b'mod partikolari:

(a) splussivi (periklu li jisplodu kollha f'daqqa, periklu ta' blast projezzjoni, periklu ta' blast żgħira, periklu kbir ta' nar, aġenti detonattivi, splussivi estremament insensittivi);

(b) gassijiet (gass li jaqbad, gass li ma jaqbadx, gass velenuż, ossiġenu, perikolużi jekk jittieħdu man-nifs);

(c) likwidi li jaqbdu (likwidu li jaqbad; żejt kombustibbli, petrol);

(d) materjal solidu li jaqbad (materjal solidu li jaqbad, materjal solidu li jaqbad b'mod spontanju, ta' periklu meta jixxarrab);

(e) aġenti ossidanti u perossidi organiċi;

(f) sustanzi tossiċi u infettivi (velenu, perikolu bijoloġiku);

(g) sustanzi radjuattivi;

(h) sustanzi korrużivi;

(12) “tagħbija utli” tfisser strument, mekkaniżmu, tagħmir, part, apparat,suppliment jew aċċessorju, inkluż tagħmir ta' komunikazzjoni, installat ġewwa jew mehmuż mal-inġenju tal-ajru u li ma jintużax jew li mhuwiex maħsub biex jintuża fit-tħaddim jew fil-kontroll ta' inġenju tal-ajru waqt it-tajran, u li mhuwiex parti mill-qafas ta' inġenju tal-ajru, mill-magna, jew mill-iskrun;

(13) “identifikazzjoni diretta mill-bogħod” tfisser sistema li tiżgura t-trażmissjoni lokali ta' informazzjoni dwar inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jkun qiegħed jopera, inkluż l-immarkar tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, sabiex din l-informazzjoni tkun tista' tinkiseb mingħajr aċċess fiżiku għall-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(14) “modalità ta' insegwiment” tfisser modalità ta' tħaddim ta' UAS li fiha l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord isegwi kontinwament il-pilota mill-bogħod fi ħdan raġġ predeterminat;

(15) “ġeokonsapevolezza” tfisser funzjoni li, abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri, tindividwa ksur potenzjali tal-limitazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru u twissi lill-piloti mill-bogħod sabiex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni effettiva u immedjata biex jevitaw dak il-ksur;

(16) “UAS mibnija privatament” tfisser UAS immuntata jew manifatturata għall-użu proprju ta' min jibniha, eskluża UAS immuntata minn settijiet ta' partijiet imqiegħda fis-suq bħala kitt wieħed lest għall-immuntar;

(17) “operazzjoni awtonoma” tfisser operazzjoni li matulha inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jopera mingħajr il-possibbiltà ta' intervent mill-pilota remot;

(18) “persuni mhux involuti” tfisser persuni li mhumiex qed jipparteċipaw fl-operazzjoni b'UAS jew li mhumiex konxji mill-istruzzjonijiet u mill-prekawzjonijiet ta' sikurezza mogħtija mill-operatur tal-UAS;

(19) “tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta' prodott għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas;

(20) “introduzzjoni fis-suq” tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

(21) “żona ta' art ikkontrollata” tfisser iż-żona fl-art fejn l-UAS tiġi operata u li fiha l-operatur tal-UAS jista' jiżgura l-preżenza ta' persuni involuti biss;

(22) “massa massima waqt it-tlugħ” (“MTOM”) tfisser il-massa massima ta' Inġenju tal-Ajru mingħajr Bdot Abbord, inklużi t-tagħbija utli u l-fjuwil, kif definit mill-manifattur jew mill-kostruttur, li fiha l-Inġenju tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord jista' jitħaddem;

(23) “glider mingħajr bdot abbord” tfisser inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord sostnut waqt it-tajran mir-reazzjoni dinamika tal-arja kontra s-superfiċji fissi tal-irfigħ tiegħu, li t-tajran liberu tiegħu ma jiddependix fuq magna. Jista' jkun mgħammar b'magna biex tintuża f'każ ta' emerġenza.

Artikolu 3

Kategoriji ta' operazzjonijiet tal-UAS

L-operazzjonijiet tal-UAS għandhom isiru fil-kategorija “miftuħa”, “speċifika” jew dik “ċertifikata” kif definiti rispettivament fl-Artikoli 4, 5 u 6, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “miftuħa” ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi awtorizzazzjoni operattiva preċedenti, u lanqas għal xi dikjarazzjoni operattiva mill-operatur tal-UAS qabel isseħħ l-operazzjoni;

(b) Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “speċifika” jeħtieġu awtorizzazzjoni operattiva maħruġa mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 12 jew awtorizzazzjoni li tkun ingħatat skont l-Artikolu 16, jew, fiċ-ċirkostanzi definiti fl-Artikolu 5(5), dikjarazzjoni li għandha ssir minn operatur ta' UAS;

(c) Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “ċertifikata” jeħtieġu ċ-ċertifikazzjoni tal-UAS skont ir-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u ċ-ċertifikazzjoni tal-operatur u, fejn applikabbli, il-liċenzjar tal-pilota remot.

Artikolu 4

Kategorija “miftuħa” ta' operazzjonijiet tal-UAS

1.  Operazzjonijiet għandhom jiġu kklassifikati bħala operazzjonijiet ta' UAS fil-kategorija “miftuħa” biss meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) il-UAS tagħmel parti minn waħda mill-klassijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2019/945 jew tkun inbniet privatament jew tissodisfa l-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 20;

(b) l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 25 kg;

(c) il-pilota remot jiżgura li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jinżamm f'distanza sikura 'l bogħod minn nies u li ma jittajjarx fuq ġemgħat ta' nies;

(d) il-pilota remot iżomm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-VLOS f'kull ħin ħlief meta jittajjar fil-modalità ta' insegwiment jew meta jintuża osservatur ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord kif speċifikat fil-Parti A tal-Anness;

(e) matul it-titjira, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jinżamm f'għoli ta' 120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art, ħlief meta jittajjar fuq ostaklu, kif speċifikat fil-Parti A tal-Anness

(f) matul it-titjira, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jkunx qed iġorr oġġetti perikolużi u minnu ma jaqa' ebda materjal;

2.  Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “miftuħa” għandhom ikunu diviżi fi tliet sottokategoriji skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness.

Artikolu 5

Kategorija “speċifika” ta' operazzjonijiet tal-UAS

1.  Fejn wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 jew fil-Parti A tal-Anness ma jkunx issodisfat, operatur ta' UAS għandu jkun meħtieġ jikseb awtorizzazzjoni operattiva skont l-Artikolu 12 mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

2.  Meta jippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva skont l-Artikolu 12 lil awtorità kompetenti, l-operatur għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11 u jippreżentaha flimkien mal-applikazzjoni, inklużi l-miżuri ta' mitigazzjoni adegwati.

3.  Skont il-punt UAS.SPEC.040 stabbilit fil-Parti B tal-Anness, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ awtorizzazzjoni operattiva, jekk tqis li r-riskji operattivi huma mitigati b'mod adegwat skont l-Artikolu 12.

4.  L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika jekk l-awtorizzazzjoni operattiva tikkonċernax:

(a) l-approvazzjoni ta' operazzjoni unika jew ta' għadd ta' operazzjonijiet bil-ħin speċifikat jew bil-post(ijiet) speċifikat(i) jew bit-tnejn. L-awtorizzazzjoni operattiva għandha tinkludi l-lista preċiża ta' miżuri ta' mitigazzjoni assoċjati;

(b) l-approvazzjoni ta' LUC, skont il-parti C tal-Anness.

5.  Meta l-operatur ta' UAS jippreżenta dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni skont il-punt UAS.SPEC.020 kif stabbilit fil-Parti B tal-Anness għal operazzjoni li tikkonforma ma' xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 ta' dak l-Anness, l-operatur tal-UAS ma għandux ikun meħtieġ jikseb awtorizzazzjoni operattiva skont il-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu u għandha tapplika l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 12.

6.  M'hemmx bżonn ta' awtorizzazzjoni operattiva jew ta' dikjarazzjoni fil-każ ta':

(a) operaturi ta' UAS li għandhom LUC bi privileġġi xierqa skont il-punt UAS.LUC.060 tal-Anness;

(b) operazzjonijiet li jsiru fil-qafas ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 16.

Artikolu 6

Kategorija “ċertifikata” ta' operazzjonijiet tal-UAS

1.  Operazzjonijiet għandhom jiġu kklassifikati bħala operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “ċertifikata” biss meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) il-UAS hija ċertifikata skont il-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 40 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945; u

(b) l-operazzjoni ssir f'xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

i. fuq ġemgħat ta' nies;

ii. tinvolvi t-trasport ta' persuni;

iii. tinvolvi l-ġarr ta' merkanzija perikoluża, li tista' twassal għal riskju għoli għal partijiet terzi fil-każ ta' aċċident.

2.  Barra minn hekk, l-operazzjonijiet tal-UAS għandhom jiġu kklassifikati bħala operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “ċertifikata” meta l-awtorità kompetenti, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju prevista fl-Artikolu 11, tqis li r-riskju tal-operazzjoni ma jistax jiġi mmitigat b'mod adegwat mingħajr iċ-ċertifikazzjoni tal-UAS u tal-operatur tal-UAS u, fejn applikabbli, mingħajr il-liċenzjar tal-pilota remot.

Artikolu 7

Regoli u proċeduri għall-operazzjoni ta' UAS

1.  Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “miftuħa” għandhom jikkonformaw mal-limitazzjonijiet operattivi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness.

2.  Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “speċifika” għandhom jikkonformaw mal-limitazzjonijiet operattivi stabbiliti fl-awtorizzazzjoni operattiva kif imsemmi fl-Artikolu 12 jew fl-awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16, jew f'xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness kif dikjarat mill-operatur tal-UAS.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika meta l-operatur ta' UAS ikollu LUC bi privileġġi xierqa.

Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “speċifika” għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti operattivi applikabbli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 ( 1 ).

3.  Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “ċertifikata” għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti operattivi applikabbli stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 923/2012, (UE) Nru 965/2012 ( 2 ) u (UE) Nru 1332/2011 ( 3 ).

Artikolu 8

Regoli u proċeduri għall-kompetenza ta' piloti remoti

1.  Piloti remoti li joperaw UAS fil-kategorija “miftuħa” għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' kompetenza stabbiliti fil-Parti A tal-Anness.

2.  Piloti remoti li joperaw UAS fil-kategorija “speċifika” għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' kompetenza stabbiliti fl-awtorizzazzjoni operattiva mill-awtorità kompetenti jew fix-xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness jew kif definit mil-LUC u għandu jkollhom tal-anqas il-kompetenzi li ġejjin:

(a) il-kapaċità li japplikaw proċeduri operazzjonali (proċeduri normali, ta' kontinġenza u ta' emerġenza, ippjanar ta' titjiriet, spezzjonijiet qabel u wara t-titjira);

(b) il-kapaċità li jimmaniġġjaw komunikazzjoni ajrunawtika;

(c) jimmaniġġjaw it-trajettorja tat-titjira u l-awtomatizzazzjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(d) kapaċità ta' tmexxija, ta' ħidma f'tim u ta' awtoġestjoni;

(e) soluzzjoni ta' problemi u teħid ta' deċiżjonijiet;

(f) għarfien tas-sitwazzjoni;

(g) immaniġġjar tat-tagħbija tax-xogħol;

(h) koordinazzjoni jew handover, skont kif applikabbli.

3.  Piloti remoti li joperaw fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' kompetenza minima definiti fl-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 16.

Artikolu 9

Età minima għall-piloti remoti

1.  L-età minima għall-piloti remoti biex joperaw UAS fil-kategorija “miftuħa” u dik “speċifika” għandha tkun ta' 16-il sena.

2.  M'għandha tkun meħtieġa l-ebda età minima għall-piloti remoti:

(a) meta joperaw fis-sottokategorija A1 kif speċifikat fil-Parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament, b'UAS tal-Klassi C0 kif definit fil-Parti 1 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 li hija ġugarell fis-sens tad-Direttiva 2009/48/KE;

(b) għal UAS mibnija privatament b'massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 250 g;

(c) meta joperaw taħt is-superviżjoni diretta ta' pilota remot li jikkonforma mal-paragrafu 1 u mal-Artikolu 8.

3.  L-Istati Membri jistgħu jbaxxu l-età minima wara approċċ ibbażat fuq ir-riskju wara li jqisu r-riskji speċifiċi assoċjati mal-operazzjonijiet fit-territorju tagħhom:

(a) għal piloti remoti li ilhom sa 4 snin joperaw fil-kategorija “miftuħa”;

(b) għal piloti remoti li ilhom sa sentejn joperaw fil-kategorija “speċifika”.

4.  Meta Stat Membru jbaxxi l-età minima għall-piloti remoti, dawk il-piloti remoti għandhom jitħallew biss joperaw UAS fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

5.  L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu età minima differenti għall-piloti remoti li joperaw fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru fl-awtorizzazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 16.

Artikolu 10

Regoli u proċeduri għall-ajrunavigabbiltà ta' UAS

Sakemm UAS ma tkunx inbniet privatament, jew tintuża għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16, jew tissodisfa l-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 20, l-UAS li tintuża fl-operazzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi u mar-regoli u l-proċeduri għall-ajrunavigabbiltà definiti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2018/1139.

Artikolu 11

Regoli għat-twettiq ta' valutazzjoni tar-riskju operazzjonali

1.  Valutazzjoni tar-riskju operazzjonali għandha:

(a) tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-operazzjoni tal-UAS;

(b) tipproponi objettivi adegwati ta' sikurezza operazzjonali;

(c) tidentifika r-riskji tal-operazzjoni fuq l-art u fl-ajru billi tqis dawn kollha ta' hawn taħt:

i. sa liema punt l-attività tista' tipperikola lil partijiet terzi jew lil proprjetà fuq l-art;

ii. il-kumplessità, il-prestazzjoni u l-karatteristiċi operazzjonali tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord involut;

iii. l-iskop tat-titjira, it-tip ta' UAS, il-probabbiltà ta' kolliżjoni ma' inġenji tal-ajru oħra u l-klassi tal-ispazju tal-ajru użata;

iv. it-tip, l-iskala, u l-kumplessità tal-operazzjoni jew tal-attività tal-UAS, inkluż, fejn rilevanti, id-daqs u t-tip tat-traffiku mmaniġġjat mill-organizzazzjoni jew mill-persuna responsabbli;

v. sa liema punt il-persuni affettwati mir-riskji involuti fl-operazzjoni ta' UAS jistgħu jivvalutaw u jeżerċitaw kontroll fuq dawk ir-riskji.

(d) tidentifika firxa ta' miżuri possibbli għall-mitigazzjoni tar-riskji;

(e) tiddetermina l-livell ta' robustezza neċessarju tal-miżuri ta' mitigazzjoni magħżula b'tali mod li l-operazzjoni tista' titwettaq b'mod sikur.

2.  Id-deskrizzjoni tal-operazzjoni tal-UAS għandha tinkludi tal-anqas dawn li ġejjin:

(a) in-natura tal-attivitajiet imwettqa;

(b) l-ambjent operattiv u ż-żona ġeografika għall-operazzjoni prevista, b'mod partikolari l-popolazzjonijiet li fuqhom se tittajjar il-UAS, l-orografija, it-tipi ta' spazju tal-ajru, il-volum tal-ispazju tal-ajru fejn se sseħħ l-operazzjoni u x'volum tal-ispazju tal-ajru jinżamm bħala bafer tar-riskju meħtieġ għal proċeduri ta' kontinġenza, inklużi r-rekwiżiti operazzjonali għaż-żoni ġeografiċi;

(c) il-kumplessità tal-operazzjoni, b'mod partikolari x'ippjanar u x'eżekuzzjoni, x'kompetenzi tal-persunal, x'esperjenza u kompożizzjoni, u x'mezzi tekniċi meħtieġa huma ppjanati għat-twettiq tal-operazzjoni;

(d) il-karatteristiċi tekniċi tal-UAS, inkluża l-prestazzjoni tagħha fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-operazzjoni prevista u, fejn applikabbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tagħha;

(e) il-kompetenza tal-persunal fit-twettiq tal-operazzjoni inkluż il-kompożizzjoni, ir-rwol, ir-responsabbiltajiet, it-taħriġ u l-esperjenza reċenti tagħhom.

3.  Il-valutazzjoni għandha tipproponi livell ta' sikurezza fil-mira, li għandu jkun ekwivalenti għal-livell ta' sikurezza fl-avjazzjoni bi bdot abbord, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tal-operazzjoni tal-UAS.

4.  L-identifikazzjoni tar-riskji għandha tinkludi d-determinazzjoni tal-elementi kollha ta' hawn taħt:

(a) ir-riskju mhux mitigat tal-operazzjoni fuq l-art filwaqt li jitqies it-tip ta' operazzjoni u l-kundizzjonijiet li taħthom issir l-operazzjoni, inklużi tal-anqas il-kriterji li ġejjin:

i. il-VLOS jew il-BVLOS;

ii. id-densità tal-popolazzjoni taż-żoni li fuqhom jgħaddu t-titjiriet;

iii. it-tajran fuq ġemgħat ta' nies;

iv. il-karatteristiċi tad-dimensjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(b) ir-riskju mhux mitigat tal-operazzjoni fl-ajru filwaqt li jitqiesu dawn kollha ta' hawn taħt:

i. il-volum eżatt tal-ispazju tal-ajru fejn se ssir l-operazzjoni, estiż b'volum ta' spazju tal-ajru meħtieġ għal proċeduri ta' kontinġenza;

ii. il-klassi tal-ispazju tal-ajru;

iii. l-impatt fuq it-traffiku tal-ajru l-ieħor u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u b'mod partikolari:

 l-altitudni tal-operazzjoni;

 spazju tal-ajru kkontrollat kontra dak mhux ikkontrollat;

 ambjent ta' ajrudrom kontra dak mhux ta' ajrudrom;

 spazju tal-ajru fuq żoni urbani kontra fuq ambjenti rurali;

 separazzjoni minn traffiku ieħor.

5.  L-identifikazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni possibbli meħtieġa biex jiġi ssodisfat il-livell ta' sikurezza fil-mira propost għandha tqis il-possibbiltajiet li ġejjin:

(a) miżuri ta' konteniment għall-persuni fuq l-art;

(b) limitazzjonijiet operattivi strateġiċi għall-operazzjoni tal-UAS, b'mod partikolari:

i. restrizzjoni tal-volumi ġeografiċi fejn issir l-operazzjoni;

ii. restrizzjoni tat-tul jew tal-iskeda tal-ħin li fiha ssir l-operazzjoni;

(c) mitigazzjoni strateġika permezz ta' regoli komuni tat-tajran jew permezz ta' struttura u servizzi komuni tal-ispazju tal-ajru;

(d) il-kapaċità ta' mmaniġġjar ta' kundizzjonijiet operattivi avversi possibbli;

(e) fatturi organizzazzjonali bħalma huma proċeduri operattivi u ta' manutenzjoni speċifikati mill-operatur tal-UAS u l-proċeduri ta' manutenzjoni skont il-manwal għall-utent tal-manifattur;

(f) il-livell ta' kompetenza u ta' għarfien espert tal-persunal involut fir-rigward tas-sikurezza tat-titjira;

(g) ir-riskju ta' żball uman fl-applikazzjoni tal-proċeduri operazzjonali;

(h) il-karatteristiċi tad-disinn u l-prestazzjoni, tal-UAS b'mod partikolari:

i. id-disponibbiltà ta' mezzi biex jiġu mmitigati r-riskji ta' kolliżjoni;

ii. id-disponibbiltà ta' sistemi li jillimitaw l-enerġija waqt impatt jew il-fraġilità tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

iii. id-disinn tal-UAS skont standards rikonoxxuti u d-disinn sikur.

6.  Ir-robustezza tal-miżuri ta' mitigazzjoni proposti għandha tiġi vvalutata sabiex jiġi determinat jekk humiex proporzjonati għall-objettivi ta' sikurezza u għar-riskji tal-operazzjoni prevista, b'mod partikolari biex tiġi żgurata s-sikurezza f'kull stadju tal-operazzjoni.

Artikolu 12

L-awtorizzazzjoni ta' operazzjonijiet fil-kategorija “speċifika”

1.  L-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-valutazzjoni tar-riskju u r-robustezza tal-miżuri ta' mitigazzjoni proposti mill-operatur tal-UAS sabiex l-operazzjoni tal-UAS tinżamm sikura f'kull fażi tat-titjira.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni operattiva meta l-valutazzjoni tikkonkludi li:

(a) l-objettivi ta' sikurezza operazzjonali jqisu r-riskji tal-operazzjoni;

(b) il-kombinazzjoni ta' miżuri ta' mitigazzjoni li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet operattivi għat-twettiq tal-operazzjonijiet, il-kompetenza tal-persunal involut u l-karatteristiċi tekniċi tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, huma adegwati u robusti biżżejjed biex l-operazzjoni tinżamm sikura fid-dawl tar-riskji identifikati fl-art u fl-ajru;

(c) l-operatur tal-UAS ipprovda dikjarazzjoni li tikkonferma li l-operazzjoni hija konformi ma' kwalunkwe regola tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli li tirrigwardaha, b'mod partikolari, fir-rigward tal-privatezza, il-protezzjoni tad-data, ir-responsabbiltà, l-assigurazzjoni, is-sikurezza u l-ħarsien tal-ambjent.

3.  Meta jitqies li l-operazzjoni mhijiex sikura biżżejjed, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-applikant dwar dan, u tagħti r-raġunijiet tagħha għar-rifjut li toħroġ l-awtorizzazzjoni operattiva.

4.  L-awtorizzazzjoni operattiva mogħtija mill-awtorità kompetenti għandha tispeċifika:

(a) il-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni;

(b) il-kundizzjonijiet “speċifiċi” li għandhom japplikaw:

i. għall-operazzjoni tal-UAS u l-limitazzjonijiet operattivi;

ii. għall-kompetenza meħtieġa tal-operatur tal-UAS u, fejn applikabbli, tal-piloti remoti;

iii. għall-karatteristiċi tekniċi tal-UAS, inkluż iċ-ċertifikazzjoni tal-UAS, jekk applikabbli;

(c) l-informazzjoni li ġejja:

i. in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS u l-karatteristiċi tekniċi tal-UAS;

ii. referenza għall-valutazzjoni tar-riskju operazzjonali żviluppata mill-operatur tal-UAS;

iii. il-limiti operazzjonali u l-kundizzjonijiet tat-tħaddim;

iv. il-miżuri ta' mitigazzjoni li l-operatur tal-UAS għandu japplika;

v. il-post(ijiet) fejn l-operazzjoni hija awtorizzata ssir u kwalunkwe post ieħor fi Stat Membru skont l-Artikolu 13;

vi. id-dokumenti u r-rekords kollha rilevanti għat-tip ta' operazzjoni u t-tip ta' avvenimenti li għandhom jiġu rrapportati minbarra dawk definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).

5.  Mal-wasla tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti għandha:

(a) tivverifika li fiha l-elementi kollha stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-punt UAS.SPEC.020 tal-Anness;

(b) jekk dan huwa l-każ għandha, mingħajr dewmien żejjed, tibgħat konferma tal-wasla u tal-kompletezza lill-operatur tal-UAS sabiex dan ikun jista' jibda l-operazzjoni.

Artikolu 13

Operazzjonijiet transfruntiera jew operazzjonijiet barra mill-istat tar-reġistrazzjoni

1.  Meta operatur ta' UAS ikun biħsiebu jwettaq operazzjoni fil-kategorija “speċifika” li għaliha jkun diġà ngħata awtorizzazzjoni operattiva skont l-Artikolu 12, u li hija maħsuba sseħħ parzjalment jew kompletament fl-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, l-operatur tal-UAS għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun prevista sseħħ l-operazzjoni b'applikazzjoni li tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) kopja tal-awtorizzazzjoni operattiva li tkun ingħatat lill-operatur tal-UAS skont l-Artikolu 12; u

(b) il-post(ijiet) tal-operazzjoni prevista inklużi l-miżuri ta' mitigazzjoni aġġornati, jekk meħtieġ, sabiex jiġu indirizzati dawk ir-riskji identifikati fl-Artikolu 11(2)(b) li huma speċifiċi għall-karatteristiċi tal-ispazju tal-ajru, tat-terren u tal-popolazzjoni lokali u għall-kundizzjonijiet klimatiċi.

2.  Malli tirċievi l-applikazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun prevista ssir l-operazzjoni għandha tivvalutaha mingħajr dewmien żejjed u tibgħat konferma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni u lill-operatur tal-UAS li l-miżuri ta' mitigazzjoni aġġornati msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 huma sodisfaċenti għall-operazzjoni fil-post previst. Malli jirċievi dik il-konferma, l-operatur tal-UAS jista' jibda l-operazzjoni prevista u l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jiddokumenta l-miżuri ta' mitigazzjoni aġġornati li l-operatur tal-UAS għandu japplika fl-awtorizzazzjoni operattiva maħruġa skont l-Artikolu 12.

3.  Meta operatur ta' UAS ikun biħsiebu jwettaq operazzjoni fil-kategorija “speċifika” li għaliha tkun diġà saret dikjarazzjoni skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 5, u li hija maħsuba sseħħ parzjalment jew kompletament fl-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, l-operatur tal-UAS għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun prevista sseħħ l-operazzjoni b'kopja tad-dikjarazzjoni ppreżentata lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, kif ukoll kopja tal-konferma tal-wasla u tal-kompletezza.

Artikolu 14

Reġistrazzjoni ta' operaturi ta' UAS u ta' UAS ċertifikati

1.  L-Istati Membri għandhom iwaqqfu u jżommu sistemi ta' reġistrazzjoni akkurati għall-UAS li d-disinn tagħhom huwa soġġett għal ċertifikazzjoni u għall-operaturi ta' UAS li l-operazzjoni tagħhom tista' tippreżenta riskju għas-sikurezza, għas-sigurtà, għall-privatezza, u għall-protezzjoni tad-data personali jew tal-ambjent.

2.  Is-sistemi ta' reġistrazzjoni għall-operaturi ta' UAS għandhom jipprovdu l-oqsma għall-introduzzjoni u għall-iskambju tal-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem sħiħ u d-data tat-twelid fil-każ ta' persuni fiżiċi u l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni fil-każ ta' persuni ġuridiċi;

(b) l-indirizz tal-operaturi tal-UAS;

(c) l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefon tagħhom;

(d) numru ta' polza ta' assigurazzjoni għall-UAS jekk dan ikun meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali;

(e) il-konferma tad-dikjarazzjoni li ġejja mingħand persuni ġuridiċi: “Il-persunal kollu direttament involut fl-operazzjonijiet huwa kompetenti biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu, u l-UAS se tiġi operata biss minn piloti remoti b'livell xieraq ta' kompetenza”;

(f) l-awtorizzazzjonijiet operattivi u l-LUCs miżmuma u d-dikjarazzjonijiet segwiti minn konferma skont l-Artikolu 12(5)(b).

3.  Is-sistemi ta' reġistrazzjoni għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li d-disinn tagħhom huwa soġġett għal ċertifikazzjoni għandhom jipprovdu l-oqsma għall-introduzzjoni u għall-iskambju tal-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem tal-manifattur;

(b) id-deżinjazzjoni tal-manifattur tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(c) in-numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(d) l-isem sħiħ, l-indirizz, l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefon tal-persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord huwa reġistrat.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' reġistrazzjoni huma diġitali u interoperabbli u jippermettu l-aċċess reċiproku u l-iskambju ta' informazzjoni permezz tar-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2018/1139.

5.  l-operaturi tal-UAS għandhom jirreġistraw lilhom infushom:

(a) meta jkunu qed joperaw fil-kategorija “miftuħa” xi wieħed mill-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li ġejjin:

i. b'MTOM ta' aktar minn 250 g, jew, li fil-każ ta' impatt jista' jittrasferixxi lil bniedem, enerġija kinetika ta' aktar minn 80 Joules;

ii. li huwa mgħammar b'sensur li kapaċi jirreġistra d-data personali, sakemm ma jkunx konformi mad-Direttiva 2009/48/KE.

(b) meta jkunu qed joperaw inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ta' kwalunkwe massa fil-kategorija “speċifika”.

6.  L-operaturi tal-UAS għandhom jirreġistraw lilhom infushom fl-Istat Membru fejn ikollhom ir-residenza tagħhom fil-każ ta' persuni fiżiċi jew, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, fejn dawn ikollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom u jiżguraw li l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħhom hija akkurata. Operatur ta' UAS ma jistax ikun reġistrat f'aktar minn Stat Membru wieħed fl-istess ħin.

L-Istati Membri għandhom joħorġu numru ta' reġistrazzjoni diġitali uniku għall-operaturi ta' UAS u għall-UAS li jeħtieġu reġistrazzjoni, li jippermetti l-identifikazzjoni individwali tagħhom.

In-numru ta' reġistrazzjoni għall-operaturi ta' UAS għandu jiġi stabbilit abbażi ta' standards li jappoġġjaw l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' reġistrazzjoni;

7.  Is-sid ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li d-disinn tiegħu huwa soġġett għal ċertifikazzjoni għandu jirreġistra l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.

In-nazzjonalità u l-marka tar-reġistrazzjoni ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness 7 tal-ICAO. Inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jistax ikun reġistrat f'aktar minn Stat Membru wieħed fl-istess ħin.

8.  L-operaturi ta' UAS għandhom juru n-numru tar-reġistrazzjoni tagħhom fuq kull inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jissodisfa l-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 5.

Artikolu 15

Kundizzjonijiet operattivi għal żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS

1.  Meta jiddefinixxu żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS, għal raġunijiet ta' sikurezza, ta' sigurtà, ta' privatezza jew dawk ambjentali, l-Istati Membri jistgħu:

(a) jipprojbixxu ċerti operazzjonijiet b'UAS jew l-operazzjonijiet kollha, jitolbu kundizzjonijiet partikolari għal ċerti operazzjonijiet tal-UAS jew għall-operazzjonijiet kollha jew jitolbu awtorizzazzjoni operattiva minn qabel għal ċerti operazzjonijiet tal-UAS jew għall-operazzjonijiet kollha;

(b) jeżiġu li l-operazzjonijiet tal-UAS ikunu soġġetti għal standards ambjentali speċifikati;

(c) jippermettu l-aċċess biss għal ċerti klassijiet ta' UAS;

(d) jippermettu l-aċċess biss għal UAS mgħammra b'ċerti karatteristiċi tekniċi, b'mod partikolari sistemi ta' identifikazzjoni mill-bogħod jew sistemi ta' ġeokonsapevolezza.

2.  Fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtorità kompetenti, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw ċerti żoni ġeografiċi li fihom l-operazzjonijiet b'UAS ikunu eżenti minn rekwiżit wieħed jew aktar tal-kategorija “miftuħa”.

3.  Meta skont il-paragrafu 1 jew 2, l-Istati Membri jistabbilixxu żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS għall-finijiet ta' ġeokonsapevolezza, dawn għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar iż-żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS, inkluż il-perjodu ta' validità tagħhom, tkun pubblikament disponibbli f'format diġitali komuni uniku.

Artikolu 16

Operazzjonijiet tal-UAS fil-qafas ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru

1.  Fuq talba mingħand klabb jew assoċjazzjoni ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru, l-awtorità kompetenti tista' toħroġ awtorizzazzjoni għall-operazzjonijiet tal-UAS fil-qafas ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru.

2.  L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħareġ skont kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) ir-regoli nazzjonali rilevanti;

(b) il-proċeduri stabbiliti, l-istruttura organizzazzjonali u s-sistema ta' ġestjoni tal-klabb jew tal-assoċjazzjoni ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru, filwaqt li jiġi żgurat li:

i. piloti remoti li joperaw fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru jkunu infurmati dwar il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet definiti fl-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti;

ii. piloti remoti li joperaw fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru jiġu megħjuna jiksbu l-kompetenza minima meħtieġa biex joperaw l-UAS b'mod sikur u skont il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet definiti fl-awtorizzazzjoni;

iii. il-klabb jew l-assoċjazzjoni ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru tieħu azzjoni xierqa meta tiġi mgħarrfa li pilota remot li jopera fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru ma jirrispettax il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet definiti fl-awtorizzazzjoni, u, jekk meħtieġ, tgħarraf lill-awtorità kompetenti;

iv. fuq talba mill-awtorità kompetenti, il-klabb jew l-assoċjazzjoni ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru tipprovdi d-dokumentazzjoni meħtieġa għal skopijiet ta' sorveljanza u ta' monitoraġġ.

3.  L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom l-operazzjonijiet fil-qafas tal-klabbs jew tal-assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru jistgħu jitwettqu u għandha tkun limitata għat-territorju tal-Istat Membru li fih tkun inħarġet.

4.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-klabbs u l-assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru jirreġistraw lill-membri tagħhom fis-sistemi ta' reġistrazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 14 f'isimhom. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-membri ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru għandhom jirreġistraw lilhom infushom skont l-Artikolu 14.

Artikolu 17

Deżinjazzjoni tal-awtorità kompetenti

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar entità waħda jew aktar bħala l-awtorità kompetenti għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 18.

2.  Meta Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala awtorità kompetenti huwa għandu:

(a) jiddefinixxi b'mod ċar l-oqsma ta' kompetenza ta' kull awtorità kompetenti f'termini ta' responsabbiltajiet;

(b) jistabbilixxi mekkaniżmu xieraq ta' koordinazzjoni bejn dawk l-entitajiet biex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tal-organizzazzjonijiet u tal-persuni kollha soġġetti għal dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Kompiti tal-awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli għal dawn li ġejjin:

(a) l-infurzar ta' dan ir-Regolament;

(b) il-ħruġ, is-sospensjoni jew ir-revoka ta' ċertifikati ta' operaturi ta' UAS u ta' liċenzji ta' piloti remoti li joperaw operazzjonijiet b'UAS fil-kategorija “ċertifikata”;

(c) il-ħruġ ta' prova tal-ikkompletar ta' eżami dwar l-għarfien teoretiku lill-piloti remoti skont il-punti UAS.OPEN.020 u UAS.OPEN.040 tal-Anness u l-ħruġ, l-emendar, is-sospensjoni, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta' ċertifikati ta' kompetenza ta' piloti remoti skont il-punt UAS.OPEN.030 tal-Anness;

(d) il-ħruġ, l-emendar, is-sospensjoni, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta' awtorizzazzjonijiet operattivi u ta' LUCs u l-verifika tal-kompletezza tad-dikjarazzjonijiet, li huma meħtieġa għat-twettiq ta' operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “speċifika”;

(e) iż-żamma ta' dokumenti, ta' rekords u ta' rapporti dwar l-awtorizzazzjonijiet operattivi ta' UAS, id-dikjarazzjonijiet, iċ-ċertifikati ta' kompetenza tal-piloti remoti u l-LUCs;

(f) it-tqegħid għad-dispożizzjoni f'format diġitali uniku komuni l-informazzjoni dwar iż-żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS identifikati mill-Istati Membri u stabbiliti fl-ispazju tal-ajru nazzjonali tal-Istat tiegħu;

(g) il-ħruġ ta' konferma tal-wasla u tal-kompletezza skont l-Artikolu 12(5)(b) jew ta' konferma skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 13;

(h) l-iżvilupp ta' sistema ta' sorveljanza bbażata fuq ir-riskju għal:

i. operaturi tal-UAS li ssottomettew dikjarazzjoni jew li għandhom awtorizzazzjoni operattiva jew LUC;

ii. klabbs u assoċjazzjonijiet tal-mudelli tal-inġenji tal-ajru li għandhom awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16;

(i) fil-każ ta' operazzjonijiet minbarra dawk fil-kategorija “miftuħa”, l-istabbiliment ta' pjan ta' awditjar abbażi tal-profil tar-riskju, il-livell ta' konformità u l-prestazzjoni ta' sikurezza tal-operaturi ta' UAS li jkunu ssottomettew dikjarazzjoni, jew li għandhom ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti;

(j) fil-każ ta' operazzjonijiet minbarra dawk fil-kategorija “miftuħa”, it-twettiq ta' spezzjonijiet fir-rigward ta' operaturi ta' UAS li ssottomettew dikjarazzjoni jew li għandhom ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti li spezzjonat il-UAS u l-iżgurar li l-operaturi ta' UAS u l-piloti remoti jikkonformaw ma' dan ir-Regolament;

(k) l-implimentazzjoni ta' sistema għall-individwazzjoni u għall-eżami ta' inċidenti ta' nuqqas ta' konformità mill-operaturi ta' UAS li joperaw fil-kategorija “miftuħa” jew dik “speċifika” u rapportati skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 19;

(l) l-għoti ta' informazzjoni u gwida lill-operaturi ta' UAS li jippromwovu s-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-UAS;

(m) l-istabbiliment u ż-żamma ta' sistemi ta' reġistrazzjoni għall-UAS li d-disinn tagħhom huwa soġġett għal ċertifikazzjoni u għall-operaturi ta' UAS li l-operazzjoni tagħhom tista' tippreżenta riskju għas-sikurezza, għas-sigurtà, għall-privatezza, u għall-protezzjoni tad-data personali jew tal-ambjent.

Artikolu 19

Informazzjoni dwar is-sikurezza

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza u l-kontroll tas-suq imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 għandhom jikkooperaw dwar kwistjonijiet ta' sikurezza u jistabbilixxu proċeduri għall-iskambju effiċjenti ta' informazzjoni dwar is-sikurezza.

2.   ►C1  Kull operatur ta’ UAS għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti kwalunkwe okkorrenza relatata mas-sikurezza u jiskambja l-informazzjoni dwar il-UAS tiegħu f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 376/2014. ◄

3.  L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru, janalizzaw u jippubblikaw l-informazzjoni dwar is-sikurezza li tikkonċerna operazzjonijiet tal-UAS fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu.

4.   ►C1  Malli jirċievu xi informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 jew 3, l-Aġenzija u l-awtorità kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni ta’ sikurezza abbażi tal-aħjar evidenza u analiżi disponibbli, filwaqt li jqisu l-interdipendenzi bejn l-oqsma differenti tas-sikurezza fl-avjazzjoni, u bejn is-sikurezza fl-avjazzjoni, iċ-ċibersigurtà u oqsma tekniċi oħra tar-regolamentazzjoni tal-avjazzjoni. ◄

5.  Meta l-awtorità kompetenti jew l-Aġenzija tieħu miżuri skont il-paragrafu 4, għandha tinnotifika minnufih lill-partijiet interessati u lill-organizzazzjonijiet rilevanti kollha li huma meħtieġa jikkonformaw ma' dawk il-miżuri skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet partikolari dwar l-użu ta' ċerti UAS fil-kategorija “miftuħa”

►C1  Tipi ta’ UAS fis-sens tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament u tal-Kunsill ( 5 ), li ma jikkonformawx mar-Regolament (UE) 2019/945 u li mhumiex mibnija privatament, jistgħu jibqgħu jiġu operati skont il-kundizzjonijiet li ġejjin, meta dawn ikunu tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2022: ◄

(a) fis-sottokategorija A1 kif definit fil-Parti A tal-Anness, sakemm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 250 g, inkluża t-tagħbija utli tiegħu;

(b) fis-sottokategorija A3 kif definit fil-Parti A tal-Anness, sakemm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 25 kg, inkluż il-fjuwil u t-tagħbija utli tiegħu.

Artikolu 21

Adattament ta' awtorizzazzjonijiet, ta' dikjarazzjonijiet u ta' ċertifikati

1.  Awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-operaturi ta' UAS, ċertifikati ta' kompetenza ta' piloti remoti u dikjarazzjonijiet magħmula minn operaturi ta' UAS jew dokumentazzjoni ekwivalenti, maħruġa abbażi tal-liġi nazzjonali, għandhom jibqgħu validi sal-1 ta' Lulju 2021.

2.  Sal-1 ta' Lulju 2021 l-Istati Membri għandhom jikkonvertu ċ-ċertifikati eżistenti tagħhom tal-kompetenza tal-piloti remoti u l-awtorizzazzjonijiet jew id-dikjarazzjonijiet tal-operaturi tal-UAS tagħhom, jew dokumentazzjoni ekwivalenti, inklużi dawk maħruġa sa dik id-data, skont dan ir-Regolament.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, l-operazzjonijiet b'UAS imwettqa fil-qafas ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru għandhom jitħallew ikomplu skont ir-regoli nazzjonali rilevanti u mingħajr awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 16 sal-1 ta' Lulju 2022.

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, l-użu ta' UAS fil-kategorija “miftuħa” li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Partijiet 1 sa 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 għandu jkun permess għal perjodu tranżitorju ta' sentejn li jibda jiddekorri sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord b'massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 500 g jiġu operati skont ir-rekwiżiti operazzjonali stabbiliti fil-punt UAS.OPEN.020(1) tal-Parti A tal-Anness minn pilota remot b'livell ta' kompetenza definit mill-Istat Membru kkonċernat;

(b) inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord b'massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 2 kg jiġi operat billi tinżamm distanza orizzontali minima ta' 50 metru min-nies u l-piloti remoti għandhom livell ta' kompetenza tal-anqas ekwivalenti għal dak stabbilit fil-punt UAS.OPEN.030(2) tal-Parti A tal-Anness;

(c) inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord b'massa massima waqt it-tlugħ ta' aktar minn 2 kg u ta' inqas minn 25 kg jiġi operat skont ir-rekwiżiti operazzjonali stabbiliti fil-punt UAS.OPEN.040(1) u (2) u l-piloti remoti għandhom livell ta' kompetenza tal-anqas ekwivalenti għal dak stabbilit fil-punt UAS.OPEN.020(4)(b) tal-Parti A tal-Anness.

Artikolu 23

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2020.

2.  Il-Paragrafu 5 tal-Artikolu 5 għandu japplika mid-data li fiha jiġi emendat l-Appendiċi 1 tal-Anness sabiex ikun fih ix-xenarji standard applikabbli. L-Istati Membri jistgħu, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 5 jaċċettaw dikjarazzjonijiet minn operaturi ta' UAS ibbażati fuq xenarji standard nazzjonali, jekk dawk ix-xenarji jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt UAS.SPEC.020 tal-Anness sakemm dan ir-Regolament jiġi emendat biex jinkludi x-xenarju standard fl-Appendiċi 1 tal-Anness.

3.  Il-Paragrafu 3 tal-Artikolu 15 għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “MIFTUĦA” U F'DIK “SPEĊIFIKA”

PARTI A

OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “MIFTUĦA”

UAS.OPEN.010 Dispożizzjonijiet ġenerali

(1) Il-kategorija ta' operazzjonijiet tal-UAS “miftuħa” hija maqsuma fi tliet sottokategoriji A1, A2 u A3, abbażi tal-limitazzjonijiet operazzjonali, ir-rekwiżiti għall-pilota remot u r-rekwiżiti tekniċi għall-UAS.

(2) Meta l-operazzjoni tal-UAS tinvolvi t-tajran tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jibda minn elevazzjoni naturali fuq it-terren jew fuq terren b'elevazzjonijiet naturali, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu jinżamm f'medda ta' 120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art. Il-kejl tad-distanzi għandu jiġi adattat skont il-karatteristiċi ġeografiċi tat-terren, bħal pereżempju pjanuri, għoljiet, muntanji.

(3) Meta inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jittajjar f'distanza orizzontali ta' 50 metru minn ostakolu artifiċjali itwal minn 105 metri, fuq talba tal-entità responsabbli għall-ostaklu l-għoli massimu tal-operazzjoni tal-UAS jista' jiżdied sa 15-il metru 'l fuq mill-għoli tal-ostaklu.

(4) Permezz ta' deroga mill-punt (2), gliders mingħajr bdot abbord b'MTOM, inkluża t-tagħbija utli, ta' inqas minn 10 kg, jistgħu jittajru f'distanza ta' aktar minn 120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art, sakemm il-glider mingħajr bdot abbord fl-ebda ħin ma jittajjar f'għoli ta' aktar minn 120 metru 'l fuq mill-pilota remot.

UAS.OPEN.020 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A1

Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) fil-każ ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmija fil-punt (5)(d), isiru b'tali mod li l-pilota remot tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jtajjarx l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fuq ġemgħat ta' nies u raġonevolment jistenna li t-titjira ma tgħaddix minn fuq persuni mhux involuti. Fil-każ li aċċidentalment it-titjira tgħaddi minn fuq persuni mhux involuti, il-pilota remot għandu jnaqqas kemm jista' jkun il-ħin li matulu l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord itir fuq dawk il-persuni;

(2) fil-każ ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmi fil-punti (5)(a), (5)(b) u (5)(c), għandhom isiru b'tali mod li l-pilota remot jista' jtajjar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fuq persuni mhux involuti iżda qatt ma għandu jtajru fuq ġemgħat ta' nies;

(3) permezz ta' deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 4, għandhom isiru meta l-modalità ta' insegwiment tkun attiva, sa distanza ta' 50 metru mill-pilota remot;

(4) isiru minn pilota remot:

(a) li huwa familjari mal-manwal għall-utent ipprovdut mill-manifattur tal-UAS;

(b) fil-każ ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord tal-klassi C1, kif definit fil-Parti 2 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, li jkun temm kors ta' taħriġ online u wara dan ikun għadda minn eżami tal-għarfien teoretiku online pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS. L-eżami għandu jkun fih 40 mistoqsija b'għażla multipla mqassma kif xieraq bejn it-temi li ġejjin:

i. is-sikurezza fl-ajru;

ii. ir-restrizzjonijiet tal-ispazju tal-ajru;

iii. ir-regolamenti dwar l-avjazzjoni;

iv. il-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-bniedem;

v. il-proċeduri operazzjonali;

vi. għarfien ġenerali dwar il-UAS;

vii. il-privatezza u l-protezzjoni tad-data;

viii. l-assigurazzjoni;

ix. is-sigurtà.

(5) isiru b'inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord:

(a) b'MTOM, inkluża t-tagħbija utli, ta' inqas minn 250 g u b'veloċità operattiva massima ta' inqas minn 19 m/s, fil-każ ta' UAS mibnija privatament; jew

(b) li jissodisfa r-rekwiżiti definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 20;

(c) li huwa mmarkat bħala tal-klassi C0 u jissodisfa r-rekwiżiti ta' dik il-klassi, kif definit fil-Parti 1 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945; jew

(d) li huwa mmarkat bħala tal-klassi C1 u jissodisfa r-rekwiżiti ta' dik il-klassi, kif definit fil-Parti 2 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u li huwa operat b'sistemi attivi u aġġornati ta' identifikazzjoni remota diretta u ta' ġeokonsapevolezza.

UAS.OPEN.030 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A2

Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A2 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) isiru b'tali mod li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jittajjarx fuq persuni mhux involuti u l-operazzjonijiet tal-UAS isiru f'distanza orizzontali sikura ta' mill-inqas 30 metru minnhom; il-pilota remot jista' jnaqqas id-distanza tas-sikurezza orizzontali sa minimu ta' 5 metri minn persuni mhux involuti meta jkun qed jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord b'funzjoni attivata fil-modalità ta' veloċità baxxa u wara valutazzjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward ta':

(a) il-kundizzjonijiet tat-temp,

(b) il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord,

(c) is-segregazzjoni taż-żona li fuqha se tgħaddi t-titjira.

(2) isiru minn pilota remot li huwa familjari mal-manwal għall-utent ipprovdut mill-manifattur tal-UAS u li għandu ċertifikat ta' kompetenza ta' pilota remot maħruġ mill-awtorità kompetenti jew minn entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS. Dan iċ-ċertifikat għandu jinkiseb wara li jkun issodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin u fl-ordni indikata:

(a) temm kors ta' taħriġ online u għadda mill-eżami tal-għarfien teoretiku online kif imsemmi fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020;

(b) temm taħriġ ta' awtoprattika fil-kundizzjonijiet operattivi tas-sottokategorija A3 stabbiliti fil-punti (1) u (2) tal-punt UAS.OPEN.040;

(c) iddikjara li temm it-taħriġ ta' awtoprattika definit fil-punt (b) u għadda minn eżami addizzjonali tal-għarfien teoretiku pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS. L-eżami għandu jkun fih tal-anqas 30 mistoqsija b'għażliet multipli bil-għan li jiġi vvalutat l-għarfien tal-pilota remot dwar il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi tar-riskju fuq l-art, imqassma kif xieraq bejn it-temi li ġejjin:

i. il-meteoroloġija;

ii. il-prestazzjoni tat-tajran tal-UAS;

iii. il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi tar-riskju fuq l-art.

(3) isiru b'inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li huwa mmarkat bħala tal-klassi C2 u li jissodisfa r-rekwiżiti ta' dik il-klassi, kif definit fil-Parti 3 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, u huwa operat b'sistemi attivi u aġġornati ta' identifikazzjoni remota diretta u ta' ġeokonsapevolezza.

UAS.OPEN.040 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A3

Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A3 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) isiru f'żona fejn il-pilota remot raġonevolment jistenna li l-ebda persuna mhux involuta mhi se titqiegħed f'periklu fil-medda fejn l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord se jittajjar tul il-ħin kollu tal-operazzjoni tal-UAS;

(2) isiru f'distanza sikura orizzontali ta' mill-inqas 150 metru minn żoni residenzjali, kummerċjali, industrijali jew ta' rikreazzjoni;

(3) isiru minn pilota remot li jkun temm kors ta' taħriġ online u għadda minn eżami tal-għarfien teoretiku online kif definit fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020;

(4) isiru b'inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord:

(a) b'MTOM, inkluża t-tagħbija utli, ta' inqas minn 25 kg, fil-każ ta' UAS mibnija privatament, jew

(b) li jissodisfa r-rekwiżiti definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 20;

(c) li huwa mmarkat bħala tal-klassi C2 u jissodisfa r-rekwiżiti ta' dik il-klassi, kif definit fil-Parti 3 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u huwa operat b'sistemi attivi u aġġornati ta' identifikazzjoni remota diretta u ta' ġeokonsapevolezza jew;

(d) li huwa mmarkat bħala tal-klassi C3 u jissodisfa r-rekwiżiti ta' dik il-klassi, kif definit fil-Parti 4 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u huwa operat b'sistemi attivi u aġġornati ta' identifikazzjoni remota diretta u ta' ġeokonsapevolezza; jew

(e) li huwa mmarkat bħala tal-klassi C4 u jissodisfa r-rekwiżiti ta' dik il-klassi, kif definit fil-Parti 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945.

UAS.OPEN.050 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS

L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) jiżviluppa proċeduri operazzjonali adattati għat-tip ta' operazzjoni u għar-riskju involut;

(2) jiżgura li l-operazzjonijiet kollha effettivament jużaw u jsostnu l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju sabiex jiġu evitati interferenzi li jagħmlu ħsara;

(3) jaħtar pilota remot għal kull operazzjoni tal-UAS;

(4) jiżgura li l-piloti remoti u kull persunal ieħor li jwettaq kompitu b'appoġġ għall-operazzjonijiet huma familjari mal-manwal għall-utent ipprovdut mill-manifattur tal-UAS, u:

(a) ikollhom kompetenza xierqa fis-sottokategorija tal-operazzjonijiet tal-UAS previsti skont il-punti UAS.OPEN.020, UAS.OPEN.030 jew UAS.OPEN.040 biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom jew, fil-każ ta' persunal ieħor minbarra l-pilota remot, ikun temm kors ta' taħriġ fuq il-post tax-xogħol żviluppat mill-operatur;

(b) huma familjari sew mal-proċeduri tal-operatur ta' UAS;

(c) ingħataw l-informazzjoni rilevanti għall-operazzjoni tal-UAS prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika ppubblikata mill-Istat Membru fejn se ssir l-operazzjoni skont l-Artikolu 15;

(5) jaġġorna l-informazzjoni fis-sistema ta' ġeokonsapevolezza meta applikabbli skont il-post tal-operazzjoni previst;

(6) fil-każ ta' operazzjoni b'inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jagħmel parti minn waħda mill-klassijiet definiti fil-Parti 1 sa 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, jiżgura li l-UAS hija:

(a) akkumpanjata mid-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE korrispondenti, inkluż ir-referenza għall-klassi xierqa; u

(b) l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord iġorr fuqu t-tikketta ta' identifikazzjoni tal-klassi relatata.

(7) Fil-każ ta' operazzjoni tal-UAS fis-sottokategorija A2 jew A3, jiżgura li l-persuni kollha involuti li huma preżenti fiż-żona tal-operazzjoni ġew infurmati dwar ir-riskji u qablu b'mod espliċitu li jipparteċipaw.

UAS.OPEN.060 Responsabbiltajiet tal-pilota remot

(1) Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS, il-pilota remot għandu:

(a) ikollu l-kompetenza xierqa fis-sottokategorija tal-operazzjonijiet tal-UAS previsti skont il-punti UAS.OPEN.020, UAS.OPEN.030 jew UAS.OPEN.040 biex iwettaq il-kompiti tiegħu u jwettaq prova ta' kompetenza waqt li jopera l-UAS, ħlief meta jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmi fil-punti (5)(a), (5)(b) jew (5)(c) tal-punt UAS.OPEN.020;

(b) jikseb informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni tal-UAS prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika ppubblikata mill-Istat Membru fejn se ssir l-operazzjoni skont l-Artikolu 15;

(c) josserva l-ambjent operattiv, jiċċekkja għall-preżenza ta' ostakoli u, sakemm ma jkunx qed jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fis-sottokategorija A1 imsemmi fil-punti (5)(a), (5)(b) jew (5)(c) tal-punt UAS.OPEN.020, jiċċekkja għall-preżenza ta' xi persuni mhux involuti;

(d) jiżgura li l-UAS hija f'kundizzjoni sabiex it-titjira kollha ppjanata ssir b'mod sikur, u jekk applikabbli, jiċċekkja li l-identifikazzjoni remota diretta taħdem sew;

(e) jekk il-UAS tkun qed iġġorr tagħbija utli addizzjonali, jivverifika li l-massa tagħha ma taqbiżx il-MTOM definita mill-manifattur jew il-limitu tal-MTOM tal-klassi tagħha.

(2) Matul it-titjira, il-pilota remot:

(a) ma għandux iwettaq funzjonijiet meta jkun taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi jew tal-alkoħol jew meta ma jkunx fi stat li jwettaq il-kompiti tiegħu minħabba korriment, eżawriment, medikazzjoni, mard jew għal raġunijiet oħra;

(b) għandu jżomm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-VLOS u jżomm sorveljanza viżwali bir-reqqa tal-ispazju tal-ajru madwar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta' kolliżjoni ma' xi inġenji tal-ajru bi bdot abbord. Il-pilota remot għandu jwaqqaf it-titjira jekk l-operazzjoni tippreżenta riskju għall-inġenji tal-ajru oħra, għan-nies, għall-annimali, għall-ambjent jew għall-proprjetà;

(c) għandu jirrispetta l-limitazzjonijiet operazzjonali f'żoni ġeografiċi definiti skont l-Artikolu 15;

(d) għandu jkollu l-kapaċità jżomm kontroll tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, ħlief fil-każ ta' telf tal-konnessjoni jew meta jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jopera b'tajran liberu (free-flight);

(e) għandu jopera l-UAS skont il-manwal għall-utent ipprovdut mill-manifattur, inkluż kwalunkwe limitazzjoni applikabbli;

(f) għandu josserva l-proċeduri tal-operatur meta dawn ikunu disponibbli.

(3) Matul it-titjira, il-piloti remoti u l-operaturi ta' UAS ma għandhomx itajru qrib jew ġewwa żoni fejn ikun għaddej sforz ta' rispons ta' emerġenza sakemm ma jkollhomx il-permess tas-servizzi responsabbli għar-rispons ta' emerġenza biex jagħmlu dan.

(4) Għall-finijiet tal-punt (2)(b), il-piloti remoti jistgħu jkunu assistiti minn osservatur tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, li jkun jinsab maġenbhom, li, permezz ta' osservazzjoni viżwali bla għajnuna tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, jassisti lill-pilota remot fl-eżekuzzjoni sikura tat-titjira. Għandha tiġi stabbilita komunikazzjoni ċara u effettiva bejn il-pilota remot u l-osservatur tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.

UAS.OPEN.070 Tul u validità tal-kompetenza teoretika online tal-pilota remot u taċ-ċertifikati tal-kompetenza tal-pilota remot

(1) Il-kompetenza teoretika online tal-pilota remot, meħtieġa skont il-punti (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020 u l-punt (3) tal-punt UAS.OPEN.040, u ċ-ċertifikat tal-kompetenza tal-pilota remot, meħtieġ mill-punt (2) tal-punt UAS.OPEN.030, għandhom ikunu validi għal ħames snin.

(2) It-tiġdid tal-kompetenza teoretika online tal-pilota remot u taċ-ċertifikat ta' kompetenza tal-pilota remot huwa soġġett għall-wiri tal-kompetenzi skont il-punt (2) tal-punt UAS.OPEN.030 jew il-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020.

PARTI B

OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “SPEĊIFIKA”

UAS.SPEC.010 Dispożizzjonijiet ġenerali

L-operatur tal-UAS għandu jipprovdi valutazzjoni tar-riskju operazzjonali għall-operazzjoni prevista lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 11, jew jippreżenta dikjarazzjoni meta japplika l-punt UAS.SPEC.020, sakemm l-operatur ma jkollux ċertifikat ta' operatur ta' UAS ħafifa (LUC) bil-privileġġi xierqa, skont il-Parti C ta' dan l-Anness. L-operatur tal-UAS għandu jivvaluta fuq bażi regolari l-adegwatezza tal-miżuri ta' mitigazzjoni meħuda u jaġġornahom fejn meħtieġ.

UAS.SPEC.020 Dikjarazzjoni operattiva

(1) Skont l-Artikolu 5, bħala alternattiva għall-punti UAS.SPEC.30 u UAS.SPEC.40 l-operatur tal-UAS jista' jissottometti dikjarazzjoni operattiva ta' konformità ma' xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se ssir l-operazzjoni fir-rigward ta' operazzjonijiet:

(a) ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord bi:

i. dimensjoni karatteristika massima sa 3 metri fil-VLOS fuq żona tal-art ikkontrollata ħlief fuq ġemgħat ta' nies;

ii. dimensjoni karatteristika massima sa 1 metru fil-VLOS ħlief fuq ġemgħat ta' nies;

iii. dimensjoni karatteristika massima sa 1 metru fil-BVLOS ħlief fuq żoni skarsament popolati;

iv. dimensjoni karatteristika massima sa 3 metri fil-BVLOS fuq żona tal-art ikkontrollata.

(b) li jsiru taħt il-120 metru mis-superfiċe tal-art, u:

i. fi spazju tal-ajru mhux ikkontrollat (klassi F jew G), jew

ii. fi spazju tal-ajru kkontrollat wara koordinazzjoni u awtorizzazzjoni ta' titjira individwali skont il-proċeduri ppubblikati għaż-żona tal-operazzjoni.

(2) Dikjarazzjoni tal-operaturi ta' UAS għandu jkun fiha:

(a) informazzjoni amministrattiva dwar l-operatur tal-UAS;

(b) dikjarazzjoni li l-operazzjoni tissodisfa r-rekwiżit operazzjonali stabbilit fil-punt (1) u xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness;

(c) l-impenn tal-operatur tal-UAS li josserva l-miżuri ta' mitigazzjoni rilevanti meħtieġa għas-sikurezza tal-operazzjoni, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għall-operazzjoni, għad-disinn tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-kompetenza tal-persunal involut.

(d) konferma mill-operatur tal-UAS li kull titjira magħmula taħt id-dikjarazzjoni se jkollha kopertura xierqa tal-assigurazzjoni, jekk din tkun meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

(3) Malli tirċievi d-dikjarazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li d-dikjarazzjoni fiha l-elementi kollha elenkati fil-punt (2) u għandha tibgħat konferma lill-operatur tal-UAS tal-wasla u tal-kompletezza mingħajr dewmien żejjed.

(4) Wara li jirċievi l-konferma tal-wasla u tal-kompletezza, l-operatur tal-UAS huwa intitolat jibda l-operazzjoni.

(5) L-operaturi tal-UAS għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni fid-dikjarazzjoni operattiva li ppreżentaw.

(6) Operaturi ta' UAS b'LUC bi privileġġi xierqa, skont il-Parti C ta' dan l-Anness, mhumiex meħtieġa jissottomettu d-dikjarazzjoni.

UAS.SPEC.030 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva

(1) Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS fil-kategorija “speċifika” l-operatur tal-UAS għandu jikseb awtorizzazzjoni operattiva mill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, ħlief:

(a) meta japplika l-punt UAS.SPEC.020; jew

(b) meta l-operaturi tal-UAS għandu LUC bi privileġġi xierqa, skont il-Parti C ta' dan l-Anness.

(2) L-operatur tal-UAS għandu jippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva aġġornata jekk ikun hemm xi tibdil sinifikanti fl-operazzjoni jew fil-miżuri ta' mitigazzjoni elenkati fl-awtorizzazzjoni operattiva.

(3) L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 11 u minbarra dan għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS;

(b) l-isem tal-maniġer responsabbli jew l-isem tal-operatur tal-UAS fil-każ ta' persuna fiżika;

(c) il-valutazzjoni tar-riskju operazzjonali;

(d) il-lista ta' miżuri ta' mitigazzjoni proposti mill-operatur tal-UAS, b'informazzjoni suffiċjenti biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tivvaluta l-adegwatezza tal-miżuri ta' mitigazzjoni biex jiġu indirizzati r-riskji;

(e) manwal tal-operazzjonijiet meta dan ikun meħtieġ minħabba r-riskju u l-kumplessità tal-operazzjoni;

(f) konferma li malli jibdew l-operazzjonijiet tal-UAS se jkun hemm kopertura tal-assigurazzjoni xierqa fis-seħħ, jekk din tkun meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

UAS.SPEC.040 Ħruġ ta' awtorizzazzjoni operattiva

(1) Meta tirċievi applikazzjoni skont il-punt UAS.SPEC.030, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien żejjed, toħroġ awtorizzazzjoni operattiva skont l-Artikolu 12 meta tikkonkludi li l-operazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) tkun ġiet ipprovduta l-informazzjoni kollha skont il-punt (3) tal-punt UAS.SPEC.030;

(b) hemm proċedura fis-seħħ għall-koordinazzjoni mal-fornitur tas-servizz rilevanti għall-ispazju tal-ajru f'każ li l-operazzjoni sħiħa, jew parti minnha, tkun se ssir fi spazju tal-ajru kkontrollat.

(2) Fl-awtorizzazzjoni operattiva l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni eżatt tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 12.

UAS.SPEC.050 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS

(1) L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) jistabbilixxi proċeduri u limitazzjonijiet adattati għat-tip tal-operazzjoni prevista u r-riskju involut, fosthom:

i. il-proċeduri operazzjonali biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-operazzjonijiet;

ii. il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tas-sikurezza applikabbli għaż-żona tal-operazzjonijiet jiġu rispettati fl-operazzjoni prevista;

iii. il-miżuri għall-protezzjoni kontra interferenza illegali u aċċess mhux awtorizzat;

iv. il-proċeduri biex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet kollha jirrispettaw ir-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data. B'mod partikolari għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, meta din tkun meħtieġa mill-Awtorità Nazzjonali għall-protezzjoni tad-data fl-applikazzjoni tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679;

v. il-linji gwida għall-piloti remoti tiegħu biex l-operazzjonijiet tal-UAS jiġu ppjanati b'tali mod li jiġu mminimizzati l-inkonvenjenzi, inklużi fastidji relatati mal-istorbju u ma' emissjonijiet oħra, għall-persuni u għall-annimali.

(b) jiddeżinja pilota remot għal kull operazzjoni jew, fil-każ ta' operazzjonijiet awtonomi, jiżgura li matul kull fażi tal-operazzjoni, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti speċjalment dawk definiti fil-punti (2) u (3) tal-punt UAS.SPEC.060 huma allokati sew f'konformità mal-proċeduri stabbiliti skont il-punt (a) hawn fuq;

(c) jiżgura li l-operazzjonijiet kollha effettivament jużaw u jsostnu l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju sabiex jiġu evitati interferenzi li jagħmlu ħsara;

(d) jiżgura li qabel ma jwettqu l-operazzjonijiet, il-piloti remoti jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

i. għandhom il-kompetenza biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont it-taħriġ applikabbli identifikat mill-awtorizzazzjoni operattiva jew, jekk japplika l-punt UAS.SPEC.020, skont il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet definiti fix-xenarju standard xieraq elenkat fl-Appendiċi 1 jew kif definit bil-LUC;

ii. isegwu taħriġ għall-piloti remoti li għandu jkun ibbażat fuq il-kompetenza u jinkludi l-kompetenzi stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 8;

iii. isegwu taħriġ għall-piloti remoti, kif definit fl-awtorizzazzjoni operattiva, għal operazzjonijiet li jeħtieġu tali awtorizzazzjoni. Dan għandu jsir f'kooperazzjoni ma' entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti;

iv. isegwu taħriġ għall-piloti remoti għal operazzjonijiet taħt dikjarazzjoni li għandu jsir skont il-miżuri ta' mitigazzjoni definiti mix-xenarju standard;

v. ikunu ġew mgħarrfa dwar il-manwal tal-operazzjonijiet għall-operatur tal-UAS, jekk meħtieġ mill-valutazzjoni tar-riskju u mill-proċeduri stabbiliti skont il-punt (a);

vi. jiksbu informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika definita skont l-Artikolu 15;

(e) jiżgura li l-persunal responsabbli għad-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni tal-UAS, minbarra l-pilota remot innifsu, jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

i. ikun temm taħriġ fuq il-post tax-xogħol żviluppat mill-operatur;

ii. ikun ġie mgħarraf dwar il-manwal tal-operazzjonijiet għall-operatur tal-UAS, jekk meħtieġ mill-valutazzjoni tar-riskju, u dwar il-proċeduri stabbiliti skont il-punt (a);

iii. ikun kiseb informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika definita skont l-Artikolu 15;

(f) iwettaq kull operazzjoni skont il-limitazzjonijiet, il-kundizzjonijiet, u l-miżuri ta' mitigazzjoni definiti fid-dikjarazzjoni jew speċifikati fl-awtorizzazzjoni operattiva;

(g) iżomm rekord tal-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tal-UAS kif meħtieġ mid-dikjarazzjoni jew mill-awtorizzazzjoni operattiva;

(h) juża UAS li, bħala minimu, huma ddisinjati b'tali mod li fl-eventwalità ta' ħsara din ma twassalx biex l-UAS itiru barra mill-volum operattiv jew jikkawżaw fatalità. Barra minn hekk, l-interfaċċji Bniedem-Magna għandhom ikunu tali li jiġi mminimizzat ir-riskju ta' żball min-naħa tal-pilota u ma għandhomx jikkawżaw għeja mhux raġonevoli;

(i) iżomm il-UAS f'kundizzjoni xierqa biex topera b'mod sikur billi:

i. bħala minimu, jispjega sew l-istruzzjonijiet dwar il-manutenzjoni u jimpjega persunal tal-manutenzjoni bi kwalifiki xierqa u mħarreġ sew; u

ii. f'konformità mal-punt UAS.SPEC.100, jekk meħtieġ;

iii. juża inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li huwa ddisinjat sabiex jiġu mminimizzati l-istorbju u emissjonijiet oħra, filwaqt li jqis it-tip ta' operazzjonijiet previsti u ż-żoni ġeografiċi fejn l-istorbju u l-emissjonijiet oħra mill-inġenji tal-ajru huma ta' tħassib.

UAS.SPEC.060 Responsabbiltajiet tal-pilota remot

(1) Il-pilota remot:

(a) ma għandux iwettaq funzjonijiet meta jkun taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi jew tal-alkoħol jew meta ma jkunx fi stat li jwettaq il-kompiti tiegħu minħabba korriment, eżawriment, medikazzjoni, mard jew għal raġunijiet oħra;

(b) għandu jkollu l-kompetenza xierqa ta' pilota remot kif definit fl-awtorizzazzjoni operattiva, fix-xenarju standard definit fl-Appendiċi 1 jew kif definit mil-LUC u jġorr fuqu prova ta' kompetenza waqt li jopera l-UAS.

(2) Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS, il-pilota remot għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) jikseb informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika definita skont l-Artikolu 15;

(b) jiżgura li l-ambjent operattiv huwa kompatibbli mal-limitazzjonijiet u mal-kundizzjonijiet awtorizzati jew iddikjarati;

(c) jiżgura li l-UAS hija f'kundizzjoni sikura sabiex it-titjira kollha ppjanata ssir b'mod sikur, u jekk applikabbli, jiċċekkja li l-identifikazzjoni remota diretta taħdem sew;

(d) jiżgura li l-informazzjoni dwar l-operazzjoni tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-unità rilevanti tas-servizz tat-traffiku tal-ajru (ATS), għal utenti oħra tal-ispazju tal-ajru u għal partijiet interessati rilevanti, kif meħtieġ mill-awtorizzazzjoni operattiva jew mill-kundizzjonijiet ippubblikati mill-Istat Membru għaż-żona ġeografika tal-operazzjoni skont l-Artikolu 15.

(3) Matul it-titjira, il-pilota remot għandu:

(a) jirrispetta l-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet awtorizzati jew iddikjarati;

(b) jevita kull riskju ta' kolliżjoni ma' kwalunkwe inġenju tal-ajru bi bdot abbord u jwaqqaf titjira meta l-issoktar tagħha jista' joħloq riskju għal inġenji tal-ajru oħra, għan-nies, għall-annimali, għall-ambjent jew għall-proprjetà;

(c) għandu jirrispetta l-limitazzjonijiet operazzjonali f'żoni ġeografiċi definiti skont l-Artikolu 15;

(d) għandu josserva l-proċeduri tal-operatur;

(e) ma għandux itir qrib jew ġewwa żoni fejn ikun għaddej sforz ta' rispons ta' emerġenza sakemm ma jkollux il-permess tas-servizzi responsabbli għar-rispons ta' emerġenza biex jagħmel dan.

UAS.SPEC.070 Trasferibbiltà ta' awtorizzazzjoni operattiva

Awtorizzazzjoni operattiva mhijiex trasferibbli.

UAS.SPEC.080 Tul u validità ta' awtorizzazzjoni operattiva

(1) L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika t-tul tal-awtorizzazzjoni operattiva fl-awtorizzazzjoni nnifisha.

(2) Minkejja l-punt (1), l-awtorizzazzjoni operattiva tibqa' valida sakemm l-operatur tal-UAS jibqa' konformi mar-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament u mal-kundizzjonijiet definiti fl-awtorizzazzjoni operattiva.

(3) Mar-revoka jew maċ-ċediment tal-awtorizzazzjoni operattiva l-operatur tal-UAS għandu jipprovdi konferma f'format diġitali li għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

UAS.SPEC.090 Aċċess

Sabiex juri l-konformità ma' dan ir-Regolament, operatur tal-UAS għandu jagħti lil kwalunkwe persuna debitament awtorizzata mill-awtorità kompetenti aċċess għal kull faċilità, UAS, dokument, rekord, data, proċedura jew għal kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-attività tiegħu, li hija soġġetta għal awtorizzazzjoni operattiva jew dikjarazzjoni operattiva, irrispettivament minn jekk l-attività tiegħu hijiex ikkuntrattata jew sottokuntrattata lil organizzazzjoni oħra.

UAS.SPEC.100 Użu ta' tagħmir ċertifikat u inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ċertifikati

(1) Jekk l-operazzjoni tal-UAS tkun qiegħda tuża inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalih ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà, jew tkun qed tuża tagħmir ċertifikat, l-operatur tal-UAS għandu jirreġistra l-operazzjoni jew il-ħin tal-operazzjoni skont l-istruzzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tagħmir ċertifikat, jew bl-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-organizzazzjoni.

(2) L-operatur tal-UAS għandu jsegwi l-istruzzjonijiet imsemmija fiċ-ċertifikat tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jew fiċ-ċertifikat tat-tagħmir, u barra minn hekk jirrispetta kwalunkwe direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà jew operattiva maħruġa mill-Aġenzija.

PARTI C

ĊERTIFIKAT TA' OPERATUR TA' UAS ĦAFIFA (LUC)

UAS.LUC.010 Rekwiżiti ġenerali għal LUC

(1) Persuna ġuridika hija eliġibbli biex tapplika għal LUC taħt din il-Parti.

(2) Applikazzjoni għal LUC jew għal emenda għal LUC eżistenti għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a) deskrizzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-operatur tal-UAS, fosthom l-istruttura organizzazzjonali u s-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tiegħu;

(b) l-isem/ismijiet tal-persunal responsabbli tal-operatur tal-UAS, inkluż il-persuna responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-operazzjonijiet b'UASs;

(c) dikjarazzjoni li d-dokumentazzjoni kollha ppreżentata lill-awtorità kompetenti ġiet ivverifikata mill-applikant u nstabet li hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli.

(3) Jekk ir-rekwiżiti ta' din il-Parti jkunu ssodisfati, detentur ta' LUC jista' jingħata l-privileġġi, skont il-punt UAS.LUC.060.

UAS.LUC.020 Responsabbiltajiet tad-detentur ta' LUC

Id-detentur ta' LUC għandu:

(1) jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti UAS.SPEC.050 u UAS.SPEC.060;

(2) jirrispetta l-kamp ta' applikazzjoni u l-privileġġi definiti fit-termini tal-approvazzjoni;

(3) jistabbilixxi u jżomm sistema biex ikun jista' jeżerċita kontroll operattiv fuq kwalunkwe operazzjoni li ssir skont it-termini tal-LUC tiegħu;

(4) iwettaq valutazzjoni tar-riskju operazzjonali tal-operazzjoni prevista skont l-Artikolu 11 sakemm ma jkunx qed iwettaq operazzjoni li għaliha dikjarazzjoni operattiva hija suffiċjenti skont il-punt UAS.SPEC.020;

(5) iżomm rekords tal-elementi li ġejjin b'tali mod li jiġi żgurat li dawn ikunu protetti minn ħsara, alterazzjoni u serq għal perjodu ta' mill-inqas 3 snin fil-każ ta' operazzjonijiet li jsiru bl-użu tal-privileġġi speċifikati taħt il-punt UAS.LUC.060:

(a) il-valutazzjoni tar-riskju operazzjonali, meta din tkun meħtieġa skont il-punt 4, u d-dokumentazzjoni ta' sostenn tagħha;

(b) il-miżuri ta' mitigazzjoni meħuda; u

(c) il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal involut fl-operazzjoni tal-UAS, fil-monitoraġġ tal-konformità u fil-ġestjoni tas-sikurezza;

(6) iżomm rekords tal-persunal imsemmija fil-punt (5)(c) sakemm il-persuna tkun għadha impjegata mal-organizzazzjoni u dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal 3 snin wara li l-persuna tkun telqet mill-organizzazzjoni.

UAS.LUC.030 Sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza

(1) Operatur tal-UAS li japplika għal LUC għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza li tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni, għan-natura u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, b'kont meħud tal-perikli u tar-riskji assoċjati inerenti għal dawn l-attivitajiet.

(2) L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) jaħtar maniġer responsabbli b'awtorità biex jiġi żgurat li l-attivitajiet kollha fl-organizzazzjoni jsiru skont l-istandards applikabbli u li l-organizzazzjoni tkun kontinwament f'konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni u mal-proċeduri identifikati fil-manwal tal-LUC imsemmi fil-punt UAS.LUC.040;

(b) jiddefinixxi linji ċari ta' responsabbiltà u ta' akkontabbiltà fl-organizzazzjoni kollha;

(c) jistabbilixxi u jżomm politika dwar is-sikurezza u objettivi korrispondenti relatati mas-sikurezza;

(d) jaħtar persunal prinċipali responsabbli għas-sikurezza biex jimplimenta l-politika tas-sikurezza;

(e) jistabbilixxi u jżomm proċess ta' ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza inkluż l-identifikazzjoni ta' perikli għas-sikurezza assoċjati mal-attivitajiet tal-operatur tal-UAS, kif ukoll il-valutazzjoni tagħhom u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati, inkluż it-teħid ta' azzjoni għall-mitigazzjoni ta' dawk ir-riskji u l-verifika tal-effikaċja tal-azzjoni;

(f) jippromwovi s-sikurezza fl-organizzazzjoni permezz ta':

i. taħriġ u edukazzjoni;

ii. komunikazzjoni;

(g) jiddokumenta l-proċessi ewlenin kollha tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza sabiex il-persunal kollu jkun jaf x'inhuma r-responsabbiltajiet tiegħu u tal-proċedura biex tiġi emendata din id-dokumentazzjoni; il-proċessi ewlenin jinkludu:

i. ir-rapportar dwar is-sikurezza u investigazzjonijiet interni;

ii. il-kontroll operattiv;

iii. il-komunikazzjoni dwar is-sikurezza;

iv. it-taħriġ u l-promozzjoni tas-sikurezza;

v. il-monitoraġġ tal-konformità;

vi. il-ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza;

vii. il-ġestjoni tal-bidla;

viii. l-interfaċċa bejn l-organizzazzjonijiet;

ix. l-użu ta' sottokuntratturi u ta' sħab;

(h) jinkludi funzjoni indipendenti biex timmonitorja l-konformità u l-adegwatezza tal-ħarsien tar-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament, inkluża sistema biex jingħata feedback dwar is-sejbiet lill-maniġer responsabbli sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri korrettivi skont kif ikun meħtieġ;

(i) jinkludi funzjoni biex jiġi żgurat li r-riskji għas-sikurezza inerenti għal prodott jew għal servizz ipprovdut permezz ta' sottokuntratturi jiġu vvalutati u mitigati taħt is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-operatur.

(3) Jekk l-organizzazzjoni jkollha ċertifikati oħra tal-organizzazzjoni skont il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 1139/2018, is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-operatur tal-UAS tista' tiġi integrata mas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza meħtieġa minn dawk iċ-ċertifikat(i) addizzjonali.

UAS.LUC.040 Manwal tal-LUC

(1) Detentur ta' LUC għandu jipprovdi manwal tal-LUC lill-awtorità kompetenti li jiddeskrivi, direttament jew permezz ta' kontroreferenza l-organizzazzjoni tiegħu, il-proċeduri rilevanti u l-attivitajiet imwettqa.

(2) Il-manwal għandu jkun fih dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli li tikkonferma li l-ħidma tal-organizzazzjoni sejra dejjem tkun konformi ma' dan ir-Regolament u mal-manwal tal-LUC approvat. Meta l-Maniġer responsabbli ma jkunx l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-organizzazzjoni, l-uffiċjal kap eżekuttiv għandu jikkontrofirma din id-dikjarazzjoni.

(3) Jekk xi attività ssir minn organizzazzjonijiet jew sottokuntratturi sħab, fil-manwal tal-LUC l-operatur tal-UAS għandu jinkludi l-proċeduri dwar kif id-detentur tal-LUC għandu jimmaniġġja r-relazzjoni ma' dawk l-organizzazzjonijiet jew sottokuntratturi sħab.

(4) Il-manwal tal-LUC għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex tinżamm deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni tad-detentur tal-LUC, u l-awtorità kompetenti għandha tingħata kopji tal-emendi.

(5) L-operatur tal-UAS għandu jqassam il-partijiet rilevanti tal-manwal tal-LUC lill-persunal kollu tiegħu skont il-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom.

UAS.LUC.050 Termini tal-approvazzjoni tad-detentur ta' LUC

(1) L-awtorità kompetenti għandha toħroġ LUC wara li tkun sodisfatta li l-operatur tal-UAS jikkonforma mal-punti UAS.LUC.020, UAS.LUC.030 u UAS.LUC.040.

(2) Il-LUC għandu jinkludi:

(a) l-identifikazzjoni tal-operatur tal-UAS;

(b) il-privileġġi tal-operatur tal-UAS;

(c) it-tip(i) ta' operazzjonijiet awtorizzati;

(d) iż-żona awtorizzata, iż-żona jew il-klassi tal-ispazju tal-ajru għall-operazzjonijiet, jekk applikabbli;

(e) kwalunkwe limitazzjoni jew kundizzjoni speċjali, jekk applikabbli;

UAS.LUC.060 Privileġġi tad-detentur ta' LUC

Meta tkun sodisfatta bid-dokumentazzjoni pprovduta, l-awtorità kompetenti għandha:

(1) tispeċifika l-patti u l-kundizzjonijiet tal-privileġġ mogħti lill-operatur tal-UAS fil-LUC; u

(2) fi ħdan it-termini tal-approvazzjoni, tagħti lil detentur ta' LUC il-privileġġ li jawtorizza l-operazzjonijiet tiegħu stess mingħajr ma:

(a) jissottometti dikjarazzjoni operattiva;

(b) japplika għal awtorizzazzjoni operattiva.

ATM/UAS.LUC.070 Tibdil fis-sistema ta' ġestjoni tal-LUC

Wara l-ħruġ ta' LUC, it-tibdil li ġej jeħtieġ l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti:

(1) kwalunkwe tibdil fit-termini tal-approvazzjoni tal-operatur tal-UAS;

(2) kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-elementi tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tad-detentur tal-LUC kif meħtieġ mill-punt UAS.LUC.030.

UAS.LUC.075 Trasferibbiltà ta' LUC

Ħlief għat-tibdil fis-sjieda tal-organizzazzjoni, approvat mill-awtorità kompetenti skont il-punt UAS.LUC.070, LUC mhuwiex trasferibbli.

UAS.LUC.080 Tul u validità ta' LUC

(1) LUC għandu jinħareġ għal perjodu ta' żmien mingħajr limitu. Dan għandu jibqa' validu soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-konformità kontinwa tad-detentur tal-LUC mar-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament u tal-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat; u

(b) il-LUC ma jkunx qiegħed jiġi ċedut jew revokat.

(2) Mar-revoka jew maċ-ċediment ta' LUC, id-detentur ta' LUC għandu jipprovdi konferma f'format diġitali li għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

UAS.LUC.090 Aċċess

Sabiex juri l-konformità ma' dan ir-Regolament, id-detentur ta' LUC għandu jagħti lil kwalunkwe persuna debitament awtorizzata mill-awtorità kompetenti, aċċess għal kull faċilità, UAS, dokument, rekord, data, proċedura jew għal kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-attività tiegħu, li hija soġġetta għal ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni operattiva jew dikjarazzjoni operattiva, irrispettivament minn jekk l-attività tiegħu hijiex ikkuntrattata jew sottokuntrattata ma' organizzazzjoni oħra.




Appendiċi 1

għal xenarji standard insostenn ta' dikjarazzjoni



( 1 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1.)

( 3 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru, (ĠU L 336, 20.12.2011, p. 20.)

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).

( 5 ) Id-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).

Top