EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R0816-20210803
Regulation (EU) 2019/816 of the European Parliament and of the Council of 17 April 2019 establishing a centralised system for the identification of Member States holding conviction information on third-country nationals and stateless persons (ECRIS-TCN) to supplement the European Criminal Records Information System and amending Regulation (EU) 2018/1726
Consolidated text: Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726
Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726
02019R0816 — MT — 03.08.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2019/816 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' April 2019 (ĠU L 135 22.5.2019, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2019/818 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Mejju 2019 |
L 135 |
85 |
22.5.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/1151 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2021 |
L 249 |
7 |
14.7.2021 |
REGOLAMENT (UE) 2019/816 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta' April 2019
li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi:
sistema biex jiġu identifikati l-Istati Membri li għandhom informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi (“ECRIS-TCN”);
il-kondizzjonijiet li taħthom l-ECRIS-TCN għandha tintuża mill-awtoritajiet ċentrali sabiex tinkiseb informazzjoni dwar tali kundanni preċedenti permezz tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) stabbilita bid-Deċiżjoni 2009/316/ĠAI, kif ukoll il-kondizzjonijiet li taħthom il-Eurojust, il-Europol u l-UPPE għandhom jużaw l-ECRIS-TCN;
il-kundizzjonijiet li taħthom l-ECRIS-TCN tikkontribwixxi biex tiġi ffaċilitata u assistita l-identifikazzjoni korretta ta' persuni rreġistrati fl-ECRIS-TCN taħt il-kundizzjonijiet u għall-finijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), billi jinħażnu data tal-identità, data tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u data bijometrika fis-CIR;
il-kundizzjonijiet li bihom id-data fl-ECRIS-TCN tista’ tintuża mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS, stabbilita fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), għall-fini tal-appoġġ tal-objettiv tal-ETIAS li tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà billi tiġi prevista valutazzjoni bir-reqqa tar-riskju għas-sigurtà tal-applikanti, qabel ma jaslu fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera esterna, sabiex jiġi ddeterminat jekk ikunx hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet validi bbażati fuq indikazzjonijiet fattwali biex jiġi konkluż li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri toħloq riskju għas-sigurtà.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tal-informazzjoni dwar l-identità għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġew soġġetti għal kundanni fl-Istati Membri, għall-fini tal-identifikazzjoni tal-Istati Membri fejn ingħataw tali kundanni. Bl-eċċezzjoni tal-punt (b)(ii) tal-Artikolu 5(1), id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li japplikaw għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi japplikaw ukoll għal ċittadini tal-Unjoni li huma wkoll fil-pussess ta’ ċittadinanza ta’ pajjiż terz u li ġew soġġetti għal kundanni fl-Istati Membri.
Dan ir-Regolament:
jappoġġa l-objettiv tal-VIS li tivvaluta jekk l-applikant għal viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jistax ikun ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 767/2008;
jappoġġa l-objettiv tal-ETIAS li tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1240;
jiffaċilita u jassisti fl-identifikazzjoni korretta ta’ persuni f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“kundanna” tfisser kwalunkwe deċiżjoni finali minn qorti kriminali kontra persuna fiżika b'rabta ma' reat kriminali, sa fejn din id-deċiżjoni tkun iddaħħlet fir-rekords kriminali tal-Istat Membru tal-kundanna;
“proċedimenti kriminali” tfisser l-istadju ta' qabel il-proċess kriminali, l-istadju tal-proċess u l-eżekuzzjoni tal-kundanna;
“rekord kriminali” tfisser ir-reġistru jew ir-reġistri nazzjonali fejn jiġu rreġistrati l-kundanni f'konformità mal-liġi nazzjonali;
“Stat Membru tal-kundanna” tfisser l-Istat Membru li fih tkun ingħatat kundanna;
“awtorità ċentrali” tfisser awtorità maħtura f'konformità mal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI;
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet ċentrali, il-Eurojust, il-Europol, l-UPPE, l-awtoritajiet maħtura tal-VIS kif imsemmija fl-Artikolu 9d u fl-Artikolu 22b(13) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS, li għandhom il-kompetenza li jaċċessaw jew jitolbu informazzjoni fl-ECRIS-TCN f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
“ċittadin ta' pajjiż terz” tfisser persuna li mhijiex ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 20(1) TFUE, jew li hija persuna apolida jew persuna li ċ-ċittadinanza tagħha mhix magħrufa;
▼M1 —————
“software tal-interfaċċa” tfisser is-software ospitat mill-awtoritajiet kompetenti li jippermettilhom li jkollhom aċċess għas-sistema ċentrali permezz tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1);
“informazzjoni dwar l-identità” tfisser data alfanumerika, data tal-marki tas-swaba' u immaġnijiet tal-wiċċ li jintużaw biex tiġi stabbilita konnessjoni bejn din id-data u persuna fiżika;
“data alfanumerika” tfisser data rappreżentata b'ittri, numri, karattri speċjali, spazji u sinjali tal-punteġġatura;
“data tal-marki tas-swaba'” tfisser id-data relatata mal-impressjonijiet ċatti jew irroljati tal-marki tas-swaba' ta' kull wieħed mis-swaba' ta' persuna;
“immaġni tal-wiċċ” tfisser immaġni diġitali ta' wiċċ il-persuna;
“hit” tfisser konkordanza jew konkordanzi stabbilita/i permezz ta' tqabbil bejn l-informazzjoni dwar l-identità rreġistrata fis-sistema ċentrali u l-informazzjoni dwar l-identità użata għal tiftix;
“punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali” tfisser il-punt ta' konnessjoni nazzjonali mal-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1);
“implimentazzjoni ta' referenza ECRIS” tfisser is-software żviluppat mill-Kummissjoni u li tqiegħed għad-disponibbiltà tal-Istati Membri għall-iskambju ta' informazzjoni ta' rekords kriminali permezz tal-ECRIS;
“awtorità superviżorja nazzjonali” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tkun stabbilita minn Stat Membru skont regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
“awtoritajiet superviżorji” tfisser is-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali;
“CIR” tfisser repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/818;
“data tal-ECRIS-TCN” tfisser id-data kollha maħżuna fis-sistema ċentrali u fis-CIR f'konformità mal-Artikolu 5;
“ESP” tfisser il-portal ta' tfittxija Ewropew stabbilit bl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/818.
Artikolu 4
Qafas tekniku tal-ECRIS-TCN
L-ECRIS-TCN għandha tkun magħmula minn:
sistema ċentrali;
is-CIR;
punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali f'kull Stat Membru;
software tal-interfaċċa li jippermetti l-konnessjoni tal-awtoritajiet kompetenti mas-sistema ċentrali permezz tal-punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fil-punt (d);
infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-punti ta' aċċess ċentrali nazzjonali;
infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-infrastrutturi ċentrali tal-ESP u s-CIR.
KAPITOLU II
Dħul u użu ta' data mill-awtoritajiet ċentrali
Artikolu 5
Dħul ta' data fl-ECRIS-TCN
Għal kull ċittadin ta' pajjiż terz ikkundannat, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li jikkundanna għandu joħloq rekord tad-data fl-ECRIS-TCN. Ir-rekord tad-data għandu jinkludi:
fir-rigward ta' data alfanumerika:
informazzjoni li għandha tiġi inkluża ħlief, f'każijiet individwali, meta din l-informazzjoni ma tkunx magħrufa mill-awtorità ċentrali (informazzjoni obbligatorja):
informazzjoni li għandha tiġi inkluża jekk tkun imdaħħla fir-rekords kriminali (informazzjoni fakultattiva):
informazzjoni li għandha tiġi inkluża jekk din tkun disponibbli lill-awtorità ċentrali (informazzjoni addizzjonali):
fir-rigward ta' data tal-marki tas-swaba':
data tal-marki tas-swaba' li tkun inġabret f'konformità mal-liġi nazzjonali matul proċedimenti kriminali;
bħala minimu, data tal-marki tas-swaba' miġbura fuq il-bażi ta' wieħed mill-kriterji li ġejjin:
marka li tindika, għall-fini tar-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) 2018/1240, li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ikun ġie kkundannat fil-25 sena preċedenti għal reat terroristiku jew fil-15-il sena preċedenti għal kwalunkwe reat kriminali ieħor elenkat fl-Anness għar-Regolament (UE) 2018/1240 jekk dawk ir-reati kriminali jkunu punibbli b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin skont il-liġi nazzjonali, inkluż il-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna.
Il-marki u l-kodiċijiet tal-Istati Membri tal-kundanna kif imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu aċċessibbli u għandha tkun tista’ ssir tfittxija tagħhom biss:
bis-Sistema Ċentrali tal-VIS, kif stabbilit mill-punt (b) tal-Artikolu 2a(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, għall-fini tal-verifiki skont l-Artikolu 7a ta’ dan ir-Regolament flimkien mal-punt (e) tal-Artikolu 9a(4) jew il-punt (e) tal-Artikolu 22b(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;
bis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, għall-fini tal-verifiki skont l-Artikolu 7b ta’ dan ir-Regolament flimkien mal-punt (n) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 fejn il-hits jiġu rrapportati wara l-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6) u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-marki u l-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 m’għandhom ikunu viżibbli għal ebda awtorità oħra għajr l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna li tkun ħolqot ir-rekord tad-data immarkat.
Artikolu 6
Immaġnijiet tal-wiċċ
Artikolu 7
Użu tal-ECRIS-TCN għall-identifikazzjoni tal-Istati Membri li jkollhom informazzjoni ta' rekords kriminali
L-awtoritajiet ċentrali għandhom jużaw l-ECRIS-TCN biex jidentifikaw l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni ta' rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz, sabiex jiksbu informazzjoni dwar kundanni preċedenti permezz tal-ECRIS, meta l-informazzjoni ta' rekords kriminali ta' dik il-persuna tkun meħtieġa fl-Istat Membru kkonċernat għall-finijiet ta' proċedimenti kriminali kontra dik il-persuna jew għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin, jekk dan ikun previst skont u f'konformità mal-liġi nazzjonali:
Madankollu, f'każijiet speċifiċi għajr dawk fejn ċittadin ta' pajjiż terz jitlob lill-awtorità ċentrali informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tiegħu stess, jew fejn it-talba issir sabiex tinkiseb informazzjoni ta' rekords kriminali skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2011/93/UE, l-awtorità li qed titlob informazzjoni ta' rekords kriminali tista' tiddeċiedi li tali użu tal-ECRIS-TCN ma jkunx adegwat.
F’każ ta’ hit, is-sistema ċentrali jew is-CIR għandhom jipprovdu awtomatikament lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni dwar l-Istati Membri li huma fil-pussess ta’ informazzjoni dwar ir-rekord kriminali dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, flimkien man-numri ta’ referenza assoċjati msemmija fl-Artikolu 5(1) u kwalunkwe informazzjoni korrispondenti dwar l-identità. Tali informazzjoni dwar l-identità għandha tintuża biss għall-fini li tiġi vverifikata l-identità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. Ir-riżultat ta’ tfittxija fis-sistema ċentrali għandu jintuża biss għall-fini li:
issir talba skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI;
issir talba kif imsemmi fl-Artikolu 17(3) ta’ dan ir-Regolament;
jiġi appoġġat l-objettiv tal-VIS li jiġi vvalutat jekk l-applikant għal viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jistax ikun ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008; jew
jiġi appoġġat l-objettiv tal-ETIAS li tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1240.
Artikolu 7b
Użu tal-ECRIS-TCN għall-verifiki tal-ETIAS
Id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tintuża biss għall-fini tal-verifika:
mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/1240; jew
mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS skont l-Artikolu 25a(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 għall-fini tal-konsultazzjoni tar-rekords kriminali nazzjonali; ir-rekords kriminali nazzjonali għandhom jiġu kkonsultati qabel il-valutazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26 ta’ dak ir-Regolament u, fejn applikabbli, qabel il-valutazzjoni u l-opinjonijiet skont l-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament.
Għall-fini tal-proċediment bil-verifiki msemmija fil-punt (n) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-ESP biex tqabbel id-data fl-ETIAS mad-data ECRIS-TCN li magħha tkun żdiedet marka skont il- punt (c) tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 11(8) tar-Regolament (UE) 2018/1240, bl-użu tad-data elenkata fit-tabella ta’ korrispondenza stabbilita fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
KAPITOLU III
Żamma u modifika tad-data
Artikolu 8
Perijodu ta' żamma għall-ħżin tad-data
Artikolu 9
Modifika u tħassir tad-data
Jekk ikun hemm raġuni biex Stat Membru tal-kundanna jemmen li d-data li huwa jkun irreġistra fis- ►M1 is-sistema ċentrali u s-CIR ◄ mhijiex preċiża jew li dik id-data ġiet ipproċessata fis- ►M1 is-sistema ċentrali u s-CIR ◄ bi ksur ta' dan ir-Regolament, huwa għandu:
iniedi immedjatament proċedura biex jivverifika l-preċiżjoni tad-data kkonċernata jew il-legalità tal-ipproċessar tagħha, kif xieraq;
jekk ikun meħtieġ, jirrettifika d-data jew iħassarha mis- ►M1 is-sistema ċentrali u s-CIR ◄ mingħajr dewmien bla bżonn.
L-Istat Membru tal-kundanna għandu:
iniedi immedjatament proċedura biex jivverifika l-preċiżjoni tad-data kkonċernata jew il-legalità tal-ipproċessar tagħha, kif xieraq;
jekk ikun meħtieġ, jirrettifika d-data jew iħassarha mis- ►M1 is-sistema ċentrali u s-CIR ◄ mingħajr dewmien bla bżonn;
jgħarraf lill-Istat Membru l-ieħor li d-data ġiet rettifikata jew imħassra, jew bir-raġunijiet għaliex id-data ma ġietx rettifikata jew imħassra, mingħajr dewmien bla bżonn.
KAPITOLU IV
Żvilupp, tħaddim u responsabbiltajiet
Artikolu 10
Adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tadott, l-atti ta' implimentazzjoni neċessarji għall-iżvilupp tekniku u għall-implimentazzjoni teknika tal-ECRIS-TCN malajr kemm jista' jkun, u b'mod partikolari atti li jikkonċernaw:
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ipproċessar tad-data alfanumerika;
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kwalità, ir-riżoluzzjoni u l-ipproċessar tad-data tal-marki tas-swaba';
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-software tal-interfaċċa;
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kwalità, ir-riżoluzzjoni u l-ipproċessar tal-immaġnijiet tal-wiċċ għall-finijiet tal-Artikolu 6 u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fih;
il-kwalità tad-data, inkluż mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq tal-kontrolli tal-kwalità tad-data;
id-dħul tad-data f'konformità mal-Artikolu 5;
l-aċċess u t-tfittix fl-ECRIS-TCN f'konformità mal-Artikolu 7;
il-modifika u t-tħassir tad-data f'konformità mal-Artikoli 8 u 9;
iż-żamma tar-reġistrazzjonijiet u l-aċċess għalihom f'konformità mal-Artikolu 31;
▼M1 —————
il-forniment ta' statistika f'konformità mal-Artikolu 32;
ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni u d-disponibbiltà tal-ECRIS-TCN, inkluż l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti minimi dwar il-prestazzjoni bijometrika tal-ECRIS-TCN b'mod partikolari fir-rigward tar-rata ta' identifikazzjoni pożittiva falza u r-rata ta' identifikazzjoni negattiva falza.
Artikolu 11
Żvilupp u ġestjoni operazzjonali tal-ECRIS-TCN
Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jkun magħmul minn tmien membri maħtura mill-Bord tat-Tmexxija, mill-President tal-Grupp Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 39 u membru wieħed maħtur mill-Kummissjoni. Il-membri maħtura mill-Bord tat-Tmexxija għandhom jiġu eletti biss minn dawk l-Istati Membri li huma marbuta kompletament skont il-liġi tal-Unjoni bl-istrumenti leġislattivi li jirregolaw l-ECRIS u li ser jipparteċipaw fl-ECRIS-TCN. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li l-membri li jaħtar fil-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jkollhom l-esperjenza u l-għarfien espert neċessarji fl-iżvilupp u fil-ġestjoni tas-sistemi tal-IT ta' sostenn għall-awtoritajiet ġudizzjarji u għall-awtoritajiet tar-rekords kriminali.
eu-LISA għandha tipparteċipa fil-ħidma tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm. Għal dan il-għan, rappreżentanti tal-eu-LISA għandhom jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm sabiex jirrapportaw dwar ħidma li tirrigwarda d-disinn u l-iżvilupp tal-ECRIS-TCN u kwalunkwe ħidma jew attività relatata oħra.
Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jiltaqa' minn tal-inqas darba kull tliet xhur, u aktar ta' spiss meta jkun hemm bżonn. Huwa għandu jiżgura l-ġestjoni adegwata tal-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tal-ECRIS-TCN u għandu jiżgura konsistenza bejn il-proġetti ċentrali u nazzjonali tal-ECRIS-TCN, u ma' software nazzjonali ta' implimentazzjoni tal-ECRIS. Fuq bażi regolari u jekk jista' jkun kull xahar, il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jippreżenta rapporti bil-miktub lill-Bord tat-Tmexxija ta' eu-LISA dwar il-progress tal-proġett. Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm ma għandu jkollu ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet u lanqas mandat biex jirrappreżenta lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija.
Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu li b'mod partikolari għandhom jinkludu regoli dwar:
il-presidenza;
il-postijiet tal-laqgħat;
it-tħejjija tal-laqgħat;
l-ammissjoni ta' esperti għal-laqgħat;
pjanijiet ta' komunikazzjoni sabiex ikun żgurat li l-Membri mhux parteċipanti tal-Bord tat-Tmexxija jinżammu kompletament infurmati.
eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-kompiti segwenti relatati mal-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1):
superviżjoni;
sigurtà;
il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti l-oħra kollha relatati mal-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1), b'mod partikolari:
kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit;
akkwiżizzjoni u tiġdid;
kwistjonijiet kuntrattwali.
Artikolu 12
Responsabbiltajiet tal-Istati Membri
Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal:
l-iżgurar ta' konnessjoni sigura bejn ir-rekords kriminali nazzjonali tiegħu u l-bażijiet ta' data tal-marki tas-swaba' u l-punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali;
l-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni tal-konnessjoni msemmija fil-punt (a);
l-iżgurar ta' konnessjoni bejn is-sistemi nazzjonali tiegħu u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS;
il-ġestjoni u l-arranġamenti għall-aċċess tal-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet ċentrali għall-ECRIS-TCN f'konformità ma' dan ir-Regolament u għall-istabbiliment u l-aġġornament regolari ta' lista ta' dawn il-membri tal-persunal u tal-profili msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 19(3).
Artikolu 13
Responsabbiltà għall-użu tad-data
F'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data rreġistrata fl-ECRIS-TCN tkun ipproċessata legalment, u b'mod partikolari li:
il-persunal li jkun debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għad-data għat-twettiq tal-kompiti tiegħu;
id-data tinġabar b'mod legali u b'mod li jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadin ta' pajjiż terz;
id-data tiddaħħal fl-ECRIS-TCN b'mod legali;
id-data tkun preċiża u aġġornata meta tiddaħħal fl-ECRIS-TCN.
Artikolu 14
Aċċess għall-Eurojust, għall-Europol, u għall-UPPE
Artikolu 15
Aċċess minn persunal awtorizzat tal-Eurojust, tal-Europol u tal-UPPE
L-Eurojust, l-Europol u l-UPPE għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-arranġamenti biex il-persunal debitament awtorizzat ikollu aċċess għall-ECRIS-TCN f'konformità ma' dan ir-Regolament u għall-istabbiliment u l-aġġornament regolari ta' lista ta' tali persunal u l-profili tagħhom.
Artikolu 16
Responsabbiltajiet tal-Eurojust, tal-Europol u tal-UPPE
L-Eurojust, l-Europol u l-UPPE għandhom:
jistabbilixxu l-mezzi tekniċi biex jikkonnettjaw mal-ECRIS-TCN u għandhom ikunu responsabbli għall-manutenzjoni ta' dik il-konnessjoni;
jipprovdu taħriġ xieraq li jkopri, b'mod partikolari, is-sigurtà tad-data u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet fundamentali applikabbli lill-membri tal-persunal tagħhom li għandhom dritt ta' aċċess għall-ECRIS-TCN qabel ma jawtorizzawhom biex jipproċessaw data maħżuna fis-sistema ċentrali;
jiżguraw li d-data personali pproċessata minnhom skont dan ir-Regolament tkun protetta f'konformità mar-regoli għall-protezzjoni tad-data applikabbli.
Artikolu 17
Punt ta' kuntatt għal pajjiżi terzi u għal organizzazzjonijiet internazzjonali
Artikolu 18
Għoti ta' informazzjoni lil pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew parti privata
La l-Eurojust, l-Europol, l-UPPE kif ukoll l-ebda awtorità ċentrali ma għandha tittrasferixxi jew tqiegħed għad-disponibbiltà ta' pajjiż terz, ta' organizzazzjoni internazzjonali jew ta' parti privata, informazzjoni miksuba mill-ECRIS-TCN li tikkonċerna ċittadin ta' pajjiż terz. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(3).
Artikolu 19
Sigurtà tad-data
L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà tad-data qabel u waqt it-trasmissjoni għall-punt ta' aċċess ċentrali nazzjonali u qabel u waqt li d-data tasal għandu. B'mod partikolari, kull Stat Membru għandu:
jipproteġi fiżikament id-data, inkluż billi jagħmel pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura;
jirrifjuta l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal installazzjonijiet nazzjonali li fihom l-Istat Membru jwettaq operazzjonijiet relatati mal-ECRIS-TCN;
jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, l-immodifikar jew it-tneħħija mhux awtorizzata ta' mezzi ta' data;
jimpedixxi d-dħul mhux awtorizzat ta' data u l-ispezzjoni, l-immodifikar jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali maħżuna;
jimpedixxi l-ipproċessar mhux awtorizzat ta' data fl-ECRIS-TCN u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta' data pproċessata fl-ECRIS-TCN;
jiżgura li persuni awtorizzati li jaċċessaw l-ECRIS-TCN ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta' identitajiet individwali tal-utent u modi għal aċċess kunfidenzjali biss;
jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt ta' aċċess għall-ECRIS-TCN joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati jdaħħlu, jirrettifikaw, iħassru, jikkonsultaw u jfittxu fid-data, u jqiegħdu l-profili tagħhom għad-disponibbiltà tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali mingħajr dewmien bla bżonn fuq talba tagħhom;
jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni tista' tiġi trasmessa data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;
jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data tkun ġiet ipproċessata fl-ECRIS-TCN, meta, mingħand min u għal liema skop;
jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, l-immodifikar jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali matul it-trasmissjoni ta' data personali lill-ECRIS-TCN jew minnha jew matul it-trasport ta' mezzi tad-data, b'mod partikolari permezz ta' tekniki adegwati ta' kriptaġġ;
iwettaq monitoraġġ tal-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzazzjonali neċessarji relatati mal-monitoraġġ u l-awtomonitoraġġ biex tkun żgurata konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 20
Responsabbiltà
Kwalunkwe persuna li, jew kwalunkwe Stat Membru li jkun ġarrab ħsara materjali jew mhux materjali li tirriżulta minn operazzjoni ta' pproċessar illegali jew ta' kwalunkwe att ieħor inkompatibbli ma' dan ir-Regolament għandu jkun intitolat jirċievi kumpens:
mill-Istat Membru li jkun responsabbli għall-ħsara mġarrba; jew
minn eu-LISA fejn eu-LISAma tkunx osservat l-obbligi tagħha stabbiliti f'dan ir-Regolament jew fir-Regolament (UE) 2018/1725.
L-Istat Membru responsabbli għall-ħsara mġarrba jew eu-LISA, rispettivament, għandhom ikunu eżentati mir-responsabbiltà, kollha jew parzjalment, jekk jagħtu prova li mhumiex responsabbli għall-avveniment li jkun wassal għall-ħsara.
Artikolu 21
Awtomonitoraġġ
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità ċentrali tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkonforma ma' dan ir-Regolament u tikkoopera, meta jkun hemm bżonn, mal-awtoritajiet superviżorji.
Artikolu 22
Penali
Kwalunkwe użu ħażin ta' data mdaħħla fl-ECRIS-TCN għandu jkun soġġett għal penali jew miżuri dixxiplinarji, f'konformità mal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
KAPITOLU V
Drittijiet u superviżjoni tal-protezzjoni tad-data
Artikolu 23
Il-kontrollur tad-data u l-proċessur tad-data
Artikolu 24
Fini tal-ipproċessar tad-data personali
Id-data mdaħħla fis-sistema ċentrali u fis-CIR għandha tkun ipproċessata biss għall-finijiet ta’:
l-identifikazzjoni tal-Istati Membri li jkollhom fil-pussess tagħhom l-informazzjoni dwar ir-rekords kriminali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;
l-appoġġ tal-objettiv tal-VIS li tivvaluta jekk l-applikant għal viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jkunx theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008; jew
l-appoġġ tal-objettiv tal-ETIAS li tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà, f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1240.
Id-data mdaħħla fis-CIR għandha tiġi pproċessata wkoll skont ir-Regolament (UE) 2019/818 għall-faċilitazzjoni u l-assistenza fl-identifikazzjoni korretta ta’ persuni rreġistrati fis-sistema ECRIS-TCN f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 25
Dritt ta' aċċess, rettifika, tħassir u restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar
Fejn issir talba lil Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-kundanna, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jgħaddiha lill-Istat Membru tal-kundanna mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol minn meta jirċievi t-talba. Hekk kif jirċievi t-talba, l-Istat Membru tal-kundanna għandu:
immedjatament jibda proċedura biex jivverifika l-preċiżjoni tad-data kkonċernata jew il-legalità tal-ipproċessar tagħha fl-ECRIS-TCN; u
jwieġeb lill-Istat Membru li bagħat it-talba mingħajr dewmien bla bżonn.
Artikolu 26
Kooperazzjoni biex jiġu żgurati d-drittijiet dwar il-protezzjoni tad-data
Artikolu 27
Rimedji
Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment u d-dritt għal rimedju legali fl-Istat Membru tal-kundanna li jkun irrifjuta d-dritt ta' aċċess għad-data li tikkonċernaha, jew id-dritt ta' rettifika jew tħassir ta' din id-data, imsemmija fl-Artikolu 25 f'konformità mal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.
Artikolu 28
Superviżjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali
Artikolu 29
Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Artikolu 30
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Għandha tiġi żgurata superviżjoni koordinata tal-ECRIS-TCN f'konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Artikolu 31
Iż-żamma ta' reġistrazzjonijiet
Ir-reġistrazzjoni għandha tindika:
il-fini tat-talba għal aċċess għad-data tal-ECRIS-TCN;
id-data trasmessa kif imsemmija fl-Artikolu 5;
ir-referenza tal-fajl nazzjonali;
id-data u l-ħin preċiż tal-operazzjoni;
id-data użata biex jitwettaq it-tiftix;
il-marka li tidentifika lill-uffiċjal li jkun għamel it-tiftix.
Artikolu 31b
Żamma ta’ reġistrazzjonijiet għall-finijiet tal-interoperabbiltà mal-ETIAS
Għall-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7b ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi rreġistrata kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data tal-ECRIS-TCN imwettqa fi ħdan is-CIR u l-ETIAS f’konformità mal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2018/1240.
KAPITOLU VI
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 32
Użu tad-data għar-rappurtar u għall-istatistika
Kull xahar, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Kummissjoni statistika relatata mar-reġistrar, il-ħażna u l-iskambju ta’ informazzjoni estratta minn rekords kriminali permezz tal-ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta’ referenza ECRIS, inkluż statistika dwar ir-rekords tad-data li jinkludu marka kif msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1). L-eu-LISA għandha tiżgura li ma jkunx possibbli li l-individwi jiġu identifikati abbażi ta’ dik l-istatistika. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-eu-LISA għandha tipprovdilha l-istatistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 33
Spejjeż
Artikolu 34
Notifiki
Artikolu 35
Dħul ta' data u bidu tat-tħaddim
Ladarba l-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ntlaħqu, hija għandha tiddetermina d-data minn meta l-Istati Membri għandhom jibdew idaħħlu d-data msemmija fl-Artikolu 5 fl-ECRIS-TCN:
ikunu ġew adottati l-atti ta' implimentazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 10;
l-Istati Membri jkunu vvalidaw l-arranġamenti tekniċi u ġuridiċi biex jiġbru d-data msemmija fl-Artikolu 5 u jittrasmettuha lill-ECRIS-TCN u jkunu nnotifikawhom lill-Kummissjoni;
eu-LISA tkun wettqet test komprensiv tal-ECRIS-TCN, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, bl-użu ta' data tal-ittestjar anonima.
Artikolu 36
Monitoraġġ u evalwazzjoni
Barra minn hekk, l-ewwel evalwazzjoni ġenerali kif imsemmija fil-paragrafu 9 għandha tinkludi valutazzjoni ta':
kemm, meta titqies id-data statistika rilevanti u informazzjoni ulterjuri mill-Istati Membri, l-inklużjoni fl-ECRIS-TCN ta' informazzjoni dwar l-identità ta' ċittadini tal-Unjoni li għandhom ukoll ċittadinanza ta' pajjiż terz ikkontribwiet għall-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament;
il-possibbiltà, li xi Stati Membri jkomplu jużaw software nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-ECRIS, kif imsemmi fl-Artikolu 4;
id-dħul ta' data tal-marki tas-swaba' fl-ECRIS-TCN, b'mod partikolari l-applikazzjoni tal-kriterji minimi kif imsemmi fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 5(1);
l-impatt tal-ECRIS u tal-ECRIS-TCN fuq il-protezzjoni tad-data personali.
Il-valutazzjoni tista' tkun akkumpanjata, jekk meħtieġ, minn proposti leġislattivi. Evalwazzjonijiet ġenerali sussegwenti jistgħu jinkludu valutazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-aspetti jew tal-aspetti kollha.
Artikolu 37
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 38
Proċedura ta' kumitat
Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 39
Grupp Konsultattiv
eu-LISA għandha tistabbilixxi Grupp Konsultattiv sabiex tikseb għarfien espert relatat mal-ECRIS-TCN u mal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, b'mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta' ħidma annwali tagħha u tar-rapport annwali tal-attività tagħha. Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp, għandu japplika l-Artikolu 11(9).
Artikolu 40
Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1726
Ir-Regolament (UE) 2018/1726 huwa emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 8a
Kompiti relatati mal-ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS
B'rabta mal-ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, l-Aġenzija għandha twettaq:
il-kompiti mogħtija lilha permezz tar-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 );
il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tal-ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS.
Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
il-punt (ee) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(ee) jadotta r-rapporti dwar l-iżvilupp tal-EES skont l-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, ir-rapporti dwar l-iżvilupp tal-ETIAS skont l-Artikolu 92(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 u r-rapporti dwar l-iżvilupp tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza tal-ECRIS skont l-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) 2019/816;”;
il-punt (ff) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(ff) jadotta r-rapporti dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS II skont l-Artikolu 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 66(4) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI rispettivament, tal-VIS skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-Artikolu 17(3) tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, tal-EES skont l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, tal-ETIAS skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240, u tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS skont l-Artikolu 36(8) tar-Regolament (UE) 2019/816;”;
il-punt (hh) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(hh) jadotta kummenti formali dwar ir-rapporti tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-awditi mwettqa skont l-Artikolu 45(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, l-Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2018/1240 u l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) 2019/816 u jiżgura segwitu xieraq ta' dawk l-awditi;”;
jiddaħħal il-punt li ġej:
“(lla) jippreżenta lill-Kummissjoni statistika relatata mal-ECRIS-TCN u mal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2019/816;”;
Il-punt (mm) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(mm) jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta' awtoritajiet kompetenti awtorizzati jfittxu direttament id-data li tinsab fis-SIS II skont l-Artikolu 31(8) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 46(8) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, flimkien mal-lista ta' Uffiċċji tas-sistemi nazzjonali tas-SIS II (Uffiċċji N.SIS II) u Uffiċċji SIRENE skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI rispettivament kif ukoll il-lista ta' awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, il-lista ta' awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 87(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 u l-lista ta' awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) 2019/816;”;
Fl-Artikolu 22(4), is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara t-tielet subparagrafu:
“L-Eurojust, l-Europol u l-UPPE jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna l-ECRIS-TCN b'rabta mal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/816.”;
Fl-Artikolu 24(3), il-punt (p) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(p) jistabbilixxi, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal, rekwiżiti ta' kunfidenzjalità sabiex ikun konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, l-Artikolu 26(9) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 u l-Artikolu 11(16) tar-Regolament (UE) 2019/816;”;
Fl-Artikolu 27(1), jiddaħħal il-punt li ġej:
“(da) il-Grupp Konsultattiv tal-ECRIS-TCN;”.
Artikolu 41
Implimentazzjoni u dispożizzjonijiet transitorji
Għall-kundanni li jkunu ngħataw qabel id-data tal-bidu tad-dħul tad-data f'konformità mal-Artikolu 35(1), l-awtoritajiet ċentrali għandhom joħolqu r-rekords tad-data individwali fis-sistema ċentrali u s-CIR kif ġej:
data alfanumerika li għandha tiddaħħal fis-sistema ċentrali u s-CIR sa tmiem il-perijodu msemmi fl-Artikolu 35(2);
data tal-marki tas-swaba' li għandha tiddaħħal fis-CIR fi żmien sentejn wara l-bidu tat-tħaddim f'konformità mal-Artikolu 35(4).
Artikolu 42
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
ANNESS
FORMOLA STANDARD TA' TALBA GĦAL INFORMAZZJONI KIF MSEMMI FL-ARTIKOLU 17(1) TAR-REGOLAMENT (UE) 2019/816 SABIEX TINKISEB INFORMAZZJONI DWAR LIEMA STAT MEMBRU, JEKK IKUN HEMM, GĦANDU INFORMAZZJONI TA' REKORDS KRIMINALI TA' ĊITTADIN TA' PAJJIŻ TERZ
ANNESS II
Tabella ta’ korrispondenzi
Data kif imsemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 mibgħuta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS |
Id-data korrispondenti tal-ECRIS-TCN kif imsemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament li magħha għandha tiġi mqabbla d-data fl-ETIAS |
il-kunjom (isem il-familja) |
il-kunjom (isem il-familja) |
il-kunjom mat-twelid |
ismijiet preċedenti |
l-isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja)) |
ismijiet (ismijiet mogħtija) |
ismijiet oħra (psewdonimu/i, isem/ismijiet artistiku/ċi, isem/ismijiet tas-soltu) |
psewdonimi jew laqmijiet |
id-data tat-twelid |
id-data tat-twelid |
il-post tat-twelid |
il-post tat-twelid (belt u pajjiż) |
il-pajjiż tat-twelid |
il-post tat-twelid (belt u pajjiż) |
is-sess |
il-ġeneru |
in-nazzjonalità attwali |
in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet |
nazzjonalitajiet oħra (jekk hemm) |
in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet |
it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar |
it-tip ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuna |
in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar |
in-numru tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuna |
il-pajjiż emittenti tad-dokument tal-ivvjaġġar |
isem l-awtorità emittenti |
( 1 ) Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).
( 3 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
( *1 ) Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1).”;