This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R0317-20250101
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/317 of 11 February 2019 laying down a performance and charging scheme in the single European sky and repealing Implementing Regulations (EU) No 390/2013 and (EU) No 391/2013 (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta' Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta' Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
02019R0317 — MT — 01.01.2025 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/317 tal-11 ta' Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (ĠU L 056 25.2.2019, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1880 tas-26 ta’ Ottubru 2021 |
L 380 |
1 |
27.10.2021 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3128 tas-16 ta’ Diċembru 2024 |
L 3128 |
1 |
17.12.2024 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/317
tal-11 ta' Frar 2019
li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għal:
il-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru msemmija fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004;
il-korp innominat mill-Kummissjoni biex iwettaq il-kompiti meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk (il-“Maniġer tan-Netwerk”) skont l-Artikolu 6(2) tar- Regolament (KE) Nru 551/2004 u maħtur skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123.
Dan ir-Regolament japplika wkoll, għall-iskop tal-iffissar tal-miri u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni fuq effiċjenza f'termini ta' kostijiet, lill-awtoritajiet jew entitajiet li jħallsu kostijiet eliġibbli li għandhom jiġu rkuprati permezz ta' imposti tal-utent, kif speċifikat f'punt (b) tal-Artikolu 15(2) KE) Nru 550/2004 u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(1) ta' dan ir-Regolament.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ukoll għal:
servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet tan-netwerk ipprovduti fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom f'reġjuni oħra tal-ICAO mir-reġjun tal-ICAO EUR, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u dmirijiet tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago tal-1944 dwar l-avjazzjoni ċivili internazzjonali;
fir-rigward tal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru li rċevew il-permess biex jipprovdu servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru mingħajr ċertifikazzjoni, skont l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tul tal-effett ta' dawn id-deċiżjonijiet jikkorrispondi mat-tul tal-perjodu referenzjarju. Ma għandhomx jemendaw jew jirtiraw dawn id-deċiżjonijiet waqt perjodu referenzjarju.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“kost reali” tfisser kost realment imġarrab f'sena kalendarja għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li huma soġġetti għal kontijiet iċċertifikati jew, fin-nuqqas ta' dawn il-kontijiet iċċertifikati, soġġetti għal verifika finali;
“unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru” jew “unità ATS” tfisser unità, ċivili jew militari, responsabbli biex tipprovdi servizzi tat-traffiku tal-ajru f'arja tal-ajru partikolari;
“koordinatur tal-ajruport” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika maħtura minn Stat Membru biex twettaq id-dmirijiet ta' koordinazzjoni f'ajruporti koordinati stabbiliti bl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 ( 1 );
“operatur ta' ajruport” tfisser kwalunkwe persuna legali jew naturali li topera ajrudrom wieħed jew aktar;
“utent tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru” tfisser l-operatur tal-inġenju tal-ajru fil-ħin li t-titjira kienet imwettqa jew, jekk l-identità tal-operatur ma tkunx magħrufa, is-sid tal-inġenju tal-ajru, sakemm ma jipprovax li persuna oħra kienet l-operatur f'dak il-ħin;
“rappreżentant tal-utenti tal-ispazju tal-ajru” tfisser kwalunkwe persuna legali jew entità li tirrappreżenta l-interessi ta' kategorija waħda jew aktar tal-utenti tal-ispazju tal-ajru;
“ċentru ta' kontroll taż-żona” tfisser unità li tipprovdi servizzi tat-traffiku tal-ajru għal titjiriet ikkontrollati fiż-żona ta' responsabbiltà tagħha.
“żona tal-imposti en route” tfisser volum tal-ispazju tal-ajru li jestendi mill-art sal-ispazju tal-ajru ta' fuq b'dan inkluż, fejn hemm provduti servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u li għalihom jiġu stabbiliti bażi tal-kost unika u rata unitarja unika;
“avveniment eċċezzjonali” tfisser ċirkostanzi li fihom il-kapaċità tal-ATM titnaqqas b'mod anormali sabiex il-livell ta' dewmien fl-immaniġġjar tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ATFM) ikun anormalment għoli, bħala riżultat ta' limitazzjoni ppjanata kkaġunata minn tibdil operattiv jew tekniku, in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' partijiet kbar tal-ispazju tal-ajru jew permezz ta' raġunijiet naturali jew politiċi, jew azzjoni industrijali, u l-attivazzjoni taċ-Ċellula Ewropea ta' Koordinazzjoni tal-Kriżi tal-Avjazzjoni (“EACCC”) mill-Maniġer tan-Netwerk;
“movimenti tat-trasport bl-ajru IFR kull sena” tfisser in-numru tat-tlugħ u nżul imwettqa skont l-IFR, ikkalkulata bħala l-medja annwali matul it-tliet snin kalendarji qabel is-sena li fiha l-abbozz tal-pjan ta' prestazzjoni kellu jiġi sottomess skont l-Artikolu 12;
“indiċi ta' inflazzjoni previst” tfisser l-indiċi ta' inflazzjoni annwali bbażat fuq it-tielet sena qabel il-bidu ta' perjodu referenzjarju u kkalkulat bl-użu tal-aħħar tbassir disponibbli dwar l-inflazzjoni tal-bidla medja tal-perċentwali tal-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Konsumatur ippubblikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali għall-Istat ikkonċernat fil-ħin tal-abbozzar tal-pjan ta' prestazzjoni. F'każ li l-bidla perċentwali ppubblikata mill-Fond Monetarju Internazzjonali għal sena partikolari tkun negattiva, għandu jintuża valur żero.
“indiċi tal-inflazzjoni reali” tfisser l-indiċi annwali tal-inflazzjoni bbażat fuq it-tielet sena qabel il-bidu ta' perjodu referenzjarju u kkalkulat bl-użu tar-rata reali ta' inflazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni fl-Indiċi Armonizzat tal-Eurostat dwar il-Prezz tal-Konsumatur għall-Istat ikkonċernat f'April tas-sena n+1. F'każ li l-bidla perċentwali ppubblikata mill-Kummissjoni għal sena partikolari tkun negattiva, għandu jintuża valur żero.
“investiment maġġuri” tfisser l-akkwist, l-iżvilupp, is-sostituzzjoni, l-aġġornament jew il-kiri ta' assi fissi li jirrappreżentaw valur totali tul il-ħajja kollha tal-assi ta' iktar minn EUR 5 miljun f'termini reali;
“awtorità nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja jew superviżorja stabbilita minn Stat Membru wieħed jew aktar fil-livell nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali;
“investiment ġdid u eżistenti” tfisser l-akkwist, l-iżvilupp, is-sostituzzjoni, l-aġġornament jew il-kiri ta' assi fissi fejn jintefqu kostijiet ta' deprezzament, il-kost tal-kapital, jew fil-każ ta' kiri, kostijiet operattivi għal dak l-investiment matul il-perjodu referenzjarju kopert mill-pjan ta' prestazzjoni;
“perjodu referenzjarju” tfisser il-perjodu ta' validità u applikazzjoni tal-miri ta' prestazzjoni mifruxin mal-Unjoni kollha, kif stipulat f'punt (d) tal-Artikolu 11(3) tar- Regolament (KE) Nru 549/2004 u l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament;
“valur referenzjarju” tfisser il-valur maħdum mill-Maniġer tan-Netwerk tad-dewmien ATFM en route għal kull Stat Membru u għal kull blokk tal-ispazju tal-ajru funzjonali sabiex jiġi żgurat li tintlaħaq il-mira tad-dewmien tal-ATFM en route tal-Unjoni kollha;
“kostijiet ta' ristrutturar” tfisser kostijiet sinifikanti ta' darba magħmula mill-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru fil-proċess ta' ristrutturar sabiex jintroduċu teknoloġiji, proċeduri jew mudelli tan-negozju ġodda biex jistimulaw forniment ta' servizz integrat, jikkumpensaw lill-impjegati, jagħlqu ċentri ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, jittrasferixxu attivitajiet f'postijiet ġodda, jibbilanċjaw l-assi jew jakkwistaw parteċipazzjonijiet strateġiċi f'impriżi oħra ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru.
“inkursjoni fir-runway” tfisser kwalunkwe okkorrenza mhux korretta f'ajrudrom li tinvolvi l-preżenza ta' inġenju tal-ajru, ta' vettura jew ta' persuna fiż-żona protetta ta' superfiċje allokata għall-inżul u għat-tlugħ ta' inġenji tal-ajru;
“ksur tas-separazzjoni minima” tfisser sitwazzjoni li fiha ma ġewx irrispettati l-valuri minimi ta' separazzjoni preskritti bejn l-ajruplani;
“żona tal-imposti fit-terminal” tfisser ajruport jew grupp ta' ajruporti, li jinsabu fit-territorji ta' Stat Membru, fejn jiġu pprovduti servizzi fit-terminal ta' navigazzjoni bl-ajru u li għalihom hemm stabbiliti bażi tal-kost unika u rata unitarja unika.
KAPITOLU II
KOMPITI U RESPONSABBILTAJIET
Artikolu 3
Assistenza mill-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni
Meta jkollha bżonn twettaq il-kompiti tal-Kummissjoni relatati mal-funzjonament dettaljat tal-iskema tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni tista' titlob għajnuna mill-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni fir-rigward ta' dan li ġej:
il-ġbir, l-eżami, il-validazzjoni u t-tixrid ta' data rilevanti għat-twettiq ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet tan-netwerk;
l-għażla jew l-adattament ta' oqsma ewlenin ta' prestazzjoni;
id-definizzjoni ta' indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin u indikaturi għall-monitoraġġ;
l-iffissar ta' firxiet ta' mira ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha, u t-twaqqif u r-reviżjoni ta' miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha;
l-istabbiliment tal-valuri bażiċi, il-limiti ta' twissija, u l-gruppi ta' tqabbil imsemmija fl-Artikolu 9(4);
valutazzjoni tal-konsistenza ta' abbozzi ta' miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew miri ta' prestazzjoni stabbiliti fil-livell ta' blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali (“miri ta' prestazzjoni FAB”) mal-miri ta' prestazzjoni mifruxa mal-Unjoni kollha skont l-Artikolu 14 u l-Artikolu 15 u r-reviżjoni ta' abbozz ta' pjanijiet ta' prestazzjoni skont l-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 15(1);
il-verifika tal-kompletezza tal-abbozz tal-pjanijiet ta' prestazzjoni skont l-Artikolu 13;
il-verifika, skont l-Artikolu 19, tal-abbozz tal-Pjan ta' Rendiment tan-Netwerk kif imsemmi fl-Artikolu 10(5) ta' dan ir-Regolament;
l-evalwazzjoni tal-miri ta' prestazzjoni riveduti u tal-miżuri korrettivi adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 15(5);
monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, inklużi n-nefqa tal-investiment u tal-kapital, fil-livell tal-Unjoni, f'livell nazzjonali u fil-livell ta' blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali;
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk skont l-Artikolu 37(2);
il-valutazzjoni, skont l-Artikolu 37(3), tal-informazzjoni riċevuta mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fir-rigward tal-pjanijiet ta' prestazzjoni, bil-għan li timmonitorja l-prestazzjoni tan-netwerk Ewropew tal-ATM;
l-evalwazzjoni tal-kisba tal-miri ta' prestazzjoni matul il-perjodu referenzjarju;
il-manutenzjoni u l-appoġġ fil-koordinazzjoni ta' kalendarju tal-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati dwar il-pjanijiet tal-prestazzjoni u r-rekwiżiti ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(2) (3) u fl-Artikolu 30.
Artikolu 4
Forniment ta' informazzjoni u faċilitazzjoni tal-monitoraġġ minn fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru
Meta jkun meħtieġ biex iwettaq il-kompiti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali relatati mal-funzjonament dettaljat tal-iskema ta' prestazzjoni, il-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom, fuq talba u mingħajr dewmien, jipprovdu lil dawk l-awtoritajiet dan li ġej:
informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet lokali rilevanti għall-iffissar ta' miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew miri ta' prestazzjoni stabbiliti fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali;
data għall-istabbiliment tar-redditu fuq ir-rata ta' ekwità għal imposti tan-navigazzjoni bl-ajru;
informazzjoni dwar investimenti ppjanati fil-ħames snin wara d-data tat-talba, li turi l-profil tan-nefqa ppjanata għal investimenti ġodda u eżistenti matul u lil hinn mill-perjodu referenzjarju u kif l-investimenti ewlenin jikkontribwixxu għall-prestazzjoni f'kull qasam ta' prestazzjoni ewlieni;
il-pjan tan-negozju tagħhom imsemmi fil-punt ATM/ANS.OR.D.005 tal-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 ( 2 );
informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28(3);
data dwar bażijiet tal-kost u informazzjoni dwar l-allokazzjoni ta' kostijiet bejn servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u fit-terminal, kif ukoll data dwar dħul minn attivitajiet kummerċjali u d-data dwar fondi pubbliċi riċevuti.
Artikolu 5
Assistenza mill-Maniġer tan-Netwerk
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin relatati mal-funzjonament dettaljat tal-iskema ta' prestazzjoni:
jappoġġja lill-Kummissjoni billi jipprovdi kontribut rilevanti għall-istabbiliment ta' miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha qabel il-bidu ta' perjodu referenzjarju u għall-monitoraġġ tal-kisba ta' dawk il-miri matul il-perjodu referenzjarju, inkluż billi jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni, mingħajr dewmien inutli, għal kwalunkwe ċirkostanza fejn il-miri tal-prestazzjoni ma jintlaħqux jew hemm riskju li mhux se jintleħqu jew fejn jiġi osservat tnaqqis persistenti fil-prestazzjoni operattiva;
fuq rikjesta tal-Kummissjoni, jappoġġja lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali billi jipprovdi kontribut rilevanti għat-tħejjija tal-pjanijiet ta' prestazzjoni u billi jinforma lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata, mingħajr dewmien inutli, dwar kwalunkwe ċirkostanza fejn il-miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew il-miri ta' prestazzjoni FAB ma jintlaħqux jew hemm riskju li mhux se jintleħqu jew fejn jiġi osservat tnaqqis sinifikanti u persistenti fil-prestazzjoni operattiva;
jappoġġja lill-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru biex jilħqu l-miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew il-miri ta' prestazzjoni FAB, b'mod partikulari permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Pjan Operattiv tan-Netwerk imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123.
Artikolu 6
Kooperazzjoni mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Skont l-Artikolu 13a tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u skont il-punt (h) tal-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 93(b) tar-Regolament (UE) 2018/1139, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni biex jiżguraw li:
aspetti ta' sikurezza jiġu indirizzati kif xieraq, inkluż l-istabbiliment, ir-reviżjoni u l-implimentazzjoni ta' indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin u miri ta' prestazzjoni mifruxa mal-Unjoni kollha fil-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tas-sikurezza;
l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-miri ta' prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tas-sikurezza huma konsistenti mal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/1139.
KAPITOLU III
IFFISSAR TAL-MIRA TA' PRESTAZZJONI
Artikolu 7
Tul tal-perjodi referenzjarji
Artikolu 8
Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u indikaturi għall-monitoraġġ
Artikolu 9
Miri ta' prestazzjoni tal-Unjoni kollha
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, persuni u organizzazzjonijiet rilevanti oħra u, rigward aspetti ta' sikurezza, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni dwar dawk il-firxiet indikattivi.
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha:
tqis l-inputs rilevanti mill-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, il-Maniġer tan-Netwerk u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali;
tbassir tat-traffiku en route, espress f'termini ta' movimenti IFR u f'unitajiet ta' servizz u bbażat fuq l-iktar tbassir disponibbli riċenti tal-bażi tal-Istatistika tal-Eurocontrol u t-Tbassir (“STATFOR”);
tissostanzja kull mira ta' prestazzjoni mifruxa mal-Unjoni kollha b'deskrizzjoni tas-suppożizzjonijiet sottostanti u r-raġunament għal dak il-għan, inkluż l-użu magħmul minn inputs imsemmija f'punt (a) ta' dan il-paragrafu, ir-riżultat tal-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u data fattwali rilevanti.
Flimkien mal-adozzjoni tal-miri ta' prestazzjoni mifruxa mal-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi:
“valur bażi għal kostijiet iddeterminati” għall-Unjoni kollha, u “valur bażi għall-kostijiet iddeterminati tal-unità” għall-iskop li jiġu stabbiliti miri fil-qasam tal-prestazzjoni ewlenija ta' effiċjenza f'termini ta' kostijiet għall-indikatur tal-prestazzjoni ewlenija msemmija fil-punt 4.1 tat-Taqsima 1 tal-Anness I. Dawk il-valuri bażi għandhom jiġu kkalkulati fir-rigward tas-sena ta' qabel il-bidu tal-perjodu referenzjarju.
Il-valur bażi għal kostijiet iddeterminati għandu jiġi stmat bl-użu tal-kostijiet reali disponibbli għall-perjodu referenzjarju preċedenti u aġġustat biex iqis l-iktar stima riċenti disponibbli tal-kostijiet, il-varjazzjonijiet tat-traffiku u r-relazzjoni tagħhom mal-kostijiet.
Il-valur bażi għall-kost iddeterminat tal-unità għandu jiġi derivat billi jiġi diviż il-valur bażi għall-kostijiet iddeterminati bit-tbassir tat-traffiku espress f'unitajiet ta' servizz għas-sena ta' qabel il-bidu tal-perjodu referenzjarju.
limiti ta' twissija li lil hinn minnhom l-Istati Membri jistgħu jitolbu reviżjoni tal-miri ta' prestazzjoni li jinsabu fil-pjanijiet ta' prestazzjoni, skont il-punt (a)(i) tal-Artikolu 18(1). Dawk il-limiti ta' twissija għandhom ikunu bbażati fuq il-parametri li ġejjin:
id-devjazzjoni tat-traffiku reali mit-tbassir tat-traffiku fuq sena kalendarja partikolari, espressa bħala perċentwal tal-movimenti IFR;
id-devjazzjoni tat-traffiku reali mit-tbassir tat-traffiku fuq sena kalendarja partikulari, espressa bħala perċentwal tal-unitajiet ta' servizz;
il-varjazzjoni tal-valuri referenzjarji bħala riżultat tal-aġġornamenti staġonali tal-Pjan Operattiv tan-Netwerk skont il-punt (a) tal-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 9(8) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123, meta mqabbel mal-valuri referenzjarji mill-aħħar verżjoni tal-Pjan ta' Operazzjonijiet tan-Netwerk disponibbli fi żmien it-tfassil tal-pjan ta' prestazzjoni. Din il-varjazzjoni għandha tiġi espressa bħala perċentwal ta' varjazzjoni jew bħala frazzjoni ta' minuti tad-dewmien ATFM en route, skont il-kobor tal-valuri referenzjarji.
il-gruppi ta' paragun tal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru b'ambjent operattiv u ekonomiku simili, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-miri ta' prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza.
Artikolu 10
Pjanijiet ta' prestazzjoni
Il-pjanijiet ta' prestazzjoni għandhom jitfasslu skont il-mudell stabbilit fl-Anness II u għandhom jinkludu:
miri ta' prestazzjoni nazzjonali vinkolanti jew miri vinkolanti ta' prestazzjoni tal-FAB, stabbiliti fuq il-bażi tal-indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin imsemmija fl-Artikolu 8(2), inklużi “valur bażi għal kostijiet iddeterminati” u “valur bażi għall-kostijiet iddeterminati tal-unità” għal kull żona tal-imposti, bil-għan li jiġu stabbiliti miri fil-qasam ta' prestazzjoni ewlieni ta' kosteffiċjenza. Dawk il-valuri bażi għandhom jinħadmu fir-rigward tas-sena ta' qabel il-bidu tal-perjodu referenzjarju.
Il-valur bażi għal kostijiet iddeterminati għandu jiġi stmat bl-użu tal-kostijiet reali disponibbli għall-perjodu referenzjarju preċedenti, u għandu jiġi aġġustat biex iqis l-iktar stima riċenti disponibbli tal-kostijiet, il-varjazzjonijiet tat-traffiku u r-relazzjoni tagħhom mal-kostijiet.
Il-valur bażi għall-kostijiet iddeterminati tal-unità għandu jinkiseb billi l-valur bażi tal-kostijiet iddeterminati jiġi diviż bl-iktar tbassir tat-traffiku riċenti disponibbli, espressa f'unitajiet ta' servizz għas-sena ta' qabel il-bidu tal-perjodu referenzjarju.
kostijiet iddeterminati għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u fit-terminal stabbiliti skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u b'dan ir-Regolament;
skemi ta' inċentivi stabbiliti skont l-Artikolu 11, li jispeċifikaw il-parametri tal-iskemi ta' inċentivi, il-valuri ta' pern tal-mekkaniżmu ta' modulazzjoni imsemmija fl-Artikolu 11(3) fejn applikabbli, kif ukoll miżuri mmirati biex jilħqu l-għanijiet ta' dawk l-iskemi ta' inċentivi;
deskrizzjoni tal-miżuri ewlenin immirati biex jinkisbu miri ta' prestazzjoni;
konferma li hija konsistenti mal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004;
tbassir tat-traffiku en route, espress f'termini ta' movimenti IFR u f'unitajiet ta' servizz, ibbażat fuq it-tbassir bażi ta' STATFOR tal-Eurocontrol;
tbassir tat-traffiku fit-terminal, espress f'termini ta' movimenti IFR u f'unitajiet ta' servizz, ibbażat fuq it-tbassir bażi ta' STATFOR tal-Eurocontrol;
deskrizzjoni ta' inizjattivi biex tappoġġja l-koordinazzjoni transkonfinali u l-forniment ta' servizzi transkonfinali li huma ta' benefiċċju għall-prestazzjoni operattiva jew il-kosteffiċjenza, jew it-tnejn;
informazzjoni dwar:
investimenti ewlenin;
pjanijiet ta' ġestjoni tal-bidliet għad-dħul fis-servizz ta' bidliet kbar fl-ispazju tal-ajru jew għat-titjib tas-sistema tal-ATM, immirati biex jimminimizzaw kwalunkwe impatt negattiv fuq il-prestazzjoni tan-netwerk.
Madankollu, fir-rigward tal-punti (f) u (g), l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li jużaw tbassir tat-traffiku en route u fit-terminal oħra flok dawk imsejsa fuq it-tbassir bażi ta' STATFOR tal-Eurocontrol. F'dak il-każ, għandhom jikkonsultaw mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru kif ukoll mal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernati, u jfissru r-raġunijiet għall-użu ta' tbassir ieħor fil-pjan ta' prestazzjoni. Kull differenza mit-tbassir bażi ta' STATFOR tal-Eurocontrol għandha tkun relatata ma' fatturi lokali speċifiċi li għadhom ma ġewx indirizzati biżżejjed mit-tbassir bażi ta' STATFOR tal-Eurocontrol. L-istess tbassir għandu jintuża għall-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin kollha.
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jfassal il-Pjan ta' Rendiment tan-Netwerk. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jfassal Pjan ta' Rendiment tan-Netwerk Il-Pjan ta' Rendiment tan-Netwerk għandu jitfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness III u għandu jistabbilixxi:
il-valur miżjud tal-Maniġer tan-Netwerk b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Istati Membri, blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru u utenti tal-ispazju tal-ajru ċivili u militari lejn il-kisba tal-miri tal-kapaċità u l-ambjent, u jistabbilixxi l-kontribut tal-funzjonijiet tan-netwerk biex jintlaħqu l-miri ta' prestazzjoni mifruxa mal-Unjoni kollha;
il-miri u l-għanijiet ta' prestazzjoni għall-Maniġer tan-Netwerk u għal kull funzjoni tan-netwerk u l-miżuri mmirati biex jintlaħqu dawk il-miri.
Artikolu 11
Skemi ta' inċentivi
L-iskemi ta' inċentivi fil-pjanijiet ta' prestazzjoni kif adottati mill-Istati Membri għandhom:
jistabbilixxu inċentivi ta' natura finanzjarja għall-kisba tal-miri ta' prestazzjoni fl-oqsma ewlenin ta' prestazzjoni tal-kosteffiċjenza u l-kapaċità b'mod effettiv u proporzjonali;
japplikaw waqt il-perjodu kollu kopert mill-pjan ta' prestazzjoni;
ikunu nondiskriminatorji, trasparenti u effettivi;
japplikaw għal servizzi tan-navigazzjoni kemm en route kif ukoll fit-terminal.
L-iskemi ta' inċentivi fuq il-miri ta' prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità għandhom flimkien mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1, jilħqu l-prinċipji li ġejjin:
dawn għandhom ikunu proporzjonati mal-livell tad-dewmien tal-ATFM u jikkonsistu f'vantaġġi finanzjarji u fi żvantaġġi finanzjarji li jkollhom impatt materjali fuq id-dħul f'riskju;
għandhom jiġi stabbiliti b'mod li l-iżvantaġġi finanzjarji massimi jkunu tal-anqas ekwivalenti għall-vantaġġi finanzjarji massimi;
L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tiddefinixxi l-perċentwali fissi massimi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punti 2.1(a) u 2.2(a) tal-Anness XIII, kif ukoll fit-tieni subparagrafu tal-punti 2.1(b) u 2.2.(b) tal-Annexx XIII għall-kalkolu tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi finanzjarji, soġġetti għall-konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru kif ukoll mal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernati.
Fir-rigward tal-perċentwali fissi massimi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punti 2.1(a) u 2.2(a) tal-Anness XIII għall-kalkolu tal-vantaġġi finanzjarji, dawk il-perċentwali ma għandhom jaqbżu t-2 %.
biex jiġu kkalkulati l-vantaġġi jew l-iżvantaġġi finanzjarji, għandhom jintużaw valuri ta' pern;
L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tiddeċiedi, qabel il-bidu tal-perjodu referenzjarju, jekk dawk il-valuri ta' pern għandhomx ikunu bbażati:
fuq il-miri ta' prestazzjoni fil-livell nazzjonali, imqassma fil-livell ta' kull fornitur individwali ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru; jew
fuq miri ta' prestazzjoni modulati fil-livell nazzjonali, imqassma fil-livell ta' kull fornitur individwali ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, stabbiliti kull sena mill-awtorità superviżorja nazzjonali għas-sena ta' wara skont il-punt 1 tal-Anness XIII u soġġett għall-konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u tal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernati. Il-mekkaniżmu ta' modulazzjoni għandu jiġi definit fil-pjan ta' prestazzjoni u għandu japplika għal kull sena tal-perjodu referenzjarju u m'għandux jinbidel matul il-perjodu referenzjarju;
L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma annwalment lill-Kummissjoni dwar il-valuri ta' pern;
Għandu jkun hemm firxa simmetrika madwar il-valur ta' pern stipulat mill-awtorità superviżorja nazzjonali, soġġett għall-konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u mal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernati, biex jiġi żgurat li varjazzjonijiet minimi fid-dewmien tal-ATFM ma jwasslu għal ebda vantaġġ jew żvantaġġ finanzjarju.
meta d-dewmien medju reali tal-ATFM għal kull titjira fis-sena n ikun inqas mill-valur ta' pern stabbilit għas-sena n u lil hinn mill-firxa msemmija fil-punt (d), dan għandu jirriżulta f'vantaġġ finanzjarju permezz ta' żieda fir-rata unitarja fis-sena n+2 skont il-punt 2 tal-Anness XIII;
meta d-dewmien medju reali tal-ATFM għal kull titjira fis-sena n ikun ogħla mill-valur ta' pern stabbilit għas-sena n u lil hinn mill-firxa msemmija fil-punt (d), dan għandu jirriżulta fi żvantaġġ finanzjarju permezz ta' tnaqqis fir-rata unitarja fis-sena n+2 skont il-punt 2 tal-Anness XIII;
għall-miri en route fil-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità u fejn il-pjan ta' prestazzjoni ikun stabbilit fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mal-prinċipji msemmija f'punti (a) sa (f):
l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati għandhom iqassmu l-mira tal-prestazzjoni FAB imsemmija fil-punt 3.1(a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I fil-livell ta' kull fornitur individwali ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernat, bl-għan li jiġu stabbiliti inċentivi f'livell nazzjonali. Il-valuri li jirriżultaw għandhom jiffurmaw il-bażi għall-valuri ta' pern imsemmija fil-punt (c);
l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati għandhom japplikaw l-istess skema ta' inċentivi, b'mod konsistenti għall-fornituri kollha ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernati;
il-valuri ta' pern għall-blokk tal-ispazju tal-ajru funzjonali għandhom jintużaw ukoll fil-livell ta' kull fornitur individwali ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru msemmi fil-punt (i), u għandhom ikunu bbażati jew:
b'deroga mill-punt (c), l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kollha kkonċernati għandhom jiddeċiedu flimkien dwar jekk il-valuri ta' pern fil-livell ta' kull fornitur individwali ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru u fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali humiex se jiġu modulati jew le. Din id-deċiżjoni għandha tapplika b'mod uniformi għall-valuri kollha ta' pern fil-livell ta' kull fornitur individwali ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru u fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, għat-tul kollu tal-perjodu referenzjarju;
fejn il-miri ta' prestazzjoni fil-livell nazzjonali u f'dak tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali jkunu se jiġu modulati, l-istess mekkaniżmu ta' modulazzjoni għandu japplika għall-miri ta' prestazzjoni fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali;
fenj it-total tad-dewmien ATFM en route għal kull titjira matul is-sena n fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali jkun ogħla mill-valur tal-pern stabbilit għas-sena n imsemmi fil-punt (iii) u lil hinn mill-firxa msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3, il-punt (e) tal-paragrafu 3 ma għandux japplika, u l-punt (f) tal-paragrafu 3 għandu japplika biss għal dawk il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni bl-ajru li d-dewmien reali ATFM tagħhom għal kull titjira fis-sena n huwa ogħla mill-valur ta' pern stabbilit għas-sena n u lil hinn mill-firxa msemmija fil-punt (d);
meta t-total tad-dewmien ATFM en route matul is-sena n fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali jkun inqas mill-valur tal-pern stabbilit għas-sena n imsemmi fil-punt (iii) u lil hinn mill-firxa msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3, il-punt (f) tal-paragrafu 3 ma għandux japplika, u l-punt (e) tal-paragrafu 3 għandu japplika biss għal dawk il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni bl-ajru li d-dewmien reali ATFM tagħhom għal kull titjira fis-sena n huwa inqas mill-valur ta' pern stabbilit għas-sena n u lil hinn mill-firxa msemmija fil-punt (d).
KAPITOLU IV
ADOZZJONI, VALUTAZZJONI U REVIŻJONI TAL-PJANIJIET TA' PRESTAZZJONI
Artikolu 12
Adozzjoni u sottomissjoni ta' abbozzi tal-pjanijiet ta' prestazzjoni
Kull Stat Membru għandu jadotta abbozz ta' pjan ta' prestazzjoni, kif imfassal mill-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza jew l-awtoritajiet ikkonċernati fuq livell nazzjonali jew fuq livell ta' blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, u jissottomettih lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel il-bidu tal-perjodu referenzjarju li għalih tirrelata. Fejn l-abbozz tal-pjan ta' prestazzjoni jitfassal fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, wara li l-Istati Membri kollha kkonċernati jkunu adottaw dak il-pjan, għandu jitressaq lill-Kummissjoni.
Artikolu 13
Verifika tal-kompletezza ta' abbozz tal-pjanijiet ta' prestazzjoni
F'dak il-każ, l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottomettu l-abbozz tal-pjan ta' prestazzjoni aġġornat lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet ġimgħat mid-data tat-talba tal-Kummissjoni.
Artikolu 14
Evalwazzjoni u reviżjoni ta' abbozzi tal-pjanijiet u l-miri ta' prestazzjoni
F'dak il-każ, l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom, fi żmien tliet xhur mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, jirrevedu l-miri ta' prestazzjoni u jieħdu miżuri xierqa biex jirrevedu l-abbozz tal-pjan ta' prestazzjoni kif xieraq, filwaqt li jqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, u jissottomettu l-abbozz ta' pjan ta' prestazzjoni rivedut lill-Kummissjoni.
Artikolu 15
Valutazzjoni tal-pjanijiet u tal-miri ta' prestazzjoni riveduti u adozzjoni ta' miżuri korrettivi
Jekk il-Kummissjoni ssib li dawk il-miżuri huma biżżejjed biex jiżguraw konformità mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5, għandha tinnotifika lill-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernati dwar dan.
Fejn il-Kummissjoni ssib li dawk il-miżuri mhumiex biżżejjed biex jiżguraw il-konformità mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5, għandha tinnotifika lill-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernati b'dan u għandha tieħu, fejn xieraq, azzjoni biex tindirizza n-nuqqas ta' konformità, inkluż permezz ta' azzjonijiet previsti fl-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 16
Adozzjoni tal-pjanijiet ta' prestazzjoni
Kull Stat Membru għandu jadotta u jippubblika l-pjan ta' prestazzjoni tiegħu f'wieħed miċ-ċirkostanzi li ġejjin, kif applikabbli:
wara li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2), l-Artikolu 15(2) jew l-Artikolu 15(4);
wara li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(7);
wara li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni wara talba minn Stat Membru jew Stati Membri kkonċernati biex tirrevedi matul il-perjodu referenzjarju miri ta' prestazzjoni skont l-Artikolu 18(1), sakemm il-pjan ta' prestazzjoni jiġi aġġustat mill-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-miri ta' prestazzjoni riveduti.
Artikolu 17
Miri ta' prestazzjoni jew miżuri korrettivi adottati wara l-bidu tal-perjodu referenzjarju
Artikolu 18
Reviżjoni tal-miri ta' prestazzjoni matul perjodu referenzjarju
Matul il-perjodu referenzjarju, l-Istati Membri jistgħu jirrevedu wieħed jew aktar mill-miri ta' prestazzjoni li jinsabu fil-pjanijiet ta' prestazzjoni u jadottaw pjanijiet ta' prestazzjoni li huma emendati skont dan, biss fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati jqisu li r-reviżjoni maħsuba hija meħtieġa u proporzjonata fid-dawl tal-okkorrenza ta' waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
mill-inqas wieħed mil-limiti ta' twissija msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 9(4) jintlaħaq u l-awtorità jew awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati evalwaw is-sitwazzjoni u wrew li l-effetti li jirriżultaw milli jilħqu l-limitu jew il-limiti minimi ta' twissija ma jistgħux jiġu mitigati biżżejjed sakemm il-miri ta' prestazzjoni ma jkunux riveduti;
id-data, is-suppożizzjonijiet u r-raġunijiet inizjali, inkluż fuq investimenti, li abbażi tagħhom il-miri ta' prestazzjoni kkonċernati ġew stabbiliti, ikunu b'mod sinifikanti u dejjiema mhux aktar preċiżi minħabba ċirkostanzi imprevedibbli meta ġie adottat il-pjan ta' prestazzjoni, u l-awtorità jew l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati jkunu evalwaw is-sitwazzjoni u wrew li l-effetti li jirriżultaw ma jistgħux ikunu mtaffija biżżejjed sakemm il-miri ta' prestazzjoni ma jiġux riveduti.
il-Kummissjoni tkun, fuq bażi ta' talba raġjonata mill-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernati, iddeċidiet li:
taqbel li r-reviżjoni maħsuba hija meħtieġa u proporzjonata fid-dawl tal-okkorrenza ta' waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet li ġejjin imsemmija fil-punt (a);
il-miri ta' prestazzjoni riveduti maħsuba huma konsistenti mal-miri ta' prestazzjoni mifruxa mal-Unjoni kollha, wara li tkun evalwat dawk il-miri fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV.
Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni msemmija fil-punt (b) fi żmien seba' xhur mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba kompluta mressqa mill-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 19
Approvazzjoni tal-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk
Il-Kummissjoni tista' tirrikjedi lill-Maniġer tan-Netwerk biex jissottometti reviżjoni tal-abbozz tal-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk, fejn dan ikun meħtieġ biex tiżgura l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness V.
KAPITOLU V
FINANZJAMENT TAS-SERVIZZI TA' NAVIGAZZJONI BL-AJRU, IT-TWAQQIF TA' ŻONI TAL-IMPOSTI, IT-TWAQQIF TA' BAŻIJIET TAL-KOST GĦAL IMPOSTI U TRASPARENZA
Artikolu 20
Prinċipji għall-iffinanzjar ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru
Artikolu 21
Stabbiliment taż-żoni tal-imposti
L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru kkonċernati qabel ma jistabbilixxu jew jimmodifikaw dawk iż-żoni.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, u l-Uffiċċju Ċentrali tal-Imposti tar-Rotta (“CRCO”) tal-Eurocontrol fejn applikabbli, dwar it-twaqqif jew il-modifika ta' dawk iż-żoni tal-imposti, mill-inqas seba' xhur qabel il-bidu tal-perjodu referenzjarju.
L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinfurmaw lill-Kummissjoni u lis-CRCO tal-Eurocontrol dwar kwalunkwe deċiżjoni ta' din ix-xorta.
L-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw jew jistabbilixxu żona tal-imposti fit-terminal ġdida matul perjodu referenzjarju, sakemm:
jikkonsultaw ir-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni kkonċernati qabel il-modifika;
jinnotifikaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-Kummissjoni u lis-CRCO tal-Eurocontrol dwar il-modifika;
jipprovdu lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, b'dan kollu li ġej:
id-data tat-traffiku u l-kost rilevanti li jirriflettu b'mod adegwat is-sitwazzjoni qabel u wara l-modifika;
il-kummenti tar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, u tal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru kkonsultati skont il-punt (a);
valutazzjoni tal-impatt mistenni tal-modifika fuq il-kisba tal-miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew il-miri tal-prestazzjoni tal-FAB fil-qasam tal-prestazzjoni ewlieni tal-kosteffiċjenza, kif ukoll fuq il-monitoraġġ tal-prestazzjoni;
aġġornament tal-pjan ta' prestazzjoni mad-data rilevanti.
Artikolu 22
Stabbiliment tal-bażi tal-kost għall-imposti
Kostijiet iddeterminati li jirriżultaw minn sistemi ATM ġodda u minn titjib maġġuri tas-sistemi ATM eżistenti għandhom jiġu inklużi biss fil-bażi tal-kost fejn dawk is-sistemi jkunu konsistenti mal-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM, kif ukoll b'mod partikulari mal-proġetti komuni msemmija fl-Artikolu 15a(3) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jinkludu fil-bażi tal-kost il-kostijiet iddeterminati li ġejjin, imġarrba b'rabta mal-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, skont it-tieni sentenza tal-punt (b) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004:
kostijiet iddeterminati mġarrba minn awtoritajiet kompetenti;
kostijiet imġarrba mill-entitajiet ikkwalifikati msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004;
kostijiet iddeterminati li jirriżultaw mill-Konvenzjoni Internazzjonali EUROCONTROL dwar il-kooperazzjoni għas-sikurezza tan-navigazzjoni bl-ajru tat-13 ta' Diċembru 1960 kif emendata l-aħħar.
Il-kostijiet iddeterminati inklużi fil-bażijiet tal-kost għal imposti en route u fit-terminal għandhom jikkonsistu fi:
kostijiet relatati mal-persunal;
kostijiet operazzjonali apparti l-kostijiet relatati mal-persunal;
kostijiet ta' deprezzament;
kostijiet tal-kapital;
kostijiet eċċezzjonali;
Rigward il-punt (a), il-kostijiet tal-persunal għandhom jinkludu r-rimunerazzjoni gross, il-ħlasijiet ta' sahra u l-kontribuzzjonijiet ta' min iħaddem għal skemi ta' sigurtà soċjali, kif ukoll kositjiet tal-pensjonijiet u l-kostijiet ta' benefiċċji oħra. Il-kostijiet tal-pensjonijiet jistgħu jiġu kkalkulati billi jintużaw suppożizzjonijiet prudenti bbażati fuq l-iskema tal-pensjoni jew fuq il-liġi nazzjonali, skont il-każ. Dawk is-suppożizzjonijiet għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta' prestazzjoni.
Fir-rigward tal-punt (b), kostijiet operattivi apparti l-kostijiet tal-persunal għandhom jinkludu kostijiet magħmula għal xiri ta' oġġetti u servizzi użati biex jipprovdu servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, inklużi servizzi esternalizzati, materjal, enerġija, utilitajiet, kiri ta' bini, tagħmir u faċilitajiet, manutenzjoni, kostijiet ta' assigurazzjoni u kostijiet ta' vjaġġar.
Fir-rigward tal-punt (c), il-kostijiet ta' deprezzament għandhom jinkludu kostijiet relatati mal-assi fissi totali fl-operazzjoni għall-iskop li jipprovdu servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Il-valur tal-assi fissi għandu jiġi deprezzat skont il-ħajja operattiva mistennija tagħhom, bl-użu tal-metodu ta' linja dritta applikata għall-kostijiet tal-assi deprezzati. Għandha tiġi applikata kontabbiltà tal-kost storiku jew kurrenti għall-kalkolu tad-deprezzament. Il-metodoloġija użata biex jiġu kkalkulati l-kostijiet ta' deprezzament m'għandhiex tinbidel matul id-dewmien tad-deprezzament u għandha tkun konsistenti mal-kost tal-kapital applikat, jiġifieri l-kost nominali tal-kapital għall-kontabbiltà tal-kost storiku u l-kost reali tal-kapital għall-kontabbiltà tal-kostijiet kurrenti. Fejn tiġi applikata l-kontabbiltà tal-kost kurrenti, il-kost tal-kapital m'għandux jinkludi l-inflazzjoni, u ċ-ċifri tal-kontabbiltà tal-kost storiku ekwivalenti għandhom ukoll jiġu pprovduti biex jippermettu paragun u valutazzjoni.
Fir-rigward tal-punt (d), il-kost tal-kapital għandu jkun daqs il-prodott tal-elementi li ġejjin:
is-somma tal-valur medju nett kontabbli tal-assi fissi u l-aġġustamenti potenzjali tal-assi totali ddeterminati mill-awtorità superviżorja nazzjonali u użati mill-fornitur ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, li jkunu qed jitħaddmu jew li jkunu fil-proċess ta' konstruzzjoni, u l-valur medju tal-assi netti kurrenti, eskluż il-kontijiet li fuqhom hemm l-imgħax, li huma meħtieġa għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru;
il-medja ppeżata tar-rata tal-imgħax fuq id-djun u tar-redditu fuq l-ekwità (ROE). Għall-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru mingħajr ebda kapital ta' ekwità, il-medja ppeżata għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' redditu applikat għad-differenza bejn it-total tal-assi msemmija fil-punt (i) u d-djun.
Għall-iskop li jiġi stabbilit il-kost tal-kapital, il-fatturi li għandhom jingħataw piż għandhom ikunu bbażati fuq il-proporzjon ta' finanzjament permezz ta' dejn jew ekwità. Ir-rata tal-imgħax fuq id-djun għandha tkun daqs ir-rata tal-imgħax medja ppeżata fuq id-djun tal-fornitur ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Id-dħul fuq l-ekwità għandu jkun dak ipprovdut fil-pjan ta' prestazzjoni għall-perjodu referenzjarju u għandu jkun ibbażat fuq ir-riskju finanzjarju mġarrab mill-fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru.
Meta l-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jkollhom kostijiet mill-kiri ta' assi fissi, dawk il-kostijiet m'għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-kost tal-kapital.
Fir-rigward tal-punt (e), kostijiet eċċezzjonali għandhom jikkonsistu f'kostijiet mhux rikorrenti relatati mal-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru, inkluż kwalunkwe taxxa u dazji doganali li ma jistgħux jiġu rkuprati.
Għal dan il-għan, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu, qabel il-bidu ta' kull perjodu referenzjarju, il-kriterji użati biex jiġu allokati kostijiet iddeterminati għaż-żoni tal-imposti, inkluż fir-rigward tal-punti (b) u (c) ta' dan il-paragrafu, u l-kriterji biex jiġu allokati l-kostijiet iddeterminati bejn servizzi en route u fit-terminal, u għandhom jinkludu din l-informazzjoni fil-pjan ta' prestazzjoni skont il-punt 3.3(d) tal-Anness II.
Il-kostijiet iddeterminati inklużi fil-bażijiet tal-kostijiet għaż-żoni tal-imposti fit-terminal għandhom ikopru l-kost tas-servizzi li ġejjin:
is-servizzi tal-kontroll tal-ajrudromi, is-servizzi tal-informazzjoni fuq it-titjira tal-ajrudromi inklużi servizzi ta' konsulenza dwar it-traffiku tal-ajru, u servizzi ta' twissija;
is-servizzi tat-traffiku tal-ajru relatati mal-wasla u t-tluq tal-inġenji tal-ajru f'ċertu distanza minn ajruport li għandhom jiġu definiti fuq il-bażi ta' rekwiżiti operattivi;
il-parti proporzjonali tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru komuni għal servizzi en route u fit-terminal.
Il-kostijiet iddeterminati magħmula għal titjiriet eżentati skont l-Artikolu 31(3) sa (5) għandhom ikunu magħmula minn:
il-kostijiet iddeterminati ta' titjiriet VFR eżentati, ikkalkulati permezz ta' metodoloġija ta' kost marġinali;
il-kostijiet iddeterminati ta' titjiriet IFR eżentati, ikkalkulati bħala l-prodott tal-elementi li ġejjin:
il-kostijiet iddeterminati magħmula għal titjiriet IFR, li għandhom jikkonsistu mill-kostijiet totali ddeterminati nieqes il-kostijiet iddeterminati tat-titjiriet VFR;
il-proporzjon tan-numru ta' unitajiet ta' servizz eżentati għan-numru totali ta' unitajiet ta' servizz li għandhom jikkonsistu f'unitajiet ta' servizz fir-rigward ta' titjiriet IFR u, fejn mhumiex eżentati, ta' titjiriet VFR.
Il-kostijiet iddeterminati ta' titjiriet VFR eżentati għandhom ikunu separati mill-kostijiet iddeterminati magħmula għal titjiriet IFR għall-iskop tal-kalkolu tar-rata unitarja.
Artikolu 23
Kostijiet reali
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-istabbiliment ta' kostijiet reali.
Artikolu 24
It-trasparenza tal-kostijiet
L-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu dan matul perjodu referenzjarju, fejn biħsiebhom jitolbu reviżjoni tal-miri ta' prestazzjoni fil-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kosteffiċjenza skont l-Artikolu 18(1).
L-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tabelli ta' rappurtar u l-informazzjoni meħtieġa fl-Annessi VII u IX lill-entitajiet mistiedna għall-konsultazzjoni mill-inqas tliet ġimgħat qabel il-konsultazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tabella ta' rappurtar u l-informazzjoni meħtieġa fl-Anness VII għall-entitajiet mistiedna għall-konsultazzjoni mill-inqas tliet ġimgħat qabel il-konsultazzjoni.
KAPITOLU VI
KALKOLAZZJONI TAL-IMPOSTI U R-RATI UNITARJI
Artikolu 25
Kalkolu tar-rata unitarja
Dawk ir-rati għandhom jiġu kkalkolati billi jiġi diviż in-numru mbassar tal-ammont totali ta' unitajiet ta' servizz en route jew fit-terminal għas-sena rilevanti, kkalkolat skont il-punti 1 u 2 tal-Anness VIII rispettivament, fis-somma alġebrajka ta' dawn l-elementi li ġejjin:
il-kostijiet iddeterminati, espressi f'termini nominali, tas-sena rilevanti kif stipulat fil-pjan ta' prestazzjoni;
l-aġġustamenti għall-inflazzjoni skont l-Artikolu 26;
l-aġġustamenti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tar-riskju tat-traffiku skont l-Artikolu 27(2) sa (5);
l-aġġustamenti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tar-riskju tal-kostijiet skont l-Artikolu 28(4) sa (6);
l-aġġustamenti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-iskemi ta' inċentivi finanzjarji skont l-Artikolu 11(3) u (4);
l-aġġustamenti li jirriżultaw mill-modulazzjoni tal-imposti tan-navigazzjoni bl-ajru skont l-Artikolu 32;
l-aġġustamenti li jirriżultaw minn varjazzjonijiet tat-traffiku skont l-Artikolu 27(8);
l-aġġustamenti li jirriżultaw minn varjazzjonijiet tat-traffiku skont l-Artikolu 27(9);
tnaqqis ta' dħul ieħor, skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;
finanzjament reċiproku bejn żoni tal-imposti en route, jew bejn żoni tal-imposti fit-terminal, skont il-punt (e) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament 550/2004;
aġġustamenti għad-differenzi fid-dħul li jirriżulta mill-applikazzjoni temporanja tar-rata unitarja skont l-Artikolu 29(5);
aġġustamenti relatati ma' perjodi referenzjarji ta' qabel.
Għall-fini tal-punt (i) tal-paragrafu 2, id-dħul li ġej tal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru miksub fis-sena n għandu jitnaqqas mill-kostijiet iddeterminati bħala “dħul ieħor”:
fondi pubbliċi miksuba minn awtoritajiet pubbliċi, inkluż appoġġ finanzjarju minn programmi ta' assistenza tal-Unjoni;
dħul miksub minn attivitajiet kummerċjali, fejn l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati ddeċidew li dak id-dħul għandu jitnaqqas;
rigward is-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru fit-terminal, dħul miksub minn kuntratti jew ftehimiet konklużi bejn fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru u operaturi ta' ajruporti, fejn l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati ddeċidew li dak id-dħul għandu jitnaqqas.
Fir-rigward tal-punt (a), il-fondi pubbliċi li jkopru l-kostijiet tal-persunal u kostijiet operattivi oħra għandhom jitnaqqsu mill-kostijiet iddeterminati mhux aktar tard mis-sena n+2. Il-fondi pubbliċi li jkopru l-kostijiet ta' deprezzament għandhom jitnaqqsu mill-kostijiet iddeterminati skont l-iskeda ta' deprezzament tal-assi ffinanzjat (tul u annwalità). Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma jnaqqasx minn kostijiet iddeterminati ammont relatat mal-kostijiet amministrattivi mġarrba għar-rappurtar fuq il-ftehim ta' finanzjament jekk dawn il-kostijiet amministrattivi mhumiex inklużi fil-bażi tal-kostijiet għall-imposti. Bl-istess mod, Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma jnaqqasx mill-kostijiet iddeterminati fondi pubbliċi riċevuti biex ikopru kostijiet li ma kinux magħrufa fi żmien it-tfassil tal-pjan ta' prestazzjoni u li għalhekk mhumiex inklużi fil-bażi tal-kost għall-imposti. L-utenti tal-ispazju tal-ajru ma għandhomx jeħlu imposti għal kostijiet koperti minn fondi pubbliċi.
Fir-rigward ta' punti (b) u (c), id-dhul imsemmi f'dawk il-punti għandu jitnaqqas mill-kostijiet iddeterminati mhux aktar tard mis-sena n+2.
Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jistabbilixxu żona komuni ta' imposti skont l-Artikolu 21(4), ir-rata unitarja għandha tiġi kkalkulata f'munita waħda, li tista' tkun l-euro jew munita nazzjonali oħra ta' wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lis-CRCO ta' Eurocontrol bil-munita applikabbli.
Artikolu 26
Aġġustament tal-inflazzjoni
Għal kull sena tal-perjodu referenzjarju, il-kostijiet iddeterminati inklużi fil-bażijiet tal-kost għal imposti en route u fit-terminal tas-sena n espressi f'termini nominali għandhom jiġu aġġustati fuq il-bażi tad-differenza fil-perċentwali bejn l-indiċi ta' inflazzjoni reali u l-indiċi ta' inflazzjoni previst għal dik is-sena n u inkluża bħala aġġustament għall-kalkolu tar-rata unitarja għas-sena n+2.
Il-kostijiet iddeterminati msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(1), u l-kostijiet iddeterminati msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 22(4), fejn tiġi applikata l-kontabbiltà tal-kost storiku, ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi aġġustament ta' inflazzjoni.
Artikolu 27
Mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tar-riskju tat-traffiku
Fejn, matul sena partikolari n, in-numru reali ta' unitajiet ta' servizz jaqa' taħt it-tbassir tal-unità tas-servizz inkluż fil-pjan ta' prestazzjoni għal dik is-sena n b'aktar minn 2 %, 70 % tat-telf li jirriżulta mit-telf imġarrab mill-fornitur jew fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernati f'eċċess ta' 2 % tad-differenza bejn l-unitajiet tas-servizz reali u dak it-tbassir għandhom jiġu rkuprati mingħand l-utenti tal-ispazju tal-ajru, permezz ta' aġġustamenti tar-rati unitarji fis-sena n+2.
Fejn, matul sena partikolari n, in-numru reali ta' unitajiet ta' servizz jeċċedi 110 % tat-tbassir tal-unità ta' servizz inkluż fil-pjan ta' prestazzjoni għal dik is-sena n, id-dħul addizzjonali miksub mill-fornitur jew fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni bl-ajru kkonċernati f'eċċess ta' 10 % tad-differenza bejn l-unitajiet tas-servizz reali u dak it-tbassir għandha tiġi mgħoddija kollha, lill-utenti tal-ispazju tal-ajru, permezz ta' aġġustamenti tar-rati unitarji fis-sena n+2.
L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jistgħu jadattaw il-valuri tal-parametri tal-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tar-riskju tat-traffiku stabbilit fil-paragrafi 2 u 3. Meta jadattaw dawn il-valuri, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom:
jikkonsultaw dwar il-valuri maħsuba mir-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernati;
jiżguraw li l-espożizzjoni tar-riskju li tirriżulta għall-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru ma tkunx inqas mid-dħul massimu f'riskju taħt il-mekkaniżmu stabbilit fil-paragrafi 2 u 3;
iqisu l-varjazzjoni tal-kostijiet tal-forniment tal-kapaċità mill-fornitur ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernat minħabba varjazzjoni fit-traffiku.
Il-kostijiet iddeterminati li ġejjin ma għandhomx ikunu suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 sa 5:
il-kostijiet iddeterminati stabbiliti skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(1);
il-kostijiet iddeterminati għal servizzi meteoroloġiċi.
Artikolu 28
Mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tar-riskju tal-kost
Id-differenzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinqasmu kif ġej:
fejn, matul il-perjodu referenzjarju kollu, il-kostijiet reali ikunu inqas mill-kostijiet iddeterminati, il-fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jew l-Istat Membru kkonċernat għandhom iżommu bis-sħiħ id-differenza li tirriżulta;
fejn, matul il-perjodu referenzjarju kollu, il-kostijiet reali jaqbżu l-kostijiet iddeterminati, il-fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jew l-Istat Membru kkonċernat għandu jkopri b'mod sħiħ id-differenza li tirriżulta.
Il-paragrafu 2 ma japplikax jekk id-differenzi bejn il-kostijiet iddeterminati u l-kostijiet reali jirriżultaw minn tal-inqas waħda minn dawn il-bidliet li ġejjin:
tibdil mhux previst fil-kostijiet ta' investimenti ġodda u eżistenti;
tibdil mhux previst fil-kostijiet għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(1);
tibdil sinifikanti u mhux previst fil-kostijiet tal-pensjoni stabbiliti skont l-Artikolu 22(4) li jirriżultaw minn bidliet imprevedibbli fil-liġi nazzjonali tal-pensjonijiet, liġi tal-kontabbiltà tal-pensjonijiet jew bidliet imprevedibbli f'kundizzjonijiet tas-suq finanzjarju, bil-kundizzjoni li tali bidliet fil-kostijiet tal-pensjoni jkunu barra l-kontroll tal-fornitur ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru u, fil-każ ta' żidiet fil-kostijiet, li l-fornitur ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru ħa miżuri raġonevoli biex jimmaniġġja ż-żidiet fil-kostijiet matul il-perjodu referenzjarju;
tibdil sinifikanti u mhux previst fil-kostijiet li jirriżultaw minn bidliet imprevedibbli fir-rati tal-imgħax fuq self li jiffinanzjaw kostijiet li jirriżultaw mill-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, bil-kundizzjoni li dawn il-bidliet fil-kostijiet ikunu barra mill-kontroll tal-fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru u, fil-każ ta' żidiet fil-kost, li l-fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru ħa miżuri raġonevoli biex jimmaniġġja ż-żidiet fil-kostijiet matul il-perjodu referenzjarju;
tibdil mhux previst u sinifikanti fil-kostijiet li jirriżultaw minn tibdil mhux previst fil-liġi fiskali nazzjonali jew elementi tal-kost ġodda oħra mhux previsti u mhux koperti fil-pjan ta' prestazzjoni iżda meħtieġa bil-liġi;
Il-kostijiet iddeterminati marbutin mal-kostijiet imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu identifikati u kategorizzati fil-pjan ta' prestazzjoni, skont il-punt 3.3(h) tal-Anness II.
Id-differenzi bejn il-kostijiet iddeterminati u reali msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu identifikati u spjegati kull sena skont l-Anness VII u l-Anness IX.
Fir-rigward tal-bidliet mhux previsti fil-kostijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3, id-differenzi bejn il-kostijiet iddeterminati u l-kostijiet reali għandhom jinqasmu kif ġej:
fejn, matul sena kalendarja jew il-perjodu referenzjarju kollu, il-kostijiet reali jkunu inqas mill-kostijiet iddeterminati, il-fornitur ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jew l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrimborża d-differenza li tirriżulta għall-utenti tal-ispazju tal-ajru, permezz ta' tnaqqis tar-rata unitarja fis-sena n+2 jew fil-perjodu referenzjarju li ġej, sakemm ma tkunx ibbażata fuq ġustifikazzjoni dettaljata tal-fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, l-awtorità superviżorja nazzjonali tiddeċiedi, wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, li l-fornitur ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru ma għandux iħallas lura parti mid-differenza li tirriżulta;
fejn, matul sena kalendarju jew il-perjodu referenzjarju kollu, il-kostijiet reali jaqbżu l-kostijiet iddeterminati b'mhux aktar minn 5 %, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-differenza li tirriżulta tiġi rkuprata mingħand l-utenti tal-ispazju tal-ajru mill-fornitur ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jew mill-Istat Membru kkonċernat, permezz ta' żieda fir-rata unitarja fis-sena n+2 jew fil-perjodu referenzjarju li ġej, soġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità superviżorja nazzjonali ta' ġustifikazzjoni dettaljata pprovduta mill-fornitur ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li tiżdied il-kapaċità, u wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru.
Fejn, matul il-perjodu referenzjarju, il-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jkunu beħsiebhom iżidu, iħassru jew jissostitwixxu investiment kbar fir-rigward ta' informazzjoni dwar investimenti kbar identifikati fil-pjan ta' prestazzjoni skont il-punt 2.2(b) tal-Anness II, dawn it-tibdiliet għandhom jiġu approvati mill-awtorità superviżorja nazzjonali, wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru.
Fir-rigward tal-bidliet mhux previsti fil-kostijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, id-differenzi bejn il-kostijiet iddeterminati u l-kostijiet reali għandhom jinqasmu kif ġej:
meta, matul sena kalendarja, il-kostijiet reali jkunu inqas mill-kostijiet iddeterminati stabbiliti għal dik is-sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom iħallsu lura d-differenza li tirriżulta lill-utenti tal-ispazju tal-ajru permezz ta' tnaqqis fir-rata unitarja fis-sena n+2;
meta, matul sena kalendarja, il-kostijiet reali jaqbżu l-kostijiet iddeterminati stabbiliti għal dik is-sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom jirkupraw id-differenza li tirriżulta mingħand l-utenti tal-ispazju tal-ajru permezz ta' żieda fir-rata unitarja fis-sena n+2.
Fir-rigward tal-bidliet mhux previsti fil-kostijiet imsemmija fil-punti (c), (d) u (e) tal-paragrafu 3, id-differenzi bejn kostijiet iddeterminati u kostijiet reali għandhom jinqasmu kif ġej:
fejn, matul sena kalendarja jew il-perjodu referenzjarju kollu, il-kostijiet reali jaqgħu taħt il-kostijiet iddeterminati, il-fornitur ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jew l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrimborża d-differenza li tirriżulta lill-utenti tal-ispazju tal-ajru permezz ta' tnaqqis fir-rata unitarja fis-sena n+2, fil-perjodu referenzjarju li ġej jew fiż-żewġ perjodi referenzjarji li ġejjin jekk l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jħallu impatt fuq ir-rata unitarja b'mod sproporzjonat;
fejn, matul sena kalendarja jew il-perjodu referenzjarju kollu, il-kostijiet reali jaqbżu l-kostijiet iddeterminati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-differenza li tirriżulta tiġi rkuprata mingħand l-utenti tal-ispazju tal-ajru mill-fornitur ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jew mill-Istat Membru kkonċernat, permezz ta' żieda fir-rata unitarja fis-sena n+2, fil-perjodu referenzjarju li ġej jew fiż-żewġ perjodi referenzjarji li ġejjin jekk l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jħallu impatt fuq ir-rata unitarja b'mod sproporzjonat.
L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom ukoll jinkludu fir-rapport li għandu jasal sal-1 ta' Settembru tas-sena wara l-aħħar sena tal-perjodu referenzjarju l-bilanċ fuq il-perjodu referenzjarju kollu fir-rigward tal-bidliet mhux previsti fil-kostijiet imsemmija fil-punti (a), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 3.
Artikolu 29
Stabbiliment ta' rati unitarji għaż-żoni tal-imposti
L-Istati Membri għandhom jiffissaw rata unitarja għas-sena n għal kull żona tal-imposti skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jissottomettu, f'isem l-Istat Membru rispettiv tagħhom, ir-rata unitarja kkalkulata lill-Kummissjoni u lis-CRCO tal-Eurocontrol sal-1 ta' Ġunju tas-sena n-1. Din is-sottomissjoni għandha tinkludi t-tabelli ta' rappurtar u informazzjoni addizzjonali stabbiliti fl-Anness VII u l-Anness IX;
qabel l-1 ta' Novembru tas-sena n-1, jekk ikun hemm bżonn, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jaġġornaw ir-rata unitarja kkalkulata msemmija fil-punt (a), wara konsultazzjoni mal-utenti tal-ispazju tal-ajru. Huma għandhom jissottomettu din ir-rata unitarja aġġornata kkalkulata, f'isem l-Istat Membru rispettiv tagħhom, lill-Kummissjoni u lis-CRCO tal-Eurocontrol, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Novembru tas-sena n-1;
L-Istati Membri għandhom jiffissaw ir-rata unitarja għas-sena n sa mhux aktar tard mill-20 ta' Diċembru tas-sena n-1 u jinfurmaw lill-Kummissjoni u lis-CRCO tal-Eurocontrol dwar dik ir-rata.
Meta l-Kummissjoni ssib li rata unitarja ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25(2), għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat u tistiednu biex jissottometti rata unitarja riveduta.
Meta l-Kummissjoni ssib li r-rata unitarja riveduta hija kkalkulata f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25(2), għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat kif xieraq.
Meta, bħala konsegwenza taż-żmien meħtieġ biex titlesta l-proċedura msemmija fil-paragrafu 3, rata unitarja għas-sena n tiġi riveduta wara l-bidu tas-sena li għaliha tirrelata u tali reviżjoni tikkawża differenza fid-dħul, ir-rata unitarja għandha tiġi aġġustata kif ġej:
l-ewwel aġġustament tar-rata unitarja fis-sena wara r-reviżjoni tar-rata unitarja, u;
aġġustament finali tar-rata unitarja sentejn wara dik is-sena.
Meta pjan ta' prestazzjoni jiġi adottat wara l-bidu tal-perjodu referenzjarju, kull differenza fid-dħul minħabba l-applikazzjoni tar-rata unitarja jew rati ta' unità kkalkulata abbażi tal-abbozz tal-pjan ta' prestazzjoni, minflok ir-rata unitarja jew rati unitarji kkalkulati abbażi tal-pjan ta' prestazzjoni adottat, għandha tirriżulta fl-ewwel aġġustament tar-rata unitarja fis-sena wara l-adozzjoni tal-pjan ta' prestazzjoni u aġġustament finali tar-rata unitarja sentejn wara dik is-sena. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 għandhom jiġu applikati fuq il-bażi tal-pjan ta' prestazzjoni adottat u għandhom japplikaw b'mod retroattiv mill-ewwel jum tal-perjodu referenzjarju.
Meta pjan ta' prestazzjoni jiġi rivedut matul il-perjodu referenzjarju skont l-Artikolu 18, kull differenza fid-dħul minħabba l-applikazzjoni tar-rata unitarja jew ir-rati unitarji kkalkulata abbażi tal-pjan ta' prestazzjoni adottat, minflok ir-rata unitarja jew ir-rati unitarji kkalkulati abbażi tal-pjan ta' prestazzjoni rivedut adottat, għandu jirriżulta fl-ewwel aġġustament tar-rata unitarja fis-sena wara l-adozzjoni tal-pjan ta' prestazzjoni rivedut u aġġustament finali tar-rata unitarja sentejn wara dik is-sena. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 għandhom jiġu applikati abbażi tal-pjan ta' prestazzjoni rivedut adottat u għandhom japplikaw b'mod retroattiv mill-ewwel jum tas-sena li għalih japplika l-pjan ta' prestazzjoni rivedut.
Artikolu 30
Trasparenza tar-rati unitarji
L-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tabelli ta' rappurtar u l-informazzjoni meħtieġa fl-Anness IX lill-partijiet ikkonsultati mill-inqas tliet ġimgħat qabel il-konsultazzjoni.
Artikolu 31
Kalkolu tal-imposti
Għall-fini tal-kalkolu tat-tariffa fit-terminal, il-wasla u t-tluq ta' titjira għandhom jgħoddu bħala titjira waħda. L-unità li għandha tingħadd għandha tkun jew it-titjira tal-wasla jew it-titjira tat-tluq.
L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-titjiriet li ġejjin minn imposti en route:
it-titjiriet imwettqa permezz ta' inġenji tal-ajru b'piż tat-tlugħ massimu awtorizzat tiegħu li huwa inqas minn żewġ tunnellati metriċi;
it-titjiriet VFR/IFR imħallta fiż-żoni tal-imposti fejn jitwettqu esklussivament skont il-VFR u fejn ma jiġux miġbura imposti en route għal titjiriet VFR;
titjiriet imwettqa esklussivament għall-iskop ta' trasport, fuq missjoni uffiċjali, ta' Monarki li jirrisjedu u l-familji immedjati tagħhom, kapijiet ta' stat, kapijiet tal-gvern u Ministri tal-gvern, fejn ikun issostanzjat mill-indikatur tal-istatus adattat jew rimarka dwar il-pjan tat-titjira li t-titjira isir esklussivament għal dak il-għan;
it-titjiriet ta' tfittxija u salvataġġ awtorizzati mill-korp kompetenti xieraq.
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw it-titjiriet li ġejjin minn imposti en route:
titjiriet militari mwettqa minn ajruplani ta' Stat Membru jew kwalunkwe pajjiż terz;
titjiriet ta' taħriġ imwettqa biss fi ħdan l-ispazju tal-ajru tal-Istat Membru kkonċernat u esklussivament bil-għan li tinkiseb liċenzja, jew klassifikazzjoni fil-każ tal-ekwipaġġ tat-titjira tal-kabina tal-pilota, fejn tkun issostanzjata b'avviż xieraq fuq il-pjan tat-titjira li t-titjira qed titwettaq esklussivament għal dak il-għan;
it-titjiriet imwettqa esklussivament għall-iskop ta' ċċekkjar jew ta' ttestjar ta' tagħmir użat jew intenzjonat li jiġi użat bħala appoġġ tekniku mill-art għan-navigazzjoni bl-ajru, esklużi titjiriet għall-ippożizzjonar mill-inġenju tal-ajru kkonċernat;
it-titjiriet li jispiċċaw fl-ajruport mnejn l-inġenju tal-ajru jkun telaq u li matulhom ma jkun sar l-ebda nżul intermedju;
it-titjiriet VFR;
it-titjiriet umanitarji awtorizzati mill-korp kompetenti xieraq;
it-titjiriet tad-dwana u tal-pulizija.
Artikolu 32
Modulazzjoni tal-imposti tan-navigazzjoni bl-ajru
L-Istati Membri jistgħu, fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja, jimmodulaw imposti tan-navigazzjoni bl-ajru għall-utenti tal-ispazju tal-ajru biex:
jottimizzaw l-użu ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru;
inaqqsu l-impatt ambjentali tat-titjiriet;
inaqqsu l-livell ta' konġestjoni tan-netwerk f'żona speċifika jew fuq rotta speċifika f'ħinijiet speċifiċi.
jaċċelleraw l-iskjerament tal-kapaċitajiet tal-ATM SESAR b'antiċipazzjoni tal-perjodu ta' żmien stipulat fil-proġetti komuni msemmija fl-Artikolu 15a(3) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, b'mod partikolari bil-ħsieb li jingħataw inċentivi biex jarmaw l-inġenji tal-ajru b'sistemi inklużi f'dawk il-proġetti komuni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-modulazzjoni tal-imposti fir-rigward tal-punti (a) sa (c) ta' dan il-paragrafu ma tirriżultax f'bidla globali fid-dħul annwali għall-fornitur ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru meta mqabbla mas-sitwazzjoni fejn l-imposti ma jkunux ġew modulati. L-irkupri żejda jew inqas għandhom jirriżultaw f'aġġustament tar-rata unitarja fis-sena n+2.
Qabel l-applikazzjoni tal-modulazzjoni tal-imposti, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ir-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernati dwar tali modulazzjoni maħsuba.
Artikolu 33
Ġbir tal-imposti
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI
Artikolu 34
Skema ta' imposti simplifikata
Soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu u japplikaw skema simplifikata ta' imposti għat-tul ta' perjodu referenzjarju sħiħ fir-rigward ta':
żona tal-imposti waħda jew aktar en route u waħda jew aktar fit-terminal;
wieħed jew aktar fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru li jipprovdu servizzi fiż-żona jew fiż-żoni tal-imposti msemmija fil-punt (a).
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw skema ta' imposti simplifikata msemmija fil-paragrafu 1 biss jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfati:
Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 15(2) jew l-Artikolu 15(4) tikkonferma li l-miri ta' prestazzjoni stabbiliti mill-Istat Membru fl- abbozz tal-pjan ta' prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 12 huma konsistenti mal-miri ta' prestazzjoni tal-Unjoni kollha;
il-miri ta' prestazzjoni fl-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza, il-kapaċità, u l-ambjent ikunu ntleħqu fit-tliet snin qabel l-adozzjoni tal-abbozz tal-pjan ta' prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 12;
il-pjan ta' prestazzjoni jinkludi skema ta' inċentiv dwar il-miri ta' kapaċità kif meħtieġ fl-Artikolu 11;
il-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernati u l-utenti tal-ispazju tal-ajru kkonċernati ikunu ġew ikkonsultati dwar id-deċiżjoni maħsuba u l-utenti tal-ispazju tal-ajru li jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tat-titjiriet IFR operati fl-ispazju tal-ajru fejn l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati huma responsabbli għas-servizzi jaqblu mad-deċiżjoni maħsuba.
Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jistabilixxi u japplika skema ta' imposti simplifikata skont il-paragrafu 2, ma għandhomx japplikaw:
il-mekkaniżmu tal-kondiviżjoni tar-riskju tat-traffiku msemmi fl-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 27. Billi ma jkunx applikat il-mekkaniżmu ta' riskju tat-traffiku, ir-riskju ta' traffiku jkun kompletament fir-responsabbiltà tal-fornitur ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru;
id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(4) sa (6) relatati mal-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tar-riskju tal-kostijiet;
l-irkupri żejda jew nieqsa li jirriżultaw mill-modulazzjoni ta' imposti tan-navigazzjoni bl-ajru skont l-Artikolu 32.
Kwalunkwe trasferimenti mis-snin ta' qabel il-perjodu referenzjarju li għalih tiġi applikata l-iskema simplifikata ta' imposti, xorta għandhom jitqiesu fil-kalkolu tar-rati unitarji.
Artikolu 35
Servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal u s-servizzi CNS, MET u AIS u servizzi tad-data tal-ATM soġġetti għall-kundizzjonijiet tas-suq
Meta Stat Membru jew Stati Membri jiddeċiedu li japplikaw il-paragrafu 1, għall-perjodu ta' referenzi li jkun ġej jew, skont il-każ, għat-tul ta' żmien li jkun fadal mill-perjodu referenzjarju u fir-rigward tas-servizzi kkonċernati, huma ma għandhomx:
japplikaw miri ta' kosteffiċjenza, inklużi l-istipular ta' kostijiet iddeterminati, għall-indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin msemmija fil-punt 4.1 tat-Taqsima 2 tal-Anness I;
japplikaw mekkaniżmi għall-kondiviżjoni tar-riskju tat-traffiku u għall-kondiviżjoni tal-kostijiet skont l-Artikoli 27 u 28;
jistabbilixxu inċentivi finanzjarji fl-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u l-ambjent skont l-Artikolu 11;
jikkalkolaw imposti fit-terminal skont l-Artikolu 31(2);
jistabbilixxu rati unitarji fit-terminal skont l-Artikolu 29;
ikunu soġġett għal konsultazzjoni pubblika speċifikat fl-Artikolu 24(3).
Il-punti (d) u (f) japplikaw biss għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal.
Meta, matul perjodu referenzjarju, Stat Membru jiddeċiedi li japplika l-paragrafu 1, għandu wkoll jirrevedi l-pjan ta' prestazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 18(1) fir-rigward tas-servizzi kkonċernati.
Stat Membru għandu jiddeċiedi li japplika l-paragrafu 1 biss wara li jkun lesta l-passi kollha li ġejjin:
l-awtorità superviżorja nazzjonali tiegħu sabet, fuq il-bażi ta' valutazzjoni dettaljata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness X, li l-forniment tas-servizzi kkonċernati huwa soġġett għall-kundizzjonijiet tas-suq;
huwa kkonsulta r-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru kkonċernati dwar id-deċiżjoni maħsuba u dwar dik l-istima, u qies il-kummenti tagħhom fejn xieraq;
huwa għamel id-deċiżjoni maħsuba tiegħu u dik il-valutazzjoni disponibbli għall-pubbliku;
huwa ssottometta d-deċiżjoni maħsuba tiegħu u dik il-valutazzjoni lill-Kummissjoni u rċieva l-qbil tal-Kummissjoni.
Rigward il-punt (d), l-Istat Membru għandu jissottometti l-evalwazzjoni mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel il-bidu ta' perjodu referenzjarju jew, fil-każ ta' valutazzjoni matul il-perjodu referenzjarju, mingħajr dewmien żejjed wara li tkun tlestiet il-valutazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat jekk taqbilx li l-valutazzjoni twettqet skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness X. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan mingħajr dewmien żejjed. Fejn ikun neċessarju, il-Kummissjoni għandha titlob informazzjoni addizzjonali mingħand l-Istat Membru kkonċernat, li l-Istat Membru għandu jipprovdi mingħajr dewmien żejjed.
Jekk l-awtorità superviżorja nazzjonali tiskopri li dawn il-kundizzjonijiet ma għadhomx qed jintleħqu, l-Istat Membru għandu, mingħajr dewmien żejjed, jirrevoka d-deċiżjoni tiegħu, wara li jkun lesta l-passi stipulati fil-punti (b) sa (d) tal-paragrafu 3.
Malli ssir dik ir-revoka, l-Istat Membru, għall-perjodu referenzjarju li jkun ġej jew, skont il-każ, għat-tul ta' żmien li jifdal tal-perjodu referenzjarju, ma għandux japplika l-eżenzjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 fir-rigward tas-servizzi kkonċernati. Jekk ir-revoka ssir waqt perjodu referenzjarju, l-Istat Membru kkonċernat għandu wkoll jirrevedi l-pjan ta' prestazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 18(1).
KAPITOLU VIII
PROVVISTA TA' INFORMAZZJONI, MONITORAĠĠ U L-PUBBLIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI
Artikolu 36
Provvista ta' informazzjoni
Fir-rigward tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, dan l-Artikolu għandu japplika biss għal dawk l-utenti li joperaw iktar minn 35 000 titjira fis-sena fl-ispazju tal-ajru Ewropew, ikkalkulat bħala l-medja matul it-tliet snin preċedenti.
Artikolu 37
Monitoraġġ u rapportar
Jekk awtorità superviżjorja nazzjonali ssib li dawk il-miri ma ntlaħqux, jew li hemm riskju li ma jintlaħqux, minnufih għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan. Mingħajr dewmien żejjed, l-Istati Membri jew l-awtorità superviżorja nazzjonali kkonċernata, sabiex jirrettifikaw is-sitwazzjoni u jiksbu l-miri stipulati fil-pjan ta' prestazzjoni, għandhom japplikaw il-miżuri xierqa li jkunu ddefiniti, filwaqt li jqisu l-miżuri ta' rimedju msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123. Għandhom jikkomunikaw dawn il-miżuri xierqa lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.
Mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju ta' kull sena, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu tas-sena ta' qabel.
Jekk il-Kummissjoni tiskopri li l-miri ta' prestazzjoni fil-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk ma ntleħqux jew hemm riskju li mhux se jintleħqu, għandha titlob lill-Maniġer tan-Netwerk jiddefinixxi miżuri xierqa sabiex jirrettifika s-sitwazzjoni u jikseb dawk il-miri. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jikkomunika dawk il-miżuri lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 38
Pubblikazzjoni
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament, b'mod partikolara permezz ta' mezzi elettroniċi, l-informazzjoni li ġejja:
kull deċiżjoni li ħadu skont l-Artikolu 1(4) u (5);
kull deċiżjoni li ħadu skont il-punt (c) tal-Artikolu 35(3);
l-abbozz tal-pjanijiet ta' prestazzjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 12;
il-pjanijiet ta' prestazzjoni adottati tagħhom imsemmija fl-Artikolu 16;
it-tabelli ta' rappurtar tagħhom imsemmija fl-Artikoli 24, 29 u 30.
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jagħmel disponibbli pubblikament, b'mod partikolari permezz ta' mezzi elettroniċi, l-informazzjoni li ġejja:
l-abbozz tal-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk imsemmi fl-Artikolu 19(1);
il-Pjan ta' Rendiment tan-Netwerk adottat imsemmi fl-Artikolu 19(3).
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 39
Raġunament u appell tad-deċiżjonijiet nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet li jieħdu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom skont dan ir-Regolament ikunu ġew raġjonati sew u li huma soġġett għal appell ġudizzjarju effettiv skont il-liġi nazzjonali.
Artikolu 40
Tħassir
Ir-Regolamenti ta' implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 jitħassru b'effett mill-1 ta' Jannar 2020. Madanakollu, dawk ir-Regolamenti għandhom ikomplu japplikaw għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-prestazzjoni u l-iskemi ta' imposti tat-tieni perjodu referenzjarju.
Artikolu 41
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI (KPI, KEY PERFORMANCE INDICATORS) GĦALL-IFFISSAR TA’ MIRI U INDIKATURI GĦALL-MONITORAĠĠ
TAQSIMA 1
KPIs għall-iffissar ta’ miri għall-Unjoni kollha u għall-monitoraġġ fil-livell tal-Unjoni
1. SIKUREZZA
1.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
Il-livell minimu tal-effettività tal-immaniġġjar tas-sikurezza li jrid jintlaħaq mill-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru ċċertifikati li jipprovdu servizzi ta’ traffiku tal-ajru. Dan il-KPI jkejjel il-livell tal-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ ġestjoni li ġejjin:
politika u objettivi tas-sikurezza;
il-ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza;
assigurazzjoni tas-sikurezza;
promozzjoni tas-sikurezza;
kultura tas-sikurezza.
1.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
Ir-rata ta’ inkursjonijiet tar-runway fil-livell tal-Unjoni b’impatt ta’ sikurezza kkalkulat skont il-punt 1.2(a) tat-Taqsima 2;
ir-rata ta’ ksur minimu ta’ separazzjoni fil-livell tal-Unjoni b’impatt ta’ sikurezza kkalkulat skont il-punt 1.2(b) tat-Taqsima 2.
2. AMBJENT
2.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
Dan il-KPI jkejjel l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali, ikkalkolata kif ġej:
it-tqabbil bejn it-tul tal-parti en route tat-trajettorja reali derivata mid-data ta’ sorveljanza u d-distanza milħuqa, magħduda għat-titjiriet IFR ġewwa l-ispazju tal-ajru Ewropew jew li jaqsmuh kif definit fl-Artikolu 1;
“parti en route” tirreferi għad-distanza li l-inġenju tal-ajru jkun tar barra minn ċirku ta’ 40 mil nawtiku madwar l-ajruporti;
meta titjira titlaq minn jew tasal f’ajruport barra mill-ispazju tal-ajru Ewropew, il-punti tad-dħul jew tal-ħruġ tal-ispazju tal-ajru Ewropew jintużaw għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur bħala l-oriġini jew destinazzjoni rispettivament, minflok l-ajruport tat-tluq jew tad-destinazzjoni;
meta titjira titlaq minn u tasal f’ajruport ġewwa l-ispazju tal-ajru Ewropew u taqsam spazju tal-ajru mhux Ewropew, hija użata biss il-parti ġewwa l-ispazju tal-ajru Ewropew għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur;
“distanza milħuqa” hija funzjoni tal-pożizzjoni tal-punti tad-dħul u tal-ħruġ tat-titjira lejn u ’l barra minn kull porzjon tal-ispazju tal-ajru għal kull parti tat-trajettorja. Id-distanza milħuqa tirrappreżenta l-kontribuzzjoni li dawk il-punti jagħmlu għad-distanza taċ-ċirku l-kbir bejn l-oriġini u d-destinazzjoni tat-titjira;
l-indikatur huwa kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju, bħala medja. Meta tiġi kkalkolata din il-medja, l-ogħla għaxar valuri ta’ kuljum u l-għaxar valuri l-iktar baxxi ta’ kuljum huma esklużi mill-kalkolu.
2.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
L-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja tal-aħħar pjan tat-titjira ddepożitat, ikkalkolata kif ġej:
id-differenza bejn it-tul tal-parti en route tat-trajettorja tal-aħħar pjan tat-titjira ddepożitat u l-porzjon korrispondenti tad-distanza taċ-ċirku l-kbir, magħduda għat-titjiriet kollha bl-IFR ġewwa l-ispazju tal-ajru Ewropew jew li jaqsmuh;
“parti en route” tirreferi għad-distanza li l-inġenju tal-ajru jkun tar barra minn ċirku ta’ 40 mil nawtiku madwar l-ajruporti;
meta titjira titlaq minn jew tasal f’ajruport barra mill-ispazju tal-ajru Ewropew, il-punti tad-dħul jew tal-ħruġ tal-ispazju tal-ajru Ewropew jintużaw għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur bħala l-oriġini jew destinazzjoni rispettivament, minflok l-ajruport tat-tluq jew tad-destinazzjoni;
meta titjira titlaq minn u tasal f’ajruport ġewwa l-ispazju tal-ajru Ewropew u taqsam spazju tal-ajru mhux Ewropew, hija użata biss il-parti ġewwa l-ispazju tal-ajru Ewropew għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur.
l-indikatur huwa kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju, bħala medja. Meta tiġi kkalkolata din il-medja, l-ogħla għaxar valuri ta’ kuljum u l-għaxar valuri l-iktar baxxi ta’ kuljum huma esklużi mill-kalkolu.
L-effiċjenza ta-titjir medja orizzontali en route tal-iqsar trajettorja kostretta, ikkalkulata kif ġej:
id-differenza bejn it-tul tal-parti en route tal-iqsar rotta kostretta disponibbli għall-ippjanar tat-titjira, kif ikkalkulat mill-algoritmi li jsibu mogħdijiet u sistemi ta’ validazzjoni ta’ pjanijiet tat-titjira tal-Maniġer tan-Network, u l-porzjon korrispondenti tad-distanza taċ-ċirku l-kbir magħdud għat-titjiriet IFR kollha ġewwa l-ispazju tal-ajru Ewropew jew li jaqsmuh;
dan l-indikatur jikkunsidra r-restrizzjonijiet tal-ispazju tal-ajru f’jiem b’attivitajiet militari u mingħajrhom, ippubblikati fid-Dokument ta’ Disponibbiltà tar-Rotta (RAD, Route Availability Document) maħruġ mill-Maniġer tan-Network u l-istatus reali ta’ rotot kundizzjonali fil-ħin tal-aħħar pjan ta’ titjira ddepożitat;
“parti en route” tirreferi għad-distanza ’l barra minn ċirku ta’ 40 mil nawtiku madwar l-ajruporti;
meta titjira titlaq minn jew tasal f’ajruport barra mill-ispazju tal-ajru Ewropew, il-punti tad-dħul jew tal-ħruġ tal-ispazju tal-ajru Ewropew jintużaw għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur bħala l-oriġini jew destinazzjoni rispettivament, minflok l-ajruport tat-tluq jew tad-destinazzjoni;
meta titjira titlaq minn u tasal f’ajruport ġewwa l-ispazju tal-ajru Ewropew u taqsam spazju tal-ajru mhux Ewropew, hija użata biss il-parti ġewwa l-ispazju tal-ajru Ewropew għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur;
l-indikatur huwa kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju, bħala medja. Meta tiġi kkalkolata din il-medja, l-ogħla għaxar valuri ta’ kuljum u l-għaxar valuri l-iktar baxxi ta’ kuljum huma esklużi mill-kalkolu.
L-effiċjenza tat-titjir vertikali tat-trajettorja reali bejn il-quċċata tat-tlugħ u l-quċċata tal-inżul, ikkalkulata kif ġej:
dan l-indikatur huwa l-perċentwal tat-tul tat-trajettorja reali tat-titjira fi ħdan 1 000 pied taħt, jew fi kwalunkwe altitudni ogħla mil-livell tat-titjira ppjanat mill-aħħar pjan tat-titjira ddepożitat, magħdud għat-titjiriet IFR kollha ġewwa l-ispazju tal-ajru Ewropew jew li jaqsmuh;
l-indikatur huwa kkalkulat bħala perċentwal għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu ta’ referenza.
L-użu effettiv tal-ispazju tal-ajru riżervat jew segregat ikkalkulat bħala l-proporzjon tal-ħin finalment użat għas-segregazzjoni jew għar-riżervazzjoni mit-traffiku tal-ajru ġenerali għall-ħin inizjalment allokat għall-attività li teħtieġ segregazzjoni jew riżervazzjoni. L-indikatur jiġi kkalkulat għall-allokazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru kollha nnotifikati lill-Maniġer tan-Network.
Ir-rata ta’ ppjanar permezz ta’ strutturi disponibbli tal-ispazju tal-ajru, inkluż spazju tal-ajru riżervat jew segregat, għal traffiku tal-ajru ġenerali kkalkulat bħala l-perċentwal tal-pjanijiet tat-titjiriet tal-iddepożitar tal-inġenju tal-ajru permezz ta’ tali strutturi tal-ispazju tal-ajru għan-numru ta’ inġenji tal-ajru li seta’ ppjana permezz ta’ dawk l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru. L-indikatur jiġi kkalkulat għall-allokazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru kollha nnotifikati lill-Maniġer tan-Network.
Ir-rata tal-użu ta’ strutturi disponibbli tal-ispazju tal-ajru, inkluż spazju tal-ajru riżervat jew segregat, mit-traffiku tal-ajru ġenerali kkalkulat bħala l-perċentwal tal-inġenji tal-ajru li jtiru permezz ta’ tali strutturi tal-ispazju tal-ajru għan-numru ta’ inġenji tal-ajru li setgħu ppjanaw permezz ta’ dawn l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru. L-indikatur jiġi kkalkulat għall-allokazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru kollha nnotifikati lill-Maniġer tan-Network.
3. KAPAĊITÀ
3.1. Indikatur ewlieni tal-prestazzjoni
Il-medja ta’ minuti ta’ dewmien tal-ATFM en route għal kull titjira attribwibbli għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, ikkalkulata kif ġej:
id-dewmien tal-ATFM en route huwa d-dewmien ikkalkulat mill-Maniġer tan-Network, espress bħala d-differenza bejn il-ħin stmat tal-qtugħ mill-art u l-ħin ikkalkulat tal-qtugħ mill-art allokat mill-Maniġer tan-Network;
għall-finijiet ta’ dan l-indikatur:
dan l-indikatur ikopri t-titjiriet kollha bl-IFR u l-kawżi kollha tad-dewmien tal-AFTM, minbarra avvenimenti eċċezzjonali;
dan l-indikatur huwa kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
3.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
Il-ħin medju, espress f’minuti għal kull titjira tad-dewmien tal-AFTM tal-wasla attribwibbli lis-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal u fl-ajruport u kkawżat minn restrizzjonijiet fuq l-inżul fl-ajruport tad-destinazzjoni, ikkalkulat kif ġej:
il-medja tad-dewmien iġġenerat tal-AFTM tal-wasla għal kull titjira bl-IFR dieħla;
dan l-indikatur jinkludi t-titjiriet kollha bl-IFR li jinżlu l-art fl-ajruport tad-destinazzjoni u jkopri l-kawżi kollha tad-dewmien tal-AFTM tal-wasla, minbarra avvenimenti eċċezzjonali;
dan l-indikatur huwa kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
Il-perċentwal ta’ titjiriet b’dewmien tal-ATFM en route ta’ iktar minn 15-il minuta, ikkalkulat kif ġej:
dewmien tal-ATFM en route ikkalkulat skont il-punt 3.1(a);
dan l-indikatur ikopri t-titjiriet kollha bl-IFR u l-kawżi kollha tad-dewmien tal-AFTM, minbarra avvenimenti eċċezzjonali;
dan l-indikatur huwa kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
Il-ħin medju, espress f’minuti, tad-dewmien fit-tluq għal kull titjira, irrespettivament mill-kawża, ikkalkulat kif ġej:
id-dewmien medju attribwibbli għal:
ikopri t-titjiriet IFR kollha u huwa kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
4. KOSTEFFIĊJENZA
4.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
It-tibdil sena wara sena tal-“kost unitarju ddeterminat” (DUC, determined unit cost) medju tal-Unjoni kollha għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, ikkalkulat kif ġej:
perċentwal, li jirrifletti l-varjazzjoni sena wara sena tad-DUC medju tal-Unjoni kollu għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, li jibda mill-valur bażi msemmi fl-Artikolu 9(4), il-punt (a);
ikkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju;
id-DUC medju tal-Unjoni kollha għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route huwa l-proporzjon bejn il-kostijiet iddeterminati en route u t-traffiku tat-tbassir en route, espress f’unitajiet ta’ servizzi en route, mistenni matul kull sena tal-perjodu referenzjarju fil-livell tal-Unjoni, kif jinsab fis-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni biex jiġu stabbiliti l-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha skont l-Artikolu 9(3);
id-DUC medju tal-Unjoni kollha għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route huwa kkalkulat f’euro u f’termini reali.
4.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
Il-kost unitarju reali mġarrab mill-utenti separatament għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u fit-terminal fil-livell tal-Unjoni, ikkalkulat kif ġej:
il-medja ponderata tas-somma tad-DUC għal kull Stat Membru għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-aġġustamenti f’konformità mal-Artikolu 25(2) li jirriżultaw minn dik is-sena;
espress f’euro u f’termini nominali;
ikkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
TAQSIMA 2
KPI għall-iffissar tal-miri fil-livell lokali u indikaturi għall-monitoraġġ fil-livell lokali
1. SIKUREZZA
1.1. Indikatur ewlieni tal-prestazzjoni
Il-livell tal-effikaċja tal-ġestjoni tas-sikurezza skont il-punt 1.1 tat-Taqsima 1.
Għall-finijiet ta’ dan l-indikatur, “lokali” tfisser fil-livell tal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru.
1.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
Ir-rata ta’ inkursjonijiet fuq ir-runway fl-ajruporti li jinsabu fi Stat Membru, ikkalkulata bħala n-numru totali ta’ inkursjonijiet fuq ir-runway b’impatt fuq is-sikurezza li seħħ f’dawk l-ajruporti diviża bl-għadd totali ta’ movimenti skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR, instrument flight rules) u r-regoli tat-titjir viżwali (VFR, visual flight rules) f’dawk l-ajruporti.
Ir-rata ta’ ksur tas-separazzjoni minima fl-ispazju tal-ajru ta’ kull unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li tikkontrolla fi Stat Membru, ikkalkulata bħala n-numru totali ta’ ksur tas-separazzjoni minima b’impatt fuq is-sigurtà li seħħ f’dak l-ispazju tal-ajru diviż bl-għadd totali ta’ sigħat ta’ titjir ikkontrollati f’dak l-ispazju tal-ajru.
Ir-rata ta’ inkursjonijiet fuq ir-runway f’ajruport ikkalkulata bħala n-numru totali ta’ inkursjonijiet fuq ir-runway ma’ kwalunkwe kontribuzzjoni mis-servizzi tat-traffiku tal-ajru jew mis-servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza (CNS, communication, navigation and surveillance) b’impatt ta’ sikurezza li seħħ f’dak l-ajruport diviża bin-numru totali ta’ movimenti IFR u VFR f’dak l-ajruport.
Ir-rata ta’ ksur tas-separazzjoni minima fl-ispazju tal-ajru fejn il-fornitur ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jipprovdi servizzi tat-traffiku tal-ajru, ikkalkulat bħala n-numru totali ta’ ksur tas-separazzjoni minima bi kwalunkwe kontribuzzjoni mis-servizzi tat-traffiku tal-ajru, jew servizzi tas-CNS b’impatt ta’ sigurtà diviż bl-għadd totali ta’ sigħat ta’ titjir ikkontrollati f’dak l-ispazju tal-ajru.
L-indikaturi għall-monitoraġġ imsemmija f’dan il-punt għandhom jiġu kkalkulati għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (a) u (c), “lokali” tfisser fil-livell tal-ajruport. Għall-finijiet tal-indikatur stabbilit fil-punt (b), “lokali” tfisser fil-livell nazzjonali. Għall-finijiet tal-indikatur stabbilit fil-punt (d), “lokali” tfisser il-livell tal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru.
2. AMBJENT
2.1. Indikatur ewlieni tal-prestazzjoni
L-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali, ikkalkulata kif ġej:
il-paragun bejn it-tul tal-parti en route tat-trajettorja reali dderivat mid-data ta’ sorveljanza u d-distanza milħuqa, magħdud għat-titjiriet bl-IFR kollha ġewwa l-ispazju tal-ajru lokali jew li jaqsmuh;
“parti en route” tirreferi għad-distanza li l-inġenju tal-ajru jkun tar ’il barra minn ċirku ta’ 40 mil nawtiku madwar l-ajruporti tal-oriġini u tad-destinazzjoni;
meta titjira titlaq minn jew tasal f’ajruport barra mill-ispazju tal-ajru lokali, il-punti tad-dħul jew tal-ħruġ tal-ispazju tal-ajru lokali jintużaw għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur;
meta titjira titlaq minn u tasal f’ajruport fl-ispazju tal-ajru lokali u taqsam spazju tal-ajru mhux lokali, il-parti biss ġewwa l-ispazju tal-ajru lokali tintuża għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur;
“distanza milħuqa” hija funzjoni tal-pożizzjoni tal-punti tad-dħul u tal-ħruġ tat-titjira lejn u ’l barra mill-ispazju tal-ajru lokali. Id-distanza milħuqa tirrappreżenta l-kontribuzzjoni li dawk il-punti jagħmlu għad-distanza taċ-ċirku l-kbir bejn l-oriġini u d-destinazzjoni tat-titjira;
għall-finijiet ta’ dan l-indikatur, “lokali” tfisser fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, skont il-livell li fih huwa stabbilit il-pjan ta’ prestazzjoni;
l-indikatur huwa kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju, bħala medja. Meta tiġi kkalkolata din il-medja, l-ogħla għaxar valuri ta’ kuljum u l-għaxar valuri l-iktar baxxi ta’ kuljum huma esklużi mill-kalkolu.
2.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
L-effiċjenza tat-titjir medju orizzontali en route tat-trajettorja tal-aħħar pjan tat-titjira ddepożitat, ikkalkulata fil-livell lokali kif ġej:
id-differenza bejn it-tul tal-parti en route tat-trajettorja tal-aħħar pjan tat-titjira ddepożitat u l-porzjon korrispondenti tad-distanza taċ-ċirku l-kbir, magħduda għat-titjiriet kollha bl-IFR ġewwa l-ispazju tal-ajru lokali jew li jaqsmuh;
“parti en route” tirreferi għad-distanza li l-inġenju tal-ajru jkun tar barra minn ċirku ta’ 40 mil nawtiku madwar l-ajruporti;
meta titjira titlaq minn jew tasal f’ajruport barra mill-ispazju tal-ajru lokali, il-punti tad-dħul jew tal-ħruġ tal-ispazju tal-ajru lokali jintużaw għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur;
meta titjira titlaq minn u tasal f’ajruport fl-ispazju tal-ajru lokali u taqsam spazju tal-ajru mhux lokali, il-parti biss ġewwa l-ispazju tal-ajru lokali tintuża għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur;
ikkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju, bħala medja. Meta tiġi kkalkolata din il-medja, l-ogħla għaxar valuri ta’ kuljum u l-għaxar valuri l-iktar baxxi ta’ kuljum huma esklużi mill-kalkolu.
L-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tal-iqsar trajettorja kostretta, ikkalkolata fil-livell lokali kif ġej:
id-differenza bejn it-tul tal-parti en route tal-iqsar rotta kostretta disponibbli għall-ippjanar tat-titjira, kif ikkalkulat mill-algoritmi li jsibu mogħdijiet u sistemi ta’ validazzjoni ta’ pjanijiet tat-titjira tal-Maniġer tan-Network, u d-distanza milħuqa magħduda għat-titjiriet IFR kollha ġewwa l-ispazju tal-ajru lokali jew li jaqsmuh;
dan l-indikatur jikkunsidra r-restrizzjonijiet tal-ispazju tal-ajru ppubblikati fid-Dokument ta’ Disponibbiltà tar-Rotta maħruġ mill-Maniġer tan-Network u l-istatus reali ta’ rotot kundizzjonali fil-ħin tal-aħħar pjan ta’ titjira ddepożitat;
“parti en route” tirreferi għall-parti ’l barra minn ċirku ta’ 40 mil nawtiku madwar l-ajruporti tal-oriġini u tad-destinazzjoni;
meta titjira titlaq minn jew tasal f’ajruport barra mill-ispazju tal-ajru lokali, il-punti tad-dħul jew tal-ħruġ tal-ispazju tal-ajru lokali jintużaw għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur;
meta titjira titlaq minn u tasal f’ajruport fl-ispazju tal-ajru lokali u taqsam spazju tal-ajru mhux lokali, il-parti biss ġewwa l-ispazju tal-ajru lokali tintuża għall-kalkolu ta’ dan l-indikatur;
“distanza milħuqa” hija funzjoni tal-pożizzjoni tal-punti tad-dħul u tal-ħruġ tat-titjira lejn u ’l barra mill-ispazju tal-ajru lokali. Id-distanza milħuqa tirrappreżenta l-kontribuzzjoni li dawk il-punti jagħmlu għad-distanza taċ-ċirku l-kbir bejn l-oriġini u d-destinazzjoni tat-titjira;
ikkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju, bħala medja. Meta tiġi kkalkolata din il-medja, l-ogħla għaxar valuri ta’ kuljum u l-għaxar valuri l-iktar baxxi ta’ kuljum huma esklużi mill-kalkolu.
L-effiċjenza tat-titjir vertikali tat-trajettorja reali bejn il-quċċata tat-tlugħ u l-quċċata tal-inżul, ikkalkulata kif ġej:
dan l-indikatur huwa l-perċentwal tat-tul tat-trajettorja effettivament magħmula sa 1 000 pied ’l isfel, jew f’altitudni ogħla mil-livell tat-titjira ppjanat mill-aħħar pjan tat-titjira ddepożitat, magħdud għat-titjiriet IFR kollha ġewwa fl-ispazju tal-ajru lokali jew li jaqsmuh.
l-indikatur huwa kkalkulat bħala perċentwal għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu ta’ referenza.
Il-ħin addizzjonali fil-fażi taxi-out, ikkalkulat fil-livell lokali kif ġej:
id-differenza bejn il-ħin reali taxi-out u l-ħin ta’ referenza taxi-out;
il-ħin ta’ referenza taxi-out jirrappreżenta l-aħjar ħin ta’ tranżitu meħtieġ għat-taxi-out mingħajr stennija;
espress f’minuti għal kull tluq, kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
Il-ħin addizzjonali fil-fażi taxi-in, ikkalkulat fil-livell lokali kif ġej:
id-differenza bejn il-ħin reali taxi-in u l-ħin ta’ referenza taxi-in;
il-ħin ta’ referenza taxi-in jirrappreżenta l-aħjar ħin ta’ tranżitu meħtieġ għat-taxi-in mingħajr stennija;
espress f’minuti għal kull wasla, kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
Il-ħin addizzjonali fl-ispazju tal-ajru tat-terminal, ikkalkulat fil-livell lokali kif ġej:
id-differenza bejn il-ħin ta’ tranżitu taż-Żona ta’ Sekwenzjar u Metraġġ tal-Wasliet (ASMA, Arrival Sequencing and Metering Area) u l-ħin ta’ referenza abbażi tal-ħinijiet ta’ tranżitu tal-ASMA;
il-ħin ta’ referenza tal-ASMA jirrappreżenta l-ħin ta’ tranżitu meħtieġ biex l-avviċinament jiġi eżegwit mingħajr stennija jew vectoring;
espress f’minuti għal kull wasla kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju;
l-ASMA hija definita bħala ċilindru b’raġġ ta’ 40 mil nawtiku madwar l-ajruport tal-wasla.
L-effiċjenza tat-titjir vertikali tal-inżul, ikkalkulata fil-livell lokali kif ġej:
id-durata tat-titjir f’livell kostanti mill-quċċata tal-inżul sal-inżul tat-titjiriet IFR kollha li jaslu;
espress bħala d-durata medja tat-titjir f’livell kostanti f’sekondi għal kull wasla;
ikkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
L-effiċjenza tat-titjir vertikali tat-tlugħ, ikkalkulata fil-livell lokali kif ġej:
id-durata tat-titjir f’livell kostanti mill-qtugħ mill-art sal-quċċata tat-tlugħ tat-titjiriet IFR kollha li jitilqu;
espress bħala d-durata medja tat-titjir f’livell kostanti f’sekondi għal kull tluq;
ikkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
L-użu effettiv ta’ spazju tal-ajru lokali riżervat jew segregat, ikkalkulat skont il-punt 2.2(d) tat-Taqsima 1.
Ir-rata ta’ ppjanar permezz tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru lokali disponibbli, ikkalkulata skont il-punt 2.2(e) tat-Taqsima 1.
Ir-rata tal-użu tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru lokali disponibbli, ikkalkulata skont il-punt 2.2(f) tat-Taqsima 1.
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c), “lokali” tfisser fil-livell nazzjonali jew fil-livell ta’ blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali skont il-livell li fih huwa stabbilit il-pjan ta’ prestazzjoni, inklużi każijiet ta’ delega tar-responsabbiltà għall-għoti ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru bħala riżultat ta’ arranġamenti transfruntieri kollaborattivi.
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (d), (e) u (f), “lokali” tfisser fil-livell tal-ajruport b’minimu ta’ 80 000 moviment tat-trasport bl-ajru bl-IFR fis-sena.
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (g) u (h), “lokali” tfisser fil-livell tal-ajruport.
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (i), (j) u (k), “lokali” tfisser fil-livell nazzjonali b’analiżi dettaljata fil-livell taż-żona ta’ responsabbiltà taċ-ċentri ta’ kontroll tal-erja, inklużi każijiet ta’ delega tar-responsabbiltà għall-għoti ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru bħala riżultat ta’ arranġamenti transfruntieri kollaborattivi.
3. KAPAĊITÀ
3.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
Il-ħin medju, espress f’minuti, tad-dewmien tal-ATFM en route għal kull titjira attribwibbli għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, ikkalkulat kif ġej:
id-dewmien tal-AFTM en route, ikkalkolat skont il-punt 3.1 tat-Taqsima 1;
dan l-indikatur ikopri t-titjiriet kollha IFR li jaqsmu l-ispazju tal-ajru lokali u l-kawżi tad-dewmien tal-ATFM kollha, minbarra avvenimenti eċċezzjonali; ikopri wkoll titjiriet IFR li jaqsmu spazji tal-ajru oħra, meta jiġu applikati korrezzjonijiet tad-dewmien bħala riżultat tal-proċess ta’ aġġustament tad-dewmien ta’ wara l-operazzjonijiet ikkoordinat mill-Maniġer tan-Network li permezz tiegħu l-partijiet interessati operattivi jinfurmaw lill-Maniġer tan-Network dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kejl, l-klassifikazzjoni u l-assenjazzjoni tad-dewmien tal-ATFM;
ikkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju;
għall-monitoraġġ, il-valuri kkalkulati għal dan l-indikatur huma mqassma fil-livell nazzjonali f’każ li l-pjan ta’ prestazzjoni jkun stabbilit fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, inkluż każijiet ta’ delega tar-responsabbiltà għall-għoti ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru bħala riżultat ta’ arranġamenti transfruntiera kollaborattivi.
Il-ħin medju, espress f’minuti għal kull titjira tad-dewmien tal-AFTM tal-wasla attribwibbli lis-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal u fl-ajruport, ikkalkulat kif ġej:
id-dewmien medju tal-wasla fl-ajruport tad-destinazzjoni kkawżat mir-regolamenti ATFM għal kull titjira IFR li tidħol;
ikopri t-titjiriet kollha bl-IFR li jinżlu l-art fl-ajruport tad-destinazzjoni u l-kawżi tad-dewmien tal-AFTM kollha, minbarra avvenimenti eċċezzjonali;
ikkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju;
għall-monitoraġġ, il-valuri kkalkulati għal dan l-indikatur huma mqassma fil-livell tal-ajruporti.
Għall-finijiet tal-indikatur stabbilit fil-punt (a), “lokali” tfisser fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, skont il-livell li fih huwa stabbilit il-pjan ta’ prestazzjoni. Għall-finijiet tal-indikatur stabbilit fil-punt (b), “lokali” tfisser fil-livell nazzjonali.
3.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
Il-perċentwal ta’ titjiriet IFR li jaderixxu mas-slots tat-tluq tal-ATFM tagħhom fil-livell lokali kkalkulati għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
Il-ħin medju, espress f’minuti, ta’ dewmien qabel it-tluq tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għal kull titjira kkawżat minn restrizzjonijiet tal-qtugħ mill-art fl-ajruport tat-tluq, ikkalkulat fil-livell lokali kif ġej:
il-medja tad-dewmien qabel it-tluq tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għal kull titjira IFR ta’ tluq;
jinkludi t-titjiriet kollha bl-IFR li jitilqu mill-ajruport tat-tluq u jkopri dewmien fit-tnedija, ikkawżat minn restrizzjonijiet fil-kontroll tat-traffiku tal-ajru meta l-inġenju tal-ajru jkun lest li jitlaq mill-istand tat-tluq;
dan l-indikatur huwa kkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
Il-ħin medju, espress f’minuti, ta’ dewmien tat-tluq minn kawżi kollha għal kull titjira, ikkalkulat fil-livell lokali skont il-punt 3.2(c) tat-Taqsima 1.
Il-perċentwal tat-total tal-minuti ta’ dewmien tal-ATFM en route li seħħu fil-jiem meta t-throughput ta’ kuljum kien ogħla mit-traffiku mistenni ta’ kuljum, ikkalkulat kif ġej:
id-dewmien tal-AFTM en route, ikkalkulat f’konformità mal-punt 3.1 tat-Taqsima 1;
it-traffiku mistenni ta’ kuljum jirreferi għall-profil tat-traffiku ta’ kuljum (traffiku ta’ referenza) ikkalkulat mill-Maniġer tan-Network f’Jannar ta’ kull sena;
it-throughput tal-ispazju tal-ajru u d-domanda tat-traffiku jitkejlu bħala d-dħul ta’ kuljum tat-titjiriet IFR fl-ispazju tal-ajru;
l-ispazju tal-ajru huwa ż-żona ta’ responsabbiltà definita għall-kalkolu tad-dewmien tal-ATFM en route.
Il-medja ponderata annwali tal-ogħla throughput ta’ kuljum, espressa bħala għadd ta’ titjiriet IFR fis-siegħa, ikkalkulata kif ġej:
it-throughput massimu ta’ kuljum huwa medja aritmetika tal-għadd ta’ titjiriet IFR matul it-tliet sigħat ta’ kull jum bl-ogħla numru ta’ titjiriet;
il-valur użat għall-kalkolu tal-ponderazzjoni huwa l-għadd ta’ titjiriet IFR kuljum.
Għall-finijiet tal-indikatur stabbilit fil-punt (a), “lokali” tfisser fil-livell nazzjonali b’analiżi fil-livell tal-ajruport.
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (b) u (c), “lokali” tfisser fil-livell tal-ajruport għall-ajruporti b’80 000 moviment tat-trasport bl-ajru bl-IFR, jew aktar, fis-sena.
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (d) u (e), “lokali” tfisser fil-livell taċ-ċentru ta’ kontroll tal-erja.
4. KOSTEFFIĊJENZA
4.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
Id-DUC għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, ikkalkulat kif ġej:
il-proporzjon bejn il-kostijiet iddeterminati en route u t-traffiku imbassar fiż-żona tal-imposti, espress f’unitajiet ta’ servizzi en route, mistennija matul kull sena tal-perjodu referenzjarju fil-livell lokali, inklużi fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni;
espress f’termini reali u fil-munita nazzjonali;
ikkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
Id-DUC għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal, ikkalkulati kif ġej:
il-proporzjon bejn il-kostijiet iddeterminati u t-traffiku mbassar, espress f’unitajiet tas-servizzi tat-terminal, mistenni matul kull sena tal-perjodu referenzjarju fil-livell lokali, inklużi fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni;
espress f’termini reali u fil-munita nazzjonali;
ikkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
Għall-finijiet tal-indikaturi stabbiliti fil-punti (a) u (b), “lokali” tfisser fil-livell taż-żona tal-imposti.
4.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
Il-kost unitarju reali mġarrab mill-utenti separatament għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u fit-terminal, ikkalkulat kif ġej:
somma tad-DUC għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-aġġustamenti f’konformità mal-Artikolu 25(2) li jirriżultaw minn dik is-sena;
espress f’termini nominali u fil-munita nazzjonali;
ikkalkulat għal-livell taż-żona tal-imposti għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu ta’ referenza.
TAQSIMA 3
KPIs għall-iffissar tal-miri u indikaturi għall-monitoraġġ tal-funzjonijiet tan-network
1. L-indikaturi kollha stabbiliti f’din it-Taqsima għandhom japplikaw għaż-żona ġeografika fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2. SIKUREZZA
2.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
Il-livell tal-effikaċja tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-Maniġer tan-Network skont il-punt 1.1 tat-Taqsima 1.
2.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
Il-konsenji tal-ATFM li jaqbżu l-limiti tal-kapaċità ta’ settur iddikjarat mill-fornitur tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru fejn huma imposti r-regolamenti ATFM, ikkalkulati kif ġej:
il-proporzjon bejn il-ħin li l-għadd ta’ titjiriet jaqbeż b’aktar minn 10 % l-limiti tal-kapaċità ta’ settur iddikjarat mill-fornitur ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru fejn jiġu imposti r-regolamenti ATFM, u l-ħin totali fejn jiġu imposti r-regolamenti ATFM, ikkalkolat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju;
għall-finijiet ta’ dan l-indikatur, il-ħin irregolat jinqasam f’segmenti ta’ siegħa fuq xulxin f’kull intervall ta’ 20 minuta.
3. AMBJENT
3.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
It-titjib fl-effiċjenza tat-titjir en route iġġenerata mill-funzjoni tad-Disinn tan-Network Ewropew tar-Rotot huwa relatat mat-trajettorja tal-aħħar pjan ta’ titjira ddepożitata, espress bħala punt perċentwali tal-varjazzjoni sena wara sena tal-effiċjenza tat-titjir en route tat-trajettorja tal-aħħar pjan ta’ titjira ddepożitat, u kkalkulat skont il-punt 2.2(a) tat-Taqsima 1.
3.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
Is-somma annwali tal-estensjonijiet tar-rotot li jirriżultaw mill-proċeduri tan-network tas-CDM u mill-azzjonijiet taċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet tal-Maniġer tan-Network għat-tnaqqis tad-dewmien tal-ATFM en route. L-estensjonijiet tar-rotot jitkejlu f’mili nawtiċi bħala d-differenzi bejn id-distanza tat-trajettorji reali wara li t-titjiriet ikunu aċċettaw proposti ta’ ridirezzjonar tar-rotta mill-Maniġer tan-Network u d-distanza tat-trajettorji tal-aħħar pjan ta’ titjira ddepożitat qabel l-aċċettazzjoni tal-proposti ta’ ridirezzjonar tar-rotta.
4. KAPAĊITÀ
4.1. Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni
Il-perċentwal tat-total tal-minuti inizjali tad-dewmien tal-ATFM en route li tnaqqsu bħala riżultat tal-proċeduri tan-network ta’ Teħid ta’ Deċiżjonijiet Kollaborattivi u tal-azzjonijiet taċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet tal-Maniġer tan-Network. Id-dewmien tal-ATFM en route li tnaqqas jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-dewmien inizjali tat-titjira IFR mingħajr il-miżuri u d-dewmien tal-ATFM en route ta’ dik it-titjira wara l-azzjonijiet ta’ tnaqqis tad-dewmien. Id-dewmien tal-AFTM en route huwa kkalkulat f’konformità mal-punt 3.1 tat-Taqsima 1.
Il-perċentwal tat-total tal-minuti inizjali tad-dewmien tal-ATFM tal-wasla li tnaqqsu bħala riżultat tal-proċeduri tan-network ta’ Teħid ta’ Deċiżjonijiet Kollaborattivi u tal-azzjonijiet taċ-Ċentru ta’ Operazzjonijiet tal-Maniġer tan-Network. Id-dewmien tal-ATFM tal-wasla li tnaqqas jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-dewmien inizjali tal-wasla tat-titjira IFR mingħajr il-miżuri u d-dewmien tal-AFTM tal-wasla fl-ajruport ta’ dik it-titjira wara l-azzjonijiet ta’ tnaqqis tad-dewmien. Id-dewmien tal-ATFM tal-wasla huwa kkalkulat f’konformità mal-punt 3.2(a) tat-Taqsima 1.
4.2. Indikaturi għall-monitoraġġ
Il-medja, fuq sena kalendarja, tal-għadd ta’ regolamenti tal-ATFM ta’ kuljum li kull wieħed minnhom jipproduċi inqas minn 200 minuta ta’ dewmien.
Il-medja, fuq sena kalendarja, tad-dewmien tal-ATFM en route fi tmiem il-ġimgħa, espressa f’minuti ta’ dewmien għal kull titjira.
Il-perċentwal annwali tad-dewmien kollu tal-ATFM tal-ewwel rotazzjoni għal għażla minn qabel ta’ ċentri ta’ kontroll tal-erja u ta’ ajruporti bl-aktar tnaqqis ta’ dewmien potenzjali sinifikanti kif identifikat kull sena mill-Maniġer tan-Network., ikkalkulat kif ġej:
id-dewmien tal-AFTM en route, ikkalkulat f’konformità mal-punt 3.1 tat-Taqsima 1;
l-attribuzzjoni tad-dewmien tal-ATFM ta’ kull siegħa hija bbażata fuq il-ħin stmat tad-dħul fl-ispazju tal-ajru en route affettwat;
dewmien tal-ATFM tal-wasla ikkalkulat f’konformità mal-punt 3.2(a) tat-Taqsima 1.
5. KOSTEFFIĊJENZA
5.1. Indikaturi għall-monitoraġġ
Il-kost unitarju għat-twettiq tal-kompiti tal-Maniġer tan-Network, ikkalkulat kif ġej:
il-proporzjon bejn il-kostijiet reali għat-twettiq tal-kompiti tal-Maniġer tan-Network u t-traffiku en route, espress f’unitajiet tas-servizz en route, matul il-perjodu referenzjarju, fil-livell taż-żona ġeografika fejn il-Maniġer tan-Network iwettaq il-kompiti tiegħu meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tan-network;
espress f’euro u f’termini reali;
ikkalkulat għas-sena kalendarja kollha u għal kull sena tal-perjodu referenzjarju.
ANNESS II
MUDELL GĦALL-PJANIJIET TA' PRESTAZZJONI FIL-LIVELL NAZZJONALI JEW TAL-BLOKOK TAL-ISPAZJU TAL-AJRU FUNZJONALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 10(1)
1. DAĦLA
|
1.1. |
Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, inkluż il-kamp ta' applikazzjoni tal-pjan f'termini ta' kopertura ġeografika u servizzi, lista ta' fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru koperti u informazzjoni ġenerali oħra rilevanti għall-pjan ta' prestazzjoni. |
|
1.2. |
It-tbassir tat-traffiku msemmi fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 10(2) espress f'movimenti IFR u f'unitajiet tas-servizz li jirfed il-pjan ta' prestazzjoni bbażat fuq it-tbassir bażi tal-Istatistika u t-Tbassir tal-Istatistika (STATFOR) tal-Eurocontrol. Fejn it-tbassir ikun differenti mit-tbassiriet bażi STATFOR, għandhom jiġu ddokumentati r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-użu ta' tbassir differenti kif imsemmi fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 10(2) u ġustifikazzjoni għall-użu ta' dan it-tbassir. |
|
1.3. |
Deskrizzjoni tal-eżitu tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar l-abbozz ta' pjan ta' prestazzjoni, inklużi l-punti ta' qbil u ta' nuqqas ta' qbil kif ukoll ir-raġunijiet għal kwalunkwe nuqqas ta' qbil bħal dan. |
|
1.4. |
Lista ta' ajruporti soġġetti għall-iskema ta' prestazzjoni u ta' ċċarġjar, bin-numru medju ta' movimenti tat-trasport bl-ajru bl-IFR fis-sena. |
|
1.5. |
Fejn applikabbli, lista ta' servizzi li l-forniment tagħhom ġie stabbilit li huwa soġġett għall-kundizzjonijiet tas-suq skont l-Artikolu 35. |
|
1.6. |
Fir-rigward tal-pjanijiet ta' prestazzjoni adottati fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, id-deskrizzjoni tal-proċess segwiet l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-pjan ta' prestazzjoni. |
|
1.7. |
Indikazzjoni dwar jekk tapplika l-iskema ta' imposti ssimplifikata msemmija fl-Artikolu 34, jew le, u jekk iva, indikazzjoni li l-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Artikolu ġew issodisfati kif ukoll deskrizzjoni tal-applikazzjoni tal-iskema ta' imposti ssimplifikata u tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha f'termini ta' żoni tal-imposti koperti. |
2. INVESTIMENTI
|
2.1. |
Deskrizzjoni u ġustifikazzjoni tal-kostijiet, in-natura u l-benefiċċji ta' investimenti ġodda u eżistenti f'assi fissi ppjanati matul il-perjodu referenzjarju. |
|
2.2. |
L-informazzjoni msemmija fil-punt 2.1 għandha tinkludi b'mod partikolari:
(a)
il-kostijiet iddeterminati ta' investimenti ġodda u eżistenti fir-rigward tad-deprezzament, il-kost tal-kapital u l-kost tal-kiri tul il-perjodu referenzjarju kollu u fir-rigward ta' kull sena kalendarja tagħhom, kif meħtieġ fl-Anness VII;
(b)
deskrizzjoni u ġustifikazzjoni tal-investimenti ewlenin, inkluż fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
(i)
il-valur totali ta' kull investiment kbir;
(ii)
l-assi jew l-assi akkwistati jew żviluppati;
(iii)
informazzjoni dwar il-benefiċċju tal-investiment għall-utenti tal-ispazju tal-ajru u dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru;
(iv)
fir-rigward ta' investimenti kbar fis-sistemi tal-ATM:
—
differenzjazzjoni bejn investimenti f'sistemi ġodda, reviżjoni mill-qiegħ tas-sistemi eżistenti u investimenti ta' sostituzzjoni;
—
ġustifikazzjoni tar-rilevanza ta' kull investiment b'referenza għall-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM, u l-proġetti komuni msemmija fl-Artikolu 15a tar-Regolament (KE) Nru 550/2004;
(c)
dettall tas-sinerġiji miksuba fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali jew, permezz ta' inizjattivi oħra ta' kooperazzjoni transkonfinali kif xieraq, b'mod partikolari f'termini ta' infrastruttura komuni u akkwist komuni. |
3. MIRI TA' PRESTAZZJONI NAZZJONALI JEW MIRI TA' PRESTAZZJONI TA' FAB U MIŻURI GĦALL-KISBA TAGĦHOM
|
3.1. |
Il-miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew il-miri ta' prestazzjoni tal-FAB f'kull qasam ta' prestazzjoni ewlieni, stabbiliti b'referenza għal kull indikatur ta' prestazzjoni ewlieni stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I, u li jkopru kull sena kalendarja tal-perjodu referenzjarju. |
|
3.2. |
Għall-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin kollha, deskrizzjoni tal-miżuri ewlenin implimentati fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali biex jintlaħqu l-miri ta' prestazzjoni. |
|
3.3. |
Informazzjoni addizzjonali biex tissustanzja l-miri nazzjonali ta' prestazzjoni jew miri ta' prestazzjoni FAB fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kosteffiċjenza:
(a)
il-kostijiet iddeterminati għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u fit-terminal stabbiliti skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u skont dan ir-Regolament, għal kull sena tal-perjodu referenzjarju;
(b)
it-tbassir tal-unitajiet tas-servizzi en route u fit-terminal, għal kull sena tal-perjodu referenzjarju;
(c)
il-valuri bażi għal miri tal-kosteffiċjenza en route u tat-terminal imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 10(2) u d-deskrizzjoni u l-ġustifikazzjoni tal-metodoloġija użata biex jiġu stmati dawk il-valuri għal kull żona tal-imposti;
(d)
deskrizzjoni u ġustifikazzjoni tal-kriterji u l-metodoloġija użati għall-allokazzjoni tal-kostijiet għaż-żoni tal-imposti u l-allokazzjoni tal-kostijiet bejn is-servizzi en route u tat-terminal, skont l-Artikolu 22(5);
(e)
deskrizzjoni u ġustifikazzjoni tal-qligħ fuq l-ekwità tal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernati, kif ukoll dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ u dwar il-livell/il-kompożizzjoni tal-bażi tal-assi użata għall-kalkolu tal-kost tal-kapital inkluż fil-kostijiet iddeterminati;
(f)
deskrizzjoni u ġustifikazzjoni tas-suppożizzjonijiet ekonomiċi, inklużi:
—
is-suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-kostijiet tal-pensjonijiet inklużi fil-kostijiet iddeterminati, inkluż deskrizzjoni tar-regolamenti nazzjonali rilevanti tal-pensjonijiet u r-regolamenti dwar il-kontabbiltà tal-pensjonijiet li fuqhom it-tali s-suppożizzjonijiet huma bbażati, kif ukoll informazzjoni dwar jekk humiex mistennija bidliet ta' dawk ir-regolamenti;
—
is-suppożizzjonijiet tar-rata tal-imgħax għal self li jiffinanzja l-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, inklużi l-ammonti, it-tul ta' żmien u informazzjoni rilevanti oħra dwar is-self, u spjegazzjoni għall-imgħax medju ponderat fuq id-dejn użat għall-kalkolu tal-kost tar-rata qabel it-taxxa u l-kost tal-kapital inkluż fil-kostijiet iddeterminati;
—
għal skopijiet ta' informazzjoni biss, tbassir tal-inflazzjoni bbażat fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (CPI) tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI);
—
aġġustamenti li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju adottati mill-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (
3
);
(g)
deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-aġġustamenti li jirriżultaw mis-snin ta' qabel il-perjodu referenzjarju;
(h)
l-identifikazzjoni u l-kategorizzazzjoni tal-kostijiet iddeterminati relatati mal-elementi tal-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 28(3);
(i)
fejn applikabbli, deskrizzjoni ta' kwalunkwe ristrutturar sinifikanti ppjanat matul il-perjodu referenzjarju;
(j)
fejn applikabbli, il-kostijiet tar-ristrutturar approvati minn perjodi referenzjarji preċedenti li għandhom jiġu rkuprati;
(k)
it-tabelli ta' rappurtar u l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa fl-Annessi VII, IX u XI li għandhom jiġu mehmuża mal-pjan ta' prestazzjoni; |
|
3.4. |
Tqassim tal-miri ta' prestazzjoni stabbiliti skont il-punti 2.1 u 3.1(a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I fil-livell ta' kull fornitur tas-servizz ta' navigazzjoni bl-ajru individwali kopert mill-pjan ta' prestazzjoni u fir-rigward tal-pjanijiet ta' prestazzjoni stabbiliti fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, u li jirrifletti l-kontribuzzjonijiet ta' kull fornitur ikkonċernat għall-miri ta' prestazzjoni fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali. |
|
3.5. |
Meta ma jkun hemm l-ebda mira ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha, deskrizzjoni u spjegazzjoni ta' kif il-miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew il-miri ta' prestazzjoni tal-FAB jikkontribwixxu għat-titjib tal-prestazzjoni tan-netwerk Ewropew tal-ATM. |
|
3.6. |
Deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-interdipendenzi u l-kompromessi bejn oqsma ta' prestazzjoni ewlenin, inklużi s-suppożizzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-kompromessi. |
4. INIZJATTIVI TRANSFRUNTIERA U L-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SESAR
|
4.1. |
Deskrizzjoni tal-inizjattivi ta' kooperazzjoni transfruntiera implimentati, jew ippjanati li jiġu implimentati, fil-livell tal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru biex tittejjeb il-provvista tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Identifikazzjoni tal-gwadanji ta' prestazzjoni possibbli minn dawk l-inizjattivi fid-diversi oqsma ta' prestazzjoni ewlenin. |
|
4.2. |
Deskrizzjoni tal-progress riċenti u mistenni fl-implimentazzjoni tal-proġetti komuni tas-SESAR imsemmija fl-Artikolu 15a tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, kif ukoll il-prattiki ta' ġestjoni tal-bidliet fir-rigward tal-pjanijiet ta' tranżizzjoni sabiex jiġi mminimizzat kwalunkwe impatt negattiv tal-bidliet fuq il-prestazzjoni tan-netwerk. |
5. ARRANĠAMENTI TA' QSIM TAR-RISKJU TAT-TRAFFIKU U SKEMI TA' INĊENTIV
|
5.1. |
Fir-rigward ta' kull żona tal-imposti kkonċernata, deskrizzjoni tal-valuri ddefiniti tal-parametri ta' qsim tar-riskju tat-traffiku applikabbli skont l-Artikolu 27:
(a)
identifikazzjoni tal-firxa applikabbli msemmija fl-Artikolu 27(2) u taċ-ċwievet tal-qsim tar-riskju tat-traffiku msemmija fl-Artikolu 27(3);
(b)
f'każ li l-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza tadatta l-valuri tal-parametri tal-mekkaniżmu tal-qsim tar-riskju tat-traffiku msemmi fil-punt (a) skont l-Artikolu 27(5):
(i)
ġustifikazzjoni tal-valur ddefiniti tal-parametri tal-qsim tar-riskju tat-traffiku;
(ii)
deskrizzjoni tal-proċess ta' konsultazzjoni tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u tal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru dwar l-istabbiliment tal-valuri tal-parametri tal-qsim tar-riskju tat-traffiku, kif ukoll tal-eżitu tal-konsultazzjoni. |
|
5.2. |
Fir-rigward ta' skemi ta' inċentivi applikabbli matul il-perjodu referenzjarju skont l-Artikolu 11:
(a)
deskrizzjoni u ġustifikazzjoni tal-parametri tal-iskema ta' inċentivi kif iddefinit skont l-Artikolu 11(3), inkluż il-valuri ta' pern, u l-mekkaniżmu ta' modulazzjoni tal-valuri ta' pern fejn applikabbli;
(b)
identifikazzjoni tal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru u ż-żoni tal-imposti soġġetti għall-iskemi ta' inċentivi;
(c)
fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-iskemi ta' inċentivi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 11(4). |
6. L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN TA' PRESTAZZJONI
Deskrizzjoni tal-proċessi li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali se jimplimentaw, sabiex:
jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-pjan ta' prestazzjoni;
tiġi indirizzata s-sitwazzjoni fejn il-miri ma jintlaħqux matul il-perjodu referenzjarju.
ANNESS III
MUDELL GĦALL-PJAN TA' PRESTAZZJONI TAN-NETWERK IMSEMMI FL-ARTIKOLU 10(5)
1. DAĦLA
|
1.1. |
Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, inkluż l-ambitu tal-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk, il-funzjonijiet tan-netwerk koperti, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet u informazzjoni ġenerali oħra rilevanti għall-pjan. |
|
1.2. |
Deskrizzjoni tat-tbassir tat-traffiku u x-xenarju makroekonomiku sottostanti għall-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk. |
|
1.3. |
Deskrizzjoni tal-konsistenza tal-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk mal-Pjan Strateġiku għan-Netwerk. |
|
1.4. |
Deskrizzjoni tal-eżitu tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar l-abbozz tal-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk, inklużi l-punti ta' qbil u ta' nuqqas ta' qbil kif ukoll ir-raġunijiet għal kwalunkwe nuqqas ta' qbil bħal dan, u d-deskrizzjoni tal-eżitu tal-konsultazzjoni tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk. |
2. IL-VALUR MIŻJUD TAL-MANIĠER TAN-NETWERK
L-oqsma ta' kooperazzjoni biex jiġu appoġġati l-kompiti u l-attivitajiet tal-Istati Membri, il-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, il-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, l-ajruporti, l-utenti tal-ispazju tal-ajru ċivili u militari.
Deskrizzjoni tal-ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk dwar:
l-elaborazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' kunċetti operattivi tan-netwerk u reġjonali;
l-iżvilupp u l-armonizzazzjoni ta' proġetti tal-ispazju tal-ajru bbażati fuq prijoritajiet tan-netwerk inklużi inizjattivi ta' tfassil transkonfinali tal-ispazju tal-ajru;
tnaqqis fl-użu ineffiċjenti tan-netwerk tar-rotot u tal-ispazju tal-ajru disponibbli;
l-iżvilupp ta' ġestjoni mtejba tal-ispazju tal-ajru u proċessi ta' ġestjoni ta' traffiku tal-ajru u ta' kapaċità;
l-ippjanar tal-kapaċità armonizzat u l-kejl tal-prestazzjoni operazzjonali;
jappoġġja r-riżoluzzjoni ta' nuqqasijiet ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru fin-netwerk;
issaħħaħ il-koordinazzjoni tal-qasam tekniku inkluż fil-livell tal-FAB u tindirizza l-interoperabbiltà teknika fost is-sistemi tal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru u b'mod partikolari mas-sistemi tal-Maniġer tan-Netwerk;
l-appoġġ għas-Sikurezza tan-Netwerk u l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u t-titjib tal-prestazzjoni tas-sikurezza lokali.
3. IL-MIRI, L-GĦANIJIET U L-MIŻURI TA' PRESTAZZJONI
|
3.1. |
Il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-Maniġer tan-Netwerk
(a)
mira tal-prestazzjoni għall-Maniġer tan-Netwerk dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza.
(b)
deskrizzjoni tal-miżuri li l-Maniġer tan-Netwerk idaħħal fis-seħħ biex jilħaq din il-mira.
(c)
deskrizzjoni tal-miżuri li l-Maniġer tan-Netwerk jistabbilixxi li jindirizza lill-konsenji żejda tal-ATFM. |
|
3.2. |
Prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tal-Maniġer tan-Netwerk (a) deskrizzjoni tal-miżuri li l-Maniġer tan-Netwerk idaħħal fis-seħħ biex itejjeb il-kosteffiċjenza tiegħu. |
|
3.3. |
Il-miri ta' prestazzjoni u l-għanijiet speċifiċi għal kull funzjoni ta' netwerk
(a)
Funzjoni tad-Disinn tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot (ERND):
(i)
il-miri ta' prestazzjoni għall-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni stabbilit fil-punt 3.1 fit-Taqsima 3 tal-Anness I;
(ii)
deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-miżuri mmirati lejn il-kisba tal-miri ta' prestazzjoni għall-funzjoni tal-ERND:
—
miżuri relatati mad-disinn ta' struttura effiċjenti tal-ispazju tal-ajru;
—
miżuri relatati ma' użu aħjar tal-ispazju tal-ajru mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali;
—
miżuri relatati mal-ottimizzazzjoni tat-titjiriet.
(iii)
inizjattivi oħra għall-effiċjenza tat-titjiriet.
(b)
Il-funzjoni tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (ATFM);
(i)
il-miri tal-prestazzjoni għal kull indikatur tal-prestazzjoni ewlieni rilevanti stabbilit fil-punt 4.1 fit-Taqsima 3 tal-Anness I;
(ii)
deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-miżuri mmirati lejn il-kisba tal-miri ta' prestazzjoni għall-funzjoni tal-ATFM:
—
inizjattivi u azzjonijiet għat-tnaqqis tad-dewmien tal-AFTM inkluż id-dewmien fi tmiem il-ġimgħa, id-dewmien ikkaġunat mit-temp, il-minimizzazzjoni tal-penali individwali tat-titjira, l-effiċjenza tal-ATFM, id-dewmien ta' reazzjoni, fuq il-kunsinni;
—
id-dimensjoni militari tal-pjan.
(iii)
inizjattivi oħra ta' kapaċità.
(c)
Koordinazzjoni ta' funzjonijiet ta' riżorsi skarsi:
(i)
il-koordinazzjoni tal-funzjoni tal-frekwenzi tar-radju:
—
deskrizzjoni tal-appoġġ għall-kapaċità tan-netwerk;
—
deskrizzjoni ta' objettivi speċifiċi.
(ii)
koordinazzjoni tal-funzjoni tal-kodiċijiet tar-radar transponder:
—
deskrizzjoni tal-appoġġ għas-sikurezza tan-netwerk;
—
deskrizzjoni ta' objettivi speċifiċi.
|
4. IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN TA' PRESTAZZJONI TAN-NETWERK
Deskrizzjoni tal-miżuri li l-Maniġer tan-Netwerk idaħħal fis-seħħ sabiex:
jassisti l-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk;
jindirizzata s-sitwazzjoni fejn il-miri ma jintlaħqux matul il-perjodu referenzjarju;
jikkomunika mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.
ANNESS IV
KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TA' PJANIJIET U MIRI TA' PRESTAZZJONI FIL-LIVELL NAZZJONALI JEW TAL-BLOKOK TAL-ISPAZJU TAL-AJRU FUNZJONALI
1. VALUTAZZJONI TAL-KONSISTENZA TAL-MIRI TA' PRESTAZZJONI NAZZJONALI JEW IL-MIRI TA' PRESTAZZJONI TAL-FAB
1.1. IS-SIKUREZZA
L-effikaċja tal-ġestjoni tas-sikurezza
Konsistenza tal-miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew tal-miri ta' prestazzjoni FAB fil-livell tal-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha, li għalihom, għal kull sena kalendarja tal-perjodu referenzjarju, il-livell tal-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza huwa ugwali għal jew ogħla mill-miri ta' prestazzjoni korrispondenti għall-Unjoni kollha.
1.2. L-AMBJENT
Effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali
Konsistenza tal-miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew tal-miri ta' prestazzjoni FAB mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha għal kull sena kalendarja tas-sena referenzjarja, billi l-miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew il-miri ta' prestazzjoni FAB jitqabblu mal-valuri referenzjarji tal-effiċjenza tat-titjir orizzontali en route, stabbiliti fl-aħħar verżjoni tal-Pjan ta' Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot disponibbli fi żmien l-adozzjoni tal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-“valur referenzjarju tal-effiċjenza tat-titjir orizzontali en route ” tfisser il-valur stmat mill-Maniġer tan-Netwerk tal-effiċjenza tat-titjir tat-trajettorja reali fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, sabiex jiġi żgurat li tintlaħaq il-mira għall-Unjoni kollha għall-effiċjenza tat-titjir orizzontali en route tat-trajettorja reali.
1.3. IL-KAPAĊITÀ
Dewmien medju tal-ATFM en route għal kull titjira
Konsistenza tal-miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew tal-miri ta' prestazzjoni FAB mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha għal kull sena kalendarja tas-sena referenzjarja, billi l-miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew il-miri ta' prestazzjoni FAB jitqabblu mal-valuri referenzjarji stabbiliti fl-aħħar verżjoni tal-Pjan ta' Operazzjonijiet tan-Netwerk disponibbli fi żmien l-adozzjoni tal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha.
1.4. IL-KOSTEFFIĊJENZA
Kost unitarju ddeterminat en route
Konsistenza tax-xejra tal-kost unitarju ddeterminat fil-livell taż-żona tal-imposti matul il-perjodu referenzjarju max-xejra tal-kost unitarju ddeterminat madwar l-Unjoni matul l-istess perjodu, fejn dawk ix-xejriet huma espressi bħala perċentwal.
Għall-fini tal-kalkolu ta' dawk ix-xejriet, għandhom jintużaw il-valuri ta' mira tal-prestazzjoni għall-Unjoni u lokali applikabbli u l-valuri bażi tal-kostijiet iddeterminati għal kull unità msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(4), u fil-punt (a) tal-Artikolu 10(2).
Konsistenza tax-xejra tal-kost unitarju ddeterminat fil-livell taż-żona tal-imposti matul perjodu li jkopri kemm il-perjodu referenzjarju kopert mill-pjan ta' prestazzjoni kif ukoll il-perjodu referenzjarju preċedenti (“xejra tal-kost unitarju ddeterminat fit-tul”) max-xejra tal-kost unitarju ddeterminat għall-Unjoni kollha tul l-istess perjodu, fejn dawk ix-xejriet huma espressi bħala perċentwal.
Ix-xejra tal-kostijiet iddeterminati għal kull unità fit-tul fil-livell taż-żona tal-imposti għandha tiġi kkalkulata billi jintuża l-kost reali għal kull unità fil-livell taż-żona tal-imposti qabel il-bidu tal-perjodu referenzjarju kkonċernat.
Konsistenza tal-livell tal-kost unitarju ddeterminat: tqabbil tal-valur bażi għall-kost unitarju ddeterminat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 10(2) fil-livell taż-żona tal-imposti kkonċernata, mal-valur medju korrispondenti taż-żoni tal-imposti, fejn il-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom ambjent operazzjonali u ekonomiku simili, kif iddefinit fil-punt (c) tal-Artikolu 9(4).
Devjazzjoni mill-kriterji msemmija fil-punti minn (a) sa (c) tista' titqies meħtieġa u proporzjonata sabiex:
tippermetti l-kisba tal-miri ta' prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kapaċità stabbiliti fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, dejjem jekk id-devjazzjoni mix-xejra tal-kost unitarju ddeterminat għall-Unjoni kollha hija dovuta esklussivament għal kostijiet iddeterminati addizzjonali marbutin ma' miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri ta' prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kapaċità; jew
timplimenta miżuri ta' ristrutturar li jwasslu għal kostijiet ta' ristrutturar kif imsemmi fl-Artikolu 2(18), dejjem jekk id-devjazzjoni tkun dovuta esklussivament għal dawk il-kostjiet ta' ristrutturar, u dejjem jekk tingħata turija, fil-pjan ta' prestazzjoni, li l-miżuri ta' ristrutturar ikkonċernati se jwasslu għal benefiċċju finanzjarju nett għall-utenti tal-ispazju tal-ajru sa mhux aktar tard mill-perjodu referenzjarju li jmiss.
2. REVIŻJONI TAL-ABBOZZI TAL-PJANIJIET TA' PRESTAZZJONI
|
2.1. |
Elementi soġġetti għal rieżami:
(a)
miżuri għall-kisba tal-miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew tal-FAB f'kull qasam ta' prestazzjoni ewlieni kif imsemmi fil-punt 3.2 tal-Anness II;
(b)
miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew tal-FAB fuq il-medja tad-dewmien tal-AFTM tal-wasla għal kull titjira:
(i)
tqabbil mal-livell u t-tendenza tal-prestazzjoni reali matul il-perjodu referenzjarju li jippreċedi l-perjodu referenzjarju kopert mill-pjan ta' prestazzjoni;
(ii)
fil-livell tal-ajruport, tqabbil tal-prestazzjoni ma' ajruporti simili;
(c)
miri ta' prestazzjoni nazzjonali jew tal-FAB dwar id-DUC fit-terminal:
(i)
tqabbil max-xejra tal-kost unitarju ddeterminat en route fil-livell lokali;
(ii)
tqabbil mal-livell u t-tendenza tal-prestazzjoni reali matul il-perjodu referenzjarju li jippreċedi l-perjodu referenzjarju kopert mill-pjan ta' prestazzjoni;
(iii)
fil-livell tal-ajruport, tqabbil tal-prestazzjoni ma' ajruporti simili;
(d)
il-fatturi u l-parametri ewlenin li fuqhom huma bbażati l-miri jew il-prestazzjoni tal-prestazzjoni nazzjonali jew tal-FAB fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza:
(i)
il-valuri tal-linja bażi u s-suppożizzjonijiet li jirfdu l-iffissar tal-kostijiet iddeterminati għall-ewwel sena tal-perjodu referenzjarju, meta mqabbla mal-aħħar kostijiet reali disponibbli;
(ii)
it-tbassiriet tat-traffiku użati fil-pjan ta' prestazzjoni u, fejn it-tbassir ikun differenti mit-tbassir bażi STATFOR, il-ġustifikazzjonijiet ipprovduti;
(iii)
il-kost ippjanat tal-kapital fir-rigward tal-livell u l-kompożizzjoni tal-bażi tal-assi regolatorji, kif ukoll il-kost ippjanat tal-kapital tar-rata ta' qabel it-taxxa, inkluża r-rata tal-imgħax fuq id-dejn u r-redditu fuq l-ekwità;
(iv)
il-kostijiet iddeterminati ta' investimenti ġodda u eżistenti, u ġustifikazzjonijiet ipprovduti għal investimenti kbar;
(v)
il-kostijiet u s-suppożizzjonijiet tal-pensjoni ddeterminati li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu tagħhom;
(vi)
is-suppożizzjonijiet dwar ir-rata ta' mgħax għas-self li jiffinanzja l-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, inkluż tagħrif rilevanti dwar is-self (ammonti, tul ta' żmien, eċċ.) u r-rikonċiljazzjoni b'medja ponderata tal-imgħax fuq id-dejn użata għall-kalkolu tal-kost tal-kapital qabel it-taxxa u l-kost tal-kapital inklużi fil-kostijiet iddeterminati;
(vii)
il-metodoloġija użata għall-allokazzjoni tal-kostijiet bejn is-servizzi en route u s-servizzi fit-terminal, u l-ġustifikazzjonijiet ta' kull bidla fil-metodoloġija meta mqabbel mal-perjodu referenzjarju ta' qabel.
(e)
valuri tal-parametri ta' qsim tar-riskju tat-traffiku msemmija fl-Artikolu 27(2) u (3) u, fil-każ li l-awtorità superviżorja nazzjonali tkun adattat il-valuri għal dawn il-parametri skont l-Artikolu 27(5), il-ġustifikazzjonijiet ipprovduti għal dawk il-valuri;
(f)
skemi jew skemi ta' inċentivi, imsemmija fl-Artikolu 11;
(g)
il-benefiċċji u s-sinerġiji tal-prestazzjoni permessi minn inizjattivi ta' kollaborazzjoni transfruntiera, inkluża l-kooperazzjoni fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali jew permezz ta' alleanzi industrijali;
(h)
fir-rigward ta' applikazzjoni ta' skema ta' imposti ssimplifikata msemmija fl-Artikolu 34, il-verifika li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 34(2) huma ssodisfati. |
ANNESS V
KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-ABBOZZ TA' PJAN TA' PRESTAZZJONI TAN-NETWERK
il-kompletezza tal-abbozz tal-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk f'termini tal-elementi meħtieġa għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 10(5) u fl-Anness III;
il-komprensività tal-azzjonijiet meħuda mill-Maniġer tan-Netwerk sabiex jikkontribwixxi għall-ottimizzazzjoni tan-netwerk li tkopri l-azzjonijiet elenkati fil-punt 2 tal-Anness III;
konsistenza tal-mira fil-livell tal-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-Maniġer tan-Netwerk mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha, li għalihom, għal kull sena kalendarja tal-perjodu referenzjarju, il-livell tal-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza jkun daqs, jew ogħla minn, il-miri ta' prestazzjoni korrispondenti għall-Unjoni kollha;
miżuri ta' titjib tal-effiċjenza tat-titjir iġġenerati mill-funzjoni tad-Disinn tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot;
iffrankar fid-dewmien tal-ATFM en route bis-saħħa tal-proċeduri tan-netwerk b'Teħid tad-Deċiżjonijiet b'mod Kooperattiv, kif ukoll permezz ta' azzjonijiet taċ-Ċentru ta' Operazzjonijiet tal-Maniġer tan-Netwerk;
iffrankar fid-dewmien tal-ATFM fil-wasla bis-saħħa tal-proċeduri tan-netwerk b'Teħid tad-Deċiżjonijiet b'mod Kooperattiv, kif ukoll permezz ta' azzjonijiet taċ-Ċentru ta' Operazzjonijiet tal-Maniġer tan-Netwerk;
l-adegwatezza tal-miżuri mmirati lejn il-kisba tal-miri ta' prestazzjoni għall-funzjonijiet tan-netwerk inkluża r-rilevanza tal-investimenti u n-nefqa kapitali fir-rigward tal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM, il-proġetti komuni msemmija fl-Artikolu 15a tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u r-Regolament (UE) Nru 409/2013, u, fejn applikabbli, il-Pjan Strateġiku għan-Netwerk.
ANNESS VI
LISTA TA' DATA RELATATA MAL-PRESTAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA LILL-KUMMISSJONI GĦALL-MONITORAĠĠ TAL-PRESTAZZJONI SKONT L-ARTIKOLU 36(1) U L-ARTIKOLU 37
1. DATA LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA MILL-AWTORITAJIET SUPERVIŻORJI NAZZJONALI
|
1.1. |
L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom jiżguraw li d-data li ġejja tiġi pprovduta darba fix-xahar: (a) id-data użata u kkalkulata mill-Maniġer tan-Netwerk kif definit fl-Anness I u l-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123, inkluż il-pjanijiet tat-titjira għat-traffiku tal-ajru ġenerali skont ir-regoli tal-IFR, ir-rotot reali, id-data tas-sorveljanza bbażata fuq intervall ta' rappurtar ta' 30 sekonda, id-dewmien tal-AFTM en route u tal-wasla, l-eżenzjonijiet mir-regolamenti tal-ATFM, ir-rispett għas-slots tal-ATFM u l-frekwenza tal-użu kundizzjonali tar-rotot; |
|
1.2. |
L-awtoritajiet superviżjori nazzjonali għandhom jiżguraw li d-data li ġejja tiġi pprovduta darba fis-sena:
(a)
L-okkorrenzi tas-sikurrezza relatati mal-ATM;
(b)
informazzjoni dwar rakkomandazzjonijiet ta' sikurezza u azzjonijiet korrettivi meħuda abbażi ta' analiżi jew investigazzjoni tal-inċidenti relatati mal-ATM skont ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) u r-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
(c)
informazzjoni miġbura mill-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, l-operaturi tal-ajruporti u l-operaturi tat-trasport bl-ajru permezz ta' sistemi awtomatizzati ta' reġistrazzjoni tad-data tas-sikurezza, meta disponibbli, bħala minimu ta' inkursjonijiet fuq ir-runway u ksur tas-separazzjoni minima mis-separazzjoni;
(d)
ix-xejriet, bħala minimu, fi ksur tas-separazzjoni minima u inkursjonijiet fuq ir-runway fl-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru kollha; |
2. ID-DATA LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA MILL-FORNITURI TA' SERVIZZ TAN-NAVIGAZZJONI BL-AJRU
|
2.1. |
Il-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jipprovdu dan li ġej kull sena:
(a)
id-data msemmija fl-Ispeċifikazzjoni tal-Eurocontrol intitolata “EUROCONTROL Specification for Economic Information Disclosure”, Edizzjoni 2.6 tal-31 ta' Diċembru 2008 bir-referenza għall-EUROCONTROL-SPEC-0117 għall-forniment ta' data sa, u inkluż, is-sena 2013, u l-Edizzjoni 3.0 tal-4 ta' Diċembru 2012 mis-sena mill-2014 'il quddiem. Din id-data għandha tiġi pprovduta qabel il-15 ta' Lulju tas-sena n + 1, ħlief għal data li tħares' il quddiem li għandha tiġi pprovduta sal-1 ta' Novembru tas-sena n + 1;
(b)
l-informazzjoni meħtieġa għall-fini tal-monitoraġġ tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-indikaturi għall-monitoraġġ imsemmija fil-punti 1.1 u 1.2 tat-Taqsima 2 tal-Anness I; Din l-informazzjoni għandha tingħata qabel l-1 ta' Frar ta' kull sena.
(c)
l-informazzjoni dwar l-okkorrenzi tas-sikurezza miġbura permezz ta' sistemi awtomatizzati ta' reġistrazzjoni tad-data tas-sikurezza, fejn disponibbli;
(d)
ix-xejriet, bħala minimu, fil-ksur tas-separazzjoni minima, u fl-okkorrenzi ta' inkursjonijiet fir-runway fl-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru kollha kemm minn rapporti volontarji kif ukoll minn sistemi awtomatizzati ta' reġistrazzjoni tad-data dwar is-sikurezza fejn disponibbli. |
|
2.2. |
Il-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jipprovdu d-data msemmija fl-Artikolu 4 fuq talba. |
3. DATA LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA MILL-OPERATURI TAL-AJRUPORTI GĦAL AJRUPORTI BI 80 000 MOVIMENT TAT-TRASPORT BL-AJRU TAL-IFR JEW AKTAR KULL SENA
L-operaturi tal-ajruport għandhom jipprovdu dan li ġej:
id-data msemmija fid-dokument tal-Ispeċifikazzjoni tal-EUROCONTROL, bit-titlu “Airport Operator Data Flow – L-Ispeċifikazzjoni tad-Data”, il-verżjoni 1.0, ►M2 2019 ◄ ;
Din id-data għandha tiġi pprovduta kull xahar.
l-informazzjoni dwar l-okkorrenzi tas-sikurezza miġbura permezz ta' sistemi awtomatizzati ta' reġistrazzjoni tad-data tas-sikurezza, fejn disponibbli;
Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta kull sena.
4. DATA LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA MILL-KOORDINATURI TAL-AJRUPORTI
Il-koordinaturi tal-ajruporti għandhom jipprovdu d-data msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 4(8) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93 darbtejn fis-sena, skont l-intervalli msemmija fl-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament.
5. DATA LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA MILL-UTENTI TAL-ISPAZJU TAL-AJRU
L-utenti tal-ispazju tal-ajru għandhom jipprovdu dan li ġej:
id-data msemmija fid-dokument tal-Ispeċifikazzjoni tal-EUROCONTROL, bit-titlu “Air Transport Operator Data Flow – L-Ispeċifikazzjoni tad-Data”, il-verżjoni 1.0, 2018;
Din id-data għandha tiġi pprovduta kull xahar.
l-informazzjoni dwar l-okkorrenzi tas-sikurezza miġbura permezz ta' sistemi awtomatizzati ta' reġistrazzjoni tad-data tas-sikurezza, fejn disponibbli;
Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta kull sena.
6. DATA LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA MILL-MANIĠER TAN-NETWERK
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jipprovdi, kull xahar, id-data meħtieġa għall-monitoraġġ tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-indikaturi għall-monitoraġġ imsemmija fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness I, il-punti 2 u 3 tat-Taqsima 2 tal-Anness I u fit-Taqsima 3 tal-Anness I.
ANNESS VII
KOSTIJIET IDDETERMINATI U REALI
1. TABELLA TA' RAPPORTAR DWAR IL-KOSTIJIET TOTALI U L-KOSTIJIET UNITARJI
|
1.1. |
Tabella ta' rapportar dwar il-kostijiet totali u l-kostijiet unitarji għandha timtela b'mod separat għal kull entità rilevanti li ġġarrab kostijiet f'żona tal-imposti bl-użu tal-mudell tat-Tabella 1. Barra minn hekk, tabella ta' rapportar ikkonsolidata għandha timtela bil-mudell tat-Tabella 1 billi tintuża l-aggregazzjoni tad-data mill-entitajiet rilevanti għaż-żona tal-imposti. Fir-rigward tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal, għandha timtela tabella ta' rappurtar addizzjonali dwar il-kostijiet totali u l-kostijiet unitarji għal kull ajruport soġġett għal dan ir-Regolament bl-użu tal-mudell tat-Tabella 1. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għal ajruporti oħrajn imsemmija fl-Artikolu 1(4), il-kostijiet għal dawn l-ajruporti jistgħu jiġu ppreżentati f'tabella kkonsolidata bl-użu tal-mudell tat-Tabella 1, ħlief għall-kostijiet totali msemmija fil-linja 4.2 tal-formola tat-Tabella 1 li għandhom jiġu pprovduti separatament għal kull ajruport. Meta żona tal-imposti tkun testendi fuq l-ispazju tal-ajru ta' aktar minn Stat Membru wieħed, tabella konġunta ta' rappurtar li tuża l-mudell tat-Tabella 1 għandha timtela skont ir-rekwiżiti ta' konsistenza u uniformità msemmija fl-Artikolu 21(4). |
|
1.2. |
It-tabelli ta' rappurtar dwar il-kostijiet totali u l-kostijiet għal kull unità msemmija fil-punt 1.1 għandhom jimtlew bħala parti mill-pjan ta' prestazzjoni għal kull sena kalendarja tal-perjodu referenzjarju u għandhom ukoll jimtlew kull sena biex jirrapportaw dwar il-kostijiet reali u l-unitajiet tas-servizzi reali. L-unitajiet tas-servizzi reali għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi taċ-ċifri pprovduti mill-entità li qed tagħmel il-kontijiet għall-imposti u tiġborhom. Kwalunkwe varjazzjoni minn dawn iċ-ċifri għandha tkun debitament iġġustifikata fl-informazzjoni addizzjonali.
|
2. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI GĦAT-TABELLI TA' RAPPURTAR DWAR IL-KOSTIJIET TOTALI U L-KOSTIJIET GĦAL KULL UNITÀ
|
2.1. |
Għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni addizzjonali li ġejja, flimkien mal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fit-tabelli tar-rappurtar dwar il-kostijiet totali u l-kostijiet unitarji msemmija fil-punt 1.1 qabel il-bidu ta' perjodu referenzjarju, bħala parti mill-pjan ta' prestazzjoni:
(a)
deskrizzjoni tal-metodoloġija użata biex jiġu allokati l-kostijiet tal-faċilitajiet jew tas-servizzi bejn servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru differenti fuq il-bażi tal-lista tal-faċilitajiet u tas-servizzi elenkati fil-Pjan Reġjonali tan-Navigazzjoni bl-ajru tal-ICAO, ir-Reġjun Ewropew (Dokument 7754) kif emendat l-aħħar, u deskrizzjoni tal-metodoloġija użata biex jiġu allokati dawk il-kostijiet bejn żoni tal-imposti differenti;
(b)
deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru pprovduti għal titjiriet VFR, meta jingħataw eżenzjonijiet għal titjiriet VFR skont l-Artikolu 31(3), 31(4) u 31(5);
(c)
il-kriterji użati biex jiġu allokati l-kostijiet bejn is-servizzi tat-terminal u s-servizzi en route, skont l-Artikolu 22(5);
(d)
it-tqassim tal-kostijiet meteoroloġiċi bejn il-kostijiet diretti u l-kostijiet ta' sostenn għal faċilitajiet u servizzi meteoroloġiċi li jservu wkoll ir-rekwiżiti meteoroloġiċi b'mod ġenerali (“kostijiet ewlenin tal-MET”). Il-kostijiet ewlenin milħuqa jinkludu l-analiżi ġenerali u t-tbassir, in-netwerks ta' osservazzjoni tal-arja tal-wiċċ u tal-ajru ta' fuq, is-sistemi ta' komunikazzjoni meteoroloġika, iċ-ċentri tal-ipproċessar tad-data u l-appoġġ għar-riċerka, it-taħriġ u l-amministrazzjoni ewlenin;
(e)
deskrizzjoni tal-metodoloġija użata biex jiġu allokati l-kostijiet meteoroloġiċi totali u l-kostijiet bażiċi tal-MET imsemmija fil-punt (d) għall-avjazzjoni ċivili u bejn iż-żoni tal-imposti;
(f)
għal kull entità, deskrizzjoni tal-kompożizzjoni ta' kull element tal-kostijiet iddeterminati skont in-natura u skont is-servizz (il-punti 1 u 2 tat-Tabella 1), inkluż deskrizzjoni tal-fatturi ewlenin li jispjegaw il-varjazzjonijiet ippjanati matul il-perjodu referenzjarju;
(g)
għal kull entità, deskrizzjoni u ġustifikazzjoni tal-metodu adottat għall-kalkolu tal-kostijiet ta' deprezzament (il-punt 1.3 tat-Tabella 1): il-kostijiet storiċi jew il-kostijiet kurrenti msemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 22(4), u fejn tintuża l-kontabbiltà kurrenti tal-kostijiet, il-provvediment ta' data storika komparabbli dwar il-kostijiet;
(h)
għal kull entità, deskrizzjoni u suppożizzjoni sottostanti ta' kull element ta' informazzjoni komplementari (il-punt 3 tat-Tabella 1), inkluż deskrizzjoni tal-fatturi ewlenin li jispjegaw il-varjazzjonijiet matul il-perjodu referenzjarju;
(i)
għal kull entità, deskrizzjoni tas-suppożizzjonijiet użati biex jiġi kkalkolat il-kost tal-kapital (il-punt 1.4 tat-Tabella 1), inkluż il-kompożizzjoni tal-bażi tal-assi, ir-redditu fuq l-ekwità, l-imgħax medju fuq id-djun u l-ishma tal-finanzjament tal-bażi tal-assi permezz tad-dejn u l-ekwità;
(j)
deskrizzjoni tal-kostijiet iddeterminati tal-proġetti komuni (il-punt 3.9 tat-Tabella 1). Kwalunkwe bidla fil-punti minn (a) sa (j) matul il-perjodu referenzjarju għandha tiġi rrapportata flimkien mal-informazzjoni pprovduta skont il-punt 2.2. |
|
2.2. |
Kull sena għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni addizzjonali li ġejja, flimkien mal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fit-tabelli tar-rappurtar dwar il-kostijiet totali u l-kostijiet unitarji msemmija fil-punt 1.1:
(a)
għal kull entità u għal kull element ta' kost, deskrizzjoni tal-kostijiet reali rrappurtati u d-differenza bejn dawk il-kostijiet u l-kostijiet iddeterminati, għal kull sena tal-perjodu referenzjarju;
(b)
deskrizzjoni tal-unitajiet tas-servizzi reali rrappurtati u deskrizzjoni ta' kull differenza bejn dawk l-unitajiet u ċ-ċifri pprovduti mill-entità li tkun qed tagħmel il-kontijiet u l-imposti tal-ġbir kif ukoll kwalunkwe differenza bejn dawk l-unitajiet u t-tbassir stabbilit fil-pjan ta' prestazzjoni, għal kull sena tal-perjodu referenzjarju;
(c)
tqassim tal-kostijiet reali tal-proġetti komuni għal kull proġett individwali;
(d)
ġustifikazzjoni tad-differenza bejn il-kostijiet iddeterminati u dawk reali ta' investimenti ġodda u eżistenti tal-fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, kif ukoll id-differenza bejn id-data ppjanata u d-data reali tad-dħul fis-seħħ tal-assi fissi ffinanzjati minn dawk l-investimenti għal kull sena tal-perjodu referenzjarju;
(e)
deskrizzjoni tal-proġetti ta' investiment miżjuda, imħassra jew sostitwiti matul il-perjodu referenzjarju fir-rigward tal-proġetti ta' investiment ewlenin identifikati fil-pjan ta' prestazzjoni, u approvati mill-awtorità superviżorja nazzjonali skont l-Artikolu 28(4). |
ANNESS VIII
REKWIŻITI GĦALL-KALKOLU TAL-UNITAJIET TAS-SERVIZZI EN ROUTE U TAT-TERMINAL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 25
1. Kalkolu tal-unitajiet tas-servizzi en route
|
1.1. |
L-unitajiet tas-servizzi en route għandhom jiġu kkalkulati billi jiġu mmultiplikati l-fattur tad-distanza u l-fattur tal-piż għat-titjira kkonċernata. It-total tal-unitajiet tas-servizzi en route għandu jikkonsisti fit-total tal-unitajiet tas-servizzi fir-rigward tat-titjiriet IFR, kif ukoll l-unitajiet tas-servizzi fir-rigward tat-titjiriet VFR, fejn it-titjiriet VFR mhumiex eżentati skont l-Artikolu 31(3), 31(4) u 31(5). |
|
1.2. |
Il-fattur tad-distanza fir-rigward ta' żona tal-imposti partikolari għandu jinkiseb billi jkun diviż b'mija n-numru ta' kilometri ta' titjir fid-distanza taċ-ċirku l-kbir bejn l-ajrudrom tat-tluq, jew il-punt tad-dħul, ġewwa ż-żona tal-imposti u l-ajrudrom tal-wasla fiż-żona tal-imposti, jew il-punt tal-ħruġ minnha, skont ir-rotta reali tat-titjira kif irreġistrata mill-Maniġer tan-Netwerk. Id-distanza li għandha titqies għandha titnaqqas b'20 kilometri għal kull tluq minn u għal kull ħatt fiż-żona tal-imposti. |
|
1.3. |
Il-fattur tal-piż, espress bħala ċifra meħuda sa żewġ postijiet deċimali, għandu jkun l-għerq kwadrat tal-kwozjent miksub billi jiġi diviż b'ħamsin in-numru ta' tunnellati metriċi espress bħala ċifra meħuda sa deċimali f'piż tat-tlugħ massimu ċċertifikat tal-inġenju tal-ajru kif muri fil-Manwal tat-Titjir tal-Inġenji tal-Ajru. |
|
1.4. |
F'każ fejn inġenju tal-ajru jkollu piżijiet multipli tat-tlugħ massimu ċċertifikati, għandu jintuża l-akbar wieħed. |
|
1.5. |
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jiddikjaraw il-kompożizzjoni tal-flotta tagħhom u l-piż tat-tluq massimu ċċertifikat ta' kull wieħed mill-ajruplani tagħhom lill-korp responsabbli għall-ġbir tal-ħlas kull meta jkun hemm modifika u mill-inqas darba fis-sena. Meta l-fattur tal-piż ma jkunx magħruf, il-fattur tal-piż għandu jiġi kkalkulat billi jittieħed il-piż tal-itqal ajruplan tal-istess tip magħruf li jeżisti. |
|
1.6. |
Fejn jitħallsu imposti fuq bażi reġjonali, l-Istati Membri jistgħu jadottaw modalitajiet komuni ta' applikazzjoni. |
2. Il-kalkolu tal-unitajiet tas-servizzi tat-terminal
|
2.1. |
L-unità tas-servizzi tat-terminal għandha tkun ugwali għall-fattur tal-piż għall-inġenju tal-ajru kkonċernat. |
|
2.2. |
Il-fattur tal-piż, espress bħala ċifra meħuda sa żewġ punti deċimali, għandu jkun il-kwozjent miksub billi jiġi diviż b'ħamsin in-numru ta' tunnellati metriċi fl-ogħla piż massimu ċċertifikat tat-tlugħ tal-inġenju tal-ajru, imsemmi fil-punti 1.3 sa 1.5 tal-Anness VIII, għas-setgħa ta' 0,7. |
ANNESS IX
RATI UNITARJI
1. TABELLI TAR-RAPPORTAR DWAR IL-KALKOLU TAR-RATA UNITARJA
Tabella ta' rapportar dwar il-kalkolu tar-rata unitarja għandha timtela annwalment u b'mod separat għal kull entità rilevanti li ġġarrab kostijiet f'żona tal-imposti bl-użu tal-mudell tat-Tabella 2. Barra minn hekk, tabella ta' rapportar ikkonsolidata għandha timtela kull sena bil-mudell tat-Tabella 2 billi tintuża l-aggregazzjoni tad-data mill-entitajiet rilevanti għaż-żona tal-imposti.
2. TABELLI TA' RAPPURTAR DWAR INFORMAZZJONI KUMPLIMENTARI DWAR AĠĠUSTAMENTI
Tabella ta' rapportar ikkonsolidata għal kull żona tal-imposti fuq informazzjoni kumplimentari dwar l-aġġustamenti għandha timtela annwalment bl-użu tal-mudell tat-Tabella 3.
3. TABELLI TA' RAPPURTAR DWAR INFORMAZZJONI KUMPLIMENTARI DWAR PROĠETTI KOMUNI U DWAR ID-DĦUL MINN PROGRAMMI TA' ASSISTENZA TAL-UNJONI
Tabella ta' rapportar ikkonsolidata għal kull żona tal-imposti fuq informazzjoni komplementari dwar proġetti komuni u fuq id-dħul mill-programmi ta' assistenza tal-Unjoni għandha timtela kull sena permezz tal-mudell tat-Tabella 4.