EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02019D0004-20210926

Consolidated text: Deċiżjoni (UE) 2019/322 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar id-delegazzjoni tas-setgħa ta' adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar is-setgħat superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali (BĊE/2019/4)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/322/2021-09-26

02019D0004 — MT — 26.09.2021 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI (UE) 2019/322 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-31 ta' Jannar 2019

dwar id-delegazzjoni tas-setgħa ta' adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar is-setgħat superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali (BĊE/2019/4)

(ĠU L 055 25.2.2019, p. 7)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI (UE) 2021/1441 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-3 ta’ Awwissu 2021

  L 314

17

6.9.2021




▼B

DEĊIŻJONI (UE) 2019/322 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-31 ta' Jannar 2019

dwar id-delegazzjoni tas-setgħa ta' adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar is-setgħat superviżorji mogħtija taħt id-dritt nazzjonali (BĊE/2019/4)



Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali” tfisser deċiżjonijiet meħuda mill-BĊE fl-eżerċitar tas-setgħat superviżorji tiegħu mogħtija taħt id-dritt nazzjonali li mhumiex ipprovduti b'mod espliċitu fid-dritt tal-Unjoni;

▼M1

(2) 

“akkwist ta’ parteċipazzjoni azzjonarja” tfisser: (a) l-akkwist ta' parteċipazzjoni azzjonarja diretta jew indiretta ta' kapital jew ta' drittijiet ta' vot f'entità oħra, inkluż b'riżultat tal-istabbiliment ta' entità ġdida, minbarra l-akkwist ta' parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti fit-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); u (b) kwalunkwe tranżazzjoni li hija ekwivalenti skont il-liġi nazzjonali rilevanti għal tali akkwist;

▼B

(3) 

“fużjoni” tfisser (a) operazzjoni li permezz tagħha kumpanija waħda jew aktar, meta jiġu xolti bi jew mingħajr likwidazzjoni, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħhom lil kumpanija eżistenti jew kumpanija ġdida, bi skambju għall-ħruġ lill-azzjonisti tagħhom ta' titoli jew ishma li jirrappreżentaw il-kapital ta' dik il-kumpanija eżistenti jew kumpanija ġdida, jew (b) kwalunkwe tranżazzjoni li hija fużjoni taħt id-dritt nazzjonali rilevanti;

(4) 

“ħall ta' fużjoni” tfisser (a) operazzjoni li permezz tagħha kumpanija waħda jew aktar jaqsmu parti mill-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom u jiffurmaw kumpanija ġdida li żżomm dawn l-assi u l-obbligazzjonijiet, jew (b) kwalunkwe tranżazzjoni li hija ħall ta' fużjoni taħt id-dritt nazzjonali rilevanti;

(5) 

“pajjiż jew territorju terz” tfisser pajjiż jew territorju barra miż-Żona Ekonomika Ewropea;

(6) 

“parti relatata” tfisser persuna fiżika li tkun relatata ma' istituzzjoni ta' kreditu jew membru qrib ħafna tal-familja ta' dik il-persuna jew persuna ġuridika li hija relatata ma' istituzzjoni ta' kreditu, skont id-dritt nazzjonali rilevanti;

(7) 

“deċiżjoni SREP” tfisser id-deċiżjoni adottata mill-BĊE abbażi tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 wara l-eżami superviżorju u l-proċess ta' valutazzjoni annwali fit-tifsira tal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(8) 

“proporzjon tal-kopertura tal-likwidità” (LCR) tfisser il-proporzjon kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 ( 2 );

(9) 

“standards superviżorji u regolatorji ekwivalenti” huma rekwiżiti jew arranġamenti superviżorji u regolatorji applikati minn pajjiż jew territorju terz li huma rikonoxxuti mill-Kummissjoni Ewropea bħala ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni skont l-Artikoli 107(4) u 114(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ). Il-pajjiżi u t-territorji terzi rilevanti huma elenkati fl-Annessi I u IV għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE ( 4 );

(10) 

“deċiżjoni ta' delega” u “deċiżjoni ddelegata” għandhom l-istess tifsira bħal fil-punti (2) u (4) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/933 (BĊE/2016/40), rispettivament;

(11) 

“kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma” tfisser il-kapijiet tal-unitajiet ta' ħidma tal-BĊE li lilhom tiġi ddelegata s-setgħa li jadottaw deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali;

(12) 

“proċedura ta' nuqqas ta' oġġezzjoni” tfisser il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26(8) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, u speċifikata ulterjorment fl-Artikolu 13g tad-Deċiżjoni BĊE/2004/2;

(13) 

“deċiżjoni negattiva” tfisser deċiżjoni li ma tagħtix, jew li ma tagħtix kompletament, il-permess kif mitlub mill-entità sinifikanti taħt superviżjoni. Deċiżjoni b'dispożizzjonijiet anċillari bħal kundizzjonijiet jew obbligi għandha titqies bħala deċiżjoni negattiva sakemm tali dispożizzjonijiet anċillari (a) ma jiżgurawx li tali entità taħt superviżjoni tissodisfa r-rekwiżiti tad-dritt nazzjonali rilevanti u ma ġewx miftiehma bil-miktub, jew (b) ma jiddikjarawx sempliċiment mill-ġdid wieħed jew aktar mir-rekwiżiti eżistenti li l-istituzzjoni trid tikkonforma magħhom skont dispożizzjoni rilevanti tad-dritt nazzjonali jew ma jeħtiġux informazzjoni dwar l-issodisfar ta' wieħed jew aktar minn dawk ir-rekwiżiti;

(14) 

“entità sinifikanti taħt superviżjoni” tfisser entità sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefinita fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) ( 5 );

(15) 

“fergħa” tfisser fergħa kif definita fl-Artikolu 4(1)(17) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(16) 

“uffiċċju rappreżentattiv” tfisser uffiċċju li jippromwovi jew jassisti fl-attivitajiet ta' entità taħt superviżjoni iżda li ma jagħmilx in-negozju ta' istituzzjoni ta' kreditu;

▼M1

(17) 

“servizzi ta’ appoġġ mhux ċentrali” tfisser servizzi anċillari li jappoġġaw in-negozju prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inklużi servizzi amministrattivi, servizzi lill-klijenti, servizzi ta’ ġbir ta’ dejn, firem elettroniċi jew servizzi simili oħra;

▼B

(18) 

“gwida tal-BĊE” tfisser kwalunkwe dokument, adottat mill-Kunsill Governattiv fuq proposta tal-Bord Superviżorju u ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE u li jagħti gwida dwar l-interpretazzjoni ta' rekwiżiti legali mill-BĊE;

▼M1

(19) 

“entità regolata” tfisser entità regolata kif iddefinit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

(20) 

“Gwida tal-BĊE dwar l-approċċ superviżorju għall-konsolidazzjoni fis-settur bankarju” tfisser dokument b’dan it-titolu li jkun fih il-prinċipji li jirfdu l-approċċ superviżorju prudenzjali segwit mill-BĊE meta jiddetermina jekk l-arranġamenti implimentati minn istituzzjoni ta’ kreditu li jirriżultaw minn konsolidazzjoni jiżgurawx il-ġestjoni tajba u l-kopertura tar-riskji tagħha, adottati u emendati minn żmien għal żmien skont il-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni u ppubblikati fuq is-sit web tal-BĊE;

(21) 

“sensittività” tfisser karatteristika jew fattur li jista’ jkollu impatt negattiv fuq ir-reputazzjoni tal-BĊE u/jew fuq il-funzjonament effettiv u konsistenti tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, inkluż iżda mhux limitat għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin: (a) l-entità rilevanti taħt superviżjoni tkun preċedentement, jew hija attwalment, soġġetta għal miżuri superviżorji severi bħal miżuri ta’ intervent bikri; (b) l-abbozz ta’ deċiżjoni ladarba jiġi adottat se jistabbilixxi preċedent ġdid li jista’ jorbot lill-BĊE fil-futur; (c) l-abbozz ta’ deċiżjoni ladarba jiġi adottat jista’ jiġbed l-attenzjoni negattiva tal-midja jew tal-pubbliku; jew (d) awtorità nazzjonali kompetenti li tkun daħlet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE tikkomunika n-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-abbozz ta’ deċiżjoni propost lill-BĊE.

▼B

Artikolu 2

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  
Din id-Deċiżjoni tispeċifika l-kriterji għad-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet lill-kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma tal-BĊE għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali.
2.  
Id-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni superviżorja li trid issir għat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali.

Artikolu 3

Delegazzjoni ta' deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali

1.  
Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/933 (BĊE/2016/40), il-Kunsill Governattiv fil-preżenti jiddelega lill-kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma tal-BĊE, innominati mill-Bord Eżekuttiv skont l-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni, is-setgħa li jadottaw deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali b'rabta ma' dan li ġej: (a) akkwist ta' parteċipazzjonijiet; (b) akkwist ta' assi jew obbigazzjonijiet; (c) bejgħ ta' parteċipazzjonijiet; (d) bejgħ ta' assi jew obbligazzjonijiet; (e) fużjonijiet; (f) ħall ta' fużjonijiet; (g) operazzjonijiet f'pajjiżi jew territorji terzi; (h) esternalizzazzjoni; (i) emendi għall-istatuti; (j) ħatriet ta' awdituri esterni; (k) kreditu lil partijiet relatati.
2.  
Id-deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu adottati permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji rilevanti għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati stipulati fl-Artikoli 4 sa 14 ikunu sodisfatti.

▼M1

3.  
Id-deċiżjonijiet ta' setgħat nazzjonali m'għandhomx ikunu adottati permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk id-dritt nazzjonali tirrikjedi l-approvazzjoni superviżorja ta' miżuri strateġiċi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jew jekk il-kumplessità tal-valutazzjoni jew is-sensittività tal-kwistjoni tirrikjedi li jiġu adottati taħt il-proċedura ta' nuqqas ta' oġġezzjoni.

▼M1

3a.  
Il-kapijiet ta’ unitajiet ta’ ħidma għandhom jippreżentaw deċiżjoni ta’ setgħat nazzjonali li tissodisfa l-kriterji għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet iddelegati stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 14 lill-Bord Superviżorju u lill-Kunsill Governattiv għall-adozzjoni skont il-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni meta l-valutazzjoni superviżorja ta’ dik id-deċiżjoni ta’ setgħat nazzjonali jkollha impatt dirett fuq il-valutazzjoni superviżorja ta’ deċiżjoni oħra li għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni.

▼M1

4.  

Id-delega tas-setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet skont il-paragrafu 1 għandha tapplika għal:

(a) 

l-adozzjoni mill-BĊE ta’ deċiżjonijiet superviżorji;

(b) 

l-approvazzjoni tal-BĊE ta’ valutazzjonijiet pożittivi meta deċiżjoni superviżorja ma tkunx meħtieġa skont il-liġi nazzjonali;

(c) 

l-approvazzjoni tal-BĊE ta’ tweġibiet jew rapporti maħruġa mill-BĊE fuq talba tal-awtoritajiet tal-Istati Membri parteċipanti fir-rigward ta’ setgħat nazzjonali;

(d) 

l-adozzjoni mill-BĊE ta’ struzzjonijiet indirizzati, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li magħhom il-BĊE stabbilixxa kooperazzjoni mill-qrib.

▼B

5.  
Id-deċiżjonijiet negattivi m'għandhomx ikunu adottati permezz ta' deċiżjoni ddelegata.
6.  
Fejn deċiżjoni ma tistax tkun adottata permezz ta' deċiżjoni ddelegata, din għandha tkun adottata skont il-proċedura ta' nuqqas ta' oġġezzjoni.

Artikolu 4

Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar l-akkwist ta' parteċipazzjonijiet

1.  

Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' akkwist ta' parteċipazzjonijiet f'istituzzjonijiet ta' kreditu jew f'istituzzjonijiet mhux ta' kreditu minn entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) 

▼M1

l-impatt fuq il-fondi proprji tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni akkwirenti, kemm fuq bażi konsolidata kif ukoll fuq bażi individwali, huwa limitat, li jfisser li:

▼B

(i) 

wara l-akkwist, il-fondi proprji jaqbżu u huma stmati li se jkomplu jaqbżu s-somma tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-fondi proprji meħtieġa li jinżammu skont l-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, ir-rekwiżit ta' riżerva kkombinata kif iddefinita fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE u l-gwida ta' kapital tal-Pilastru 2 kif stipulat fl-aħħar deċiżjoni SREP disponibbli; u

(ii) 

l-impatt tat-tnaqqis fuq il-proporzjon ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, il-proporzjon ta' kapital ta' Grad 1 u l-proporzjon ta' kapital totali jkun taħt il-100 punt bażi.

(b) 

l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni akkwirenti huwa limitat, li jfisser li:

(i) 

l-LCR jibqa' ogħla minn 110 % u jkun ogħla mir-rekwiżiti ta' likwidità stabbiliti fl-aħħar deċiżjoni SREP disponibbli, jekk dawn huma ogħla mil-LCR minimu meħtieġ;

(ii) 

f'livell konsolidat, l-LCR ma jonqosx b'aktar minn 50 %;

(c) 

l-entità fil-mira tinsab fi Stat Membru tal-Unjoni jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea, jew f'pajjiż jew territorju terz bi standards superviżorji u regolatorji ekwivalenti.

2.  
Il-valutazzjoni tal-akkwist ta' parteċipazzjonijiet għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Artikolu 5

Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar l-akkwist ta' assi jew obbligazzjonijiet

1.  

Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-akkwist ta' assi jew f'istituzzjonijiet ta' kreditu jew f'istituzzjonijiet mhux ta' kreditu minn entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) 

▼M1

l-impatt fuq il-fondi proprji tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni akkwirenti b'riżultat tal-akkwist, kemm fuq bażi konsolidata kif ukoll fuq bażi individwali, huwa limitat, li jfisser li:

▼B

(i) 

wara l-akkwist, il-fondi proprji jaqbżu u huma stmati li se jkomplu jaqbżu s-somma tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-fondi proprji meħtieġa li jinżammu skont l-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, ir-rekwiżit ta' riżerva kkombinata kif iddefiniat fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE u l-gwida ta' kapital tal-Pilastru 2 kif stipulat fl-aħħar deċiżjoni SREP disponibbli; u

(ii) 

l-impatt tat-tnaqqis fuq il-proporzjon ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, il-proporzjon ta' kapital ta' Grad 1 u l-proporzjon ta' kapital totali jkun taħt il-100 punt bażi;

(b) 

l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni akkwirenti, b'riżultat tal-akkwist, huwa limitat, li jfisser li:

(i) 

l-LCR jibqa' ogħla minn 110 % u jkun ogħla mir-rekwiżiti ta' likwidità stabbiliti fl-aħħar deċiżjoni SREP disponibbli, jekk dawn huma ogħla mil-LCR minimu meħtieġ, u

(ii) 

f'livell konsolidat, l-LCR ma jonqosx b'aktar minn 50 %;

(c) 

il-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet akkwistati ma jaqbiżx 25 % tal-assi totali tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni akkwirenti fil-livell individwali.

2.  
Il-valutazzjoni tal-akkwist ta' assi jew obbligazzjonijiet għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Artikolu 6

Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar il-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet

1.  

Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet minn entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) 

▼M1

l-impatt fuq il-fondi proprji tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li qed tbiegħ, kemm fuq bażi konsolidata kif ukoll fuq bażi individwali, huwa limitat, li jfisser li:

▼B

(i) 

wara l-bejgħ, il-fondi proprji jaqbżu u huma stmati li se jkomplu jaqbżu s-somma tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-fondi proprji meħtieġa li jinżammu skont l-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, ir-rekwiżit ta' riżerva kkombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE u l-gwida ta' kapital tal-Pilastru 2 kif stipulat fl-aħħar deċiżjoni SREP disponibbli; u

(ii) 

l-impatt tat-tnaqqis fuq il-proporzjon ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, il-proporzjon ta' kapital ta' Grad 1 u l-proporzjon ta' kapital totali jkun taħt il-100 punt bażi;

(b) 

l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li qed tbiegħ huwa limitat, li jfisser li:

(i) 

l-LCR jibqa' ogħla minn 110 % u jkun ogħla mir-rekwiżiti ta' likwidità stabbiliti fl-aħħar deċiżjoni SREP disponibbli, jekk dawn huma ogħla mil-LCR minimu meħtieġ; u

(ii) 

f'livell konsolidat, l-LCR ma jonqosx b'aktar minn 50 %.

2.  
Il-valutazzjoni tal-bejgħ ta' parteċipazzjonijiet għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Artikolu 7

Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar il-bejgħ ta' assi jew obbligazzjonijiet

1.  

Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' bejgħ ta' assi jew obbligazzjonijiet minn entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) 

▼M1

l-impatt fuq il-fondi proprji tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li qed tbiegħ b'riżultat tal-bejgħ tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet, kemm fuq bażi konsolidata kif ukoll fuq bażi individwali, huwa limitat, li jfisser li:

▼B

(i) 

wara l-bejgħ, il-fondi proprji jaqbżu u huma stmati li se jkomplu jaqbżu s-somma tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-fondi proprji meħtieġa li jinżammu skont l-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, ir-rekwiżit ta' riżerva kkombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE u l-gwida ta' kapital tal-Pilastru 2 kif stipulat fl-aħħar deċiżjoni SREP disponibbli; u

(ii) 

l-impatt tat-tnaqqis fuq il-proporzjon ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, il-proporzjon ta' kapital ta' Grad 1 u l-proporzjon ta' kapital totali jkun taħt il-100 punt bażi;

(b) 

l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li qed tbiegħ, b'riżultat tal-bejgħ tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet, huwa limitat, li jfisser li:

(i) 

l-LCR jibqa' ogħla minn 110 % u jkun ogħla mir-rekwiżiti ta' likwidità stabbiliti fl-aħħar deċiżjoni SREP disponibbli, jekk dawn huma ogħla mil-LCR minimu meħtieġ; u

(ii) 

f'livell konsolidat, l-LCR ma jonqosx b'aktar minn 50 %;

(c) 

Il-valur tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet mibjugħin ma jaqbiżx 25 % tal-assi totali tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li qed tbiegħ fil-livell individwali.

2.  
Il-valutazzjoni tal-bejgħ ta' assi jew obbligazzjonijiet għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Artikolu 8

Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar il-fużjonijiet

1.  

Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' fużjonijiet li jinvolvu mill-inqas entità sinifikanti taħt superviżjoni waħda għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) 

▼M1

l-impatt fuq il-fondi proprji tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li jirriżulta mill-fużjoni, kemm fuq bażi konsolidata kif ukoll fuq bażi individwali, huwa limitat, li jfisser li:

▼B

(i) 

wara l-fużjoni, il-fondi proprji jaqbżu u huma stmati li se jkomplu jaqbżu s-somma tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-fondi proprji meħtieġa li jinżammu skont l-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, ir-rekwiżit ta' riżerva kkombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE u, fejn applikabbli, il-gwida ta' kapital tal-Pilastru 2 kif stipulat fl-aħħar deċiżjoni SREP disponibbli; u

(ii) 

l-impatt tat-tnaqqis fuq il-proporzjon ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, il-proporzjon ta' kapital ta' Grad 1 u l-proporzjon ta' kapital totali jkun taħt il-100 punt bażi;

(b) 

l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li jirriżulta mill-fużjoni huwa limitat, li jfisser li:

(i) 

l-LCR jibqa' ogħla minn 110 % u jkun ogħla mir-rekwiżiti ta' likwidità stabbiliti fl-aħħar deċiżjoni SREP disponibbli, jekk dawn huma ogħla mil-LCR minimu meħtieġ; u

(ii) 

f'livell konsolidat, l-LCR ma jonqosx b'aktar minn 50 %;

(c) 

l-istruttura ta' governanza tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni li tirriżulta mill-fużjoni ma tqajjimx tħassib superviżorju.

2.  

Is-setgħat tat-teħid ta' deċiżjonijiet fl-ebda ċirkustanza m'għandhom jiġu ddelegati lill-kapijiet tal-unitajiet ta' ħidma fir-rigward ta' dan li ġej:

(a) 

fużjonijiet bejn entità sinifikanti taħt superviżjoni u entità oħra li ma tappartjenix għall-istess grupp tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni; jew

(b) 

fużjonijiet transkonfinali bejn entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jappartjenu għall-istess grupp.

▼M1

3.  
Il-valutazzjoni tal-fużjonijiet għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, filwaqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli, inkluża l-Gwida tal-BĊE dwar l-approċċ superviżorju għall-konsolidazzjoni fis-settur bankarju, kif ukoll il-pożizzjonijiet ta’ politika, il-gwida jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

▼B

Artikolu 9

Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar ħall ta' fużjonijiet

1.  

Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' ħall ta' fużjonijiet li jinvolvu mill-inqas entità sinifikanti taħt superviżjoni waħda għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) 

▼M1

l-impatt fuq il-fondi proprji tal-entità jew tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jirriżulta mill-ħall tal-fużjoni, kemm fuq bażi konsolidata kif ukoll fuq bażi individwali, huwa limitat, li jfisser li:

▼B

(i) 

wara l-ħall mill-fużjoni, il-fondi proprji jaqbżu u huma stmati li se jkomplu jaqbżu s-somma tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-fondi proprji meħtieġa li jinżammu skont l-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, ir-rekwiżit ta' riżerva kkombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE u, fejn applikabbli, il-gwida ta' kapital tal-Pilastru 2 kif stipulat fl-aħħar deċiżjoni SREP disponibbli; u

(ii) 

l-impatt tat-tnaqqis fuq il-proporzjon ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, il-proporzjon ta' kapital ta' Grad 1 u l-proporzjon ta' kapital totali jkun taħt il-100 punt bażi.

(b) 

l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità tal-entità jew tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li jirriżulta mill-ħall tal-fużjoni huwa limitat, li jfisser li:

(i) 

l-LCR jibqa' ogħla minn 110 % u jkun ogħla mir-rekwiżiti ta' likwidità stabbiliti fl-aħħar deċiżjoni SREP disponibbli, jekk dawn huma ogħla mil-LCR minimu meħtieġ, u

(ii) 

f'livell konsolidat, l-LCR ma jonqosx b'aktar minn 50 %;

(c) 

l-istruttura ta' governanza tal-entità jew tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni li tirriżulta mill-ħall tal-fużjoni ma tqajjimx tħassib superviżorju.

2.  

Is-setgħat tat-teħid ta' deċiżjonijiet fl-ebda ċirkustanza m'għandhom jiġu ddelegati lill-kapijiet tal-unitajiet ta' ħidma fir-rigward ta' dan li ġej:

(a) 

ħall ta' fużjonijiet li jirriżulta fl-istabbiliment ta' entità oħra li ma tappartjenix għall-istess grupp tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni; jew

(b) 

ħall ta' fużjonijiet li jirriżulta fl-istabbiliment ta' entità oħra f'pajjiż jew territorju differenti minn dak li fih l-entità sinifikanti taħt superviżjoni hija stabbilita.

3.  
Il-valutazzjoni ta' ħall ta' fużjoni għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Artikolu 10

Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar operazzjonijiet f'pajjiżi jew territorji terzi

1.  

Id-deċiżjonijiet li japprovaw l-istabbiliment ta' fergħa minn entità sinifikanti taħt superviżjoni f'pajjiż jew f'territorju terz għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) 

il-fergħa hija stabbilita f'pajjiż jew territorju terz bi standards superviżorji u regolatorji ekwivalenti;

(b) 

it-total ta' assi tal-fergħa kif stmati fil-programm tal-operazzjonijiet ma jaqbżux l-10 % tat-total ta' assi tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni; u

(c) 

il-fergħa tagħmel tranżazzjonijiet li jsiru primarjament fil-pajjiż jew it-territorju terz fejn il-fergħa hija stabbilita.

2.  

Id-deċiżjonijiet dwar l-operazzjonijiet li ġejjin minn entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata:

(a) 

l-għeluq ta' fergħa;

(b) 

il-bidliet fl-istrutturi tal-fergħa;

(c) 

l-istabbiliment jew l-għeluq ta' uffiċċju rappreżentattiv; u

(d) 

il-provvediment ta' servizzi bankarji f'pajjiż jew territorju terz mingħajr l-istabbiliment ta' preżenza fiżika hemmhekk fil-forma ta' fergħa jew sussidjarja,

sakemm l-operazzjonijiet rilevanti ma jsirux f'pajjiż inkluż fil-lista fl-Anness għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 ( 7 ).

3.  
Il-valutazzjoni ta' operazzjonijiet f'pajjiżi jew territorji għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Artikolu 11

Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar l-esternalizzazzjoni

1.  

Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' esternalizzazzjoni ta' attivitajiet minn entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) 

il-fornitur tas-servizz huwa parti mill-istess grupp bħall-entità sinifikanti taħt superviżjoni (esternalizzazzjoni intragrupp) u huwa stabbilit fl-Unjoni; jew

▼M1

(b) 

il-fornitur tas-servizz huwa entità regolata stabbilita fl-Unjoni u awtorizzata li twettaq is-servizzi esternalizzati; jew

▼B

(c) 

l-esternalizzazzjoni tikkonċerna servizzi ta' appoġġ mhux ċentrali u l-fornitur tas-servizz huwa stabbilit fl-Unjoni jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

2.  
Il-valutazzjoni ta' proġetti ta' esternalizzazzjoni għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Artikolu 12

Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar l-emendi għall-istatuti

1.  

Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' emendi għall-istatuti ta' entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

emendi li huma purament formali, inkluż it-tibdil tal-isem u l-indirizz;

(b) 

emendi li sempliċiment jittrasponu rekwiżiti statutorji ta' natura leġiżlattiva jew regolatorja;

(c) 

emendi li jimplimentaw deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva jew li jsiru fuq talba tal-BĊE;

▼M1

(d) 

emendi li jikkonċernaw il-kapital tal-ishma ta’ entità sinifikanti taħt superviżjoni fejn:

(i) 

id-Deċiżjoni relatata dwar il-fondi proprji, eż. dwar il-klassifikazzjoni ta’ strumenti kapitali bħala strumenti tal- Ekwità Komuni tal-Grad 1 jew it-tnaqqis ta’ fondi proprji, hija ddelegata wkoll;

(ii) 

l-entità sinifikanti taħt superviżjoni tkun ikklassifikat ħruġ skont id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-BĊE jqis li n-notifika magħmula mill-entità sinifikanti taħt superviżjoni skont il-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ notifika;

▼B

(e) 

emendi għall-istatuti ta' sussidjarja sabiex dawn jiġu allinjati mal-istatuti tal-impriża prinċipali jekk l-emendi għal dawn tal-aħħar ġew approvati mill-BĊE;

▼M1

(f) 

emendi li jirriflettu esklussivament bidliet li jirriżultaw minn fużjoni jew ħall tal-fużjoni approvati minn qabel mill-BĊE.

▼B

2.  
Il-valutazzjoni tal-emendi għall-istatuti għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Artikolu 13

Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar il-ħatriet jew il-bidliet ta' awdituri esterni

1.  
Id-deċiżjonijiet dwar il-ħatriet jew il-bidliet ta' awdituri esterni ta' entità sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata fejn tali deċiżjonijiet jikkostitwixxu, taħt id-dritt nazzjonali rilevanti, l-eżerċizzju ta' superviżjoni prudenzjali skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.
2.  
Is-setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-ebda ċirkustanza m'għandhom jiġu ddelegati lill-kapijiet ta' unitajiet ta' ħidma fir-rigward ta' (a) deċiżjonijiet li jirrigwardaw is-sostituzzjoni ta' awditur estern minn ieħor maħtur mill-awtorità superviżorja kompetenti, jew (b) deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-ħatra ta' awditur estern fuq direzzjoni tal-awtorità superviżorja kompetenti.
3.  
Il-valutazzjoni tal-idoneità ta' awdituri esterni għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Artikolu 14

Kriterji għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar kreditu lil partijiet relatati

1.  

Id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-għoti ta' kreditu minn entità sinifikanti taħt superviżjoni lil parti relatata għandhom jittieħdu permezz ta' deċiżjoni ddelegata jekk il-kriterji kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) 

l-iskopertura totali tal-entità sinifikanti taħt superviżjoni lejn il-parti relatata ma taqbiżx EUR 5 miljun; u

(b) 

it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-għoti ta' kreditu mhumiex aktar favorevoli minn dawk li bihom jingħata kreditu lil klijenti li mhumiex partijiet relatati, jew tal-anqas huma simili għal dawk applikabbli għall-istess tip ta' operazzjonijiet konklużi ma' impjegati li mhumiex partijiet relatati mal-entità sinifikanti taħt superviżjoni.

2.  
Il-valutazzjoni tal-għoti ta' kreditu lil parti relatata għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, waqt li titqies ukoll kwalunkwe gwida tal-BĊE applikabbli u/jew pożizzjonijiet ta' politika, gwidi jew atti simili tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Artikolu 15

Dispożizzjoni tranżitorja

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika f'każijiet fejn l-applikazzjoni li titlob l-approvazzjoni għal kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) tkun ġiet ippreżentata lill-BĊE qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.



( 1 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 2 ) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

( 4 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar l-ekwivalenza ta' rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta' ċerti pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 155).

( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).

( 6 ) Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).

( 7 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1).

Top