Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02019D0450-20200703

Consolidated text: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta' Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b'appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/450/2020-07-03

02019D0450 — MT — 03.07.2020 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/450

tad-19 ta' Marzu 2019

dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b'appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 077 20.3.2019, p. 78)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/896 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-28 ta' Mejju 2019

  L 142

69

29.5.2019

►M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/962 Test b’rilevanza għaż-ŻEE tat-2 ta’ Lulju 2020

  L 211

19

3.7.2020




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/450

tad-19 ta' Marzu 2019

dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b'appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Ir-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni għall-prodotti tal-bini abbozzati b'appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 li huma elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huma b'dan ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS



Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni

▼M1

030351-00-0402

Sistemi ta' folji flessibbli li ma jidħolx ilma minnhom u li jkunu mwaħħlin mekkanikament

(jieħdu post l-ispeċifikazzjoni teknika “ETAG 006”)

▼M2

030400-00-0605

Kits ta’ impermeabilizzazzjoni bbażati fuq membrani polimeriċi għall-ħitan ta’ ġewwa u ta’ barra u għall-art ta’ żoni mxarrbin u pixxini

▼B

040427-00-0404

Kittijiet għal sistema komposta ta' insulazzjoni termali esterna (ETICS) b'mehrież bħala prodott ta' iżolament termali u renderings jew kisjiet mhux kontinwi bħala qoxra esterna

▼M2

040465-00-0404

Sistemi tal-iżolament termali esterni b’materjali kompożiti (ETICS) b’kisi fuq ħitan tal-injam b’saff wieħed jew diversi saffi

040729-00-1201

Iżolament termali magħmul minn suf minerali mhux ippakkjat b’mod kompatt

041389-00-1201

Bords magħmula minn sufra naturali agglomerata għall-iżolament termali u akustiku

▼B

060012-00-0802

Kitt li jikkonsisti minn inforra tat-tubi taċ-ċmieni, magħmula minn fibri tal-ħġieġ, sustanzi minerali u organiċi, u partijiet anċillari

090119-00-0404

Kittijiet għal kisjiet tal-ħitan esterni bi pjanċi minerali b'renderings applikati fuq il-post

090120-00-0404

Kittijiet għal sistemi ta' ħitan esterni bi pjanċi minerali b'piż li mhux tat-tagħbija

130031-00-0304

Travi u kolonni tal-metall

130082-00-0603

Sistema ta' tiswija tal-faċċati – brekit tal-plastik għat-twaħħil tal-injam jew tal-elementi bbażati fuq l-injam mas-substruttura

▼M2

130186-00-0603

Pjanċi tridimensjonali għat-tismir

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “ETAG 015”)

130118-01-0603

Viti u vireg bil-kamin għall-użu f’kostruzzjonijiet tal-injam

(li tissostitwixxi l-EAD 130118-00-0603)

130287-00-0603

Imsiemer tal-aluminju profilati għall-użu fi strutturi tal-injam

130308-00-0304

Prodotti strutturali magħmula minn materjali kompożiti tal-injam: Twavel laminati magħmula minn biċċiet tal-injam (LSL)

130336-00-0603

Ġonot ta’ konnessjoni – ġonot tal-plywood għall-injam b’saffi inkroċjati

130367-00-0304

Travi u kolonni magħmula minn materjali kompożiti b’bażi tal-injam

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “ETAG 011”)

160055-00-0301

Travi kannizzati għaż-żieda fis-saħħa tar-reżistenza f’ċangaturi ċatti u kolonni

170011-00-0305

Elementi tal-bini ta’ iżolament għall-ħitan tal-ġebel

180023-00-0704

Regolaturi tal-fluss tal-ilma tal-maltemp vertikali ċentrifugi

200050-02-0102

Gaġeġ f’għamla ta’ kaxxa tawwalija u gaġeġ f’għamla ta’ xkora magħmula minn malji eżagonali regolari mibrumin tal-metall, miksija jew mhux miksija minn qabel b’kisja organika addizzjonali;

(tissostitwixxi l-EAD 200050-01-0102)

▼M1

210005-00-0505

Kittijiet ta' diviżjoni interna għall-użu bħala ħitan b'piż mhux tat-tagħbija

(jieħdu post l-ispeċifikazzjoni teknika “ETAG 003”)

210046-00-1201

Folja kompożita rqiqa tal-metall

▼M2

220010-01-0402

Folji ċatti tal-plastik għat-tisqif magħmula minn plastik riċiklat li jsostnu lilhom infushom u/jew tisqif mhux kontinwu sostnut għalkollox u/jew kisi estern

(tissostitwixxi l-EAD 220010-00-0402)

220062-00-0401

Tamboċċi b’għotjien tal-ħġieġ imwaħħla b’legatur jew b’mezzi mekkaniċi

▼M1

220089-00-0401

Kittijiet tas-soqfa transluċidi li jifilħu lilhom infushom b'għata magħmula minn folji tal-plastik

(jieħdu post l-ispeċifikazzjoni teknika “ETAG 010”)

▼M2

220116-00-0401

Twieqi tas-soqfa fissi u reżistenti għan-nar

▼B

260014-00-0301

Żieda tat-tip II abbażi ta' silikat b'saff kalċinat

▼M1

260017-00-0301

Mikrosferi vojta minn ġewwa u elastiċi bħala taħlita tal-konkos

331924-00-0602

Assemblaġġi għat-twaħħil ta' superfiċe ċatta

▼M2

332001-00-0602

Sistemi tal-ikklampjar għall-konnessjoni ta’ partijiet tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel

340275-00-0104

Sistemi b’materjali kompożiti b’legatur estern b’matriċi inorganika għat-tisħiħ ta’ strutturi tal-konkrit u tal-ġebel

Top