EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R0452-20211223
Regulation (EU) 2019/452 of the European Parliament and of the Council of 19 March 2019 establishing a framework for the screening of foreign direct investments into the Union
Consolidated text: Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni
Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni
02019R0452 — MT — 23.12.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2019/452 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 079I 21.3.2019, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1298 tat-13 ta’ Lulju 2020 |
L 304 |
1 |
18.9.2020 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2126 tad-29 ta’ Settembru 2021 |
L 432 |
1 |
3.12.2021 |
REGOLAMENT (UE) 2019/452 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta' Marzu 2019
li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“investiment dirett barrani” tfisser investiment ta' kull tip minn investitur barrani li jkollu l-għan li jistabbilixxi jew li jżomm rabtiet dejjiema u diretti bejn l-investitur barrani u l-imprenditur jew l-impriża li lilhom ikun qed isir disponibbli l-kapital sabiex iwettqu attività ekonomika fi Stat Membru, inklużi investimenti li jippermettu parteċipazzjoni effettiva fil-ġestjoni jew fil-kontroll ta' kumpannija li teżerċita attività ekonomika;
“investitur barrani” tfisser persuna fiżika ta' pajjiż terz jew impriża ta' pajjiż terz, li jkollha l-ħsieb li tagħmel jew li tkun għamlet investiment dirett barrani;
“skrinjar” tfisser proċedura li tippermetti l-valutazzjoni, l-investigazzjoni, l-awtorizzazzjoni, l-ikkundizzjonar, il-projbizzjoni jew ix-xoljiment ta' investimenti diretti barranin;
“mekkaniżmu ta' skrinjar” tfisser strument ta' applikazzjoni ġenerali, bħal liġi jew regolament, u rekwiżiti amministrattivi li jakkumpanjawh, regoli ta' implimentazzjoni jew linji gwida, li jistabbilixxi t-termini, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-valutazzjoni, l-investigazzjoni, l-awtorizzazzjoni, l-ikkundizzjonar, il-projbizzjoni jew ix-xoljiment ta' investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà jew ordni pubbliku;
“investiment dirett barrani li jkun qed jiġi skrinjat” tfisser investiment dirett barrani li jkun għaddej minn valutazzjoni jew investigazzjoni formali skont mekkaniżmu ta' skrinjar;
“deċiżjoni ta' skrinjar” tfisser miżura adottata fl-applikazzjoni ta' mekkaniżmu ta' skrinjar;
“impriża ta' pajjiż terz” tfisser impriża kostitwita jew organizzata b'mod ieħor taħt il-liġijiet ta' pajjiż terz.
Artikolu 3
Mekkaniżmi ta' skrinjar ta' Stati Membri
Artikolu 4
Fatturi li jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni
Fid-determinazzjoni jekk l-investiment dirett barrani aktarx li jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jqisu l-effetti potenzjali tiegħu fuq, fost affarijiet oħra:
infrastruttura essenzjali, kemm fiżika kif ukoll virtwali, inklużi faċilitajiet tal-enerġija, it-trasport, l-ilma, is-saħħa, komunikazzjonijiet, midja, proċessar jew ħażna ta' data, ajruspazjali, difiża, infrastruttura elettorali jew finanzjarja, u faċilitajiet sensittivi, kif ukoll artijiet u proprjetà immobbli, kruċjali għall-użu ta' tali infrastruttura;
teknoloġiji essenzjali u oġġetti b'użu doppju kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 ( 1 ), inklużi intelliġenza artifiċjali, robotika, semikondutturi, ċibersigurtà, ajruspazjali, difiża, ħażna tal-enerġija, teknoloġiji kwantum u nukleari kif ukoll nanoteknoloġiji u bijoteknoloġiji;
provvista ta' inputs essenzjali, inklużi l-enerġija jew materja prima, kif ukoll is-sigurtà tal-ikel;
aċċess għal informazzjoni sensittiva, inkluża data personali, jew il-kapaċità ta' kontroll fuq tali informazzjoni; jew
il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja.
Fid-determinazzjoni jekk investiment dirett barrani aktarx jaffettwa s-sigurtà jew l-ordni pubbliku, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu wkoll iqisu, b'mod partikolari:
jekk l-investitur barrani huwiex ikkontrollat direttament jew indirettament mill-gvern, inklużi korpi statali jew forzi armati ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta' struttura ta' sjieda jew finanzjament sinifikanti;
jekk l-investitur barrani jkunx diġà involut f'attivitajiet li jaffettwaw is-sigurtà jew l-ordni pubbliku fi Stat Membru; jew
jekk hemmx riskju serju li investitur barrani jinvolvi ruħu f'attivitajiet illegali jew kriminali.
Artikolu 5
Rapportar annwali
Artikolu 6
Mekkaniżmu ta' kooperazzjoni relattivament għal investimenti diretti barranin li jkunu qed jiġu skrinjati
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra li ġew ippreżentati kummenti.
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra li nħarġet opinjoni.
Kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali għandha tkun debitament iġġustifikata, limitata għall-informazzjoni meħtieġa biex jiġu pprovduti kummenti skont il-paragrafu 2 jew biex tinħareġ opinjoni skont il-paragrafu 3, proporzjonata għall-għan tat-talba u mhux ta' piż żejjed għall-Istat Membru li jwettaq l-iskrinjar. It-talbiet għal informazzjoni u t-tweġibiet ipprovduti mill-Istati Membri għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni simultanjament.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, jekk intalbet informazzjoni addizzjonali skont il-paragrafu 6, tali kummenti jew opinjonijiet għandhom jinħarġu mhux aktar tard minn 20 jum kalendarju mid-data tar-riċezzjoni tal-informazzjoni addizzjonali jew in-notifika skont l-Artikolu 9(5).
Minkejja l-paragrafu 6, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni sussegwentement għal kummenti minn Stati Membri oħra fejn possibbli fi żmien l-iskadenzi msemmija f'dan il-paragrafu, u f'kull każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem kalendarji wara t-tmiem ta' dawk l-iskadenzi.
Artikolu 7
Mekkaniżmu ta' kooperazzjoni relattivament għal investimenti diretti barranin li mhumiex qed jiġu skrinjati
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra li ġew ipprovduti kummenti.
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra li nħarġet opinjoni.
Kwalunkwe talba għal informazzjoni għandha tkun debitament iġġustifikata, limitata għall-informazzjoni meħtieġa biex jiġu pprovduti kummenti skont il-paragrafu 1, jew biex tinħareġ opinjoni skont il-paragrafu 2, proporzjonata għall-għan tat-talba u mhux ta' piż żejjed għall-Istat Membru fejn l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew tlesta.
It-talbiet għal informazzjoni u t-tweġibiet ipprovduti mill-Istati Membri għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni simultanjament.
Artikolu 8
Investimenti diretti barranin li x'aktarx jaffettwaw proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni
Il-proċeduri stipulati fl-Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw mutatis mutandis, soġġetti għall-modifiki li ġejjin:
bħala parti min-notifika msemmija fl-Artikolu 6(1) jew il-kummenti msemmija fl-Artikoli 6(2) u 7(1), Stat Membru jista' jindika jekk huwa jqisx li investiment dirett barrani x'aktarx jaffettwa proġetti jew programmi ta' interess għall-Unjoni;
l-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tintbagħat lill-Istati Membri l-oħra;
l-Istat Membru fejn ikun ippjanat jew tlesta l-investiment dirett barrani għandu jqis bl-akbar reqqa l-opinjoni tal-Kummissjoni u jipprovdi spjegazzjoni lill-Kummissjoni jekk l-opinjoni tagħha ma tiġix segwita.
Artikolu 9
Rekwiżiti ta' informazzjoni
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:
l-istruttura ta' sjieda tal-investitur barrani u tal-impriża li fiha l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew tlesta, inkluża informazzjoni dwar l-investitur aħħari u l-parteċipazzjoni fil-kapital;
il-valur approssimattiv tal-investiment dirett barrani;
il-prodotti, servizzi u operazzjonijiet tan-negozju tal-investitur barrani u tal-impriża li fiha l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew tlesta;
l-Istati Membri fejn l-investitur barrani u l-impriża li fiha l-investiment dirett barrani jkun ippjanat jew tlesta jwettqu operazzjonijiet rilevanti tan-negozju;
il-finanzjament tal-investiment u s-sors tiegħu, abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli għall-Istat Membru;
id-data meta l-investiment dirett barrani jkun ippjanat li jitlesta jew ikun tlesta.
Jekk ma tkun ġiet ipprovduta ebda informazzjoni, kwalunkwe kumment maħruġ minn Stat Membru ieħor jew kwalunkwe opinjoni maħruġa mill-Kummissjoni jistgħu jkunu bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli lilhom.
Artikolu 10
Kunfidenzjalità tal-informazzjoni trasmessa
Artikolu 11
Punti ta' kuntatt
Artikolu 12
Grupp ta' esperti dwar l-iskrinjar ta' investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea
Il-grupp ta' esperti dwar l-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea li jipprovdi pariri u għarfien espert lill-Kummissjoni għandu jkompli jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-iskrinjar ta' investimenti diretti barranin, jikkondividi l-aħjar prattiki u t-tagħlimiet meħuda, u jiskambja fehmiet dwar ix-xejriet u l-kwistjonijiet ta' tħassib komuni relatati mal-investimenti diretti barranin. Il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra titlob il-parir ta' dak il-grupp dwar kwistjonijiet sistemiċi relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Id-diskussjonijiet f'dak il-grupp għandhom jinżammu kunfidenzjali.
Artikolu 13
Kooperazzjoni internazzjonali
L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli ta' pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet relatati mal-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku.
Artikolu 14
Ipproċessar ta' data personali
Artikolu 15
Evalwazzjoni
Artikolu 16
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-11 ta' Ottubru 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Lista ta’ proġetti jew programmi ta’ interess għall-Unjoni msemmija fl-Artikolu 8(3)
1. Programmi Ewropej GNSS (Galileo & EGNOS) ( 2 )
Ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1).
2. Copernicus ( 3 )
Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44).
3. Azzjoni preparatorja għat-tħejjija tal-programm il-ġdid tal-UE GOVSATCOM
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u b’mod partikolari l-Artikolu 58(2)(b) tiegħu (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
4. Programm Spazjali
Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).
5. Orizzont 2020 jinkludi programmi ta’ riċerka u żvilupp skont l-Artikolu 185 tat-TFUE, u impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra stabbiliti skont l-Artikolu 187 tat-TFUE
Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014–2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104) inklużi azzjonijiet relatati ma’ Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali bħall-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, is-semikondutturi u ċ-ċibersigurtà.
6. Orizzont Ewropa, inklużi programmi ta’ riċerka u żvilupp skont l-Artikolu 185 TFUE, u impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra stabbilita skont l-Artikolu 187 TFUE
Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
7. Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 2021–2025
Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765 tal-10 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021–2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2018/1563 (ĠU L 167I, 12.5.2021, p. 81).
8. Networks Trans-Ewropej għat-Trasport (TEN-T)
Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
9. Networks Trans-Ewropej għall-Enerġija (TEN-E)
Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).
10. Networks Trans-Ewropej għat-Telekomunikazzjoni ( 4 )
Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).
11. Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa
Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38).
12. Programm Ewropa Diġitali
Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).
13. Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża
Ir-Regolament (UE) 2018/1092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 30).
14. Azzjoni Preparatorja fuq ir-Riċerka dwar id-Difiża
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u b’mod partikolari l-Artikolu 58(2)(b) tiegħu (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
15. Fond Ewropew għad-Difiża
Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149).
16. Il-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta’ Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1797 tad-19 ta’ Novembru 2018 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 294, 21.11.2018, p. 18).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1909 tat-12 ta’ Novembru 2019 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 293, 14.11.2019, p. 113).
17. Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58).
18. Programm l-UE għas-Saħħa
Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021–2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 1).
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 se jinżamm f’dan l-Anness fid-dawl tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament (UE) 2021/696.
( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 se jinżamm f’dan l-Anness fid-dawl tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament (UE) 2021/696.
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 se jinżamm f’dan l-Anness fid-dawl tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2021/1153 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014.