EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02018R1999-20210729

Consolidated text: Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1999/2021-07-29

02018R1999 — MT — 29.07.2021 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2018/1999 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Diċembru 2018

dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 328 21.12.2018, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI (UE) 2019/504 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Marzu 2019

  L 85I

66

27.3.2019

►M2

REGOLAMENT (UE) 2021/1119 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Ġunju 2021

  L 243

1

9.7.2021




▼B

REGOLAMENT (UE) 2018/1999 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Diċembru 2018

dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  

Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta' governanza sabiex:

▼M2

(a) 

jiġu implimentati strateġiji u miżuri mfassla biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u l-impenji fit-tul tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’mod konsistenti mal-Ftehim ta’ Pariġi, b’mod partikolari l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), u, għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin, mill-2021 sal-2030, b’mod partikulari l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030;

▼B

(b) 

tiġi stimulata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, inkluż, meta jkun xieraq, fil-livell reġjonali, maħsuba biex jinkisbu l-objettivi u l-impenji tal-Unjoni tal-Enerġija;

(c) 

jiġu żgurati t-tempestività, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tar-rapportar mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha lis-Segretarjat tal-UNFCCC u tal-Ftehim ta' Pariġi;

(d) 

jingħata kontribut għal ċertezza regolatorja akbar kif ukoll għal ċertezza akbar lill-investituri u għajnuna sabiex jittieħed vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet għall-iżvilupp ekonomiku, l-istimolu tal-investiment, il-ħolqien tal-impjiegi u l-koeżjoni soċjali.

Il-mekkaniżmu ta' governanza hu bbażat fuq l-istrateġiji fit-tul, il-pjanijiet nazzjonali integrati fit-tul dwar l-enerġija u l-klima li jkopru perijodi ta' għaxar snin li jibdew mill-2021 sal-2030, ir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima korrispondenti tal-Istati Membri u l-arranġamenti integrati ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni. Il-mekkaniżmu ta' governanza jiżgura opportunitajiet effettivi sabiex il-pubbliku jipparteċipa fit-tħejjija ta' dawk il-pjanijiet nazzjonali u ta' dawk l-istrateġiji fit-tul. Dan jinkludi proċess strutturat, trasparenti u iterattiv bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri bl-għan li jiġu ffinalizzati l-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-implimentazzjoni sussegwenti tagħhom, inkluż fir-rigward tal-kooperazzjoni reġjonali u l-azzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni.

2.  

Dan ir-Regolament japplika għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, li huma marbutin mill-qrib ma' xulxin u jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku:

(a) 

is-sigurtà tal-enerġija;

(b) 

is-suq intern tal-enerġija;

(c) 

l-effiċjenza enerġetika;

(d) 

id-dekarbonizzazzjoni; u

(e) 

ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“politiki u miżuri” tfisser l-istrumenti kollha li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u/jew biex jiġu implimentati l-impenji skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(2) tal-UNFCCC, li jistgħu jinkludu dawk li ma għandhomx il-limitazzjoni u t-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-gassijiet serra jew tibdil fis-sistema tal-enerġija bħala objettiv primarju;

(2) 

“politiki u miżuri eżistenti” tfisser il-politiki u l-miżuri implimentati u l-politiki u l-miżuri adottati;

(3) 

“politiki u miżuri implimentati” tfisser il-politiki u l-miżuri li għalihom japplika wieħed jew iktar minn dan li ġej fid-data li fiha jintbagħat il-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima jew ir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima: il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli direttament ikunu fis-seħħ, ikun ġie stabbilit ftehim volontarju wieħed jew iktar, ikunu ġew allokati r-riżorsi finanzjarji, ir-riżorsi umani jkunu ġew mobilizzati;

(4) 

“politiki u miżuri adottati” tfisser il-politiki u l-miżuri li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni uffiċjali tal-gvern sad-data li fiha jintbagħat il-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima jew ir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima u jkun hemm impenn ċar li ssir l-implimentazzjoni;

(5) 

“politiki u miżuri ppjanati” tfisser għażliet li jkunu għadhom qed jiġu diskussi u li jkollhom ċans realistiku li jiġu adottati u implimentati wara d-data li fiha jintbagħat il-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima jew ir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima;

(6) 

“sistema għall-politiki, għall-miżuri u għall-projezzjonijiet” tfisser sistema ta' arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali stabbiliti għar-rapportar ta' politiki, ta' miżuri u ta' projezzjonijiet marbuta ma' emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar ta' gassijiet serra u mas-sistema tal-enerġija, fost l-oħrajn kif meħtieġ mill-Artikolu 39;

▼M2

(7) 

“projezzjonijiet” tfisser il-previżjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija, inklużi minn tal-inqas l-istimi kwantitattivi għal sekwenza ta’ sitt snin futuri li tintemm b’0 jew b’5, immedjatament wara s-sena ta’ rapportar;

▼B

(8) 

“projezzjonijiet mingħajr miżuri” tfisser il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra mis-sorsi u tal-assorbimenti mill-bjar li jeskludu l-effetti tal-politiki u tal-miżuri kollha li jkunu ppjanati, adottati jew implimentati wara s-sena magħżula bħala l-punt tat-tluq għall-projezzjoni rilevanti;

(9) 

“projezzjonijiet b'miżuri” tfisser il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra mis-sorsi u tal-assorbimenti mill-bjar li jinkludu l-effetti, f'termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija, tal-politiki u tal-miżuri li jkunu ġew adottati u implimentati;

(10) 

“projezzjonijiet b'miżuri addizzjonali” tfisser projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra mis-sorsi u tal-assorbimenti mill-bjar jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija li jinkludu l-effetti, f'termini tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tal-politiki u tal-miżuri li jkunu ġew adottati u implimentati għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew biex jintlaħqu l-objettivi tal-enerġija, kif ukoll tal-politiki u tal-miżuri li jkunu ppjanati għal dak l-iskop;

(11) 

“il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030” tfisser il-mira vinkolanti fl-Unjoni ta' tnaqqis domestiku ta' minn tal-inqas 40 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha meta mqabbla mal-1990 li jrid jintlaħaq sal-2030, il-mira vinkolanti fil-livell tal-Unjoni ta' minn tal-inqas 32 % tas-sehem ta' enerġija rinnovabbli kkunsmata fl-UE fl-2030, il-mira ewlenija fil-livell tal-Unjoni ta' minn tal-inqas 32,5 % għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fl-2030, u l-mira ta' 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030 jew kwalunkwe mira sussegwenti f'dan ir-rigward maqbula mill-Kunsill Ewropew jew mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għall-2030.

(12) 

“sistema tal-inventarju nazzjonali” tfisser sistema ta' arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali stabbiliti fi Stat Membru biex jiġu stmati l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar ta' gassijiet serra, u biex tiġi rrapportata u arkivjata l-informazzjoni tal-inventarju;

(13) 

“indikatur” tfisser fattur jew varjabbli kwantitattiv jew kwalitattiv li jikkontribwixxi biex jinftiehem aħjar il-progress fl-implimentazzjoni;

(14) 

“indikaturi ewlenin” tfisser l-indikaturi għall-progress li jkun sar fir-rigward tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija kif proposti mill-Kummissjoni;

(15) 

“korrezzjonijiet tekniċi” tfisser aġġustamenti fl-istimi tal-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra li jkunu saru fil-kuntest tar-rieżami mwettaq skont l-Artikolu 38 meta d-data tal-inventarju li tkun intbagħtet ma tkunx kompluta jew tkun tħejjiet b'mod li ma jkunx konsistenti mar-regoli jew mal-linji gwida rilevanti internazzjonali jew tal-Unjoni u li jkunu maħsuba biex jissostitwixxu l-istimi li jkunu ntbagħtu oriġinarjament;

(16) 

“garanzija tal-kwalità” tfisser sistema ppjanata ta' proċeduri ta' rieżami biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tal-kwalità tad-data u li jiġu rrapportati l-aqwa stimi u informazzjoni possibbli bl-għan li tiġi appoġġata l-effettività tal-programm ta' kontroll tal-kwalità u tingħata assistenza lill-Istati Membri;

(17) 

“kontroll tal-kwalità” tfisser sistema ta' attivitajiet tekniċi li jsiru regolarment sabiex titkejjel u tiġi kkontrollata l-kwalità tal-informazzjoni u tal-istimi miġbura bl-għan li tiġi żgurata l-integrità, il-korrettezza u l-kompletezza tad-data, jiġu identifikati u indirizzati l-iżbalji u l-omissjonijiet, jiġu ddokumentati u arkivjati d-data u kull materjal ieħor li jintuża, u jiġu rreġistrati l-attivitajiet kollha ta' garanzija;

(18) 

“l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” tfisser li fid-deċiżjonijiet kollha dwar l-ippjanar, il-politika u l-investimenti marbutin mal-enerġija, jitqiesu sew il-miżuri alternattivi ta' kosteffiċjenza tal-effiċjenza enerġetika u ta' provvista tal-enerġija aktar effiċjenti, b'mod partikolari permezz ta' ffrankar enerġetiku kosteffikaċi fil-konsum finali, inizjattivi ta' ġestjoni tad-domanda u konverżjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni aktar effiċjenti tal-enerġija filwaqt li fl-istess ħin jintlaħqu l-objettivi ta' dawk id-deċiżjonijiet;

(19) 

“Pjan SET” tfisser il-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2015 intitolata “Lejn Pjan Strateġiku Integrat għat-Teknoloġija tal-Enerġija (SET): Aċċelerazzjoni tat-Trasformazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija Ewropea”;

(20) 

“sforzi bikrija” tfisser:

(a) 

fil-kuntest tal-valutazzjonijiet ta' diskrepanza potenzjali bejn il-mira tal-Unjoni għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-2030 u l-kontributi kollettivi tal-Istati Membri, il-kisba ta' Stat Membru ta' sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli 'l fuq mill-mira vinkolanti nazzjonali tiegħu għall-2020 kif stipulat fl-Anness I għad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew il-progress bikri ta' Stat Membru lejn il-mira nazzjonali vinkolanti tiegħu għall-2020;

(b) 

fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni bbażati fuq il-valutazzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 29(1) fir-rigward tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, l-implimentazzjoni bikrija tal-kontribut ta' Stat Membru lejn il-mira vinkolanti tal-Unjoni ta' mill-inqas 32 % tal-enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imkejla mal-punti ta' referenza nazzjonali tiegħu għall-enerġija rinnovabbli;

(21) 

“kooperazzjoni reġjonali” tfisser kooperazzjoni bejn żewġ Stati Membri jew aktar involuti fi sħubija li tkopri waħda jew iktar mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;

(22) 

“enerġija minn sorsi rinnovabbli” jew “enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli jew enerġija rinnovabbli kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(23) 

“konsum finali gross tal-enerġija” tfisser konsum finali gross tal-enerġija kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(24) 

“skema ta' appoġġ” tfisser skema ta' appoġġ kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(25) 

“tiġdid” (repowering) tfisser tiġdid kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(26) 

“komunità tal-enerġija rinnovabbli” tfisser komunità tal-enerġija rinnovabbli kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(27) 

“tisħin distrettwali” jew “tkessiħ distrettwali” tfisser tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali kif definit fil-punt (19) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(28) 

“skart” tfisser skart kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(29) 

“bijomassa” tfisser bijomassa kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(30) 

“bijomassa agrikola” tfisser bijomassa agrikola kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(31) 

“bijomassa forestali” tfisser bijomassa forestali kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(32) 

“karburanti tal-bijomassa” tfisser karburanti tal-bijomassa kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(33) 

“bijogass” tfisser bijogass kif definit fil-punt (28) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(34) 

“bijolikwidi” tfisser bijolikwidi kif definit fil-punt (32) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(35) 

“bijokarburanti” tfisser bijokarburanti kif definit fil-punt (33) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(36) 

“bijokarburanti avvanzati” tfisser bijokarburanti avvanzati kif definit fil-punt (34) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(37) 

“karburanti tal-karbonju riċiklat” tfisser karburanti tal-karbonju riċiklat kif definiet fil-punt (35) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(38) 

“għelejjel b'kontenut għoli ta' lamtu” tfisser għelejjel b'kontenut għoli ta' lamtu kif definit fil-punt (39) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(39) 

“għelejjel tal-ikel u tal-għalf” tfisser għelejjel tal-ikel u tal-għalf kif definit fil-punt (40) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(40) 

“materjal linjoċellulożiku” tfisser materjal linjoċellulożiku kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(41) 

“residwi” tfisser residwu kif definit fil-punt (43) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(42) 

“konsum primarju tal-enerġija” tfisser konsum primarju tal-enerġija kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(43) 

“konsum finali tal-enerġija” tfisser konsum finali tal-enerġija kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(44) 

“effiċjenza fl-enerġija” tfisser effiċjenza fl-enerġija kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(45) 

“iffrankar tal-enerġija” tfisser iffrankar tal-enerija kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(46) 

“titjib fl-effiċjenza fl-enerġija” tfisser titjib fl-effiċjenza fl-enerġija kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(47) 

“servizz tal-enerġija” tfisser servizz tal-enerġija kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(48) 

“spazju totali ta' art li tista' tintuża” tfisser spazju totali ta' art li tista' tintuża kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(49) 

“sistema ta' ġestjoni tal-enerġija” tfisser sistema ta' ġestjoni tal-enerġija kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(50) 

“parti obbligata” tfisser parti obbligata kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(51) 

“awtorità pubblika ta' implimentazzjoni” tfisser awtorità pubblika ta' implimentazzjoni kif definit fil-punt (17) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(52) 

“azzjoni individwali” tfisser azzjoni individwali kif definit fil-punt (19) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(53) 

“distributur tal-enerġija” tfisser distributur tal-enerġija kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(54) 

“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE u fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/UE;

(55) 

“kumpannija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum” tfisser kumpannija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(56) 

“fornitur ta' servizz tal-enerġija” tfisser fornitur ta' servizz tal-enerġija kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(57) 

“kuntratt għall-prestazzjoni tal-enerġija” tfisser kuntratt għall-prestazzjoni tal-enerġija kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(58) 

“koġenerazzjoni” tfisser koġenerazzjoni kif definit fil-punt (30) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(59) 

“bini” tfisser bini kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/31/UE;

(60) 

“bini b'użu ta' kważi żero enerġija” tfisser bini b'użu ta' kważi żero enerġija kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/31/UE;

(61) 

“pompa tas-sħana” tfisser pompa tas-sħana kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/31/UE;

(62) 

“karburant fossili” tfisser sorsi tal-enerġija mhux rinnovabbli bbażati fuq il-karbonju bħal karburanti solidi, gass naturali u żejt.



KAPITOLU 2

Pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima

Artikolu 3

Pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima

1.  
Sal-31 ta' Diċembru 2019, u sussegwentement sal-1 ta' Jannar 2029 u kull għaxar snin minn hemm 'il quddiem, kull Stat Membru għandu jinnotifika pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni. Il-pjanijiet għandhom jinkludu l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u fl-Anness I. L-ewwel pjan għandu jkopri l-perijodu mill-2021 sal-2030, filwaqt li titqies il-perspettiva aktar fit-tul. Il-pjanijiet sussegwenti għandhom ikopru l-perijodu ta' għaxar snin li jiġi immedjatament wara t-tmiem tal-perijodu kopert mill-pjan preċedenti.
2.  

Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima għandu jkun fihom it-taqsimiet prinċipali li ġejjin:

(a) 

stampa ġenerali tal-proċess segwit għall-istabbiliment tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, li jkun fiha sommarju eżekuttiv, deskrizzjoni tal-konsultazzjoni pubblika u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u tar-riżultati tagħhom, u tal-kooperazzjoni reġjonali ma' Stati Membri oħra fit-tħejjija tal-pjan, kif stabbilit fl-Artikoli 10, 11 u 12 u fil-punt 1 tat-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness I;

(b) 

deskrizzjoni tal-objettivi, tal-miri u tal-kontributi nazzjonali relatati mad-dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, kif stipulat fl-Artikolu 4 u l-Anness I;

(c) 

deskrizzjoni tal-politiki u tal-miżuri ppjanati fir-rigward tal-objettivi, il-miri u l-kontributi korrispondenti stabbiliti skont il-punt (b) kif ukoll stampa ġenerali tal-investiment meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi korrispondenti;

(d) 

deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija inkluż fir-rigward tas-sistema tal-enerġija, l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra kif ukoll il-projezzjonijiet fir-rigward tal-objettivi msemmija fil-punt (b) fil-konfront ta' politiki u ta' miżuri li diġà jeżistu;

(e) 

meta jkun applikabbli, deskrizzjoni tal-ostakli u x-xkiel regolatorji u mhux regolatorji biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri jew il-kontributirelatati mal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika;

▼M2

(f) 

valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, inkluż il-konsistenza tagħhom mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, mal-objettivi tat-tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra skont il-Ftehim ta’ Pariġi u mal-istrateġiji fit-tul kif imsemmija fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;

▼B

(g) 

valutazzjoni ġenerali tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati fuq il-kompetittività marbuta mal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;

(h) 

anness, imfassal skont ir-rekwiżiti u l-istruttura stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, li jistabbilixxi l-metodoloġiji u l-miżuri ta' politika tal-Istat Membru biex jinkiseb ir-rekwiżit tal-iffrankar enerġetiku skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE u l-Anness V tagħha.

3.  

Fir-rigward tat-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom:

(a) 

jillimitaw il-kumplessità amministrattiva u l-ispejjeż għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;

(b) 

iqisu l-interkonnessjonijiet bejn il-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, b'mod partikolari l-prinċipju li “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”;

(c) 

jużaw data robusta u konsistenti u suppożizzjonijiet tul il-ħames dimensjonijiet, meta jkun rilevanti;

(d) 

jivvalutaw l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku, b'kont meħud tas-servizzi tal-enerġija domestiċi meħtieġa sabiex jiġu garantiti l-istandards bażiċi tal-għajxien fil-kuntest nazzjonali rilevanti, il-politika soċjali eżistenti u politiki rilevanti oħra, kif ukoll il-gwida indikattiva tal-Kummissjoni dwar indikaturi rilevanti għall-faqar enerġetiku.

F'każ li Stat Membru jsib, skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, li għandu għadd sinifikanti ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku, abbażi tal-valutazzjoni tiegħu ta' data verifikabbli huwa għandu jinkludi fil-pjan tiegħu objettiv indikattiv nazzjonali biex inaqqas il-faqar enerġetiku. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddefinixxu fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, il-politiki u l-miżuri, li jindirizzaw il-faqar enerġetiku, jekk ikun hemm, inklużi miżuri ta' politika soċjali u programmi nazzjonali rilevanti oħra.

4.  
Kull Stat Membru għandu jqiegħed il-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima ppreżentat lill-Kummissjoni b'konformità ma' dan l-Artikolu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
5.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 sabiex temenda l-punti 2.1.1 u 3.1.1 tat-Taqsima A u l-punti 4.1 u 4.2.1 tat-Taqsima B tal-Parti 1 u l-punt 3 tal-Parti 2 tal-Anness I sabiex tadattahom għall-emendi fil-qafas tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima li jkunu direttament u speċifikament relatati mal-kontributi tal-Unjoni skont l-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi.

Artikolu 4

Objettivi, miri u kontributi nazzjonali għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-objettivi, il-miri u l-kontributi ewlenin li ġejjin fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima, kif speċifikat fil-punt 2 tat-taqsima A tal-Anness I:

(a) 

rigward id-dimensjoni “Id-Dekarbonizzazzjoni”:

(1) 

fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra u bl-għan li jingħata kontribut biex tintlaħaq il-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni:

(i) 

il-mira nazzjonali vinkolanti tal-Istat Membru għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-limiti nazzjonali vinkolanti annwali skont ir-Regolament (UE) 2018/842;

(ii) 

l-impenji tal-Istat Membru skont ir-Regolament (UE) 2018/841;

(iii) 

meta jkun applikabbli biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u l-impenji fit-tul tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'konformità mal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi, objettivi u miri oħra, li jinkludu miri settorjali u objettivi ta' adattament.

(2) 

fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli:

Bl-għan li tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni ta' minn tal-inqas 32 % enerġija rinnovabbli fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kontribut għal dik il-mira f'termini tas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030, bi trajettorja indikattiva għal dak il-kontribut mill-2021 'il quddiem. Sal-2022, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta' referenza ta' mill-inqas 18 % taż-żieda totali fis-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta' dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030. Sal-2025, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta' referenza ta' mill-inqas 43 % taż-żieda totali fis-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta' dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030. Sal-2027, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq punt ta' referenza ta' mill-inqas 65 % taż-żieda totali fis-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira nazzjonali vinkolanti għall-2020 ta' dak l-Istat Membru u l-kontribut tiegħu għall-mira tal-2030.

Sal-2030, it-trajettorja indikattiva għandha tilħaq mill-inqas il-kontribut ippjanat tal-Istat Membru. Jekk Stat Membru jistenna li jisboq il-mira nazzjonali vinkolanti tiegħu għall-2020, it-trajettorja indikattiva tiegħu tista' tibda fil-livell li jkun ipproġettat li jilħaq. It-trajettorji indikattivi tal-Istati Membri, meħudin flimkien, għandhom jikkorrispondu għall-punti ta' referenza tal-Unjoni fl-2022, l-2025 u l-2027 u għall-mira vinkolanti tal-Unjoni ta' mill-inqas 32 % ta' enerġija rinnovabbli fl-2030. Separatament mill-kontribut tiegħu għall-mira tal-Unjoni u t-trajettorja indikattiva tiegħu għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, Stat Membru għandu jkun liberu li jindika ambizzjonijiet ogħla għal finijiet ta' politika nazzjonali;

(b) 

fir-rigward tad-dimensjoni “Effiċjenza Enerġetika”:

(1) 

il-kontribut nazzjonali indikattiv għall-effiċjenza enerġetika biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika ta' mill-inqas 32,5 % fl-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2012/27/UE, abbażi tal-konsum primarju jew finali tal-enerġija, l-iffrankar primarju jew finali tal-enerġija, jew l-intensità enerġetika.

L-Istati Membri għandhom jesprimu l-kontributi tagħhom f'termini ta' livell assolut ta' konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020, u f'termini ta' livell assolut ta' konsum ta' enerġija primarja u konsum ta' enerġija finali fl-2030, bi trajettorja indikattiva għal dak il-kontribut mill-2021 'il quddiem. Huma għandhom jispjegaw il-metodoloġija sottostanti tagħhom u l-fatturi ta' konverżjoni li jkunu ntużaw;

(2) 

l-ammont kumulattiv ta' ffrankar enerġetiku fil-konsum finali li jrid jinkiseb matul il-perijodu mill-2021 sal-2030 skont il-punt (b) tal-Artikolu 7(1) dwar l-obbligi dwar l-iffrankar enerġetiku skont id-Direttiva 2012/27/UE;

(3) 

l-istadji importanti indikattvi tal-istrateġija għar-rinnovazzjoni fit-tul tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, il-pjan direzzjonali b'indikaturi kwantifikabbli tal-progress stabbiliti domestikament, stima abbażi tal-evidenza tal-iffrankar enerġetiku mistenni u benefiċċji usa', u l-kontributi għall-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni skont id-Direttiva 2012/27/UE b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE;

(4) 

l-erja totali ta' art li trid tiġi rinnovata jew l-iffrankar enerġetiku annwali ekwivalenti li jrid jinkiseb mill-2021 sal-2030 skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2012/27/UE dwar ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi;

(c) 

fir-rigward tad-dimensjoni “Sigurtà tal-Enerġija”:

(1) 

l-objettivi nazzjonali fir-rigward ta':

— 
żieda fid-diversifikazzjoni tas-sorsi u tal-provvista tal-enerġija minn pajjiżi terzi, li jista' jkollhom l-għan li jnaqqsu d-dipendenza tal-enerġija fuq l-importazzjoni,
— 
żieda fil-flessibbiltà tas-sistema nazzjonali tal-enerġija, u
— 
il-kapaċità li wieħed jindirizza provvista limitata jew interrotta ta' sors tal-enerġija, bl-iskop li tittejjeb ir-reżiljenza tas-sistemi reġjonali u nazzjonali tal-enerġija, inkluż iż-żmien li fih għandhom jintlaħqu l-objettivi;
(d) 

fir-rigward tad-dimensjoni “Suq Intern tal-Enerġija”:

(1) 

il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 fid-dawl tal-mira ta' minn tal-inqas 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030, bi strateġija bil-livell definit mill-2021 'il quddiem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri affettwati, b'kont meħud tal-mira tal-interkonnessjoni ta' 10 % tal-2020 u tal-indikaturi tal-urġenza tal-azzjoni abbażi tad-differenzjali tal-prezz fis-suq bl-ingrossa, tal-kapaċità nominali ta' trażmissjoni tal-interkonnetturi fir-rigward tal-ħinijiet l-aktar intensivi u tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli installata kif stipulat fil-punt 2.4.1 tat-Taqsima A fil-Parti 1 tal-Anness I. Kull interkonnettur ġdid għandu jkun soġġett għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji soċjoekonomiċi u ambjentali u jiġi implimentat biss jekk il-benefiċċji potenzjali jkunu iktar mill-ispejjeż;

(2) 

il-proġetti, u, meta jkun rilevanti, il-proġetti ta' modernizzazzjoni nazzjonali ewlenin għall-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass u l-modernizzazzjoni, meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri skont il-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija;

(3) 

l-objettivi nazzjonali relatati ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħal pereżempju: żieda fil-flessibbiltà tas-sistema, b'mod partikolari permezz ta' politiki u miżuri relatati mal-formazzjoni tal-prezzijiet abbażi tas-suq b'konformità mal-liġi applikabbli; l-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-suq, bl-għan li jiżdiedu l-kapaċità negozjabbli tal-interkonnetturi eżistenti, il-grids intelliġenti, l-aggregazzjoni, ir-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-ġenerazzjoni distribwita, il-mekkaniżmi għad-dispaċċ, ir-ridispaċċ u t-tnaqqis tas-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali, inkluż perijodu ta' żmien li fih għandhom jintlaħqu l-objettivi, u objettivi relatati mas-suq intern tal-enerġija kif stipulat fil-punt 2.4.3 tat-Taqsima A fil-Parti 1 tal-Anness I;

(e) 

fir-rigward tad-dimensjoni “Riċerka, Innovazzjoni u Kompetittività”:

(1) 

objettivi nazzjonali u miri ta' finanzjament għal riċerka u innovazzjoni pubblika u, meta jkun rilevanti, privata marbuta mal-Unjoni tal-Enerġija li jinkludu, meta jkun xieraq, medda ta' żmien għal meta l-objettivi għandhom jintlaħqu; li jirriflettu l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija u, meta jkun xieraq, tal-Pjan SET. Meta jistabbilixxi l-objettivi, il-miri u l-kontributi tiegħu, l-Istat Membru jista' jibni fuq l-istrateġiji jew il-pjanijiet nazzjonali eżistenti li jkunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni;

(2) 

meta jkun applikabbli, l-objettivi nazzjonali għall-2050 relatati mal-promozzjoni ta' teknoloġiji ta' enerġija nadifa.

Artikolu 5

Il-proċess tal-istabbiliment tal-kontributi tal-Istati Membri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli

1.  

Fil-kontribuzzjoni tiegħu għas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2030 u l-aħħar sena tal-perijodu kopert għall-pjanijiet nazzjonali sussegwenti, skont il-punt (a)(2) tal-Artikolu 4, kull Stat Membru għandu jqis dawn kollha li ġejjin:

(a) 

il-miżuri previsti fid-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b) 

il-miżuri adottati biex tintlaħaq il-mira tal-effiċjenza enerġetika adottata skont id-Direttiva 2012/27/UE;

(c) 

kwalunkwe miżura oħra eżistenti biex tiġi promossa l-enerġija rinnovabbli fl-Istat Membru u, meta jkun rilevanti, fil-livell tal-Unjoni;

(d) 

il-mira nazzjonali vinkolanti tal-2020 minn sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali ta' enerġija stipulata fl-Anness I għad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(e) 

kwalunkwe ċirkostanza rilevanti li taffettwa l-użu tal-enerġija rinnovabbli, bħal fost l-oħrajn:

(i) 

id-distribuzzjoni ġusta tal-użu madwar l-Unjoni;

(ii) 

il-potenzjal u l-kundizzjonijiet ekonomiċi, inkluż il-PDG per capita;

(iii) 

il-potenzjal għal użu kosteffikaċi ta' enerġija rinnovabbli;

(iv) 

il-limiti ġeografiċi, ambjentali u naturali, inklużi dawk ta' żoni u ta' reġjuni mhux interkonnessi;

(v) 

il-livell ta' interkonnessjoni tal-elettriku bejn l-Istati Membri;

(vi) 

ċirkostanzi rilevanti oħra, b'mod partikolari sforzi bikrija.

Fir-rigward tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, kull Stat Membru għandu jindika fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima liema huma c-ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw l-użu ta' enerġija rinnovabbli li jkun ikkunsidra.

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod kollettiv li s-somma tal-kontributi tagħhom tammonta għal minn tal-inqas 32 % ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross ta' enerġija fil-livell tal-Unjoni sal-2030.

Artikolu 6

Il-proċess tal-istabbiliment tal-kontributi tal-Istati Membri fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika

▼M1

1.  
Fil-kontribuzzjoni nazzjonali indikattiv tiegħu għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 u għall-aħħar sena tal-perijodu kopert għall-pjanijiet nazzjonali sussegwenti skont il-punt (b)(1) tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jqis li, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/27/UE l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni fl-2020 għandu jkun mhux aktar minn 1 483  Mtoe tal-enerġija primarja jew mhux aktar minn 1 086  Mtoe tal-enerġija finali u l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 għandu jkun mhux aktar minn 1 128  Mtoe tal-enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 846 Mtoe tal-enerġija finali.

▼B

Barra minn hekk, kull Stat Membru għandu jqis:

(a) 

il-miżuri previsti fid-Direttiva 2012/27/UE;

(b) 

miżuri oħrajn biex tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika fl-Istat Membru u fil-livell tal-Unjoni.

2.  

Fil-kontribuzzjoni tiegħu skont il-paragrafu 1, kull Stat Membru jista' jqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja u finali, bħal pereżempju:

(a) 

il-potenzjal li jkun fadal biex tiġi ffrankata l-enerġija b'mod kosteffikaċi;

(b) 

l-evoluzzjoni u l-previżjoni tal-prodott domestiku gross;

(c) 

bidliet fl-importazzjonijiet u fl-esportazzjonijiet tal-enerġija;

(d) 

bidliet fit-taħlita tal-enerġija u l-iżvilupp tal-ġbir u l-ħżin tal-karbonju; u

(e) 

l-azzjonijiet bikrin.

Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, kull Stat Membru għandu jindika fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima liema, jekk kien hemm, ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja u finali huwa ħa inkunsiderazzjoni.

Artikolu 7

Politiki u miżuri nazzjonali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija

B'konformità mal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, il-politiki u l-miżuri ewlenin eżistenti u ppjanati biex b'mod partikolari jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-pjan nazzjonali, filwaqt li, meta jkun applikabbli, jiġu inklużi miżuri li jipprovdu għall-kooperazzjoni reġjonali u l-finanzjament xieraq fil-livell nazzjonali u reġjonali, inkluża l-mobilizzazzjoni tal-programmi u l-istrumenti tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu stampa ġenerali tal-investiment meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi stabbiliti fil-pjan nazzjonali, kif ukoll valutazzjoni ġenerali dwar is-sorsi ta' dak l-investiment.

Artikolu 8

Bażi analitika tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima

1.  
B'konformità mal-istruttura u l-format speċifikati fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu s-sitwazzjoni attwali għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, inklużi tas-sistema tal-enerġija u tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti tal-gassijiet serra fiż-żmien li fih intbagħat il-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima jew abbażi tal-aħħar informazzjoni disponibbli. L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu u jiddeskrivu l-projezzjonijiet għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, għal tal-inqas it-tul ta' dak il-pjan, li mistennija jirriżultaw minn politiki u miżuri eżistenti. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiddeskrivu perspettivi addizzjonali aktar fit-tul għall-ħames dimensjonijiet lil hinn miż-żmien kopert mill-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, meta jkun rilevanti u possibbli.
2.  

Fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-valutazzjoni tagħhom, fil-livell nazzjonali u meta jkun applikabbli f'dak reġjonali, dwar:

(a) 

l-impatti fuq l-iżvilupp tas-sistema tal-enerġija kif ukoll l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra għat-tul ta' żmien kopert mill-pjan u għal perijodu ta' għaxar snin wara l-aħħar sena koperta mill-pjan, skont il-politiki u l-miżuri jew il-grupp ta' miżuri ppjanati, filwaqt li jiġi inkluż tqabbil mal-projezzjonijiet abbażi tal-politiki u tal-miżuri jew il-grupp ta' miżuri eżistenti kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b) 

l-impatt makroekonomiku, u sa fejn fattibbli, l-impatt soċjali u fuq is-saħħa, l-ambjent u l-ħiliet tal-politiki u tal-miżuri jew tal-gruppi ta' miżuri ppjanati msemmija fl-Artikolu 7 u speċifikati iktar fl-Anness I, għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2030, filwaqt li jiġi inkluż tqabbil mal-projezzjonijiet ibbażati fuq il-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri eżistenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-metodoloġija użata biex jiġu vvalutati dawk l-impatti għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

(c) 

l-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri ppjanati f'dimensjoni ta' politika u bejn il-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri jew il-gruppi ta' miżuri ppjanati ta' dimensjonijiet differenti għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin minn tal-inqas sal-2030. Il-projezzjonijiet dwar is-sigurtà tal-provvista, l-infrastruttura u l-integrazzjoni tas-swieq għandhom ikunu marbuta ma' xenarji robusti tal-effiċjenza enerġetika;

(d) 

il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-miżuri u l-politiki ppjanati jkunu se jattiraw l-investiment meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħhom;

▼M2

(e) 

il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri ppjanati jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119.

▼B

3.  
L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni komprensiva dwar is-suppożizzjonijiet, il-parametri u l-metodoloġiji li jkunu ntużaw għax-xenarji u għall-projezzjonijiet finali, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet statistiċi, id-data kummerċjalment sensittiva, u l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 9

Abbozz ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima

1.  
Sal-31 ta' Diċembru 2018, u sussegwentement sal-1 ta' Jannar 2028 u kull għaxar snin minn hemm 'il quddiem, kull Stat Membru għandu jħejji u jibagħat lill-Kummissjoni abbozz tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima f'konformità mal-Artikolu 3(1) u l-Anness I.
2.  

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 34 sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta' dawk il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima. B'mod partikolari, dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jindirizzaw:

(a) 

il-livell ta' ambizzjoni tal-objettivi, tal-miri u tal-kontributi bl-għan li b'mod kollettiv jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u, b'mod partikolari, il-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 kif ukoll il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li Stat Membru jkollu fil-mira għall-2030 kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 4, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw l-użu ta' enerġija rinnovabbli u l-konsum tal-enerġija, kif indikat mill-Istat Membru kkonċernat f'abbozz tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima u l-indikaturi ta' urġenza ta' azzjoni għall-interkonnettività stabbiliti fil-punt 2.4.1 tat-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness I;

(b) 

il-politiki u l-miżuri marbuta mal-għanijiet fil-livell ta' Stat Membru u tal-Unjoni kif ukoll politiki u miżuri oħra ta' rilevanza transfruntiera potenzjali;

(c) 

kwalunkwe politika u miżura addizzjonali li jistgħu jkunu mitluba fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima;

(d) 

l-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti u ppjanati u l-konsistenza tagħhom fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima f'dimensjoni waħda u bejn id-dimensjonijiet differenti tal-Unjoni tal-Enerġija.

3.  
Kull Stat Membru għandu jqis kif dovut kwalunkwe rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima. Jekk Stat Membru kkonċernat ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi u jagħmel pubbliku r-raġunijiet tiegħu.
4.  
Fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika msemmija fl-Artikolu 10, kull Stat Membru għandhu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali integrati tiegħu dwar l-enerġija u l-klima.

Artikolu 10

Konsultazzjoni pubblika

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-liġi tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipa fit-tħejjija tal-abbozz tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima – fir-rigward tal-pjanijiet għall-perijodu mill-2021 sal-2030, fit-tħejjija tal-pjan finali ferm qabel l-adozzjoni tiegħu – kif ukoll tal-istrateġiji fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15. Kull Stat Membru għandu jehmeż ma' tali dokumenti lill-Kummissjoni sommarju tal-fehmiet tal-pubbliku jew fehmiet provviżorji. Sa fejn tkun applikabbli d-Direttiva 2001/42/KE, il-konsultazzjonijiet li jkunu saru dwar l-abbozz skont dik id-Direttiva għandhom jitqiesu li jissodisfaw l-obbligi ta' konsultazzjoni tal-pubbliku skont dan ir-Regolament.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-pubbliku jiġi infurmat. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi skadenzi raġonevoli li jippermettu biżżejjed żmien sabiex il-pubbliku jkun infurmat u sabiex jipparteċipa u jesprimi l-fehmiet tiegħu.

Kull Stat Membru għandu jillimita l-kumplessità amministrattiva fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

▼M2

Artikolu 11

Djalogu f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi djalogu f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija skont ir-regoli nazzjonali, fejn l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-komunità kummerċjali, l-investituri u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra kif ukoll il-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom b’mod attiv u jiddiskutu l-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u x-xenarji differenti previsti għall-politiki dwar l-enerġija u l-klima, inkluż fuq perjodu ta’ żmien fit-tul, u għandu jeżamina mill-ġdid il-progress, sakemm ma jkollux diġà struttura li sservi l-istess skop. Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jistgħu jiġu diskussi fil-qafas ta’ dan id-djalogu.

▼B

Artikolu 12

Kooperazzjoni reġjonali

1.  
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' xulxin, filwaqt li jqisu l-forom eżistenti u potenzjali kollha ta' kooperazzjoni reġjonali, biex b'mod effettiv jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima.
2.  
Kull Stat Membru għandu, ferm qabel jibgħat l-abbozz tal-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9(1) – rigward il-pjanijiet għall-perijodu mill-2021 sal-2030, fit-tħejjija tal-pjan finali ferm qabel l-adozzjoni tiegħu – jidentifika opportunitajiet għal kooperazzjoni reġjonali u jikkonsulta lill-Istati Membri ġirien, inkluż f'fora ta' kooperazzjoni reġjonali. Jekk l-Istat Membru li jawtorizza l-pjan iqis li huwa xieraq, dak l-Istat Membru jista' jikkonsulta ma' Stati Membri oħra jew ma' pajjiżi terzi li jkunu wrew interess. Stati Membri insulari mingħajr interkonnessjonijiet tal-enerġija ma' Stati Membri oħra għandhom iwettqu tali konsultazzjonijiet mal-Istati Membri ġirien bi fruntieri marittimi. L-Istati Membri kkonsultati għandhom jingħataw żmien raġonevoli biex jirreaġixxu. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi fl-abbozz tal-pjan nazzjonali integrati tiegħu dwar l-enerġija u l-klima – fir-rigward tal-pjanijiet għall-perijodu 2021-2030, fil-pjan nazzjonali finali tiegħu dwar l-enerġija u l-klima – tal-inqas ir-riżultati provviżorji ta' tali konsultazzjonijiet reġjonali, inkluż, meta jkun applikabbli, kif ikunu ġew ikkunsidrati l-kummenti tal-Istati Membri jew tal-pajjiżi terzi kkonsultati.
3.  
L-Istati Membri jistgħu jinvolvu ruħhom f'abbozzar konġunt volontarju ta' partijiet mill-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u r-rapporti tal-progress, inkluż f'fora ta' kooperazzjoni reġjonali. Jekk jagħmlu dan, ir-riżultat għandu jissostitwixxi l-partijiet ekwivalenti tal-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u r-rapporti ta' progress. Fuq talba minn żewġ Stati Membri jew aktar, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita dak l-eżerċizzju.
4.  
Sabiex jiġu ffaċilitati l-integrazzjoni tas-suq u politiki u miżuri kosteffiċjenti, l-Istati Membri għandhom, fil-perijodu bejn l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom u l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet finali tagħhom, jippreżentaw il-partijiet rilevanti tal-abbozz tal-pjan nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima f'fora ta' kooperazzjoni reġjonali rilevanti bl-għan li jiġu ffinalizzati. Meta jkun neċessarju, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita tali kooperazzjoni u konsultazzjoni bejn l-Istati Membri, u jekk tidentifika opportunitajiet għal kooperazzjoni reġjonali ulterjuri, tista' tipprovdi lill-Istati Membri gwida indikattiva sabiex tiffaċilita proċess ta' kooperazzjoni u konsultazzjoni effikaċi.
5.  
Fil-pjan nazzjonali integrat finali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kummenti li jkunu rċevew minn Stati Membri oħra skont il-paragrafi 2 u 3, u jispjegaw f'dawk il-pjanijiet kif tali kummenti jkunu ġew ikkunsidrati.
6.  
Għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkooperaw fil-livell reġjonali, u, skont kif ikun xieraq, f'fora ta' kooperazzjoni reġjonali, meta jimplimentaw il-politiki u l-miżuri rilevanti tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom.
7.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll kooperazzjoni mal-firmatarji tal-Komunità tal-Enerġija u ma' pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea.
8.  
Sa fejn huma applikabbli d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE, il-konsultazzjoni transkonfinali dwar l-abbozz skont l-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva għandha titqies li tissodisfa l-obbligi rigward il-kooperazzjoni reġjonali skont dan ir-Regolament, dment li r-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu jkunu ssodisfati.

Artikolu 13

Valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima

Abbażi tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-aġġornamenti tagħhom innotifikati skont l-Artikoli 3 u 14, il-Kummissjoni, b'mod partikolari, għandha tivvaluta jekk:

(a) 

il-miri, l-objettivi u l-kontributi humiex suffiċjenti biex b'mod kollettiv jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u, għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin b'mod partikolari, il-miri tal-Qafas tal-Unjoni għall-Klima u l-Enerġija għall-2030;

(b) 

il-pjanijiet jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Artikoli 3 sa 12 u jekk l-Istati Membri qisux b'mod debitu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni maħruġa skont l-Artikolu 34.

Artikolu 14

Aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima

1.  
Sat-30 ta' Ġunju 2023 u sussegwentement sal-1 ta' Jannar 2033 u minn hemm 'il quddiem kull 10 snin, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni abbozz ta' aġġornament tal-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat dwar l-enerġija u l-klima jew għandu jipprovdi lill-Kummissjoni r-raġunijiet li jiġġustifikaw għalfejn il-pjan ma jirrikjedix aġġornamenti.
2.  
Sat-30 ta' Ġunju 2024 u sussegwentement sal-1 ta' Jannar 2034 u minn hemm 'il quddiem kull 10 snin, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni aġġornament tal-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima, dment li ma jkunx ipprovda r-raġunijiet għalfejn il-pjan ma jirrikjedix aġġornamenti skont il-paragrafu 1.
3.  
Fl-aġġornament imsemmi fil-paragrafu 2, kull Stat Membru għandu jimmodifika l-objettiv, il-mira jew il-kontribut nazzjonali tiegħu fir-rigward ta' kwalunkwe objettiv, mira jew kontribut kwantifikati tal-Unjoni, stipulati fil-punt (a)(1) tal-Artikolu 4 biex jirrifletti żieda fl-ambizzjoni meta mqabbla ma' dik stabbilita fl-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima. Fl-aġġornament imsemmi fil-paragrafu 2, kull Stat Membru għandu jimmodifika l-objettiv, il-mira jew il-kontribut nazzjonali tiegħu fir-rigward ta' kwalunkwe objettiv, mira jew kontribut kwantifikati tal-Unjoni stipulati fil-punti (a)(2) u (b) tal-Artikolu 4 biss sabiex tiġi riflessa ambizzjoni ugwali jew akbar meta mqabbla ma' dik stipulata fl-aħħar pjan nazzjonali integrat innotifikat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima.
4.  
L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex fil-pjan aġġornat nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima jkun hemm mitigazzjoni ta' kwalunkwe impatt ambjentali avvers li jfeġġ bħala parti mir-rapportar integrat skont l-Artikoli 17 sa 25.
5.  
Fl-aġġornamenti tagħhom imsemmija fil-paragrau 2, l-Istati Membri għandhom iqisu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi l-iktar reċenti maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll l-obbligi li jitnisslu mill-Ftehim ta' Pariġi.
6.  
Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 9(2) u fl-Artikoli 10 u 12 għandhom japplikaw għat-tħejjija u għall-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati aġġornati dwar l-enerġija u l-klima.
7.  
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jagħmlu bidliet u adattamenti, fi kwalunkwe ħin, fil-politiki nazzjonali stipulati jew imsemmija fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, dment li tali bidliet u adattamenti jkunu inklużi fir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima.



KAPITOLU 3

Strateġiji fit-tul

Artikolu 15

Strateġiji fit-tul

▼M2

1.  
Sal-1 ta’ Jannar 2020, u sussegwentement sal-1 ta’ Jannar 2029 u minn hemm ’il quddiem kull 10 snin, kull Stat Membru għandu jħejji u jippreżenta lill-Kummissjoni l-istrateġija fit-tul tiegħu b’perspettiva ta’ 30 sena u b’mod konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119. L-Istati Membri għandhom, fejn ikun neċessarju, jaġġornaw dawk l-istrateġiji kull ħames snin.

▼B

2.  

Bl-għan li tikseb l-objettivi klimatiċi ġenerali msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' April 2019, tadotta proposta għal strateġija fit-tul tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi, b'kont meħud tal-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati tal-Istati Membri dwar l-enerġija u l-klima. L-istrateġija fit-tul imsemmija f'dan il-paragrafu għandha tinkludi analiżi li mill-inqas tkopri:

(a) 

diversi xenarji għall-kontribut tal-Unjoni lejn l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 3 inter alia xenarju dwar il-kisba ta' emissjonijiet netti ta' gassijiet serra ugwali għal żero fl-Unjoni sal-2050 u emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem;

(b) 

l-implikazzjonijiet tax-xenarji msemmija fil-punt (a) fuq il-baġit tal-karbonju globali u tal-Unjoni li jifdal sabiex isir kontribut għal dibattitu dwar il-kosteffiċjenza, l-effikaċja u s-sens ta' ġustizzja b'rabta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

3.  

L-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri u tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu:

(a) 

biex jitwettqu l-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi li jitnaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra u jissaħħu l-assorbimenti minn bjar u biex jiġi promoss iżjed sekwestru tal-karbonju;

(b) 

biex jintlaħaq l-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi li ż-żieda tat-temperatura medja globali tinżamm ferm inqas minn 2 °C iktar mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda tat-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C iktar mil-livelli preindustrijali;

▼M2

(c) 

biex jinkisbu tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u tisħiħ fit-tul tal-assorbimenti minn bjar fis-setturi kollha skont l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, fil-kuntest tat-tnaqqis tal-emissjoni tal-gassijiet b’effett ta’ serra u t-titjib meħtieġ tal-assorbimenti minn bjar skont il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) biex b’mod kosteffikaċi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-Unjoni u jiżdiedu l-assorbimenti minn bjar ħalli jintlaħaq l-għan fit-tul dwar it-temperatura tal-Ftehim ta’ Pariġi sabiex jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar tal-gassijiet b’effett ta’ serra fi ħdan l-Unjoni u, kif xieraq, sussegwentement jinkisbu emissjonijiet negattivi;

▼B

(d) 

biex tinkiseb sistema tal-enerġija bbażata fuq sorsi rinnovabbli għolja li tkun effiċjenti ħafna fi ħdan l-Unjoni.

4.  

L-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri għandu jkun fihom l-elementi stipulati fl-Anness IV. Barra minn hekk, l-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri u tal-Unjoni għandhom ikopru:

(a) 

it-tnaqqis totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-titjib totali tal-assorbimenti minn bjar;

(b) 

it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tisħiħ tal-assorbimenti f'setturi individwali, inklużi l-elettriku, l-industrija, it-trasport, is-settur tat-tisħin u t-tkessiħ u tal-bini (residenzjali u terzjarju), l-agrikoltura, l-iskart u l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF);

(c) 

il-progress mistenni fir-rigward tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluża l-intensità tal-gassijiet serra, l-intensità tas-CO2 tal-prodott domestiku gross, l-istimi relatati tal-investiment fit-tul, u l-istrateġiji għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni relatati;

(d) 

sal-punt fattibbli, l-effett soċjoekonomiku mistenni tal-miżuri ta' dekarbonizzazzjoni, inklużi, fost l-oħrajn, aspetti relatati mal-iżvilupp makroekonomiku u soċjali, il-benefiċċji u r-riskji għas-saħħa u l-protezzjoni ambjentali;

(e) 

rabtiet ma' objettivi, ippjanar u politiki u miżuri oħrajn u investimenti nazzjonali oħrajn fit-tul.

5.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 sabiex temenda l-Anness IV bl-għan li tadattah għall-iżviluppi fl-istrateġija fit-tul tal-Unjoni jew fil-qafas tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima li jkunu direttament u speċifikament relatati mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati skont il-UNFCCC u, b'mod partikolari, skont il-Ftehim ta' Pariġi.
6.  
Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġiji fit-tul imsemmija f'dan l-Artikolu.
7.  
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinformaw u jagħmlu disponibbli minnufih għall-pubbliku l-istrateġiji fit-tul rispettivi tagħhom u kwalunkwe aġġornament tagħhom, inkluż permezz tal-pjattaforma elettronika msemmija fl-Artikolu 28. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu d-data rilevanti tar-riżultati finali disponibbli għall-pubbliku, b'kont meħud tad-data kummerċjalment sensittiva u l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.
8.  
Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-istrateġiji fit-tul tagħhom, billi tipprovdi informazzjoni dwar l-istat tal-għarfien xjentifiku sottostanti u opportunitajiet biex jiġu kondiviżi l-għarfien u l-aħjar prattiki, inkluża, fejn rilevanti, gwida għall-Istati Membri matul il-fażi ta' żvilupp u implimentazzjoni tal-istrateġiji tagħhom.
9.  
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-istrateġiji nazzjonali fit-tul humiex adegwati biex b'mod kollettiv jinkisbu l-objettivi u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija stabbiliti fl-Artikolu 1 u għandha tipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe diskrepanza kollettiva pendenti.

Artikolu 16

Pjan strateġiku għall-metan

Minħabba l-potenzjal ta' tisħin globali għoli u t-tul ta' ħajja atmosferika relattivament qasira tal-metan, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implikazzjonijiet tal-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri intenzjonati biex inaqqsu l-impatt fuq żmien qasir u medju tal-emissjonijiet tal-metan fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Filwaqt li tqis kif xieraq l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra għażliet ta' politika biex tindirizza b'mod rapidu l-emissjonijiet tal-metan u għandha tressaq pjan strateġiku tal-Unjoni għall-metan bħala parti integrali mill-istrateġija fit-tul tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 15.



KAPITOLU 4

Rapportar



Taqsima 1

Rapporti biennali ta' progress u s-segwitu tagħhom

Artikolu 17

Rapporti nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, sal-15 ta' Marzu 2023 u sussegwentement kull sentejn, kull Stat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima permezz ta' rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima li jkopri l-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.
2.  

Ir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima għandu jkopri l-elementi li ġejjin:

▼M2

(a) 

l-informazzjoni dwar il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-objettivi, inkluż il-progress lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-miri u l-kontributi stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, u biex jiġu ffinanzjati u implimentati l-politiki u l-miżuri meħtieġa biex dawn jintlaħqu, inkluż rieżami tal-investiment reali vis à vis s-suppożizzjonijiet ta’ investiment inizjali;

▼B

(b) 

meta jkun applikabbli, informazzjoni dwar il-progress fl-istabbiliment tad-djalogu msemmi fl-Artikolu 11;

(c) 

l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 20 sa 25 u, meta jkun xieraq, l-aġġornamenti dwar il-politiki u l-miżuri, b'konformità ma' dawk l-Artikoli;

(d) 

informazzjoni dwar l-adattament skont il-punt (a)(1) tal-Artikolu 4;

(e) 

sa fejn ikun possibbli kwantifikazzjoni tal-impatt tal-politiki u l-miżuri fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima fuq il-kwalità tal-arja u fuq l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja.

L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jibagħtu r-rapporti biennali skont id-Deċiżjoni 2/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, kif ukoll il-komunikazzjonijiet nazzjonali skont l-Artikolu 12 tal-UNFCCC lis-Segretarjat tal-UNFCCC.

3.  
Ir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima għandu jkopri l-informazzjoni li tinsab fir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 26(3) u l-informazzjoni dwar politiki u miżuri u projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn sorsi u l-assorbiment minn bjar li tinsab fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 18.
4.  
►M2  Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 44(1), għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, il-format, id-dettalji tekniċi u l-proċess tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, inkluż metodoloġija għar-rapportar dwar it-tneħħija gradwali tas-sussidji għall-enerġija, b’mod partikolari għall-fjuwils fossili, skont il-punt (d) tal-Artikolu 25. ◄

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).

5.  
Il-frekwenza u l-iskala tal-informazzjoni u tal-aġġornamenti msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 għandhom jiġu bbilanċjati bil-ħtieġa li tiġi żgurata ċertezza suffiċjenti għall-investituri.
6.  
Meta l-Kummissjoni tkun ħarġet rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 32(1) jew (2), l-Istat Membru kkonċernat għandu jinkludi fir-rapport ta' progress nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima, informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri adottati jew li huma maħsuba biex jiġu adottati u implimentati, biex jindirizza dawk ir-rakkomandazzjonijiet. Meta jkun applikabbli, tali informazzjoni għandha tinkludi skeda dettaljata ta' żmien għall-implementazzjoni.

Meta l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, huwa għandu jipprovdi r-raġunament tiegħu.

7.  
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-rapporti ppreżentati lill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu.

Artikolu 18

Rapportar integrat dwar il-politiki, il-miżuri u l-projezzjonijiet dwar il-gassijiet serra

1.  

Sal-15 ta' Marzu 2021 u sussegwentement kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a) 

il-politiki u l-miżuri jew grupp ta' miżuri nazzjonali tagħhom kif stabbilit fl-Anness VI; u

(b) 

il-projezzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar, li jridu jkunu organizzati skont il-gassijiet jew il-gruppi ta' gassijiet (Idrofluworokarburi u Perfluworokarburi) elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V. Il-projezzjonijiet nazzjonali għandhom iqisu kwalunkwe politika u miżura adottata fil-livell tal-Unjoni u għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII.

2.  
L-Istati Membri għandhom jirrapurtaw l-aktar projezzjonijiet aġġornati disponibbli. Meta Stat Membru ma jibgħatx stimi kompluti tal-projezzjonijiet sal-15 ta' Marzu ta' kull tieni sena, u l-Kummissjoni tkun stabbiliet li dak l-Istat Membru ma jistax jagħmel tajjeb għad-diskrepanzi fl-istimi ladarba jiġu identifikati permezz tal-proċeduri tal-Kummissjoni ta' garanzija tal-kwalità jew ta' kontroll tal-kwalità, il-Kummissjoni tista' tħejji stimi kif ikun meħtieġ biex jinġabru l-projezzjonijiet tal-Unjoni, b'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.
3.  
Matul l-ewwel sena tal-perijodu ta' rapportar, Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla sostanzjali fl-informazzjoni rrapportata skont il-paragrafu 1, sal-15 ta' Marzu tas-sena ta' wara r-rapport preċedenti.
4.  
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'forma elettronika, il-projezzjonijiet nazzjonali tagħhom skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe valutazzjoni rilevanti tal-kostijiet u tal-effetti tal-politiki u tal-miżuri nazzjonali fuq l-implimentazzjoni ta' politiki tal-Unjoni li jkunu rilevanti biex jiġu limitati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra flimkien ma' kwalunkwe rapport tekniku sottostanti rilevanti. Dawk il-projezzjonijiet u l-valutazzjonijiet għandhom jinkludu deskrizzjonijiet tal-mudelli u tal-approċċi metodoloġiċi użati, id-definizzjonijiet kif ukoll is-suppożizzjonijiet sottostanti.

Artikolu 19

Rapportar integrat dwar l-azzjonijiet ta' adattament nazzjonali, l-appoġġ finanzjarju u teknoloġiku pprovdut għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u d-dħul mill-irkantar

1.  
Sal-15 ta' Marzu 2021 u sussegwentement kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni dwar l-ippjanar u l-istrateġiji nazzjonali tagħhom dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima lill-Kummissjoni, filwaqt li jiddeskrivu l-azzjonijiet implimentati u ppjanati tagħhom biex jiġi ffaċilitat l-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluża l-informazzjoni speċifikata fil-Parti 1 tal-Anness VIII u b'konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar miftiehma fl-ambitu tal-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi.
2.  
Sal-31 ta' Lulju 2021 u sussegwentement kull sena (is-sena X), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-użu tad-dħul iġġenerat mill-Istat Membru permezz tal-irkant ta' kwoti skont l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 3d(1) jew (2) tad-Direttiva 2003/87/KE, inkluża l-informazzjoni speċifikata fil-Parti 3 tal-Anness VIII.
3.  
Sat-30 ta' Settembru 2021 u sussegwentement kull sena (is-sena X), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluża l-informazzjoni speċifikata fil-Parti 2 tal-Anness VIII u b'konformità mar-rekwiżiti ta' rapportar rilevanti miftiehma fl-ambitu tal-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi.
4.  
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-rapporti li ntbagħtu lill-Kummissjoni b'konformità ma' dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni speċifikata fil-punt (b) tal-Parti 2 tal-Anness VIII.
5.  
Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 44(1), għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, il-format u l-proċessi ta' ppreżentazzjoni tar-rapportar tal-Istati Membri tal-informazzjoni skont dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).

Artikolu 20

Rapportar integrat dwar l-enerġija rinnovabbli

L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima l-informazzjoni:

(a) 

dwar l-implimentazzjoni tat-trajettorji u tal-objettivi li ġejjin:

(1) 

it-trajettorja nazzjonali indikattiva għas-sehem ġenerali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija mill-2021 sal-2030;

(2) 

it-trajettorji stmati għas-sehem settorjali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija mill-2021 sal-2030 fis-setturi tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ, u tat-trasport;

(3) 

it-trajettorji stmati għal kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli biex jinkisbu t-trajettorji ġenerali u settorjali għall-enerġija rinnovabbli mill-2021 sal-2030, inklużi t-total mistenni tal-konsum finali gross tal-enerġija għal kull teknoloġija u settur f'Mtoe u l-kapaċità installata totali ppjanata għal kull teknoloġija u settur f'MW;

(4) 

it-trajettorji dwar id-domanda għall-bijoenerġija, diżaggregata skont it-tisħin, l-elettriku u t-trasport, u dwar il-provvista ta' bijomassa, skont il-materja prima u l-oriġini (filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet). Għall-bijomassa forestali, valutazzjoni tas-sors u l-impatt tagħha fuq il-bir LULUCF;

(5) 

meta jkun applikabbli, trajettorji u objettivi nazzjonali oħra, inklużi dawk li huma fit-tul u settorjali (bħal pereżempju sehem tal-elettriku prodott mill-bijomassa mingħajr l-użu tas-sħana, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, l-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-bini, l-enerġija rinnovabbli prodotta mill-bliet, mill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u mill-awtokonsumaturi tal-enerġija rinnovabbli), u l-enerġija rkuprata mill-ħama miksuba mit-trattament tal-ilma mormi);

(b) 

dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u tal-miżuri li ġejjin:

(1) 

il-politiki u l-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jinkiseb il-kontribut nazzjonali għall-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 għall-enerġija rinnovabbli kif indikat fil-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri speċifiċi għas-setturi u għat-teknoloġija, b'rieżami speċifiku tal-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikoli 23 sa 28 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(2) 

meta jkunu disponibbli, il-miżuri speċifiċi għall-kooperazzjoni reġjonali;

(3) 

mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-miżuri speċifiċi dwar l-appoġġ finanzjarju, inklużi l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ, u fit-trasport;

(4) 

meta jkun applikabbli, il-valutazzjoni tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli li l-Istati Membri għandhom iwettqu skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(5) 

il-miżuri speċifiċi biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikoli 15 sa 18 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(6) 

meta jkun applikabbli, miżuri speċifiċi biex jivvalutaw, jagħmlu trasparenti u jnaqqsu l-ħtieġa ta' kapaċità “must-run” li tista' twassal għal tnaqqis tal-enerġija mis-sorsi rinnovabbli;

(7) 

sommarju tal-politiki u l-miżuri skont il-qafas ta' abilitazzjoni li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skont l-Artikolu 21(6) u l-Artikolu 22(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 biex jiġi promoss u ffaċilitat l-iżvilupp ta' awtokonsum rinnovabbli u ta' komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;

(8) 

il-miżuri għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija tal-bijomassa, b'mod speċjali għal mobilizzazzjoni ta' bijomassa ġdida li tqis id-disponibbiltà tal-bijomassa, inkluża l-bijomassa sostenibbli, kif ukoll il-miżuri għas-sostenibbiltà tal-bijomassa prodotta u dik użata;

(9) 

il-miżuri fis-seħħ biex jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ u fis-settur tat-trasport;

(10) 

il-politiki u l-miżuri li jiffaċilitaw l-adozzjoni tal-ftehimiet ta' akkwist ta' enerġija;

(c) 

kif stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness IX.

Artikolu 21

Rapportar integrat dwar l-effiċjenza enerġetika

L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima l-informazzjoni:

(a) 

dwar l-implimentazzjoni tat-trajettorji, l-objettivi u l-miri nazzjonali li ġejjin:

(1) 

it-trajettorja indikattiva għall-konsum tal-enerġija primarja u finali annwali mill-2021 sal-2030 bħala l-kontribut nazzjonali għall-iffrankar tal-enerġija biex tinkiseb il-mira fil-livell tal-Unjoni għall-2030, inkluża l-metodoloġija sottostanti;

(2) 

l-istadji importanti indikattivi tal-istrateġija fit-tul għar-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, u l-kontributi għall-miri ta' effiċjenza tal-enerġija tal-Unjoni skont id-Direttiva 2012/27/UE b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE;

(3) 

meta jkun applikabbli, aġġornament dwar objettivi nazzjonali oħra stabbiliti fil-pjan nazzjonali;

(b) 

dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u tal-miżuri li ġejjin:

(1) 

il-politiki, il-miżuri u l-programmi implimentati, adottati u ppjanati biex jinkiseb il-kontribut nazzjonali indikattiv għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 kif ukoll l-objettivi l-oħra msemmija fl-Artikolu 6, inklużi l-miżuri u l-istrumenti ppjanati (anke ta' natura finanzjarja) biex jiġu promossi r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-miżuri biex jintużaw il-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku u miżuri oħra biex tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika;

(2) 

meta jkun applikabbli, strumenti bbażati fuq is-suq li jinċentivaw it-titjib fl-effiċjenza enerġetika, inklużi t-taxxi, l-imposti u l-kwoti fuq l-enerġija iżda mhux biss;

(3) 

l-iskema nazzjonali tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u l-miżuri alternattivi skont l-Artikolu 7a u b tad-Direttiva 2012/27/UE u b'konformità mal-Anness III ta' dan ir-Regolament;

(4) 

L-istrateġiji ta' rinnovazzjoni fit-tul b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE;

(5) 

il-politiki u l-miżuri biex jiġu promossi s-servizzi tal-enerġija fis-settur pubbliku u l-miżuri biex jitneħħew l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji li jxekklu t-twettiq tal-ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija u mudelli oħra ta' servizz tal-effiċjenza enerġetika;

(6) 

il-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, meta jkun applikabbli;

(7) 

mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-miżuri ta' finanzjament, inklużi l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika fil-livell nazzjonali, meta jkun applikabbli;

(c) 

kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IX.

Artikolu 22

Rapportar integrat dwar is-sigurtà tal-enerġija

L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta':

(a) 

l-objettivi nazzjonali għad-diversifikazzjoni tal-provvista u s-sorsi tal-enerġija;

(b) 

meta jkun applikabbli, l-objettivi nazzjonali fir-rigward tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija minn pajjiżi terzi;

(c) 

l-objettivi nazzjonali għall-iżvilupp tal-kapaċità li wieħed ikampa bi provvista limitata jew interrotta ta' sors tal-enerġija, inklużi l-gass u l-elettriku;

(d) 

l-objettivi nazzjonali fir-rigward taż-żieda tal-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija nazzjonali, b'mod partikolari billi jsir użu minn sorsi domestiċi tal-enerġija, rispons għad-domanda u ħżin tal-enerġija;

(e) 

il-politiki u l-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punti (a) sa (d);

(f) 

il-kooperazzjoni reġjonali fl-implimentazzjoni tal-objettivi u tal-politiki msemmija fil-punti (a) sa (d);

(g) 

mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-miżuri ta' finanzjament, inklużi l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, meta jkun applikabbli.

Artikolu 23

Rapportar integrat dwar is-suq intern tal-enerġija

1.  

Fir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi u tal-miżuri li ġejjin:

(a) 

il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 b'kunsiderazzjoni tal-mira ta' interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030 ta' mill-inqas 15 % u l-indikaturi stabbiliti fil-punt 2.4.1 tat-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness I, kif ukoll il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-kisba ta' dan il-livell, inklużi dawk relatati mal-għoti ta' awtorizzazzjonijiet;

(b) 

il-proġetti, ewlenin tal-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri skont il-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija;

(c) 

meta jkun applikabbli, il-proġetti prinċipali previsti ta' infrastruttura għajr il-Proġetti ta' Interess Komuni, inklużi proġetti ta' infrastruttura li jinvolvu pajjiżi terzi, u, sa fejn ikun fattibbli, valutazzjoni ġenerali tal-kompatibilita tagħhom mal-għanijiet u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija, u tal-kontribut tagħhom għal tali għanijiet u miri;

(d) 

l-objettivi nazzjonali relatati ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħal pereżempju żieda fil-flessibbiltà tas-sistema, l-integrazzjoni u l-akkoppjament tas-swieq, bl-għan li jiżdiedu l-kapaċità negozjabbli tal-interkonnetturi eżistenti, il-grids intelliġenti, l-aggregazzjoni, ir-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-ġenerazzjoni distribwita, il-mekkaniżmi għad-dispaċċ, ir-ridispaċċ u t-tnaqqis, u s-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali;

(e) 

meta jkun applikabbli, l-objettivi u l-miżuri nazzjonali relatati mal-parteċipazzjoni nondiskriminatorja tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons għad-domanda u l-ħżin, inkluż permezz tal-aggregazzjoni, fis-swieq tal-enerġija kollha;

(f) 

meta jkun applikabbli, l-objettivi u l-miżuri nazzjonali biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jipparteċipaw fis-sistema tal-enerġija u jibbenefikaw mill-awtoġenerazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda, inklużi l-arloġġi intelliġenti;

(g) 

il-miżuri biex tiġi żgurata l-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku;

(h) 

il-politiki u l-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punti (a) sa (g);

(i) 

il-kooperazzjoni reġjonali fl-implimentazzjoni tal-objettivi u tal-politiki msemmija fil-punti (a) sa (h);

(j) 

mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, il-miżuri ta' finanzjament fil-livell nazzjonali, inklużi l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, fil-qasam tas-suq intern tal-enerġija, inkluż għall-mira ta' interkonnessjoni tal-elettriku, meta jkun applikabbli;

(k) 

il-miżuri biex tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż l-introduzzjoni tal-akkoppjament tas-swieq tal-istess ġurnata u tas-swieq tal-ibbilanċjar transfruntiera.

2.  
L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 għandha tkun konsistenti mar-rapport tar-regolaturi nazzjonali msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 37(1) tad-Direttiva 2009/72/KE u l-punt (e) tal-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2009/73/KE.

Artikolu 24

Rapportar Integrat dwar il-Faqar Enerġetiku

Meta jkun japplika t-tieni subparagrafu tal-punt (d) tal-Artikolu 3(3), l-Istat Membru kkonċernat għandu jinkludi fir-rapport nazzjonali integrat ta' progress tiegħu dwar l-enerġija u l-klima:

(a) 

informazzjoni dwar il-progress lejn l-objettiv indikattiv nazzjonali biex jitnaqqas l-għadd ta' unitajiet domestiċi li jinsqbu f'faqar enerġetiku; u

(b) 

informazzjoni kwantitattiva dwar l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku, u, meta jkun applikabbli, informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri li jindirizzaw il-faqar enerġetiku.

Il-Kummissjoni għandha tikkondividi d-data kkomunikata mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu mal-Osservatorju Ewropew tal-Faqar Enerġetiku.

Artikolu 25

Rapportar integrat dwar ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività

Fir-rapporti ta' progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi u tal-miżuri li ġejjin:

(a) 

meta jkun applikabbli, l-objettivi u l-politiki nazzjonali li japplikaw l-objettivi u l-politiki tal-Pjan SET għall-kuntest nazzjonali;

(b) 

l-objettivi nazzjonali għall-infiq totali pubbliku u, meta jkun disponibbli, privat, fir-riċerka u fl-innovazzjoni marbuta mat-teknoloġiji tal-enerġija nadifa kif ukoll għall-kostijiet tat-teknoloġija u l-iżvilupp tal-prestazzjoni;

(c) 

meta jkun xieraq, l-objettivi nazzjonali, inklużi l-miri fit-tul għall-2050 għall-użu tat-teknoloġiji għad-dekarbonizzazzjoni tas-setturi industrijali li huma intensivi fl-użu tal-enerġija u tal-karbonju u, meta jkun applikabbli, għall-infrastruttura tal-ħżin, għall-użu u għat-trasport tal-karbonju relatati;

(d) 

l-objettivi nazzjonali biex is-sussidji tal-enerġija jitneħħew b'mod gradwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-karburanti fossili;

(e) 

il-politiki u l-miżuri implimentati, adottati u ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punti (b) u (c);

(f) 

il-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra fl-implimentazzjoni tal-objettivi u tal-politiki msemmija fil-punti (b) sa (d), inkluża l-koordinazzjoni tal-politiki u tal-miżuri fil-kuntest tal-Pjan SET, bħall-allinjament ta' programmi ta' riċerka u ta' programmi komuni;

(g) 

il-miżuri ta' finanzjament, inklużi l-appoġġ tal-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, meta jkun applikabbli.



Taqsima 2

Rapportar annwali

Artikolu 26

Rapportar Annwali

1.  

Sal-15 ta' Marzu 2021 u sussegwentement kull sena (is-sena X), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni:

(a) 

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2009/119/KE;

(b) 

l-informazzjoni msemmija fil-punt 3 tal-Anness IX tad-Direttiva 2013/30/UE, b'konformità mal-Artikolu 25 ta' dik id-Direttiva.

2.  
Sal-31 ta' Lulju 2021, u sussegwentement kull sena (is-sena X), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni l-inventarji approssimati tal-gassijiet serra tagħhom għas-sena X-1;

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-inventarji approssimati tal-gassijiet serra tal-Istati Membri jew, jekk Stat Membru ma jkunx ikkomunika l-inventarji approssimati tiegħu sa dik id-data, abbażi tal-istimi tagħha stess, tikkompila kull sena inventarju approssimat tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku sat-30 ta' Settembru kull sena.

3.  
Mill-2023, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-data tal-inventarju finali tal-gassijiet serra sal-15 ta' Marzu kull sena (is-sena X) u d-data preliminari sal-15 ta' Jannar kull sena u jirrapportawhom lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni dwar l-inventarji ta' gassijiet serra elenkata fl-Anness V. Ir-rapport dwar id-data tal-inventarju finali tal-gassijiet serra għandu jinkludi wkoll rapport komplut u aġġornat dwar l-inventarju nazzjonali. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi r-rapporti, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni msemmija fil-punt (n) tal-Parti 1 tal-Anness V disponibbli għall-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 44(1).
4.  
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tal-UNFCCC, l-inventarji nazzjonali bl-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni dwar id-data tal-inventarju finali tal-gassijiet serra, b'konformità mal-paragrafu 3 sal-15 ta' April kull sena. Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tikkompila kull sena inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni u tħejji rapport dwar l-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni, u għandha tippreżentahom lis-Segretarjat tal-UNFCCC sal-15 ta' April kull sena.
5.  
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data tal-inventarju nazzjonali preliminari u ta' dak finali, sal-15 ta' Jannar u sal-15 ta' Marzu rispettivament fis-snin 2027 u 2032, imħejjija għall-kontabbiltà tal-LULUCF tagħhom għar-rapporti ta' konformità skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/841.
6.  

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 sabiex:

(a) 

temenda l-Parti 2 tal-Anness V billi żżid jew tħassar is-sustanzi fil-lista ta' gassijiet serra, b'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi;

(b) 

tissupplementa dan ir-Regolament billi tadotta valuri għall-potenzjali ta' tisħin globali u tispeċifika l-linji gwida applikabbli għall-inventarji, b'konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti li ġew adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi.

7.  
Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 44(1), għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, id-dettalji tekniċi, il-format u l-proċessi biex l-Istati Membri jibagħtu l-inventarji approssimati tal-gassijiet serra skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-inventarji tal-gassijiet serra skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-kontabbiltà tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra skont l-Artikoli 5 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/841.

Meta tipproponi dawn l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-iskedi ta' żmien tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' dik l-informazzjoni u d-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-Unjoni mal-obbligi ta' rapportar tagħha bħala Parti għall-UNFCCC u għall-Ftehim ta' Pariġi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw ukoll l-iskedi taż-żmien għall-kooperazzjoni u l-koordinament bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fit-tħejjija tar-rapport dwar l-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).

Artikolu 27

Rapportar dwar il-miri għall-2020

Sat-30 ta' April 2022, kull Stat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-kisba tal-mira nazzjonali tiegħu dwar l-effiċjenza enerġetika għall-2020 stabbilita skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2012/27/UE billi jipprovdi l-informazzjoni stipulata fil-Parti 2 tal-Anness IX ta' dan ir-Regolament, u tal-miri globali nazzjonali għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-2020 kif stipulat fl-Anness I tad-Direttiva 2009/28/KE fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2020 billi jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-ishma settorjali (elettriku, tisħin u tkessiħ, u trasport) u globali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-2020;

(b) 

il-miżuri meħuda biex jinkisbu l-miri nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli għall-2020, inklużi miżuri relatati ma' skemi ta' appoġġ, garanzija ta' oriġini u simplifikazzjoni ta' proċeduri amministrattivi;

(c) 

is-sehem tal-enerġija minn bijokarburanti u bijolikwidi prodotti minn għelejjel taċ-ċereali u oħrajn b'kontenut għoli ta' lamtu, zokkor u għelejjel taż-żejt fil-konsum tal-enerġija fit-trasport;

(d) 

is-sehem tal-enerġija minn bijokarburanti u bijogass għat-trasport prodotti minn materja prima u ta' karburanti oħra elenkati fil-Parti A tal-Anness IX tad-Direttiva 2009/28/KE fil-verżjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2020 fil-konsum tal-enerġija fit-trasport.



Taqsima 3

Pjattaforma tar-rapportar

Artikolu 28

Pjattaforma elettronika

1.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma online (pjattaforma elettronika) biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u jiġi ffaċilitat l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.
2.  
L-Istati Membri għandhom jużaw il-pjattaforma elettronika sabiex jibagħtu r-rapporti msemmija f'dan il-Kapitolu lill-Kummissjoni ladarba hija ssir operattiva.
3.  
Il-pjattaforma elettronika għandha ssir operattiva sal-1 ta' Jannar 2020. Il-Kummissjoni għandha tuża l-pjattaforma elettronika biex tiffaċilita l-aċċess pubbliku online għar-rapporti msemmija f'dan il-Kapitolu, għall-pjanijiet nazzjonali integrati finali dwar l-enerġija u l-klima, l-aġġornamenti tagħhom, u l-istrateġiji fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15, b'kont meħud tad-data kummerċjalment sensittiva u l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.



KAPITOLU 5

Valutazzjoni aggregata tal-progress u tar-rispons ta' politika biex jiġi żgurat li jinkisbu l-miri tal-Unjoni –– monitoraġġ tal-Kummissjoni

Artikolu 29

Valutazzjoni tal-progress

1.  

Sal-31 ta' Ottubru 2021 u sussegwentement kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b'mod partikolari abbażi tar-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima, ta' informazzjoni oħra rrapportata skont dan ir-Regolament, tal-indikaturi u tal-istatistika u d-data Ewropea meta jkunu disponibbli:

(a) 

il-progress li jkun sar fil-livell tal-Unjoni biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija, inkluż għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin, il-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030, b'mod partikolari bl-għan li tiġi evitata kwalunkwe diskrepanza fil-miri għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030;

▼M2

(b) 

il-progress li jkun sar minn kull Stat Membru biex jintlaħqu l-objettivi, inkluż il-progress lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-miri u l-kontributi tiegħu u biex jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima;

▼B

(c) 

l-impatt ġenerali tal-avjazzjoni fuq il-klima globali, inkluż permezz tal-emissjonijiet jew tal-effetti mhux tas-CO2, abbażi tad-data dwar l-emissjonijiet ipprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26, u titjib ta' dik il-valutazzjoni b'referenza għall-avvanzi xjentifiċi u għad-data dwar it-traffiku tal-ajru, skont kif ikun xieraq.

(d) 

l-impatt ġenerali tal-politiki u l-miżuri tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima fuq it-tħaddim tal-miżuri ta' politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija;

(e) 

l-impatt ġenerali tal-politiki u l-miżuri inklużi fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima dwar it-tħaddim tal-iskema għan-negozjar ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EU ETS) u dwar il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-kwoti fis-suq Ewropew tal-karbonju.

2.  
Fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li jkun sar fis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-Unjoni abbażi ta' trajettorja indikattiva tal-Unjoni li tibda minn 20 % fl-2020, tilħaq punti ta' referenza ta' mill-inqas 18 % fl-2022, 43 % fl-2025 u 65 % fl-2027 taż-żieda totali fis-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli bejn il-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2020 u l-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030, u tilħaq il-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli għall-2030 ta' mill-inqas 32 % fl-2030.

▼M1

3.  
Fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress lejn il-kisba kollettiva ta' konsum tal-enerġija massimu fil-livell tal-Unjoni ta' 1 128  Mtoe ta' enerġija primarja u 846 Mtoe ta' enerġija finali fl-2030 b'konformità mal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2012/27/UE.

▼B

Meta twettaq il-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi li ġejjin:

(a) 

tikkunsidra nkisbitx il-mira tal-Unjoni ta' mhux iżjed minn 1 483  Mtoe ta' enerġija primarja jew ta' mhux iżjed minn 1 086  Mtoe ta' enerġija finali fl-2020;

(b) 

tivvaluta jekk il-progress tal-Istati Membri jindikax li l-Unjoni kollha qiegħda fit-triq it-tajba lejn il-livell ta' konsum tal-enerġija fl-2030 kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu, filwaqt li titqies il-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapporti nazzjonali integrati tagħhom ta' progress dwar l-enerġija u l-klima;

(c) 

tuża r-riżultati mill-eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward tax-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali u tuża analiżi komplementari oħra;

(d) 

tieħu kont dovut taċ-ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarju u finali indikati mill-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom, b'konformità mal-Artikolu 6(2).

4.  
Fil-qasam tas-suq intern tal-enerġija, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li jkun sar lejn il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030.
5.  

Sal-31 ta' Ottubru 2021 u sussegwentement kull sena, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b'mod partikolari, abbażi tal-informazzjoni rapportata skont dan ir-Regolament, jekk l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunux għamlu progress suffiċjenti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-impenji skont l-Artikolu 4 tal-UNFCCC u l-Artikolu 3 tal-Ftehim ta' Pariġi kif stabbilit fid-deċiżjonijiet adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, jew mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi;

(b) 

l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/842 u fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841;

(c) 

l-objettivi stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030.

6.  
Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż l-iktar reċenti maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
7.  
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-valutazzjoni tagħha b'konformità ma' dan l-Artikolu bħala parti mir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 35.

Artikolu 30

Inkonsistenzi mal-objettivi ġenerali tal-Unjoni tal-Enerġija u mal-miri skont ir-Regolament (UE) 2018/842

1.  
Abbażi tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 29, il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lil Stat Membru skont l-Artikolu 34 jekk l-iżviluppi ta' politika f'dak l-Istat Membru juru inkonsistenzi mal-objettivi ġenerali tal-Unjoni tal-Enerġija.
2.  
Stat Membru li jkun biħsiebu juża l-flessibbiltà skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842 għandu, malli dik l-informazzjoni ssir disponibbbli, jinkludi fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima l-livell ta' użu intenzjonat u l-politiki u l-miżuri ppjanati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841 għall-perijodu mill-2021 sal-2030.

Artikolu 31

Rispons f'każ li l-ambizzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tkun insuffiċjenti

1.  
Meta, abbażi tal-valutazzjoni tagħha tal-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 9 jew il-valutazzjoni tagħha tal-abbozzi tal-aġġornamenti tal-pjanijiet finali skont l-Artikolu 14, u bħala parti mill-proċess iterattiv, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-objettivi, il-miri u l-kontributi tal-Istati Membri huma insuffiċjenti għall-kisba kollettiva tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u b'mod partikolari, għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin, għall-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 għall-enerġija rinnovabbli u għall-mira tal-Unjoni għall-2030 għall-effiċjenza enerġetika, hija għandha – fir-rigward tal-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli – u tista' – fir-rigward tal-objettivi l-oħra tal-Unjoni tal-Enerġija – toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri li l-kontributi tagħhom hija tqis li mhumiex suffiċjenti biex iżidu l-ambizzjoni tagħhom sabiex jiġi żgurat livell suffiċjenti ta' ambizzjoni kollettiva.
2.  
Meta sseħħ diskrepanza bejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 u l-kontributi kollettivi tal-Istati Membri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq il-formola stabbilita fl-Anness II li hija bbażata fuq il-kriterji oġġettivi elenkati fil-punt (e)(i) sa (v) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), filwaqt li jitqiesu debitament iċ-ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw l-użu tal-enerġija rinnovabbli kif indikat mill-Istat Membru b'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1).

Meta sseħħ diskrepanza bejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 u s-somma tal-kontributi nazzjonali fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tevalwa ċ-ċirkostanzi rilevanti elenkati fl-Artikolu 6(2), l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, ir-riżultati minn eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward tax-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija u analiżi komplementari oħra kif xieraq.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Artikolu, u bl-iskop uniku li jiġi vvalutat jekk hemmx diskrepanza bejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 u l-kontributi kollettivi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, fil-valutazzjoni tagħha, tipotizza kontribut nazzjonali tal-Istati Membri li ma ppreżentawx l-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom b'konformità mal-Artikolu 9(1).

Fl-ipoteżi tagħha, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha tqis il-mira vinkolanti nazzjonali tal-Istat Membru għall-2020 kif stipulat fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-riżultati minn eżerċizzji ta' mudellar dwar l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli u r-riżultati mill-formula stipulata fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, hija għandha tqis l-eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward tax-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija u analiżi komplementari oħra kif xieraq.

Fil-valutazzjoni tagħha tal-kontributi tal-enerġija rinnovabbli, abbażi tal-formula stipulata fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe impatt negattiv potenzjali fuq is-sigurtà tal-provvista u l-istabbiltà tal-grid fis-sistemi tal-enerġija żgħar jew iżolati jew f'sistemi tal-Istati Membri fejn jista' jkun hemm implikazzjonijiet sinifikanti minħabba l-bidla taż-żona sinkronika.

Fil-valutazzjoni tagħha tal-kontributi għall-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni għandha tqis l-impatt potenzjali fuq it-tħaddim tas-sistema tal-elettriku u l-istabbiltà tal-grid fl-Istati Membri fejn jista' jkun hemm implikazzjonijiet sinifikanti minħabba l-bidla taż-żona sinkronika.

3.  
Meta, abbażi tal-valutazzjoni tagħha dwar il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-aġġornamenti tagħhom skont l-Artikolu 14, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-objettivi, il-miri u l-kontributi tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jew l-aġġornamenti tagħhom ikunu insuffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u, b'mod partikolari, għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin, il-miri għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030, hija għandha tipproponi miżuri u teżerċità s-setgħat tagħha fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-kisba kollettiva ta' dawk l-objettivi u l-miri. Fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, tali miżuri għandhom iqisu l-livell ta' ambizzjoni tal-kontributi biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għall-2030 mill-Istati Membri stipulat fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom.

Artikolu 32

Rispons f'każ li l-progress biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni ikun insuffiċjenti

1.  
Meta, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont il-punt (b) tal-Artikolu 29(1), il-Kummissjoni tikkonkludi li ma jkunx sar progress suffiċjenti minn Stat Membru biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontributi tiegħu, il-punti ta' referenza nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli tiegħu, jew fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar il-klima u l-enerġija, hija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 34.

Fir-rakkomandazzjonijiet tagħha fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha tqis iċ-ċirkostanzi rilevanti indikati mill-Istat Membri b'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1). Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-proġetti tal-enerġija rinnovabbli li fir-rigward tagħhom tkun ittieħdet deċiżjoni ta' investiment finali, dment li dawk il-proġetti jsiru operattivi fil-perijodu 2021 sa 2030 u jkollhom impatt sinifikanti fuq il-kontribut nazzjonali tal-Istat Membru.

Fir-rakkomandazzjonijiet tagħha fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq il-kriterji oġġettivi elenkati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(1) u ċ-ċirkostanzi nazzjonali rilevanti indikati mill-Istat Membru b'konformità mal-Artikolu 6(2).

2.  
Jekk, abbażi tal-valutazzjoni aggregata tagħha tar-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima tal-Istati Membri skont il-punt (a) tal-Artikolu 29(1), u appoġġata minn sorsi oħra ta' informazzjoni, kif ikun xieraq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Unjoni qed tissogra li ma tilħaqx l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u, b'mod partikolari, għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin, il-miri tal-Qafas għall-Klima u l-Enerġija tal-Unjoni għall-2030, hija tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 34 biex timmitiga tali riskju.

Fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-miżuri nazzjonali pprovduti fil-paragrafu 3 humiex suffiċjenti biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli. Fil-każ ta' miżuri nazzjonali insuffiċjenti, il-Kummissjoni għandha, skont kif ikun xieraq, tipproponi miżuri u teżerċità s-setgħat tagħha fil-livell tal-Unjoni flimkien ma' dawk ir-rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata, b'mod partikolari, il-kisba tal-mira tal-Unjoni għall-2030 dwar l-enerġija rinnovabbli.

Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni għandha, skont kif ikun xieraq, tipproponi miżuri u terżerċità s-setgħat tagħha fil-livell tal-Unjoni flimkien ma' dawk ir-rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata, b'mod partikolari, il-kisba tal-mira tal-Unjoni għall-2030 dwar l-effiċjenza enerġetika.

Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, tali miżuri addizzjonali jistgħu b'mod partikolari jtejbu l-effiċjenza enerġetika:

(a) 

tal-prodotti, skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) u r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(b) 

tal-bini, skont id-Direttivi 2010/31/UE u 2012/27/UE; u

(c) 

tat-trasport.

3.  

Meta, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli l-Kummissjoni tikkonkludi, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 29(1) u (2), li punt ta' referenza wieħed jew aktar tat-trajettorja indikattiva tal-Unjoni fl-2022, l-2025 u l-2027 imsemmija fl-Artikolu 29(2) ma ġewx issodisfati, l-Istati Membri li jkunu waqgħu taħt punt ta' referenza wieħed jew aktar tagħhom fl-2022, l-2025 u l-2027 kif imsemmi fil-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta' miżuri addizzjonali fi żmien sena mid-data meta tasal il-valutazzjoni tal-Kummissjoni sabiex ikopru d-diskrepanza relattiva għall-punt ta' referenza tagħhom, bħal:

(a) 

miżuri nazzjonali biex jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli;

(b) 

l-aġġustament tas-sehem ta' enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ, kif stabbilit fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(c) 

l-aġġustament tas-sehem ta' enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport, kif stabbilit fl-Artikolu 25(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(d) 

pagament finanzjarju volontarju għall-mekkaniżmu ta' finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni stabbilit fil-livell tal-Unjoni, li jikkontribwixxi għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli u li jkun ġestit direttament jew indirettament mill-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 33;

(e) 

użu tal-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni stipulati fid-Direttiva (UE) 2018/2001.

Tali miżuri għandhom iqisu l-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinkludu dawk il-miżuri bħala parti mir-rapport ta' progress nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima.

4.  
Mill-1 ta' Jannar 2021 'il quddiem, is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija ta' kull Stat Membru ma għandux ikun inqas minn sehem ta' referenza li jkun ugwali għall-mira ġenerali nazzjonali mandatorja tiegħu għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-2020 kif stipulat fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Jekk Stat Membru ma jżommx is-sehem ta' referenza tiegħu mkejjel fuq perijodu ta' sena, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu, fi żmien sena, miżuri addizzjonali bħal dawk stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu biex ikopri d-diskrepanza fi żmien sena.

L-Istati Membri li jissodisfaw l-obbligu li jkopru d-diskrepanza mas-sehem ta' referenza għandhom jitqiesu konformi mal-obbligi stipulati fl-ewwel sentenza tal-ewwel sottoparagrafu ta' dan il-paragrafu u fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 matul il-perijodu kollu meta tkun seħħet id-diskrepanza.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul tagħhom mill-kwoti annwali ta' emissjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE.

5.  
Meta s-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli ta' Stat Membru jaqa' taħt wieħed jew aktar mill-punti ta' referenza nazzjonali tiegħu fl-2022, l-2025 u l-2027 kif imsemmi fil-punt (a)(2) tal-Artikolu 4, dan għandu jinkludi fir-rapport integrat li jmiss ippreżentat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17, spjegazzjoni dwar kif se jkopri d-diskrepanza relattiva għall-punti ta' referenza nazzjonali tiegħu.
6.  
Meta, fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, mingħajr preġudizzju għal miżuri oħra fil-livell tal-Unjoni skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tikkonkludi, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 29(1) u (3) mwettqa skont is-snin 2022, 2025 u 2027, li l-progress biex jintlaħqu kollettivament il-miri għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(3) jkun insuffiċjenti, hija għandha tipproponi miżuri u teżerċità s-setgħa tagħha fil-livell tal-Unjoni flimkien ma' dawk stabbiliti fid-Direttiva 2010/31/UE u fid-Direttiva 2012/27/UE sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030.
7.  
Kull Stat Membru kkonċernat imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jagħti dettalji dwar il-miżuri addizzjonali implimentati, adottati u ppjanati bħala parti mir-rapport ta' progress suċċessiv tiegħu msemmi fl-Artikolu 17.
8.  
Meta, fil-qasam tal-interkonnessjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 29(1) u (4), fis-sena 2025 li l-progress huwa insuffiċjenti, il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-Istati Membri kkonċernati sas-sena 2026 bl-għan li jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi li nqalgħu.

Artikolu 33

Mekkaniżmu ta' finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni

1.  
Sal-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-mekkaniżmu ta' finanzjament tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 32(3) biex jingħata appoġġ għal proġetti ġodda tal-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni bl-għan li tiġi koperta diskrepanza fit-trajettorja indikattiva tal-Unjoni. L-appoġġ jista' jingħata, fost l-oħrajn, fl-għamla ta' primjum addizzjonali għall-prezz tas-suq, u għandu jiġi allokat lill-proġetti bl-offerti bl-aktar kost jew primjum baxx.
2.  

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-mekkaniżmu ta' finanzjament għandu jikkontribwixxi għall-qafas ta' abilitazzjoni skont l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 bl-għan li jiġi appoġġat l-użu tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Unjoni irrispettivament mid-diskrepanza relattiva għat-trajettorja indikattiva tal-Unjoni. Għal dak l-għan:

(a) 

il-pagamenti mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 32 jistgħu jiġu kkomplementati b'sorsi addizzjonali, bħal fondi tal-Unjoni, kontributi mis-settur privat jew pagamenti addizzjonali mill-Istati Membri sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-mira tal-Unjoni;

(b) 

il-mekkaniżmu ta' finanzjament jista', fost affarijiet oħra, jipprovdi appoġġ fil-forma ta' għotjiet, self b'imgħax baxx, jew taħlita tat-tnejn u jista' jappoġġa, fost l-oħrajn, proġetti konġunti bejn l-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-proġetti konġunti ma' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 11 ta' dik id-Direttiva.

3.  
L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jiddeċiedu jekk, u jekk ikun il-każ, skont liema kondizzjonijiet, jippermettux li l-istallazzjonijiet li jinsabu fit-territorju tagħhom jirċievu appoġġ mill-mekkaniżmu ta' finanzjament.
4.  

Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 44(1), tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistipula d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-istabbiliment u l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' finanzjament, b'mod partikolari:

(a) 

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-livell massimu tal-primjum għal kull offerta;

(b) 

id-disinn tal-offerta li għandu jiġi applikat, inklużi l-kondizzjonijiet għat-twettiq u l-penali assoċjati;

(c) 

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-pagamenti tal-Istati Membri u l-benefiċċji statistiċi li jirriżultaw għall-Istati Membri kontributuri;

(d) 

ir-rekwiżiti minimi għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati kemm il-kontinwità tal-mekkaniżmu permezz ta' tul ta' żmien suffiċjenti tal-pagament tal-Istat Membru, kif ukoll l-ammont massimu ta' flessibbiltà għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri;

(e) 

dispożizzjonijiet li jiżguraw il-parteċipazzjoni u/jew l-approvazzjoni ta' Stati Membri ospitanti, u meta jkun meħtieġ dispożizzjonijiet relatati ma' imposti addizzjonali tal-kostijiet tas-sistema.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).

5.  
Kull sena, l-enerġija rinnovabbli ġġenerata mill-istallazzjonijiet iffinanzjati mill-mekkaniżmu ta' finanzjament għandha tiġi attribwita statistikament lill-Istati Membri parteċipanti, b'mod li jirrifletti l-pagamenti relattivi tagħhom. Il-proġetti appoġġati minn dan il-mekkaniżmu ta' finanzjament li jkunu ffinanzjati minn sorsi oħra minbarra l-pagamenti tal-Istati Membri ma għandhomx jgħoddu fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri iżda lejn il-mira vinkolanti tal-Unjoni skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

Artikolu 34

Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri

1.  
Il-Kummissjoni, skont kif ikun xieraq, għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed tali rakkomandazzjonijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
2.  

Meta f'dan ir-Regolament issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis debitament ir-rakkomandazzjoni fi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-Unjoni u bejn l-Istati Membri;

(b) 

l-Istat Membru għandu jistabbilixxi, fir-rapport nazzjonali integrat tiegħu ta' progress dwar l-enerġija u l-klima li jkun sar sena wara li tkun inħarġet ir-rakkomandazzjoni, kif ikun ikkunsidra debitament ir-rakkomandazzjoni. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi r-raġunament tiegħu;

(c) 

ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu komplementari għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż l-iktar reċenti maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Artikolu 35

Ir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija

1.  
Sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija.
2.  

Ir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

il-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 29;

(b) 

meta jkun xieraq, ir-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 34;

(c) 

ir-rapport dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, inkluża l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva skont l-Artikolu 21(2) tagħha;

(d) 

kull sentejn, mill-2023, rapport dwar is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija tal-Unjoni, li jkun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Anness X;

(e) 

kull sentejn, rapport dwar l-iskemi volontarji li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li jkun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XI ta' dan ir-Regolament;

(f) 

rapport ġenerali ta' progress dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE;

(g) 

rapport ġenerali ta' progress dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/73/KE skont l-Artikolu 52 ta' dik id-Direttiva;

(h) 

rapport ġenerali ta' progress dwar l-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u miżuri ta' politika alternattivi kif imsemmija fl-Artikoli 7a u 7b tad-Direttiva 2012/27/UE;

(i) 

kull sentejn, rapport ta' progress ġenerali dwar ir-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, b'konformità mal-pjanijiet direzzjonali stabbiliti fl-istrateġiji ta' rinnovazzjoni fit-tul li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE;

(j) 

kull erba' snin, rapport ta' progress ġenerali dwar iż-żieda fl-Istati Membri fl-għadd ta' binjiet b'użu ta' enerġija qrib iż-żero b'konformità mal-Artikolu 9(5) tad-Direttiva 2010/31/UE;

(k) 

rapport ġenerali ta' progress dwar il-progress tal-Istati Membri fil-ħolqien ta' suq tal-enerġija komplut u operattiv;

(l) 

il-kwalità reali tal-karburanti fl-Istati Membri differenti u l-kopertura ġeografika tal-karburanti b'kontenut massimu ta' kubrit ta' 10 mg/kg bl-għan li tiġi pprovduta stampa ġenerali tad-data dwar il-kwalità tal-karburanti fl-Istati Membri differenti kif irrapportat skont id-Direttiva 98/70/KE;

(m) 

rapport ta' progress dwar il-kompetittività;

(n) 

il-progress tal-Istati Membri lejn it-tneħħija gradwali tas-sussidji tal-enerġija, b'mod partikolari fir-rigward tal-karburanti fossili;

(o) 

kwistjonijiet oħra ta' rilevanza għall-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija, inkluż l-appoġġ pubbliku u privat;

(p) 

sal-31 ta' Ottubru 2019 u sussegwentement kull erba' snin, valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/31/KE.

Artikolu 36

Monitoraġġ tal-mekkaniżmu ta' governanza

Fil-kuntest tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija kif imsemmi fl-Artikolu 35, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, fuq bażi annwali, jindirizzaw il-progress miksub mill-Unjoni tal-Enerġija fuq id-dimensjonijiet kollha tal-politiki dwar l-Enerġija u l-Klima.



KAPITOLU 6

Sistemi tal-Unjoni u nazzjonali għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għall-assorbimenti minn bjar

Artikolu 37

Sistemi ta' inventarji tal-Unjoni u nazzjonali

1.  
Sal-1 ta' Jannar 2021, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, jħaddmu u jfittxu li jtejbu kontinwament is-sistemi ta' inventarji nazzjonali biex jiġu stmati l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V u jiġu żgurati t-tempestività, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji tagħhom tal-gassijiet serra.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-inventarji tagħhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni speċifikata fl-Anness XII ta' dan ir-Regolament, jużaw is-sistemi ta' rapportar stabbiliti skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 biex itejbu l-istima tal-gassijiet fluworinati fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra u jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli annwali tal-konsistenza msemmija fil-punti (i) u (j) tal-Parti 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament.
3.  
B'dan hija stabbilita sistema ta' inventarju tal-Unjoni sabiex tiżgura l-puntwalità, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji nazzjonali fir-rigward tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi, tieħu ħsieb u tfittex li ttejjeb kontinwament dik is-sistema, li għandha tinkludi t-twaqqif ta' programm ta' garanzija tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità, it-twaqqif tal-objettivi tal-kwalità, it-tfassil ta' pjan ta' inventarju tal-garanzija tal-kwalità u tal-kontroll tal-kwalità, il-proċeduri biex jitlestew l-istimi tal-emissjonijiet biex jitħejja l-inventarju tal-Unjoni skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u r-rieżamijiet imsemmija fl-Artikolu 38.
4.  
Il-Kummissjoni għandha twettaq kontroll inizjali tar-reqqa tad-data preliminari tal-inventarju tal-gassijiet serra li trid tintbagħat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26(3). Hija għandha tibgħat ir-riżultati ta' dak il-kontroll lill-Istati Membri fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni. L-Istati Membri għandhom iwieġbu għal kull mistoqsija rilevanti mqajma mill-kontroll inizjali sal-15 ta' Marzu, flimkien mal-preżentazzjoni finali tal-inventarju għas-sena X-2.
5.  
Meta Stat Membru ma jippreżentax id-data għall-inventarju meħtieġa biex jinġabar l-inventarju tal-Unjoni sal-15 ta' Marzu, il-Kummissjoni tista' tħejji stimi biex tikkompleta d-data ppreżentata mill-Istat Membru, b'konsulatazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tuża l-linji gwida applikabbli għat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra.
6.  
Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 44(1), għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-istruttura, il-format u l-proċess ta' ppreżentazzjoni tal-informazzjoni marbuta mas-sistemi ta' inventarji u mar-rekwiżiti nazzjonali dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-funzjonament tas-sistemi ta' inventarju nazzjonali.

Meta tipproponi tali atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe deċiżjoni rilevanti adottata mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).

7.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 43 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli rigward ir-rekwiżiti għall-istabbiliment, it-tħaddim u l-funzjonament tas-sistema ta' inventarju tal-Unjoni. Meta tipproponi tali atti ta' delega, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe deċiżjoni rilevanti adottata mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi.

Artikolu 38

Rieżami tal-inventarju

1.  
Bl-għan li twettaq monitoraġġ tat-tnaqqis jew tal-limitazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri skont l-Artikoli 4, 9 u 10 tar-Regolament (UE) 2018/842 u tat-tnaqqis tagħhom tal-emissjonijiet u tat-tisħiħ tal-assorbimenti minn bjar skont l-Artikoli 4 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/841 u ta' kwalunkwe mira oħra ta' tnaqqis jew ta' limitazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbilita fid-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, fl-2027 u fl-2032, twettaq rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26(4) ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ f'dak il-proċess.
2.  

Ir-rieżami komprensiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi:

(a) 

kontrolli li jivverifikaw it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata;

(b) 

kontrolli li jidentifikaw każijiet li fihom id-data tal-inventarju tkun tħejjiet b'mod li ma jkunx konsistenti mad-dokumentazzjoni ta' gwida tal-UNFCCC jew mar-regoli tal-Unjoni;

(c) 

kontrolli li jidentifikaw każijiet meta l-kontabbiltà tal-LULUCF tkun tħejjiet b'mod li ma jkunx konsistenti mad-dokumentazzjoni ta' gwida tal-UNFCCC jew mar-regoli tal-Unjoni, u

(d) 

meta jkun xieraq, kalkolu tal-korrezzjonijiet tekniċi meħtieġa li jirriżultaw, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri.

3.  
Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 44(1), għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tiddetermina t-tempestività u l-proċedura għat-twettiq tar-rieżami komprensiv, inklużi l-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tiżgura li ssir il-konsultazzjoni dovuta mal-Istati Membri fir-rigward tal-konklużjonijiet tar-rieżamijiet.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).

4.  
Permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina s-somma totali ta' emissjonijiet għas-snin rilevanti li jirriżultaw mid-data kkorreġuta tal-inventarju għal kull Stat Membru, malli jitlesta r-rieżami maqsum bejn id-data tal-emissjonijiet rilevanti għall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842 u d-data tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Parti 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament u tiddetermina wkoll is-somma totali ta' emissjonijiet u ta' assorbimenti rilevanti għall-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841.
5.  
Id-data għal kull Stat Membru kif irreġistrata fir-reġistri stabbiliti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/841 erba' xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, għandha tintuża għall-kontroll tal-konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841, inkluż it-tibdil f'din id-data li jirriżulta meta dak l-Istat Membru juża l-flessibbiltajiet skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/841.
6.  
Id-data għal kull Stat Membru kif irreġistrata fir-reġistri stabbiliti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2018/842 xahrejn wara d-data tal-kontroll tal-konformità mar-Regolament (UE) 2018/841 imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, għandha tintuża għall-kontroll tal-konformità skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842 għas-snin 2021 u 2026. Il-kontroll tal-konformità skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842 għal kull waħda mis-snin mill-2022 sal-2025 u mill-2027 sal-2030 għandu jitwettaq fid-data li tinzerta xahar wara d-data tal-kontroll tal-konformità għas-sena preċedenti. Dan il-kontroll għandu jinkludi t-tibdil f'din id-data li jirriżulta meta dak l-Istat Membru juża l-flessibbiltajiet skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament (UE) 2018/842.

Artikolu 39

Sistemi tal-Unjoni u nazzjonali għall-politiki, għall-miżuri u għall-projezzjonijiet

1.  
Sal-1 ta' Jannar 2021, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħaddmu u jfittxu li jtejbu kontinwament is-sistemi nazzjonali u tal-Unjoni rispettivament għar-rapportar dwar il-politiki, il-miżuri u l-projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra minn sorsi u tal-assorbimenti minn bjar. Dawk is-sistemi għandhom jinkludu l-arranġamenti istituzzjonali, legali u proċedurali rilevanti stabbiliti fi Stat Membru u l-Unjoni għall-evalwazzjoni tal-politika u għat-twettiq ta' projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar.
2.  
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimmiraw li jiżguraw it-tempestività, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni rrapportata dwar il-politiki, il-miżuri u l-projezzjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra minn sorsi u tal-assorbimenti minn bjar, kif imsemmi fl-Artikolu 18, inkluż l-użu u l-applikazzjoni tad-data, tal-metodi u tal-mudelli, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' garanzija tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità u l-analiżi tas-sensittività.
3.  
Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 44(1), għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, il-format u l-proċess ta' ppreżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali u tal-Unjoni għall-politiki, għall-miżuri u għall-projezzjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 18.

Meta tipproponi tali atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis id-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi, inklużi r-rekwiżiti ta' rapportar maqbula internazzjonalment kif ukoll l-iskedi ta' żmien għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' dik l-informazzjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).

Artikolu 40

Twaqqif u tħaddim tar-reġistri

1.  
L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistri għall-kontabbiltà preċiża tal-kontributi determinati fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 4(13) tal-Ftehim ta' Pariġi u tal-eżiti ta' mitigazzjoni trasferiti fil-livell internazzjonali skont l-Artikolu 6 ta' dak il-Ftehim.
2.  
L-Unjoni u l-Istati Membri jistgħu jżommu r-reġistri tagħhom f'sistema kkonsolidata, flimkien ma' wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-oħrajn.
3.  
Id-data fir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli għall-amministratur ċentrali nnominat skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u sabiex twettaq, permezz tar-reġistri tal-Unjoni u tal-Istati Membri, l-implimentazzjoni teknika neċessarja tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi, b'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.



KAPITOLU 7

Kooperazzjoni u appoġġ

Artikolu 41

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Unjoni

1.  

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw għalkollox ma' xulxin u mal-Unjoni fir-rigward tal-obbligi skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw:

(a) 

il-proċess għat-tħejjija, għall-adozzjoni, għan-notifika u għall-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikoli 9 sa 13;

(b) 

il-proċess għat-tħejjija, għall-adozzjoni, għan-notifika u għall-valutazzjoni tar-rapport nazzjonali integrat ta' progress dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 u tar-rapportar annwali skont l-Artikolu 26;

(c) 

il-proċess marbut mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-indirizzar ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 9(2) u (3), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 30(1), l-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 32(1) u (2);

(d) 

il-kompilazzjoni tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni u t-tħejjija tar-rapport dwar l-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni, b'konformità mal-Artikolu 26(4);

(e) 

it-tħejjija tal-komunikazzjoni nazzjonali tal-Unjoni skont l-Artikolu 12 tal-UNFCCC u tar-rapport ta' kull sentejn tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni 2/CP.17 jew deċiżjonijiet sussegwenti rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC;

(f) 

il-proċeduri ta' rieżami u ta' konformità skont il-UNFCCC u l-Ftehim ta' Pariġi b'konformità ma' kwalunkwe deċiżjoni applikabbli skont il-UNFCCC kif ukoll il-proċedura ta' rieżami tal-Unjoni għall-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 38;

(g) 

kwalunkwe aġġustament wara l-proċess ta' rieżami msemmi fl-Artikolu 38 jew tibdil ieħor fl-inventarji u fir-rapporti dwar l-inventarji li jkunu ntbagħtu jew li jkunu jridu jintbagħtu lis-Segretarjat tal-UNFCCC;

(h) 

il-komplilazzjoni tal-inventarju approssimat dwar il-gassijiet serra tal-Unjoni, skont l-Artikolu 26(2).

2.  
Il-Kummissjoni tista' tipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri fir-rigward tal-obbligi skont dan ir-Regolament fuq talba minn Stat Membru.

Artikolu 42

Ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha fir-rigward tad-dimensjonijiet tad-dekarbonizzazzjoni u tal-effiċjenza enerġetika sabiex tikkonforma mal-Artikoli 15 sa 21, 26, 28, 29, 35, 37, 38, 39 u 41 skont il-programm ta' ħidma annwali tagħha. Dik l-assistenza għandha tinkludi l-assistenza, skont kif ikun meħtieġ, fir-rigward ta':

(a) 

il-komplilazzjoni tal-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri dwar politiki u miżuri u projezzjonijiet;

(b) 

it-twettiq ta' proċeduri ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità fuq l-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri dwar projezzjonijiet u politiki u miżuri;

(c) 

it-tħejjija tal-istimi jew l-ikkomplementar ta' dawk disponibbli għall-Kummissjoni fir-rigward tad-data dwar il-projezzjonijiet li ma jkunux irrapportati mill-Istati Membri;

(d) 

il-komplilazzjoni tad-data, kull meta tkun disponibbli, li tkun meħuda mill-istatistika Ewropea u li tkun xierqa f'termini ta' tempestività, kif meħtieġ għar-rapport imħejji mill-Kummissjoni dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;

(e) 

it-tixrid tal-informazzjoni miġbura skont dan ir-Regolament, inklużi ż-żamma u l-aġġornament ta' bażi tad-data dwar il-politiki u l-miżuri ta' mitigazzjoni tal-Istati Membri u l-Pjattaforma Ewropea dwar l-Adattament għall-Klima, fir-rigward tal-impatti, tal-vulnerabbiltajiet u tal-adattament għat-tibdil fil-klima;

(f) 

it-twettiq ta' proċeduri ta' garanzija tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità fit-tħejjija tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni;

(g) 

il-kompilazzjoni tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni u t-tħejjija tar-rapport dwar l-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni;

(h) 

it-tħejjija tal-istimi għad-data mhux irrapportata fl-inventarji nazzjonali dwar il-gassijiet serra;

(i) 

it-twettiq tar-rieżami msemmi fl-Artikolu 38;

(j) 

il-kompilazzjoni tal-inventarju approssimat tal-gassijiet serra tal-Unjoni.



KAPITOLU 8

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 43

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(5), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 37(7) u l-Artikolu 40(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn tal-24 ta' Diċembru 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(5), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 37(7) u l-Artikolu 40(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(5), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 37(7) u l-Artikolu 40(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 44

Kumitati

1.  

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn:

(a) 

Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19(5), l-Artikolu 26(7), l-Artikolu 37(6), l-Artikolu 38(3) u l-Artikolu 39(3); u

(b) 

Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17(4) u l-Artikolu 33(4).

2.  
Dawk il-kumitati għandhom ikunu kumitati skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.  
Il-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jieħu post il-kumitat stabbilit fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.
4.  
Meta xi wieħed mill-kumitati msemmija fil-paragrafu 1 jikkunsidra kwistjonijiet orizzontali u azzjonijiet komuni, għandu jinforma b'dan lill-kumitat l-ieħor imsemmi fil-paragrafu 1, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-politiki u jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn is-setturi.
5.  
Kull Stat Membru għandu jaħtar ir-rappreżentant(i) tiegħu fuq il-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija. Ir-rappreżentanti ta' kull kumitat għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-kumitat l-ieħor.
6.  
Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M2

Artikolu 45

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien sitt xhur dwar kull rendikont globali maqbul skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, il-kontribut tiegħu għall-għanijiet fit-tul tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-progress lejn il-kisba tal-miri dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, objettivi addizzjonali tal-Unjoni tal-Enerġija u l-konformità tad-dispożizzjonijiet dwar l-ippjanar, ir-rapportar u l-monitoraġġ stabbiliti f’dan ir-Regolament ma’ liġijiet jew ma’ deċiżjonijiet oħra tal-Unjoni marbutin mal-UNFCCC u l-Ftehim ta’ Pariġi. Ir-rapporti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi meta jkun xieraq.

▼B

Artikolu 46

Emendi għad-Direttiva 94/22/KE

Id-Direttiva 94/22/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(2) 

l-Artikolu 9 huwa mħassar.

Artikolu 47

Emendi għad-Direttiva 98/70/KE

Id-Direttiva 98/70/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

L-Artikolu 7a huwa emendat kif ġej:

(a) 

fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a) il-volum totali tal-provvista ta' kull tip ta' karburant jew ta' enerġija; u”;

(b) 

fil-paragrafu 2, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.  
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri jnaqqsu bl-iktar mod gradwali possibbli ċ-ċiklu ta' ħajja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għal kull unità ta' enerġija mill-provvista ta' karburant u ta' enerġija sa massimu ta' 10 % sal-31 ta' Diċembru 2020, meta mqabbel mal-istandard ta' referenza tal-karburant stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652. Dan it-tnaqqis għandu jikkonsisti fi:”;
(2) 

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.  
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 3 titqiegħed għad-dispożizzjoni fil-pront bil-mezzi xierqa.”.

Artikolu 48

Emendi għad-Direttiva 2009/31/KE

Id-Direttiva 2009/31/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 27, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Kull erba' snin l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż ir-reġistru msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 25. L-ewwel rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2011. Ir-rapport għandu jitfassal abbażi ta' kwestjonarju jew deskrizzjoni ġenerali li l-Kummissjoni tkun adottat fl-għamla ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30(2). Dak il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni ġenerali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri tal-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tar-rapport.”;

(2) 

fl-Artikolu 38, il-paragrafu 1 huwa mħassar.

Artikolu 49

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 663/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 663/2009 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 27, il-paragrafi 1 u 3 huma mħassra;

(2) 

l-Artikolu 28 huwa mħassar.

Artikolu 50

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-Artikolu 29 huwa mħassar.

Artikolu 51

Emendi għad-Direttiva 2009/73/KE

Id-Direttiva 2009/73/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

l-Artikolu 5 huwa mħassar;

(2) 

l-Artikolu 52 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 52

Rapportar

Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ u rieżami tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tibgħat rapport ġenerali ta' progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala anness tar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ).

Artikolu 52

Emenda għad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE

Fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/119/KE, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.  
Kull sena sal-15 ta' Marzu, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni kopja fil-qosor tar-reġistru tal-istokk imsemmi fil-paragrafu 1 li turi minn tal-inqas il-kwantitajiet u n-natura tal-istokk ta' emerġenza inklużi fir-reġistru fl-aħħar jum tas-sena kalendarja preċedenti.”.

Artikolu 53

Emendi għad-Direttiva 2010/31/UE

Id-Direttiva 2010/31/UE hija emendata kif ġej:

(1) 

l-Artikolu 2a huwa emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.  
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi strateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul b'appoġġ għar-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u bini mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, fi stokk ta' bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat sal-2050, biex hekk tkun iffaċilitata t-trasformazzjoni kosteffikaċi tal-bini eżistenti f'bini b'użu ta' kważi żero enerġija. Kull strateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul għandha tinkludi:”;
(b) 

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.  
L-istrateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul ta' kull Stat Membru għandha tintbagħat lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima finali tagħha, imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ). B'deroga mill-Artikolu 3(1) ta' dak ir-Regolament, l-ewwel strateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun ippreżentata lill-Kummissjoni sal-10 ta' Marzu 2020.
(2) 

fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2), is-sentenza “Ir-rapport jista' jiġi inkluż fil-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Effiċjenza Enerġetika msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE” hija mħassra;

(3) 

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.  
Bħala parti mir-rapport tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni kull erba' snin għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-Istati Membri fiż-żieda tal-għadd ta' bini b'użu ta' kważi żero enerġija. Abbażi ta' din l-informazzjoni rrapportata, il-Kummissjoni għandha, meta jkun meħtieġ, tiżviluppa pjan ta' azzjoni u tipproponi rakkomandazzjonijiet u miżuri b'konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999 biex jiżdied l-għadd ta' dak il-bini u tħeġġeġ li jintużaw l-aħjar prattiki fir-rigward tat-trasformazzjoni kosteffikaċi ta' bini eżistenti f'bini b'użu ta' kważi żero enerġija.”;
(4) 

fl-Artikolu 10, il-paragrafi 2 u 3 huma mħassra;

(5) 

fl-Artikolu 14(3), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni, bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999”;

(6) 

Fl-Artikolu 15(3), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni, bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999.”.

Artikolu 54

Emendi għad-Direttiva 2012/27/UE

Id-Direttiva 2012/27/UE hija emendata kif ġej:

(1) 

l-Artikolu 4 huwa mħassar;

(2) 

fl-Artikolu 18(1), il-punt (e) huwa mħassar;

(3) 

l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-paragrafi 1, 3, 4 u 11 huma mħassra;

(b) 

il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(4) 

l-Anness XIV huwa mħassar.

Artikolu 55

Emenda għad-Direttiva 2013/30/UE

Fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2013/30/UE, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.  
Kull sena l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapportar annwali msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ), l-informazzjoni speċifikata fil-punt 3 tal-Anness IX.

Artikolu 56

Emendi għad-Direttiva (UE) 2015/652

Id-Direttiva (UE) 2015/652 hija emendata kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.  
Kull sena sal-31 ta' Diċembru, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni data għas-sena kalendarja preċedenti relatata mal-konformità mal-Artikolu 7a tad-Direttiva 98/70/KE, kif definit fl-Anness III ta' din id-Direttiva.”;
(2) 

fl-Anness I, il-Parti 2, il-punti 1(h), 2, 3, 4 u 7 huma mħassra.

(3) 

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1. L-Istati Membri jridu jirrapportaw id-data elenkata fil-punt 3. Dik id-data trid tiġi rrapportata għal kull karburant u enerġija mqiegħda fis-suq f'kull Stat Membru. Meta l-bijokarburanti multipli jkunu mħallta mal-karburanti fossili, trid tiġi pprovduta d-data għal kull bijokarburant.”;

(b) 

fil-punt 3, il-punti (e) u (f) huma mħassra;

(4) 

l-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-mudelli li ġejjin għar-rapportar tal-informazzjoni għall-konsistenza tad-data rrapportata huma mħassra:

— 
Oriġini – Fornituri Uniċi
— 
Oriġini – Fornituri Konġunti
— 
Post tax-Xiri
(b) 

fin-noti dwar il-format, il-punti 8 u 9 huma mħassra.

Artikolu 57

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jitħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2021, soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 li għandu jitħassar b'effett mill-24 ta' Diċembru 2018. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness XIII.

Artikolu 58

Dispożizzjonijiet tranżitorji

B'deroga mill-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 7 u l-punti (a) u (d) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandhom ikomplu japplikaw għar-rapporti li jkun fihom id-data meħtieġa skont dawk l-artikoli għall-2018, għall-2019 u għall-2020.

L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika rigward it-tieni perijodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto.

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għar-rieżamijiet tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għall-2018, għall-2019 u għall-2020.

L-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jkompli japplika għall-preżentazzjoni tar-rapport meħtieġ skont dak l-artikolu.

Għal raġunijiet ta' koerenza u ta' ċertezza legali, l-ebda element f'dan ir-Regolament ma jimpedixxi l-applikazzjoni ta' derogi skont il-liġi settorjali rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku u tat-tħejjija għar-riskji marbutin mal-elettriku.

Artikolu 59

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 40, l-Artikolu 53(2), (3) u (4), il-punt (a) tal-Artikolu 54(3), l-Artikolu 54(4), u l-Artikolu 55 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

QAFAS ĠENERALI GĦAL PJANIJIET NAZZJONALI INTEGRATI GĦALL-ENERĠIJA U L-KLIMA

Parti 1

Qafas ġenerali

TAQSIMA A: PJAN NAZZJONALI

1.   STAMPA ĠENERALI U PROĊESS BIEX JIĠI STABBILIT IL-PJAN

1.1.   Sommarju eżekuttiv

i. 

Kuntest politiku, ekonomiku, ambjentali u soċjali tal-pjan

ii. 

Strateġija b'rabta mal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija

iii. 

Tabella fil-qosor bil-miżuri, il-politiku u l-objettivi ewlenin tal-pjan

1.2.   Stampa ġenerali tas-sitwazzjoni tal-politika attwali

i. 

Sistema tal-enerġija nazzjonali u tal-Unjoni u l-kuntest politiku tal-pjan nazzjonali

ii. 

Politiki attwali dwar l-enerġija u l-klima u miżuri b'rabta mal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija

iii. 

Kwistjonijiet ewlenin ta' rilevanza transkonfinali

iv. 

Struttura amministrattiva fl-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali tal-enerġija u l-klima

1.3.   Konsultazzjonijiet u involviment ta' entitajiet nazzjonali u tal-Unjoni u r-riżultati tagħhom

i. 

Involviment tal-parlament nazzjonali

ii. 

Involviment ta' awtoritajiet lokali u reġjonali

iii. 

Konsultazzjonijiet ma' partijiet ikkonċernati, li jinkludu s-sħab soċjali, u l-involviment tas-soċjetà ċivili u tal-pubbliku ġenerali

iv. 

Konsultazzjonijiet ma' Stati Membri oħra

v. 

Proċess iterattiv mal-Kummissjoni

1.4.   Kooperazzjoni reġjonali fit-tħejjija tal-pjan

i. 

Elementi suġġetti għall-ippjannar konġunt jew koordinat ma' Stati Membri oħra.

ii. 

Spjegazzjoni ta' kif tiġi kkunsidrata l-kooperazzjoni reġjonali fil-pjan

2.   OBJETTIVI U MIRI NAZZJONALI

2.1.   Dimensjoni “dekarbonizzazzjoni”

2.1.1.   Emissjonijiet u assorbimenti ta' GHGs ( 4 )

i. 

L-elementi stabbiliti fil-punt (a)(1) tal-Artikolu 4

ii. 

Meta jkun applikabbli, objettivi u miri nazzjonali oħra li jkunu konsistenti mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-istrateġiji fit-tul eżistenti. Meta jkun applikabbli għall-kontribut għall-impenn globali tal-Unjoni dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' GHGs, objettivi u miri oħra, li jinkludu miri settorjali u għanijiet ta' adattament, jekk ikunu disponibbli

2.1.2.   Enerġija rinnovabbli

i. 

L-elementi stabbiliti fil-punt (a)(2) tal-Artikolu 4

ii. 

It-trajettorji stmati għas-sehem settorjali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum ta' enerġija finali mill-2021 sal-2030 fis-setturi tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ, u tat-trasport

iii. 

It-trajettorji stmati b'teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli li l-Istat Membru jipprojetta li juża biex jikseb it-trajjetorji globali u settorjali għal enerġija rinnovabbli mill-2021 sal-2030, li jinkludu l-konsum gross ta' enerġija finali mistenni skont it-teknoloġija u s-settur f'Mtoe u l-kapaċità installata ppjanata totali (diviża bil-kapaċità ġdida u tiġdid) għal kull teknoloġija u settur f'MW.

iv. 

It-trajettorji stmati dwar id-domanda għall-bijoenerġija, diżaggregati bejn it-tisħin, l-elettriku u t-trasport, u dwar il-provvista ta' bijomassa, skont il-materja prima u l-oriġini (li jiddistingwu bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet). Għall-bijomassa tal-foresti, valutazzjoni tas-sors tagħha u l-impatt fuq il-bir LULUCF

v. 

Meta jkun applikabbli, trajettorji u objettivi nazzjonali oħra, li jinkludu dawk li huma fit-tul jew settorjali (pereżempju s-sehem ta' bijokarburanti avvanzati, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, l-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-bini, l-enerġija rinnovabbli prodotta fl-ibliet, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-awtokonsumaturi tal-enerġija rinnovabbli, l-enerġija rkuprata mill-ħama miksub mit-trattament tal-ilma mormi)

2.2.   Dimensjoni “effiċjenza enerġetika”

i. 

L-elementi stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 4

ii. 

It-tragwardi indikattivi għall-2030, l-2040 u l-2050, l-indikaturi ta' progress kwantifikabbli stabbiliti domestikament, stima abbażi tal-evidenza tal-iffrankar enerġetiku mistenni u benefiċċji usa', u l-kontribut tagħhom għall-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni kif inklużi fil-pjanijiet direzzjonali stabbiliti fl-istrateġiji ta' rinnovazzjoni fuq terminu twil għall-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE

iii. 

Meta jkun applikabbli, objettivi nazzjonali oħra, li jinkludu miri jew strateġiji fit-tul u miri settorjali, u objettivi nazzjonali f'oqsma bħall-effiċjenza enerġetika fis-settur tat-trasport u fir-rigward tat-tisħin u t-tkessiħ

2.3.   Dimensjoni “sigurtà tal-enerġija”

i. 

L-elementi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 4

ii. 

Objettivi nazzjonali dwar: iż-żieda fid-diversifikazzjoni tas-sorsi u tal-provvista tal-enerġija minn pajjiżi terzi bl-għan li tiżdied ir-reżiljenza tas-sistemi tal-enerġija nazzjonali u reġjonali

iii. 

Meta jkun applikabbli, l-objettivi nazzjonali fir-rigward tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija minn pajjiżi terzi, biex tiżdied ir-reżiljenza tas-sistemi tal-enerġija nazzjonali u reġjonali

iv. 

Objettivi nazzjonali fir-rigward taż-żieda tal-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija nazzjonali, b'mod partikolari billi jsir użu minn sorsi domestiċi tal-enerġija, rispons tad-domanda u ħżin tal-enerġija

2.4.   Dimensjoni “suq intern tal-enerġija”

2.4.1.   Interkonnettività tal-elettriku

i. 

Il-livell ta' interkonnettività tal-elettriku li l-Istat Membru jimmira li jilħaq fl-2030 fid-dawl tal-mira ta' minn tal-inqas 15 % għall-interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030, bi strateġija bil-livell mill-2021 'il quddiem definit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri affettwati, fid-dawl tal-mira ta' interkonnessjoni ta' 10 % għall-2020 u l-indikaturi tal-urġenza tal-azzjoni li ġejjin:

(1) 

Id-differenza fil-prezzijiet fis-suq bl-ingrossa li taqbeż il-limitu indikattiv ta' EUR 2/MWh bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni jew iż-żoni tal-offerti;

(2) 

Il-kapaċità ta' trażmissjoni nominali tal-interkonnetturi taħt it-30 % tat-tagħbija massima;

(3) 

Il-kapaċità ta' trażmissjoni nominali tal-interkonnetturi taħt it-30 % tal-ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli installata.

Kull interkonnettur ġdid għandu jkun soġġett għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji soċjoekonomiċi u ambjentali u jiġi implimentat biss jekk il-benefiċċji potenzjali jkunu akbar mill-ispejjeż

2.4.2.   Infrastruttura tat-trażmissjoni tal-enerġija

i. 

Il-proġetti u, meta jkun rilevanti, il-proġetti ta' modernizzazzjoni ewlenin għall-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri skont il-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija

ii. 

Meta jkun applikabbli, proġetti ta' infrastruttura ewlenin previsti għajr il-Proġetti ta' Interess Komuni (PCIs) ( 5 )

2.4.3.   Integrazzjoni tas-suq

i. 

Objettivi nazzjonali marbuta ma' aspetti oħra tas-suq intern tal-enerġija bħaż-żieda fil-flessibbiltà tas-sistema, b'mod partikolari b'rabta mal-promozzjoni ta' prezzijiet tal-elettriku ddeterminati b'mod kompetittiv skont il-liġi settorjali rilevanti, l-integrazzjoni tas-suq u l-akkoppjament, sabiex jiżdiedu l-kapaċità kummerċjabbli tal-interkonnetturi eżistenti, il-grids intelliġenti, l-aggregazzjoni, ir-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-ġenerazzjoni distribwita, il-mekkaniżmi għad-dispaċċ, ir-ridispaċċ u t-tnaqqis, u s-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali, li jinkludi ż-żmien li fih iridu jintlaħqu l-objettivi

ii. 

Meta jkun applikabbli, objettivi nazzjonali relatati mal-parteċipazzjoni nondiskriminatorja tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons għad-domanda u l-ħżin tal-enerġija, inkluż permezz tal-aggregazzjoni fis-swieq kollha tal-enerġija, inkluż iż-żmien li fih ikunu jridu jintlaħqu l-objettivi

iii. 

Meta jkun applikabbli, objettivi nazzjonali biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jipparteċipaw fis-sistema tal-enerġija u jibbenefikaw mill-awtoġenerazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda, inklużi l-arloġġi intelliġenti;

iv. 

Objettivi nazzjonali fir-rigward tal-iżgurar tal-adegwatezza tas-sistema tal-elettriku, kif ukoll għall-flessibilità tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż iż-żmien li fih ikunu jridu jintlaħqu l-objettivi

v. 

Meta jkun applikabbli, objettivi nazzjonali sabiex jiġu protetti l-konsumaturi tal-enerġija u titjieb il-kompetittività tas-settur tal-enerġija bl-imnut

2.4.4.   Faqar enerġetiku

Meta jkun applikabbli, l-objettivi nazzjonali fir-rigward tal-faqar enerġetiku, li jinkludi ż-żmien meta jridu jintlaħqu l-objettivi

2.5.   Dimensjoni “riċerka, innovazzjoni u kompetittività”

i. 

Objettivi nazzjonali u miri ta' finanzjament għal riċerka u innovazzjoni pubblika u, meta tkun disponibbli, privata marbuta mal-Unjoni tal-Enerġija, li jinkludu, meta jkun xieraq, iż-żmien li fih iridu jintlaħqu l-objettivi

ii. 

Meta jkunu disponibbli, objettivi nazzjonali għall-2050 b'rabta mal-promozzjoni ta' teknoloġiji ta' enerġija nadifa u, meta jkun xieraq, objettivi nazzjonali, li jinkludu miri fit-tul (2050) għall-iskjerament ta' teknoloġiji b'użu baxx tal-karbonju, li jinkludu s-setturi industrijali li jiddekarbonizzaw l-enerġija u dawk intensivi fl-użu tal-karbonju u, meta jkun applikabbli, għall-infrastruttura marbuta mat-trasport u mal-ħażna tal-karbonju

iii. 

Meta jkun applikabbli, objettivi nazzjonali fir-rigward tal-kompetittività

3.   POLITIKI U MIŻURI

3.1.   Dimensjoni “dekarbonizzazzjoni”

3.1.1.   Emissjonijiet u assorbimenti ta' GHGs

▼M2

i. 

Politiki u miżuri għall-kisba tal-mira stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2018/842 kif jissemma fil-punt 2.1.1 ta’ din it-Taqsima u politiki u miżuri għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/841, li jkopru s-setturi kollha ewlenin tal-emissjonijiet u s-setturi li jtejbu l-assorbimenti, bi prospetti għall-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119

▼B

ii. 

Meta jkun rilevanti, il-kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam

iii. 

Meta jkun applikabbli, mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, miżuri ta' finanzjament, li jinkludu appoġġ mill-Unjoni u l-użu ta' fondi tal-Unjoni, f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali

3.1.2.   Enerġija rinnovabbli

i. 

Politiki u miżuri sabiex jintlaħaq il-kontribut nazzjonali għall-mira vinkolanti tal-2030 tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli u t-trajettorji kif imsemmija fil-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 u, meta jkunu applikabbli jew disponibbli, l-elementi msemmija fil-punt 2.1.2 ta' dan l-Anness, li jinkludu miżuri settorjali u speċifiċi għat-teknoloġija ( 6 )

ii. 

Meta jkun rilevanti, miżuri speċifiċi għal kooperazzjoni reġjonali, kif ukoll – bħala għażla fakultattiva – l-istima ta' produzzjoni tal-enerġija eċċessiva minn sorsi rinnovabbli li tista' tkun trasferita lil Stati Membri oħra sabiex tinkiseb il-kontribuzzjoni nazzjonali u t-trajettorji msemmija fil-punt 2.1.2

iii. 

Miżuri speċifiċi dwar l-appoġġ finanzjarju, meta jkun applikabbli, li jinkludi l-appoġġ mill-Unjoni u l-użu ta' fondi tal-Unjoni, għall-promozzjoni tal-produzzjoni u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ, u t-trasport

iv. 

Meta jkun applikabbli, il-valutazzjoni tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli li l-Istati Membri għandhom iwettqu skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001

v. 

Miżuri speċifiċi għall-introduzzjoni ta' punt ta' kuntatt wieħed jew aktar, is-simplifkazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, l-għoti ta' informazzjoni u taħriġ, u l-iffaċilitar tal-adozzjoni ta' ftehimiet ta' xiri ta' enerġija

Sommarju tal-politiki u l-miżuri skont il-qafas ta' abilitazzjoni li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skont l-Artikolu 21(6) u l-Artikolu 22(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 biex jippromwovu u jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' awtokonsum ta' enerġija u ta' komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli.

vi. 

Valutazzjoni tal-ħtieġa li jinbnew infrastrutturi ġodda għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali prodotti minn sorsi rinnovabbli.

vii. 

Meta jkun applikabbli, miżuri speċifiċi dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija mill-bijomassa, b'mod speċjali għall-mobilizzazzjoni tal-bijomassa ġdida billi jitqiesu:

— 
id-disponibbiltà tal-bijomassa, inkluża l-bijomassa sostenibbli: kemm il-potenzjal domestiku kif ukoll l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
— 
użu ieħor tal-bijomassa minn setturi oħra (is-setturi agrikoli u forestali); kif ukoll miżuri għas-sostenibbiltà tal-produzzjoni u l-użu tal-bijomassa

3.1.3.   Elementi oħra tad-dimensjoni

i. 

Meta jkun applikabbli, politiki u miżuri nazzjonali li jaffettwaw is-settur tal-EU-ETS u valutazzjoni tal-komplementarjetà u l-impatti fuq l-EU-ETS

ii. 

Politiki u miżuri biex jintlaħqu miri nazzjonali oħra, meta jkun applikabbli

iii. 

Politiki u miżuri biex tinkiseb mobilità b'emissjonijiet baxxi (li tinkludi l-elettrifikazzjoni tat-trasport)

iv. 

Meta jkun applikabbli, politiki, skadenzi u miżuri nazzjonali ppjanati għall-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji tal-enerġija, b'mod partikolari għall-karburanti fossili

3.2.   Dimensjoni “effiċjenza enerġetika”

Politiki, miżuri u programmi ppjanati sabiex tinkiseb il-mira indikattiva għall-kontributi għall-effiċjenza enerġetika nazzjonali għall-2030 kif ukoll objettivi oħra msemmija fil-punt 2.2, li jinkludu miżuri u strumenti ppjanati (anke ta' natura finanzjarja) li jippromwovu l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, b'mod partikolari fir-rigward ta' dan li ġej:

i. 

Skemi ta' obbligi ta' effiċjenza enerġetika u miżuri ta' politika pubblika alternattivi skont l-Artikoli 7a u 7b u l-Artikolu 20(6) tad-Direttiva 2012/27/UE u li jridu jitħejjew skont l-Anness III għal dan ir-Regolament

ii. 

Strateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul biex tiġi sostnuta r-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat ( 7 ), li jinkludu politiki, miżuri u azzjonijiet li jistimulaw rinnovazzjonijiet profondi ta' nfiq effettiv u politiki u azzjonijiet li jimmiraw is-setturi tal-istokk tal-bini nazzjonali bl-agħar rendiment, b'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE

iii. 

Deskrizzjoni tal-politika u miżuri li jippromwovu s-servizzi tal-enerġija fis-settur pubbliku u miżuri li jneħħu l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji li jimpedixxu t-teħid tal-ikkuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija u mudelli ta' servizz tal-effiċjenza enerġetika ( 8 )

iv. 

Politiki, miżuri u programmi oħra ppjanati biex jilħqu l-kontributi indikattivi tal-effiċjenza enerġetika nazzjonali għall-2030 kif ukoll objettivi oħra msemmija fil-punt 2.2 (pereżempju miżuri biex jippromwovu r-rwol eżemplari tal-bini pubbliku u l-akkwist pubbliku effiċjenti fl-enerġija, miżuri li jippromwovu verifiki tal-enerġija u sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija ( 9 ), informazzjoni għall-konsumatur u miżuri ta' taħriġ ( 10 ), u miżuri oħra li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika ( 11 ))

v. 

Meta jkun applikabbli, deskrizzjoni tal-politiki u l-miżuri li jippromwovu r-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija lokali fil-kontribut għall-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri fil-punti i, ii, iii u iv

vi. 

Deskrizzjoni ta' miżuri biex jiġu żviluppati miżuri għall-użu tal-potenzjalitajiet tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku ( 12 )

vii. 

Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam, meta tkun applikabbli

viii. 

Miżuri ta' finanzjament, li jinkludu sostenn mill-Unjoni u l-użu ta' fondi tal-Unjoni, fil-qasam fil-livell nazzjonali

3.3.   Dimensjoni “sigurtà tal-enerġija” ( 13 )

i. 

Politiki u miżuri marbuta mal-elementi stabbiliti fil-punt 2.3 ( 14 )

ii. 

Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam

iii. 

Meta jkun applikabbli, il-miżuri finanzjarji f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, inklużi l-appoġġ mill-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni

3.4.   Dimensjoni “suq intern tal-enerġija” ( 15 )

3.4.1.   Infrastruttura tal-elettriku

i. 

Politiki u miżuri sabiex jinkiseb il-livell fil-mira tal-interkonnettività kif stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 4

ii. 

Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam ( 16 )

iii. 

Meta jkun applikabbli, il-miżuri finanzjarji f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, inklużi l-appoġġ mill-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni

3.4.2.   Infrastruttura tat-trażmissjoni tal-enerġija

i. 

Politiki u miżuri marbuta mal-elementi stabbiliti fil-punt 2.4.2, li jinkludu, meta jkun applikabbli, miżuri speċifiċi li jippermettu t-twassil ta' Proġetti ta' Interess Komuni (PCIs) u proġetti infrastrutturali ewlenin oħra

ii. 

Kooperazzjoni reġjonali f'dan il-qasam ( 17 )

iii. 

Meta jkun applikabbli, il-miżuri finanzjarji f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, inklużi l-appoġġ mill-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni

3.4.3.   Integrazzjoni tas-suq

i. 

Politiki u miżuri marbuta mal-elementi stabbiliti fil-punt 2.4.3

ii. 

Miżuri biex tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, bħall-grids intelliġenti, l-aggregazzjoni, ir-rispons għad-domanda, il-ħżin, il-ġenerazzjoni distribwita, il-mekkaniżmi għad-dispaċċ, ir-ridispaċċ u t-tnaqqis u s-sinjali tal-prezzijiet f'ħin reali, inkluża l-introduzzjoni tal-akkoppjament tas-swieq tal-istess ġurnata u tas-swieq tal-ibbilanċjar transfruntiera

iii. 

Meta jkun applikabbli, miżuri li jiżguraw il-parteċipazzjoni nondiskriminatorja tal-enerġija rinnovabbli, ir-rispons għad-domanda u l-ħżin, inkluż permezz tal-aggregazzjoni, fis-swieq kollha tal-enerġija

iv. 

Politiki u miżuri li jipproteġu lill-konsumaturi, speċjalment il-konsumaturi vulnerabbli u, meta jkun applikabbli, lil dawk f'sitwazzjoni ta' faqar enerġetiku, u li jtejbu l-kompetittività u l-kontestabbiltà tas-suq bl-imnut tal-enerġija.

v. 

Deskrizzjoni ta' miżuri li jippermettu u jiżviluppaw ir-rispons għad-domanda, li jinkludu dawk li jindirizzaw tariffi li jsostnu prezzijiet dinamiċi ( 18 )

3.4.4.   Faqar enerġetiku

i. 

Meta jkun applikabbli, politiki u miżuri sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-punt 2.4.4

3.5.   Dimensjoni “riċerka, innovazzjoni u kompetittività”

i. 

Politiki u miżuri marbuta mal-elementi stabbiliti fil-punt 2.5

ii. 

Meta jkun applikabbli, kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra f'dan il-qasam, li tinkludi – meta jkun xieraq – informazzjoni dwar kif l-objettivi u l-politiki tal-Pjan SET qed jiġu tradotti fil-kuntest nazzjonali.

iii. 

Meta jkun applikabbli, il-miżuri finanzjarji f'dan il-qasam fil-livell nazzjonali, inklużi l-appoġġ mill-Unjoni u l-użu tal-fondi tal-Unjoni

TAQSIMA B: BAŻI ANALITIKA ( 19 )

4.   SITWAZZJONI ATTWALI U PROJEZZJONIJIET B'POLITIKI U MIŻURI EŻISTENTI ( 20 ) ( 21 )

4.1.   Evoluzzjoni projettata ta' fatturi eżoġeni ewlenin li jinfluwenzaw is-sistema tal-enerġija u l-iżviluppi fl-emissjonijiet ta' GHGs

i. 

Previżjonijiet makroekonomiċi (PDG u tkabbir tal-popolazzjoni)

ii. 

Bidliet settorjali li mistennija jħallu impatt fuq is-sistema tal-enerġija u l-emissjonijiet ta' GHGs

iii. 

Xejriet tal-enerġija globali, prezzijiet internazzjonali tal-karburanti fossili, prezz tal-karbonju tal-EU-ETS

iv. 

Żviluppi fl-ispejjeż tat-teknoloġija

4.2.   Dimensjoni “dekarbonizzazzjoni”

4.2.1.   Emissjonijiet u assorbimenti ta' GHGs

i. 

Xejriet attwali fl-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' GHGs fl-EU ETS, il-kondiviżjoni tal-isforzi u s-setturi LULUCF u setturi differenti tal-enerġija

ii. 

Projezzjonijiet ta' żviluppi settorjali b'politiki u miżuri nazzjonali u tal-Unjoni eżistenti tal-anqas sal-2040 (li jinkludu għas-sena 2030)

4.2.2.   Enerġija rinnovabbli

i. 

Sehem attwali tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum gross ta' enerġija finali u f'oqsma differenti (tisħin u tkessiħ, elettriku u trasport) kif ukoll skont it-teknoloġija f'kull wieħed minn dawn is-setturi

ii. 

Projezzjonijiet indikattivi ta' żvilupp bil-politiki eżistenti għas-sena 2030 (b'perspettiva għas-sena 2040)

4.3.   Dimensjoni “effiċjenza enerġetika”

i. 

Konsum ta' enerġija primarja u finali attwali fl-ekonomija u skont is-settur (li jinkludi l-industrija, is-settur residenzjali, is-servizzi u t-trasport)

ii. 

Potenzjal attwali għall-applikazzjoni ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja u tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti ( 22 )

iii. 

Projezzjonijiet li jikkunsidraw il-politiki, il-miżuri u l-programmi ta' effiċjenza enerġetika eżistenti kif deskritt fil-punt 1.2.(ii) għall-konsum ta' enerġija primarja u finali għal kull settur tal-anqas sal-2040 (inkluż għas-sena 2030) ( 23 )

iv. 

Livelli kostottimali tar-rekwiżiti ta' prestazzjoni tal-enerġija minima li jirriżultaw minn kalkoli fil-livell nazzjonali, b'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/31/UE

4.4.   Dimensjoni “sigurtà tal-enerġija”

i. 

Taħlita tal-enerġija attwali, riżorsi tal-enerġija domestika, dipendenza fuq l-importazzjoni, inklużi r-riskji rilevanti

ii. 

Projezzjonijiet ta' żviluppi b'politiki u miżuri eżistenti tal-anqas sal-2040 (inkluż għas-sena 2030)

4.5.   Dimensjoni “suq intern tal-enerġija”

4.5.1.   Interkonnettività tal-elettriku

i. 

Livell ta' interkonnessjoni u interkonnetturi ewlenin attwali ( 24 )

ii. 

Projezzjonijiet tar-rekwiżiti ta' espansjoni tal-interkonnettur (inkluż għas-sena 2030) ( 25 )

4.5.2.   Infrastruttura tat-trażmissjoni tal-enerġija

i. 

Karatteristiċi ewlenin tal-infrastruttura ta' trażmissjoni eżistenti għall-elettriku u l-gass ( 26 )

ii. 

Projezzjonijiet għal rekwiżiti ta' espansjoni ta' netwerk tal-anqas sal-2040 (inkluż għas-sena 2030) ( 27 )

4.5.3.   Swieq tal-elettriku u l-gass, prezzijiet tal-enerġija

i. 

Sitwazzjoni attwali tas-swieq tal-elettriku u l-gass, li tinkludi l-prezzijiet tal-enerġija

ii. 

Projezzjonijiet ta' żviluppi b'politiki u miżuri eżistenti tal-anqas sal-2040 (inkluż għas-sena 2030)

4.6.   Dimensjoni “riċerka, innovazzjoni u kompetittività”

i. 

Sitwazzjoni attwali fis-settur tat-teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju u, kemm jista' jkun, il-pożizzjoni tiegħu fis-suq globali (din l-analiżi għandha titwettaq fil-livell globali jew tal-Unjoni)

ii. 

Livell attwali ta' riċerka pubblika u, meta tkun disponibbli, dik privata u nfiq fl-innovazzjoni fuq teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju, għadd attwali ta' privattivi, u għadd attwali ta' riċerkaturi

iii. 

Rendikont tal-elementi attwali tal-prezzijiet li jiffurmaw it-tliet komponenti ewlenin tal-prezz (enerġija, netwerk, taxxi/dazji)

iv. 

Deskrizzjoni tas-sussidji tal-enerġija, inkluż għall-karburanti fossili

5.   VALUTAZZJONI TAL-IMPATT TAL-POLITIKI U L-MIŻURI PPJANATI ( 28 )

5.1.   Impatti tal-politiki u l-miżuri ppjanati deskritti fit-taqsima 3 fuq is-sistema tal-enerġija u l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' GHGs, inkluż tqabbil tal-projezzjonijiet mal-politiki u l-miżuri eżistenti (kif deskritti fit-taqsima 4).

i. 

Projezzjonijiet tal-iżvilupp tas-sistema tal-enerġija u tal-emissjonijiet u l-assorbiment ta' GHGs kif ukoll – meta jkun rilevanti – tal-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja b'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/2284 skont il-politiki u l-miżuri ppjanati tal-anqas sa għaxar snin wara l-perijodu kopert mill-pjan (inkluż għall-aħħar sena tal-perijodu kopert mill-pjan), inklużi l-politiki u l-miżuri rilevanti tal-Unjoni.

ii. 

Valutazzjoni ta' interazzjonijiet tal-politika (bejn politiki u miżuri eżistenti u politiki u miżuri ppjanati fi ħdan dimensjoni politika u bejn politiki u miżuri eżistenti u politiki u miżuri ppjanati ta' dimensjonijiet differenti) tal-anqas sal-aħħar sena tal-perijodu kopert mill-pjan, b'mod partikolari biex jiġi stabbilit fehim robust tal-impatt tal-politiki dwar l-effiċjenza enerġetika / l-iffrankar enerġetiku fuq id-daqs tas-sistema tal-enerġija u biex jitnaqqas ir-riskju li investiment imur ħażin fil-provvista tal-enerġija

iii. 

Valutazzjoni tal-interazzjonijiet bejn il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri ppjanati, u bejn dawk il-politiki u l-miżuri u l-miżuri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika klimatika u enerġetika

5.2.   Impatti makroekonomiċi u – skont kemm ikun fattibbli – impatti soċjali, fuq is-saħħa, l-ambjent, l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-ħiliet, inklużi aspetti tranżitorji ġusti (f'termini ta' spejjeż u benefiċċji kif ukoll tal-kosteffikaċja) tal-politiki u l-miżuri ppjanati u deskritti fit-taqsima 3 tal-anqas sal-aħħar sena tal-perijodu kopert mill-pjan, li jinkludi tqabbil ta' projezzjonijiet ma' politiki u miżuri eżistenti

5.3.   Stampa ġenerali tal-ħtiġijiet ta' investiment

i. 

flussi ta' investiment eżistenti u suppożizzjonijiet ta' investiment bil-quddiem fir-rigward tal-politiki u l-miżuri ppjanati

ii. 

fatturi tar-riskji tas-settur jew tas-suq jew ostakli fil-kuntest nazzjonali jew reġjonali

iii. 

analiżi tal-appoġġ finanzjarju pubbliku addizzjonali jew riżorsi sabiex jimtlew id-diskrepanzi identifikati fil-punt ii

5.4.   Impatti tal-politiki u l-miżuri ppjanati deskritti fit-taqsima 3 fuq Stati Membri oħra u kooperazzjoni reġjonali tal-anqas sal-aħħar sena tal-perijodu kopert mill-pjan, inkluż tqabbil tal-projezzjonijiet mal-politiki u l-miżuri eżistenti

i. 

Impatti fuq is-sistema tal-enerġija fil-viċinat u fi Stati Membri oħra fir-reġjun sa fejn ikun possibbli

ii. 

Impatti fuq il-prezzijiet tal-enerġija, l-utilitajiet u l-integrazzjoni tas-suq tal-enerġija

iii. 

Meta jkun rilevanti, impatti fuq il-kooperazzjoni reġjonali

▼M2

5.5.   Il-kontribut tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119

▼B

Parti 2

Lista ta' parametri u varjabbli li jridu jiġu rapportati fit-Taqsima B tal-Pjanijiet Nazzjonali ( 29 ) ( 30 ) ( 31 ) ( 32 )

Il-parametri, il-fatturi varjabbli, il-bilanċi u l-indikaturi tal-enerġija li ġejjin għandhom jiġu rapportati fit-Taqsima B “Bażi Analitika” tal-Pjanijiet Nazzjonali, jekk jintużaw:

1.   Parametri u fatturi varjabbli ġenerali

(1) 

Popolazzjoni [f'miljuni]

(2) 

PDG [f'miljuni ta' euro]

(3) 

Valur gross settorjali miżjud [li jinkludi s-setturi industrijali, ta' kostruzzjoni, tas-servizzi u agrikoli ewlenin) [f'miljuni ta' euro]

(4) 

Għadd ta' unitajiet domestiċi [f'eluf]

(5) 

Daqs tal-unitajiet domestiċi [residenti/unitajiet domestiċi]

(6) 

Introjtu disponibbli tal-unitajiet domestiċi [f'euro]

(7) 

Għadd ta' kilometri tal-passiġġieri: il-modi kollha, jiġifieri maqsumin bejn triq (karozzi u xarabanks separati jekk possibbli), ferrovija, avjazzjoni u navigazzjoni domestika (meta jkun rilevanti) [f'miljun ta' pkm]

(8) 

Tunnellati-kilometri ta' trasport tal-merkanzija: il-modi kollha bl-esklużjoni ta' tbaħħir internazzjonali, jiġifieri maqsumin bejn triq, ferrovija, avjazzjoni, navigazzjoni domestika (passaġġi fuq l-ilma interni u trasport marittimu nazzjonali) [f'miljuni ta' tkm]

(9) 

Prezzijiet tal-importazzjoni taż-żejt, tal-gass u karburant tal-faħam [EUR/GJ jew euro/toe] ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni

(10) 

Prezz tal-karbonju tal-EU-ETS [EUR/EUA] ibbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni

(11) 

Suppożizzjonijiet fuq ir-rati tal-kambju għal EUR u USD (meta jkun applikabbli) [euro/munita u USD/munita]

(12) 

Għadd ta' Jiem ta' Gradi ta' Tisħin (HDD)

(13) 

Għadd ta' Jiem ta' Gradi ta' Tkessiħ (CDD)

(14) 

Suppożizzjonijiet dwar spejjeż ta' teknoloġija użati fl-immudellar għal teknoloġiji rilevanti ewlenin

2.   Bilanċi u indikaturi tal-enerġija

2.1.   Provvista tal-enerġija

(1) 

Produzzjoni indiġena skont it-tip ta' karburant (kull prodott tal-enerġija li jiġi prodott fi kwantitajiet sinifikanti) [ktoe]

(2) 

Importazzjonijiet netti skont it-tip ta' karburant (inkluż l-elettriku u maqsumin f'importazzjonijiet netti intra-UE u extra-UE) [ktoe]

(3) 

Dipendenza fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi [ %]

(4) 

Sorsi ewlenin tal-importazzjoni (pajjiżi) għal trasportaturi ewlenin tal-enerġija (inklużi l-gass u l-elettriku)

(5) 

Konsum Domestiku Gross tal-Enerġija skont is-sors tat-tip ta' karburant (li jinkludi solidi, il-prodotti kollha tal-enerġija: faħam, prodotti taż-żejt mhux maħdum u tal-petroleum, gass naturali, enerġija nukleari, elettriku, tisħin derivat, sorsi ta' enerġija rinnovabbli, skart) [ktoe]

2.2.   Elettriku u tisħin

(1) 

Ġenerazzjoni elettrika grossa [GWh]

(2) 

Ġenerazzjoni elettrika grossa skont il-karburant (il-prodotti kollha tal-enerġija) [GWh]

(3) 

Sehem ta' ġenerazzjoni tal-enerġija u tas-sħana kkombinati fil-ġenerazzjoni totali tal-elettriku u tas-sħana [ %]

(4) 

Ġenerazzjoni tal-kapaċità tal-elettriku skont is-sors, li tinkludi l-irtirar u investiment ġdid [MW]

(5) 

Ġenerazzjoni tas-sħana mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali

(6) 

Ġenerazzjoni tas-sħana minn impjanti tat-tisħin u tal-enerġija kkombinati, inkluża s-sħana industrijali mormija

(7) 

Kapaċitajiet ta' interkonnessjoni transkonfinali għall-gass u l-elettriku [Definizzjoni għall-elettriku skont l-eżitu tad-diskussjonijiet li għaddejjin abbażi tal-mira ta' interkonnessjoni ta' 15 %] u r-rati tal-użu projettat tagħhom

2.3.   Settur tat-trasformazzjoni

(1) 

Inputs tal-karburant għall-ġenerazzjoni tal-enerġija termali (li jinkludu solidi, żejt, gass) [ktoe]

(2) 

Inputs ta' karburant għal proċessi ta' konverżjoni oħra [ktoe]

2.4.   Konsum ta' enerġija

(1) 

Konsum ta' enerġija primarja u finali [ktoe]

(2) 

Konsum ta' enerġija finali skont is-settur (inklużi l-industrija, is-settur residenzjali, is-settur terzjarju, l-agrikoltura u t-trasport (inkluż it-trasport maqsum bejn il-passiġġieri u l-merkanzija, meta jkun disponibbli)) [ktoe]

(3) 

Konsum ta' enerġija finali skont il-karburant (il-prodotti kollha tal-enerġija) [ktoe]

(4) 

Konsum finali mhux tal-enerġija [ktoe]

(5) 

Intensità ta' enerġija primarja tal-ekonomija globali (konsum ta' enerġija primarja/PDG [toe/euro]

(6) 

Intensità ta' enerġija finali skont is-settur (inklużi l-industrija, is-settur residenzjali, is-settur terzjarju u t-trasport (inkluż it-trasport maqsum bejn il-passiġġieri u l-merkanzija, meta jkun disponibbli))

2.5.   Prezzijiet

(1) 

Prezzijiet tal-elettriku skont it-tip ta' użu tas-settur (residenzjali, industrijali, terzjarju)

(2) 

Prezzijiet nazzjonali tal-karburant bl-imnut (li jinkludu t-taxxi, skont is-sors u s-settur) [euro/ktoe]

2.6.   Investiment

Spejjeż tal-investiment fis-setturi tat-trasformazzjoni, il-provvista, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija

2.7.   Sorsi ta' enerġija rinnovabbli

(1) 

Konsum finali gross ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum gross ta' enerġija finali u skont is-settur (elettriku, tisħin u tkessiħ, trasport) u skont it-teknoloġija

(2) 

Ġenerazzjoni tal-elettriku u tat-tisħin mill-enerġija rinnovabbli fil-bini; dan għandu jinkludi, meta tkun disponibbli, data diżaggregata fuq l-enerġija prodotta, ikkonsmata u injettata fil-grid minn sistemi solari fotovoltajċi, sistemi termali solari, bijomassa, pompi tas-sħana, sistemi ġeotermiċi kif ukoll sistemi tal-enerġija rinnovabbli deċentralizzati

(3) 

Meta jkun applikabbli, trajettorji nazzjonali oħra, li jinkludu dawk li jkunu fit-tul jew settorjali s-sehem ta' bijokarburanti minn kultivazzjonijiet alimentari u dawk avvanzati, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, kif ukoll l-enerġija rinnovabbli prodotta fl-ibliet u fil-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli.

3.   Indikaturi relatati ta' emissjonijiet u assorbimenti ta' GHGs

(1) 

Emissjonijiet ta' GHGs skont is-settur tal-politika (l-EU-ETS, il-kondiviżjoni tal-isforzi u l-LULUCF)

(2) 

Emissjonijiet ta' GHGs skont is-settur IPCC u skont il-gass (meta jkun rilevanti, maqsumin bejn l-EU-ETS u setturi għall-kondiviżjoni tal-isforzi) [tCO2eq]

(3) 

Intensità tal-karbonju tal-ekonomija globali [tCO2eq/PDG]

(4) 

Indikaturi relatati mas-CO2

(a) 

Intensità f'termini ta' GHGs tal-ġenerazzjoni domestika ta' sħana u elettriku [tCO2eq/MWh]

(b) 

Intensità f'termini ta' GHGs tal-konsum ta' enerġija finali skont is-settur [tCO2eq/toe]

(5) 

Parametri marbuta ma' emissjonijiet mhux ta' CO2

(a) 

Bhejjem: baqar tal-ħalib [1 000  waħda], baqar mhux tal-ħalib [1 000  waħda], nagħaġ [1 000  waħda], ħnieżer [1 000  wieħed], tjur [1 000  waħda]

(b) 

Input ta' nitroġenu mill-bexx ta' fertilizzanti sintetiċi [kt ta' nitroġenu]

(c) 

Input ta' nitroġenu mit-tpoġġija tad-demel [kt nitroġenu]

(d) 

Nitroġenu fiss fl-għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu [kt ta' nitroġenu]

(e) 

Nitroġenu f'residwi tal-għelejjel ritornati fil-ħamrija [kt ta' nitroġenu]

(f) 

Erja ta' ħamrija organika kkultivata [ettari]

(g) 

Ġenerazzjoni tal-iskart solidu muniċipali (MSW)

(h) 

Skart solidu muniċipali (MSW) li jintrema fil-miżbliet

(i) 

Sehem ta' rkupru ta' CH4 fil-ġenerazzjoni totali ta' CH4 mill-miżbliet [%]




ANNESS II

KONTRIBUTI NAZZJONALI GĦAS-SEHEM TA' ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI FIL-KONSUM FINALI GROSS TA' ENERĠIJA FL-2030

1. Il-formula indikattiva li ġejja tirrappreżenta l-kriterji oġġettivi elenkati fil-punti (e)(i) sa (v) tal-Artikolu 5(1), kull wieħed espress f'punti perċentwali:

(a) 

il-mira vinkolanti nazzjonali tal-Istat Membru għall-2020 kif stabbilita fit-tielet kolonna tat-tabella Anness I tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b) 

kontribut b'rata fissa (CFlat);

(c) 

kontribut abbażi tal-PDG per capita (CGDP);

(d) 

kontribut abbażi tal-potenzjal (CPotential);

(e) 

kontribut li jirrifletti l-livell ta' interkonnessjoni tal-Istat Membru (CInterco).

2. Is-CFlat għandu jkun l-istess għal kull Stat Membru. Is-CFlat tal-Istati Membri kollha flimkien għandu jikkontribwixxi 30 % tad-differenza bejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 u l-2020.

3. Is-CGDP għandu jiġi allokat bejn l-Istati Membri abbażi tal-indiċi tal-PDG per capita tal-Eurostat għall-medja tal-Unjoni tul il-perijodu 2013 sal-2017, espress fi standard tal-poter tal-akkwist, b'indiċi massimu ta' 150 % tal-medja tal-Unjoni għal kull Stat Membru individwali. Is-CGDP tal-Istati Membri kollha flimkien għandu jikkontribwixxi 30 % tad-differenza bejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 u l-2020.

4. Is-CPotential għandu jiġi allokat bejn l-Istati Membri abbażi tad-differenza bejn is-sehem tal-RES ta' Stat Membru fl-2030 kif muri fix-xenarju PRIMES u l-miri nazzjonali vinkolanti tiegħu għall-2020. Is-CPotential tal-Istati Membri kollha flimkien għandu jikkontribwixxi 30 % tad-differenza bejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 u l-2020.

5. Is-CInterco għandu jkun allokat bejn l-Istati Membri abbażi ta' indiċi tas-sehem tal-interkonnessjoni elettrika meta mqabbel mal-medja tal-Unjoni fl-2017, imkejjel bil-kapaċità ta' trasferiment nett fuq it-total ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni installata, b'indiċi tas-sehem tal-interkonnessjoni massimu ta' 150 % tal-medja tal-Unjoni għal kull Stat Membru individwali. Is-CInterco tal-Istati Membri kollha flimkien għandu jikkontribwixxi għal 10 % tad-differenza bejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 u l-2020.




ANNESS III

NOTIFIKA TAL-MIŻURI U L-METODOLOĠIJI TAL-ISTATI MEMBRI BIEX JIMPLIMENTAW L-ARTIKOLU 7 TAD-DIRETTIVA 2012/27/UE

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-metodoloġija dettaljata proposta minnhom lill-Kummissjoni b'konformità mal-punt 5 tal-Anness V tad-Direttiva 2012/27/UE għall-operat tal-iskemi ta' obbligu ta' effiċjenza enerġetika u l-miżuri ta' politika pubblika alternattivi msemmija fl-Artikoli 7a u 7b u fl-Artikolu 20(6) ta' dik id-Direttiva.

1.   Il-kalkolu tal-livell tar-rekwiżit ta' ffrankar enerġetiku għandu jinkiseb fuq il-perijodu kollu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030, sabiex jintwera kif l-elementi li ġejjin jittieħdu inkunsiderazzjoni:

(a) 

il-konsum annwali ta' enerġija finali, fuq il-medja tal-perijodu tat-tliet snin l-aktar reċenti qabel l-1 ta' Jannar 2019 [f'ktoe];

(b) 

l-ammont kumulattiv totali ta' ffrankar enerġetiku fil-konsum finali li għandu jinkiseb [f'ktoe] skont il-punt (b) tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(c) 

id-data użata fil-kalkolu tal-konsum ta' enerġija finali u s-sorsi ta' din id-data, inkluża ġustifikazzjoni għall-użu ta' sorsi tal-istatistika alternattivi u kwalunkwe differenza fil-kwantitajiet li jirriżultaw (jekk jintużaw sorsi oħra li mhumiex ta' Eurostat);

2.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw xi waħda mill-possibbiltajiet skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2012/27/UE għandhom jinnotifikaw ukoll il-kalkolu tagħhom tal-livell tar-rekwiżit ta' ffrankar enerġetiku li għandu jinkiseb matul il-perijodu kollu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030, u li juru kif jitqiesu wkoll l-elementi li ġejjin:

(a) 

ir-rata ta' ffrankar annwali tagħhom;

(b) 

il-bażi tal-kalkolu tagħhom u l-enerġija użata fit-trasport, kompletament jew parzjalment, eskluż mill-kalkolu [f'ktoe];

(c) 

l-ammont kumulattiv ta' ffrankar enerġetiku kkalkulat matul il-perijodu kollu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 (qabel l-applikazzjoni tal-għażliet imsemmija fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE) [f'ktoe];

(d) 

l-applikazzjoni tal-għażliet imsemmija fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE:

(i) 

il-konsum ta' enerġija finali fl-attivitajiet industrijali [f'ktoe] elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE esklużi mill-kalkolu, b'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(ii) 

l-ammont ta' ffrankar enerġetiku [f'ktoe] miksub fis-setturi ta' trasformazzjoni, distribuzzjoni u trażmissjoni tal-enerġija, anke permezz ta' infrastruttura effiċjenti ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, b'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(iii) 

l-ammont ta' enerġija ffrankata [f'ktoe] li jirriżulta minn azzjonijiet individwali ġodda li jkunu ġew implimentati mill-31 ta' Diċembru 2008 u li jibqa' jkollhom impatt fl-2020 u lil hinn, b'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(iv) 

l-ammont ta' enerġija ffrankata [f'ktoe] li jirriżulta minn miżuri ta' politika pubblika, sakemm ikun jista' jintwera li dawk il-miżuri ta' politika pubblika jirriżultaw f'azzjonijiet individwali mwettqa mill-1 ta' Jannar 2018 u sal-31 ta' Diċembru 2020, u jwasslu għal iffrankar wara l-31 ta' Diċembru 2020, b'konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(v) 

l-ammont ta' enerġija ġġenerata [f'ktoe] fuq jew fil-bini għal użu proprju b'riżultat ta' miżuri ta' politika li jippromwovu l-installazzjoni ġdida ta' teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli, skont il-punt (f) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(vi) 

l-ammont ta' ffrankar enerġetiku [f'ktoe] li jeċċedi l-enerġija ffrankata kumulattiva meħtieġa fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2020 u li l-Istati Membri jgħodduh għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta' Diċembru 2030 b'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(e) 

l-ammont kumulattiv totali ta' enerġija ffrankata (wara l-applikazzjoni tal-għażliet imsemmija fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE.

3.   Miżuri ta' politika pubblika b'kunsiderazzjoni tal-kisba tar-rekwiżit tal-iffrankar imsemmi fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2012/27/UE:

3.1.   Skemi ta' obbligu tal-effiċjenza enerġetika msemmija fl-Artikolu 7a tad-Direttiva 2012/27/UE:

(a) 

deskrizzjoni tal-iskema ta' obbligu tal-effiċjenza enerġetika;

(b) 

l-iffrankar mistenni tal-ammont annwali u kumulattiv u d-durata tal-perijodu/i ta' obbligu;

(c) 

il-partijiet obbligati u r-responsabbiltajiet tagħhom;

(d) 

setturi fil-mira;

(e) 

azzjonijiet eliġibbli pprovduti skont din il-miżura;

(f) 

informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2012/27/UE:

(i) 

meta jkun applikabbli, azzjonijiet speċifiċi, sehem ta' ffrankar li jrid jinkiseb fl-unitajiet domestiċi affettwati minn faqar enerġetiku b'konformità mal-Artikolu 7(11);

(ii) 

iffrankar miksub mill-fornituri tas-servizz tal-enerġija jew minn partijiet terzi oħra b'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 7a(6);

(iii) 

“operazzjonijiet bankarji u self” b'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 7a(6);

(g) 

meta jkun rilevanti, informazzjoni dwar negozjar fl-iffrankar enerġetiku.

3.2.   Miżuri alternattivi msemmija fl-Artikolu 7b u l-Artikolu 20(6) tad-Direttiva 2012/27/UE (għajr it-tassazzjoni):

(a) 

tip ta' miżura politika;

(b) 

deskrizzjoni fil-qosor tal-miżura politika, li tinkludi l-karatteristiċi tad-disinn għal kull miżura politika notifikata;

(c) 

l-ammont kumulattiv u annwali totali mistenni ta' ffrankar għal kull miżura u/jew l-ammont tal-enerġija ffrankata fir-rigward ta' kwalunkwe perijodu intermedjarju;

(d) 

l-awtoritajiet pubbliċi tal-implimentazzjoni, il-partijiet tal-parteċipazzjoni jew fdati u r-responsabbiltajiet tagħhom għall-implimentazzjoni tal-miżura/i;

(e) 

setturi fil-mira;

(f) 

azzjonijiet eliġibbli pprovduti skont din il-miżura;

(g) 

meta jkun applikabbli, miżuri ta' politika pubblika speċifiċi jew azzjonijiet individwali li jkollhom fil-mira l-faqar enerġetiku.

3.3.   Informazzjoni dwar miżuri ta' tassazzjoni:

(a) 

deskrizzjoni fil-qosor tal-miżura ta' tassazzjoni;

(b) 

durata tal-miżura ta' tassazzjoni;

(c) 

l-awtorità pubblika tal-implimentazzjoni;

(d) 

ammont kumulattiv u annwali mistenni ta' ffrankar għal kull miżura;

(e) 

l-oqsma u s-settur tal-kontribwenti fil-mira;

(f) 

il-metodoloġija tal-kalkolu, inkluż liema elastiċitajiet tal-prezz huma użati u kif ikun ġew stabbiliti, b'konformità mal-punt (4) tal-Anness V tad-Direttiva 2012/27/UE.

4.   Metodoloġija tal-kalkolu għal miżuri notifikati skont l-Artikoli 7a u 7b u l-Artikolu 20(6) tad-Direttiva 2012/27/UE (għajr għall-miżuri ta' tassazzjoni):

(a) 

metodi ta' kejl użati msemmija fil-punt 1 tal-Anness V tad-Direttiva 2012/27/UE;

(b) 

metodu li jesprimi l-iffrankar enerġetiku (iffrankar ta' enerġija primarja jew finali);

(c) 

Ħajjet il-miżuri, ir-rata li biha l-iffrankar jonqos maż-żmien u l-approċċ użat sabiex titqies ħajjet l-iffrankar;

(d) 

deskrizzjoni fil-qosor tal-metodoloġija tal-kalkolu, li tinkludi kif jiġu żgurati l-addizzjonalità u l-materjalità tal-iffrankar u liema metodoloġiji u punti ta' riferiment qed jintużaw għall-iffrankar stmat u għall-iffrankar skalat;

(e) 

informazzjoni dwar kif il-possibbiltà ta' trikkib bejn il-miżuri u l-azzjonijiet individwali tiġi indirizzata biex jiġi evitat l-għadd doppju tal-iffrankar enerġetiku;

(f) 

meta jkun rilevanti, varjazzjonijiet klimatiċi u l-approċċ użat.

5.   Monitoraġġ u verifika

(a) 

deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta' monitoraġġ u verifika u l-proċess tal-verifika;

(b) 

l-awtorità pubblika tal-implimentazzjoni u r-responsabbiltajiet ewlenin tagħha għas-sistema ta' monitoraġġ u ta' verifika fir-rigward tal-iskema ta' obbligu tal-effiċjenza enerġetika jew miżuri alternattivi;

(c) 

l-indipendenza tal-monitoraġġ u l-verifika mill-partijiet obbligati, parteċipanti jew fdati;

(d) 

proporzjon statistikament sinifikanti ta' miżuri ta' titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-proporzjon u l-kriterji użati li jiddefenixxu u jagħżlu kampjun rappreżentattiv;

(e) 

l-obbligi ta' rapportar għall-partijiet obbligati (iffrankar miksub minn kull parti obbligata, jew kull sottokategorija ta' parti obbligata, u t-total ta' kollox skont l-iskema).

(f) 

pubblikazzjoni tal-iffrankar enerġetiku miksub (kull sena) skont l-iskema ta' obbligu ta' effiċjenza enerġetika u miżuri alternattivi;

(g) 

informazzjoni dwar il-liġi tal-Istat Membru rigward il-penali li jridu jiġu applikati fil-każ ta' nuqqas ta' konformità;

(h) 

informazzjoni dwar il-miżuri ta' politika pprovduti fil-każ li l-progress ma jkunx sodisfaċenti.




ANNESS IV

QAFAS ĠENERALI GĦAL STRATEĠIJI FIT-TUL

1.   STAMPA ĠENERALI U PROĊESS GĦALL-IŻVILUPP TAL-ISTRATEĠIJI

1.1.

Sommarju eżekuttiv

1.2.

Kuntest legali u politiku

1.3.

Konsultazzjoni pubblika

2.   KONTENUT

2.1.   TNAQQIS TOTALI F'EMISSJONIJIET TA' GHGs U TITJIB FL-ASSORBIMENTI MILL-BJAR

2.1.1.

Projezzjonijiet għal tnaqqis fl-emissjonijiet u titjib fl-assorbimenti sal-2050

2.1.2.

Mira nazzjonali għall-2030 u lil hinn, jekk tkun disponibbli, u tragwardi indikattivi għall-2040 u l-2050

2.1.3.

Politiki u miżuri ta' adattament

2.2.   ENERĠIJA RINNOVABBLI

2.2.1

Skont kemm ikun fattibbli, is-sehem probabbli stmat ta' enerġija rinnovabbli fil-konsum ta' enerġija finali sal-2050

2.3.   EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

2.3.1.

Skont kemm ikun fattibbli, il-konsum probabbli stmat ta' enerġija sal-2050

2.4.   KONTENUT RELATAT SPEĊIFIKU GĦAS-SETTUR

2.4.1.   Sistema tal-enerġija

2.4.1.1.

Trajettorja jew firxa tal-emissjonijiet futuri previsti jew probabbli

2.4.1.2.

Deskrizzjoni ġenerali tal-motivaturi ewlenin tal-effiċjenza enerġetika, il-flessibbiltà tad-domanda u l-konsum tal-enerġija u l-evoluzzjoni tagħhom mill-2021 u lil hinn

2.4.2.   Industrija

2.4.2.1.

Tnaqqis mistenni fl-emissjonijiet skont is-settur u d-domanda tal-enerġija

2.4.2.2.

Stampa ġenerali tal-politiki, il-pjanijiet u l-miżuri eżistenti għad-dekarbonizzazzjoni kif deskritti fil-punt 2.1 tat-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness I

2.4.3.   Trasport

2.4.3.1.

Emissjonijiet mistennija u sorsi tal-enerġija skont it-tip ta' trasport (pereżempju karozzi u vannijiet, trasport b'vetturi tqal, trasport bil-baħar, avjazzjoni, ferrovija)

2.4.3.2.

Għażliet għad-dekarbonizzazzjoni

2.4.4.   Agrikoltura u użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u forestrija (LULUCF)

2.4.4.1.

Skont kemm ikun fattibbli, l-emissjonijiet mistennija skont is-sorsi u l-GHGs individwali

2.4.4.2.

L-għażliet previsti għat-tnaqqis fl-emissjonijiet

2.4.4.3.

Rabtiet ma' politiki fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

3.   FINANZJAMENT

3.1.

Stimi ta' investimenti meħtieġa

3.2.

Politiki u miżuri għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni relatati

4.   VALUTAZZJONI TAL-IMPATT TAL-ASPETTI SOĊJOEKONOMIĊI

5.   ANNESSI (skont il-bżonn)

5.1.

Dettalji dwar immudellar (inklużi preżunzjonijiet) u/jew analiżi, indikaturi eċċ.




ANNESS V

INFORMAZZJONI DWAR L-INVENTARJI TA' GHGs

Parti 1

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 26(3):

(a) 

l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' GHGs elenkati fil-Parti 2 ta' dan l-Anness u l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' GHGs imsemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2018/842 għas-sena X-2;

(b) 

data dwar l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' monossidu tal-karbonju (CO), diossidu tal-kubrit (SO2), ossidi tan-nitroġenu (NOx) u komposti organiċi volatili, konsistenti mad-data diġà rapportata b'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2016/2284 għas-sena X-2;

(c) 

l-emissjonijiet antropoġeniċi ta' GHGs mis-sorsi u l-assorbimenti ta' CO2 mill-bjar li jirriżultaw mil-LULUCF, għas-sena X-2, b'konformità mal-metodoloġiji speċifikati fil-Parti 3 ta' dan l-Anness. Din id-data għandha tkun rilevanti wkoll għar-rapport ta' konformità skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/841;

(d) 

kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għas-snin bejn is-sena jew perijodu bażi rilevanti u s-sena X-3, billi jiġu indikati r-raġunijiet għal dawk il-bidliet;

(e) 

informazzjoni dwar l-indikaturi, kif stabbilit fil-Parti 4 ta' dan l-Anness, għas-sena X-2;

(f) 

informazzjoni fil-qosor dwar trasferimenti konklużi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2018/842 u l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) 2018/841 għas-sena X-1;

(g) 

informazzjoni dwar il-passi meħuda sabiex jittejbu l-estimi tal-inventarju, b'mod partikolari f'oqsma tal-inventarju li kienu soġġetti għal aġġustamenti jew rakkomandazzjonijiet wara rieżamijiet esperti;

(h) 

l-allokazzjoni reali jew stmata tal-emissjonijiet verifikati rapportati minn operaturi tal-installazzjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE għall-kategoriji tas-sors tal-inventarju nazzjonali għall-GHGs u l-proporzjon ta' dawk l-emissjonijiet verifikati mal-emissjonijiet totali rapportati ta' GHGs f'dawk il-kategoriji tas-sors, għas-sena X-2;

(i) 

meta jkun rilevanti, ir-riżultati tal-verifiki mwettqa dwar il-konsistenza tal-emissjonijiet rapportati fl-inventarji tal-GHGs, għas-sena X-2, bl-emissjonijiet ivverifikati rapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE;

(j) 

meta jkun rilevanti, ir-riżultati tal-verifiki mwettqa fuq il-konsistenza tad-data użata biex jiġu stmati l-emissjonijiet bi tħejjija għall-inventarji tal-GHGs, għas-sena X-2, ma':

(i) 

id-data użata biex jitħejjew l-inventarji tas-sustanzi li jniġġsu l-arja skont id-Direttiva (UE) 2016/2284;

(ii) 

id-data rapportata skont l-Artikolu 19(1) u l-Anness VII, tar-Regolament (UE) Nru 517/2014;

(iii) 

id-data dwar l-enerġija rapportata skont l-Artikolu 4, u l-Anness B, tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008;

(k) 

deskrizzjoni tal-bidliet fis-sistema tal-inventarju nazzjonali tagħhom, jekk ikun hemm;

(l) 

deskrizzjoni tal-bidliet fir-reġistru nazzjonali, jekk ikun hemm;

(m) 

informazzjoni dwar l-assikurazzjoni tal-kwalità u l-pjanijiet tal-kontroll tal-kwalità tagħhom, valutazzjoni ġenerali tal-inċertezza, valutazzjoni ġenerali tal-kompletezza u, kwalunkwe element ieħor tar-rapport nazzjonali tal-inventarju ta' GHGs meħtieġ għat-tħejjija tar-rapport ta' inventarju tal-GHGs tal-Unjoni;

(n) 

informazzjoni dwar l-intenzjonijiet tal-Istat Membru li jagħmel użu mill-flessibbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 5(4) u (5) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2018/842 u dwar l-użu tad-dħul skont l-Artikolu 5(6) ta' dak ir-Regolament.

Stat Membru jista' jitlob li jingħata deroga mill-Kummissjoni mill-punt (c) tal-ewwel paragrafu biex japplika metodoloġija differenti minn dik speċifikata fil-Parti 3 ta' dan l-Anness jekk fejn it-titjib tal-metodoloġija meħtieġ ma jistax jinkiseb fil-ħin biex jitqies it-titjib fl-inventarji tal-GHGs għall-perijodu 2021 sa 2030, jew fejn l-ispiża tat-titjib tal-metodoloġija jkun għoli b'mod sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji tal-applikazzjoni ta' tali metodoloġija biex tittejjeb il-kontabbilià għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minħabba l-importanza baxxa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mir-raggruppamenti ta' karbonju konċernati. L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw minn din id-deroga għandhom jippreżentaw talba motivata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020, fejn jindikaw sa meta t-titjib tal-metodoloġija jista' jiġi implimentat, il-metodoloġija alternattiva proposta jew it-tnejn, u valutazzjoni tal-impatti potenzjali fuq l-eżattezza tal-kontabbiltà. Il-Kummissjoni tista' titlob li tingħata informazzjoni addizzjonali f'perijodu ta' żmien raġonevoli speċifiku. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li t-talba hija ġustifikata, għandha tagħti deroga. Jekk il-Kummissjoni tiċħad it-talba, hija għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

Parti 2

Il-GHGs li jridu jiġu koperti huma:

Diossidu tal-Karbonju (CO2)
Metan (CH4)
Ossidu Nitruż (N2O)
Eżafluworur tal-kubrit (SF6)
Trifluworur tan-nitroġenu (NF3)

Idrofluworokarburi (HFCs):

— 
HFC-23 CHF3
— 
HFC-32 CH2F2
— 
HFC-41 CH3F
— 
HFC-125 CHF2CF3
— 
HFC-134 CHF2CHF2
— 
HFC-134a CH2FCF3
— 
HFC-143 CH2FCHF2
— 
HFC-143a CH3CF3
— 
HFC-152 CH2FCH2F
— 
HFC-152a CH3CHF2
— 
HFC-161 CH3CH2F
— 
HFC-227ea CF3CHFCF3
— 
HFC-236cb CF3CF2CH2F
— 
HFC-236ea CF3CHFCHF2
— 
HFC-236fa CF3CH2CF3
— 
HFC-245fa CHF2CH2CF3
— 
HFC-245ca CH2FCF2CHF2
— 
HFC-365mfc CH3CF2CH2CF3
— 
HFC-43-10mee CF3CHFCHFCF2CF3 jew (C5H2F10)

Perfluworokarburi (PFCs):

— 
PFC-14, Perfluworometan, CF4
— 
PFC-116, Perfluworoetan, C2F6
— 
PFC-218, Perfluworopropan, C3F8
— 
PFC-318, Perfluworoċiklobutan, C4F8
— 
Perfluworoċiklopropan, c-C3F6
— 
PFC-3-1-10, Perfluworobutan, C4F10
— 
PFC-4-1-12, Perfluworopentan, C5F12
— 
PFC-5-1-14, Perfluworoeżan, C6F14
— 
PFC-9-1-18, C10F18

Parti 3

Metodoloġiji għall-monitoraġġ u r-rapportar fis-settur tal-LULUCF

Data ta' konverżjoni tal-użu tal-art ġeografikament espliċita skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.

Il-metodoloġija tal-Grad 1 skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.

Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minn raggruppament ta' karbonju li jifforma mill-inqas 25-30 % tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti f'kategorija ta' sors jew bir li tkun prijoritizzata fi ħdan sistema ta' inventarju nazzjonali ta' Stat Membru peress li l-istima tiegħu ikollha influwenza sinifikanti fuq l-inventarju totali ta' pajjiż ta' GHGs f'termini tal-livell assolut ta' emissjonijiet u assorbimenti, ix-xejra fl-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew l-inċertezza fl-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-kategoriji tal-użu tal-art, mill-inqas metodoloġija tal-Grad 2 skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.

L-Istati Membri huma mħeġġa japplikaw il-metodoloġija tal-Grad 3, skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.

Parti 4

Indikaturi tal-inventarju



Titlu tal-indikatur

Indikatur

TRASFORMAZZJONI B0

Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' impjanti tal-enerġija pubbliċi u awtoprodutturi, t/TJ

Emissjonijiet ta' CO2 minn stazzjonijiet tal-enerġija pubbliċi u termali awtoprodutturi, kt diviżi bil-prodotti kollha – output minn stazzjonijiet tal-enerġija pubbliċi u termali awtoprodutturi, PJ

TRASFORMAZZJONI E0

Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' impjanti awtoprodutturi, t/TJ

Emissjonijiet ta' CO2 minn awtoprodutturi, kt diviżi bl-output tal-prodotti kollha minn stazzjonijiet tal-enerġija termali awtoprodutturi, PJ

INDUSTRIJA A1.1

Intensità totali ta' CO2 – industrija tal-ħadid u l-azzar, t/miljun euro

Emissjonijiet totali ta' CO2 minn ħadid u azzar, kt diviżi bil-valur gross miżjud – industrija tal-ħadid u l-azzar

INDUSTRIJA A1.2

Intensità ta' CO2 marbuta mal-enerġija – industrija kimika, t/miljun euro

Emissjonijiet ta' CO2 ta' industriji kimiċi marbuta mal-enerġija, kt diviżi bil-valur gross miżjud – industrija kimika

INDUSTRIJA A1.3

Intensità ta' CO2 marbuta mal-enerġija – ħġieġ, fuħħar u l-industrija tal-materjal tal-bini, t/miljun euro

Emissjonijiet ta' CO2 marbuta mal-enerġija ħġieġ, fuħħar u materjal tal-bini, kt diviżi bil-valur gross miżjud – ħġieġ, fuħħar u l-industrija tal-materjal tal-bini

INDUSTRIJA A1.4

Intensità ta' CO2 marbuta mal-enerġija – industrija tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, t/miljun euro

Emissjonijiet ta' CO2 marbuta mal-enerġija mill-industrija tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, kt diviżi bil-valur gross miżjud – industrija tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, miljun euro (EC95)

INDUSTRIJA A1.5

Intensità ta' CO2 marbuta mal-enerġija – industrija tal-karta u tal-istampar, t/miljun euro

Emissjonijiet ta' CO2 marbuta mal-enerġija, kt – Valur gross miżjud – industrija tal-karta u tal-istampar, miljun euro (EC95)

UNITAJIET DOMESTIĊI A0

Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-unitajiet domestiċi għat-tisħin tal-ispazju, t/m2

Emissjonijiet ta' CO2 tal-unitajiet domestiċi għat-tisħin tal-ispazju diviżi bl-erja tas-superfiċe ta' djar okkupati b'mod permanenti, miljun m2

SERVIZZI B0

Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tas-settur kummerċjali u istituzzjonali għal tisħin tal-ispazju, kg/m2

Emissjonijiet ta' CO2 minn tisħin tal-ispazji fil-qasam kummerċjali u istituzzjonali, kt diviżi bl-erja tas-superfiċe ta' bini tas-servizzi, miljuni ta' m2

TRASPORT B0

Emissjonijiet speċifiċi tad-diżil relatati mas-CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri, g/100 km

TRASPORT B0

Emissjonijiet speċifiċi tal-petrol relatati mas-CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri, g/100 km




ANNESS VI

INFORMAZZJONI DWAR POLITIKI U MIŻURI FIL-QASAM TAL-EMISSJONIJIET TA' GHGs

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 18:

(a) 

deskrizzjoni tas-sistema nazzjonali tagħhom għal rapportar dwar politiki u miżuri, jew gruppi ta' miżuri, u għal rapportar dwar projezzjonijiet ta' emissjonijiet antropoġeniċi ta' GHGs minn sorsi u assorbimenti minn bjar b'konformità mal-Artikolu 39(1) jew informazzjoni dwar kull bidla magħmula lil dik is-sistema fejn tkun diġà ġiet fornuta deskrizzjoni bħal dik;

(b) 

aġġornamenti rilevanti għall-istrateġiji fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15 u l-progress fl-implimentazzjoni ta' dawk l-istrateġiji;

(c) 

informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali, jew gruppi ta' miżuri, u dwar l-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri tal-Unjoni, jew gruppi ta' miżuri li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta' GHGs mis-sorsi jew li jsaħħu l-assorbiment mill-bjar, ippreżentata fuq bażi settorjali u organizzata skont il-gass jew grupp tal-gassijiet (HFCs u PFCs) elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V. Dik l-informazzjoni għandha tirreferi għal politiki nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u rilevanti u għandha tinkludi:

(i) 

l-objettiv tal-politika jew tal-miżura u deskrizzjoni qasira tal-politika jew tal-miżura;

(ii) 

it-tip ta' strument politiku;

(iii) 

l-istatus tal-implimentazzjoni tal-politika jew miżura jew grupp ta' miżuri;

(iv) 

indikaturi użati biex jagħmlu monitoraġġ u jevalwaw il-progress matul iż-żmien;

(v) 

meta jkunu disponibbli, stimi kwantitattivi tal-effetti fuq l-emissjonijiet minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' GHGs li jitqassmu fi:

— 
ir-riżultati tal-valutazzjonijiet ex ante tal-effetti ta' politiki u miżuri individwali, jew gruppi tagħhom, fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-istimi għandhom jiġu provduti għal sekwenza ta' erba' snin futuri li jispiċċaw b'0 jew 5 immedjatament wara s-sena ta' rapportar sussegwenti, b'distinzjoni bejn l-emissjonijiet ta' GHGs koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament (UE) 2018/842 u r-Regolament (UE) 2018/841;
— 
ir-riżultati tal-valutazzjonijiet ex post dwar l-effetti ta' politiki u miżuri individwali jew gruppi tagħhom fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, meta jkunu disponibbli, b'distinzjoni bejn l-emissjonijiet ta' GHGs koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament (UE) 2018/842 u r-Regolament (UE) 2018/841;
(vi) 

stimi disponibbli tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' politiki u miżuri projettati kif ukoll stimi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' politiki u miżuri realizzati;

(vii) 

ir-referenzi kollha eżistenti għall-valutazzjonijiet tal-ispejjeż u l-effetti tal-politiki u l-miżuri nazzjonali, għal informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta' GHGs mis-sorsi jew itejbu l-assorbimenti mill-bjar u għar-rapporti tekniċi sottostanti;

▼M2

(viii) 

valutazzjoni tal-kontribut tal-politika jew tal-miżura biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u biex tinkiseb l-istrateġija fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;

▼B

(d) 

informazzjoni dwar politiki u miżuri, jew gruppi ta' miżuri, nazzjonali addizzjonali ppjanati previsti bil-ħsieb li jillimitaw l-emissjonijiet ta' GHGs lil hinn mill-impenji tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842 u r-Regolament (UE) 2018/841;

(e) 

informazzjoni rigward ir-rabtiet ta' bejn politiki u miżuri, jew gruppi ta' miżuri, differenti rapportati skont il-punt (c) u l-mod kif politiki u miżuri, jew gruppi ta' miżuri, bħal dawn jikkontribwixxu għal xenarji ta' projezzjoni differenti.




ANNESS VII

INFORMAZZJONI DWAR IL-PROJEZZJONIJIET FIL-QASAM TAL-EMISSJONIJIET TA' GHGs

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 18:

(a) 

projezzjonijiet mingħajr miżuri meta jkunu disponibbli, projezzjonijiet bil-miżuri, u, meta jkunu disponibbli, projezzjonijiet b'miżuri addizzjonali;

(b) 

projezzjonijiet tat-total ta' GHGs u stimi separati għall-emissjonijiet ta' GHGs projettati għas-sorsi tal-emissjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE u mir-Regolament (UE) 2018/842 u l-emissjonijiet projettati mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar skont ir-Regolament (UE) 2018/841;

(c) 

l-impatt tal-politiki u l-miżuri identifikati skont il-punt (a) tal-Artikolu 18(1). Meta tali politiki u miżuri ma jkunux inklużi, dan għandu jiġi ddikjarat u spjegat b'mod ċar;

(d) 

riżultati tal-analiżi ta' sensittività mwettqa fuq il-projezzjonijiet u informazzjoni dwar il-mudelli u l-parametri użati;

(e) 

ir-referenzi rilevanti kollha għall-valutazzjoni u r-rapporti tekniċi li jissostanzjaw il-projezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 18(4).




ANNESS VIII

INFORMAZZJONI DWAR AZZJONIJIET TA' ADATTAMENT NAZZJONALI, APPOĠĠ FINANZJARJU U TEKNOLOĠIKU PPROVDUT GĦALL-PAJJIŻI LI QED JIŻVILUPPAW U DĦUL MILL-IRKANTAR

Parti 1

Rapportar dwar azzjonijiet ta' adattament

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 19(1):

(a) 

il-miri ewlenin, l-objettivi u l-qafas ta' ħidma istituzzjonali għal adattament;

(b) 

projezzjonijiet tat-tibdil fil-klima, li jinkludu l-estremi tat-temp, l-impatti tat-tibdil fil-klima, il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà klimatika u r-riskji u perikli klimatiċi ewlenin;

(c) 

kapaċità ta' adattament;

(d) 

pjanijiet u strateġiji ta' adattament;

(e) 

qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni;

(f) 

progress magħmul fl-implimentazzjoni, li jinkludi prattiċi tajbin u bidliet fil-governanza.

Parti 2

Rapportar dwar appoġġ ipprovdut lil pajjiżi li qed jiżviluppaw

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 19(3):

(a) 

informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju mwiegħed u fornut lil pajjiżi li qed jiżviluppaw għas-sena X-1, li jinkludu:

(i) 

informazzjoni kwantitattiva dwar riżorsi finanzjarji pubbliċi u mobilizzati mill-Istat Membru. L-informazzjoni dwar il-flussi finanzjarji trid tkun ibbażata fuq dawk li huma magħrufa bħala l-“markaturi ta' Rio” għal appoġġ relatat mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u appoġġ relatat mal-adattament għat-tibdil fil-klima u sistemi oħra ta' intraċċar introdotti mill-Kumitat ta' Assistenza għall-Iżvilupp tal-OECD;

(ii) 

informazzjoni metodoloġika kwalitattiva li tispjega l-metodu użat biex tiġi kkalkulata l-informazzjoni kwantitattiva, li tinkludi spjegazzjoni tal-metodoloġija għall-ikkwantifikar tat-data tagħhom, u meta jkun rilevanti, informazzjoni oħra dwar id-definizzjonijiet u l-metodoloġiji użati għad-determinazzjoni ta' kwalunkwe ċifra, b'mod partikolari għall-informazzjoni rapportata dwar flussi finanzjarji mobbli;

(iii) 

informazzjoni disponibbli dwar attivitajiet mill-Istat Membru relatata ma' proġetti ta' trasferiment tat-teknoloġija ffinanzjati pubblikament u proġetti li jibnu l-kapaċità għal pajjiżi li qed jiżviluppaw skont l-UNFCCC, li jinkludi jekk it-teknoloġija trasferita jew il-proġett li jibni l-kapaċità ntużax għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima, il-pajjiż riċevitur, l-ammont ta' appoġġ ipprovdut meta jkun possibbli, u t-tip ta' teknoloġija ttrasferita jew il-proġett li jibni l-kapaċità;

(b) 

Informazzjoni disponibbli għas-sena X u s-snin sussegwenti dwar id-dispożizzjoni ppjanata ta' appoġġ, li tinkludi informazzjoni dwar attivitajiet ippjanati relatati ma' proġetti ta' trasferiment tat-teknoloġija ffinanzjati pubblikament jew proġetti li jibnu l-kapaċità għal pajjiżi li qed jiżviluppaw skont l-UNFCCC u għal teknoloġiji li jridu jiġu trasferiti u proġetti li jibnu l-kapaċità, li jinkludu jekk it-teknoloġija trasferita jew il-proġett li jibni l-kapaċità kienx maħsub għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima, il-pajjiż riċevitur, l-ammont ta' appoġġ li għandu jkun ipprovdut meta jkun possibbli, u t-tip ta' teknoloġija ttrasferita jew il-proġett li jibni l-kapaċità.

Parti 3

Rapportar dwar introjtu minn irkant

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 19(2):

(a) 

informazzjoni dwar l-użu tal-introjtu matul is-sena X-1 iġġenerat mill-Istat Membru permezz tal-irkant ta' kwoti skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, inkluża informazzjoni dwar introjtu bħal dan li ntuża għal wieħed mill-iskopijiet jew aktar speċifikati fl-Artikolu 10(3) ta' dik id-Direttiva, jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta' dak l-introjtu, u l-azzjonijiet meħuda skont dak l-artikolu;

(b) 

informazzjoni dwar l-użu, kif determinat mill-Istat Membru, tad-dħul kollu ġġenerat mill-Istat Membru permezz tal-irkant ta' kwoti tal-avjazzjoni skont l-Artikolu 3d(1) jew (2) tad-Direttiva 2003/87/KE, li għandha tingħata b'konformità mal-Artikolu 3d(4) ta' dik id-Direttiva;

Id-dħul mill-irkantar mhux żburżat fiż-żmien li Stat Membru jissottometti rapport lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(2) għandu jiġi kwantifikat u rapportat fir-rapporti għas-snin sussegwenti.




ANNESS IX

OBBLIGI TA' RAPPORTAR ADDIZZJONALI

Parti 1

Obbligi ta' rapportar addizzjonali fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli

Sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor, l-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiġi inkluża skont il-punt (c) tal-Artikolu 20:

(a) 

il-funzjonament tas-sistema ta' garanziji ta' oriġini għall-elettriku, il-gass, it-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, il-livelli ta' ħruġ u l-kanċellazzjoni ta' garanziji ta' oriġini u l-konsum annwali nazzjonali li jirriżulta tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll il-miżuri meħuda sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà u l-ħarsien minn frodi tas-sistema;

(b) 

l-ammonti ta' bijokarburanti, bijogass, karburanti tat-trasport rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika, karburanti tal-karbonju riċiklat u elettriku rinnovabbli kkonsmati fis-settur tat-trasport u, meta jkun rilevanti, il-prestazzjoni tal-ffrankar tal-gassijiet serra tagħhom, b'distinzjoni bejn il-karburanti prodotti minn tipi differenti ta' għelejjel tal-ikel u tal-għalf u kull tip ta' materja prima elenkata fl-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(c) 

żviluppi fid-disponibbiltà, oriġini u użu tar-riżorsi tal-bijomassa għal finijiet ta' enerġija;

(d) 

bidliet fil-prezzijiet tal-komoditajiet u fl-użu tal-art fl-Istat Membru assoċjat mal-użu miżjud tiegħu tal-bijomassa u forom oħra ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli:

(e) 

il-produzzjoni eċċessiva stmata tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli li tista' tiġi ttrasferita lejn Stati Membri oħra sabiex dawn jikkonformaw mal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u jiksbu l-kontribuzzjonijiet u t-trajettorji nazzjonali msemmija fil-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

(f) 

meta jkun applikabbli, id-domanda stmata għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli li għandha tiġi sodisfatta b'mezzi oħra għajr il-produzzjoni domestika sal-2030, li jinkludi l-materja prima ta' bijomassa importata;

(g) 

L-iżvilupp teknoloġiku u l-użu ta' bijokarburanti magħmula mill-materja prima elenkata fl-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(h) 

meta jkun disponibbli, l-impatt stmat tal-produzzjoni jew l-użu tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa fuq il-bijodiversità, ir-riżorsi tal-ilma, id-disponibbiltà u l-kwalità tal-ilma, il-ħamrija u l-kwalità tal-arja fl-Istat Membru;

(i) 

każijiet osservati ta' frodi fil-katina ta' kustodja tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa;

(j) 

informazzjoni dwar kif kien stmat is-sehem ta' skart bijodegradabbli fi skart użat biex tiġi prodotta l-enerġija, u x'passi ttieħdu biex jittejbu u jkunu vverifikati dawk l-istimi;

(k) 

ġenerazzjoni ta' sħana u elettriku mill-enerġija rinnovabbli fil-bini, inkluża data diżaggregata dwar l-enerġija prodotta, ikkonsmata u injettata fil-grid minn sistemi solari fotovoltajċi, sistemi termali solari, bijomassa, pompi tas-sħana, sistemi ġeotermiċi kif ukoll is-sistemi tal-enerġija rinnovabbli deċentralizzati l-oħrajn kollha;

(l) 

meta jkun applikabbli, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin distrettwali, kif ukoll l-enerġija rinnovabbli prodotta fl-ibliet u fil-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;

(m) 

forniment primarju ta' bijomassa solida (f'1 000  m3, għajr fir-rigward tal-punt (1)(b)(iii), li ser ikun ipprovdut f'tunnellati)

(1) 

Il-bijomassa tal-foresta użata għall-produzzjoni tal-enerġija (produzzjoni domestika u importazzjoni)

(a) 

Bijomassa primarja mill-foresta użata direttament għall-produzzjoni tal-enerġija

(i) 

Meta jkunu disponibbli, friegħi u qċaċet tas-siġar (ir-rapportar huwa volontarju)

(ii) 

Meta jkun applikabbli, biċċiet tas-siġar li jibqgħu fl-art wara l-qtugħ (ir-rapportar huwa volontarju)

(iii) 

Injam tond (maqsum f'injam tond industrijali u injam għall-karburant)

(b) 

Meta jkun applikabbli, koprodotti tal-industrija bbażati fuq il-foresta użati direttament għall-enerġija

(i) 

Meta jkun applikabbli, qoxra tas-siġar

(ii) 

Ċipep, serratura u partiċelli oħra tal-injam

(iii) 

Meta jkun applikabbli, likur iswed u żejt tal-arżnu mhux maħdum

(c) 

Meta jkun disponibbli, injam ta' wara l-konsum li jintuża direttament għal produzzjoni tal-enerġija

(d) 

Fjuwil abbażi ta' injam proċessat, prodott minn materja prima mhux ikkontemplata fil-punt (1)(a), (b) jew (c):

(i) 

Meta jkun applikabbli, faħam tal-injam

(ii) 

Gerbub tal-injam u maltunelli tal-injam

(2) 

Meta tkun disponibbli, il-bijomassa agrikola użata għal produzzjoni tal-enerġija (produzzjoni domestika, importazzjoni u esportazzjoni)

(a) 

Għelejjel tal-enerġija għall-elettriku jew it-tisħin (inklużi msaġar ta' rotazzjoni qasira)

(b) 

Residwi tal-għelejjel agrikoli għall-elettriku jew it-tisħin

(3) 

Meta tkun disponibbli, il-bijomassa ta' skart organiku għall-produzzjoni tal-enerġija (produzzjoni domestika, importazzjoni u esportazzjoni)

(a) 

Frazzjoni organika għal skart industrijali

(b) 

Frazzjoni organika għal skart muniċipali

(c) 

Ħama tal-iskart

(n) 

konsum ta' enerġija finali ta' bijomassa solida (ammont ta' bijomassa solida użata għall-produzzjoni tal-enerġija fis-setturi li ġejjin):

(1) 

Settur tal-enerġija

(a) 

Elettriku

(b) 

Sħana u enerġija kkombinati

(c) 

Sħana

(2) 

Settur industrijali intern (elettriku kkonsmat u awtoprodott, CHP u tisħin)

(3) 

Konsum finali dirett residenzjali

(4) 

Oħrajn

Parti 2

Obbligi ta' rapportar addizzjonali fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika

Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, l-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiġi inkluża skont il-punt (c) tal-Artikolu 21:

(a) 

politiki maġġuri leġislattivi u mhux leġislattivi, miżuri, miżuri finanzjarji u programmi implimentati fis-sena X-2 u X-1 (b'X bħala s-sena meta r-rapport ikun dovut) sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħhom – imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4 – li jippromwovu s-swieq ta' servizz tal-enerġija, it-titjib fil-prestazzjoni tal-enerġija fil-bini, il-miżuri li jutilizzaw il-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika għall-infrastruttura tal-gass u l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ, it-titjib tal-informazzjoni u l-kwalifika, miżuri oħra sabiex tiġi promossa l-effiċjenza enerġetika;

(b) 

l-ammont kumulattiv ta' enerġija ffrankata permezz tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE fis-snin X-3 u X-2;

(c) 

l-ammont ta' ffrankar miksub mill-miżuri mmirati lejn it-tnaqqis tal-faqar enerġetiku b'konformità mal-Artikolu 7(11) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(d) 

meta jkun applikabbli, l-ammont ta' ffrankar miksub b'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(e) 

progress f'kull settur u r-raġunijiet għaliex il-konsum tal-enerġija baqa' stabbli jew kien qed jikber fis-sena X-3 u X-2 fl-oqsma ta' konsum tal-enerġija finali;

(f) 

erja totali tal-pavimentar tal-bini b'erja totali ta' pavimetar utli 'l fuq minn 250 m2 proprjetà ta' gvern ċentrali tal-Istati Membri u okkupat minnu li, fl-1 ta' Jannar tas-sena X-2 u X-1, ma tkunx issodisfat ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(g) 

erja totali tal-pavimentar ta' bini msaħħan u/jew mkessaħ proprjetà ta' gvern ċentrali tal-Istati Membri u okkupat minnu li kien rinnovat fis-sena X-3 u X-2 imsemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2012/27/UE jew l-ammont ta' enerġija ffrankata fil-bini eliġibbli proprjetà tal-gvern ċentrali tagħhom u okkupata minnu kif jissemma fl-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(h) 

għadd ta' verifiki tal-enerġija mwettqa fis-sena X-3 u X-2. Barra minn hekk l-għadd totali stmat ta' kumpaniji kbar fit-territorju tagħhom li għalihom huwa applikabbli l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2012/27/UE u l-għadd ta' verifiki tal-enerġija mwettqa f'dawk l-intrapriżi fis-sena X-3 u X-2;

(i) 

il-fattur tal-enerġija primarja nazzjonali applikat għall-elettriku u ġustifikazzjoni jekk dan ikun differenti mill-koeffiċjent prestabbilit imsemmi fin-nota (3) tal-Anness IV tad-Direttiva 2012/27/UE;

(j) 

l-għadd u l-erja ta' pavimentar ta' bini b'użu ta' kważi żero enerġija fis-sena X-2 u X-1, kif previst fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE, ibbażat fuq kampjunar statistiku meta jkun hemm bżonn;

(k) 

il-link tal-internet għas-sit web fejn wieħed jista' jaċċessa l-lista jew l-interfaċċa ta' fornituri ta' servizzi tal-enerġija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2012/27/UE.




ANNESS X

RAPPORT DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ TAL-BIJOENERĠIJA TAL-UNJONI

Ir-rapport tal-UE dwar is-sostenibbiltà tal-bijoenerġija minn enerġija li ġejja mill-bijomassa li jrid jiġi adottat kull sentejn mill-Kummissjoni flimkien mar-rapport tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija skont il-punt (d) tal-Artikolu 35(2), għandu jkun fih bħala minimu l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-benefiċċji u l-ispejjeż ambjentali relattivi ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa differenti, l-effetti tal-politiki ta' importazzjoni tal-Unjoni fuqhom, is-sigurtà tal-implikazzjonijiet tal-provvista u l-modi kif jinkiseb approċċ bilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet;

(b) 

l-impatt fuq il-produzzjoni u l-użu ta' bijomassa fuq is-sostenibbiltà fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi, li jinkludu impatti fuq il-bijodiversità;

(c) 

data u analiżi tad-disponibbiltà u d-domanda attwali u projettata tal-bijomassa sostenibbli, li jinkludu l-impatt ta' domanda ogħla għall-bijomassa fuq setturi li jużaw il-bijomassa;

(d) 

l-iżvilupp teknoloġiku u l-użu ta' bijokarburanti magħmula mill-materja prima elenkata fl-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u valutazzjoni tal-effett tad-disponibbiltà tal-għalf u l-kompetizzjoni fir-riżorsi b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u tal-ġerarkija tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE;

(e) 

informazzjoni dwar ir-riżultati tar-riċerka xjentifika disponibbli, u l-analiżi tagħhom dwar it-tibdil indirett fl-użu tal-art fir-rigward tal-mezzi ta' produzzjoni kollha, akkumpanjata minn valutazzjoni dwar jekk il-firxa ta' inċertezza identifikata fl-analiżi sottostanti għall-istimi ta' emissjonijiet minn tibdil indirett fl-użu tal-art tistax titnaqqas, u jekk jistax jitqies l-impatt possibbli tal-politiki tal-Unjoni, bħall-ambjent, il-klima u l-politiki agrikoli;

(f) 

fir-rigward kemm ta' pajjiżi terzi kif ukoll Stati Membri li huma sors sinifikanti ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa kkonsmati fl-Unjoni, dwar miżuri nazzjonali meħuda biex jirrispettaw l-kriterji ta' sostenibbiltà u l-kriterji ta' ffrankar ta' GHGs stabbilit fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10), tad-Direttiva (UE) 2018/2001, għall-protezzjoni tal-ħamrija, l-ilma u l-arja; u

(g) 

informazzjoni aggregata mill-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

Fir-rapportar dwar l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' GHGs mill-użu tal-bijomassa, il-Kummissjoni għandha tuża l-ammonti rapportati mill-Istati Membri skont il-punt (b) tal-Parti 1 tal-Anness IX ta' dan ir-Regolament, inkluż il-valuri medji proviżorji tal-emissjonijiet stmati fil-bidla fl-użu indirett tal-art u l-firxa assoċjata derivata mill-analiżi tas-sensittività kif stabbilit fl-Anness VIII tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament id-data dwar il-valuri medji proviżorji tal-emissjonijiet stmati minn tibdil indirett fl-użu tal-art u l-firxa assoċjata derivata mill-analiżi tas-sensittività. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk u kif tinbidel l-istima tal-iffrankar dirett fuq l-emissjonijiet jekk jittieħed kont tal-ko-prodotti bl-użu tal-approċċ ta' sostituzzjoni




ANNESS XI

SKEMI VOLONTARJI LI FUQHOM IL-KUMMISSJONI ADOTTAT DEĊIŻJONI SKONT L-ARTIKOLU 30(4) TAD-DIRETTIVA (UE) 2018/2001

Ir-rapport dwar skemi volontarji li fuqhom il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li għandu jiġi adottat darba kull sentejn mill-Kummissjoni flimkien mar-rapport tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija skont il-punt (e) tal-Artikolu 35(2) ta' dan ir-Regolament, għandu jkun fih, bħala minimu, l-analiżi tal-Kummissjoni ta' dawn li ġejjin:

(a) 

l-indipendenza, il-modalità u l-frekwenza tal-verifiki, fir-rigward kemm ta' dak espress dwar dawk l-aspetti fid-dokumentazzjoni tal-iskema, meta l-iskema kkonċernata ġiet approvata mill-Kummissjoni, kif ukoll fir-rigward tal-aħjar prattiki tal-industrija;

(b) 

id-disponibbiltà, l-esperjenza u t-trasparenza fl-applikazzjoni ta' metodi għall-identifikazzjoni u l-indirizzar tan-nuqqas ta' konformità, b'attenzjoni partikolari biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet jew allegazzjonijiet ta' aġir ħażin serju min-naħa tal-membri tal-iskema;

(c) 

it-trasparenza, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-iskema, id-disponibbiltà ta' traduzzjonijiet fil-lingwi applikabbli tal-pajjiżi u r-reġjuni minn fejn toriġina l-materja prima, l-aċċessibbiltà ta' lista ta' operaturi ċċertifikati u ċ-ċertifikati relevanti, u l-aċċessibbiltà ta' rapporti tal-awdituri;

(d) 

l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsultazzjoni ma' komunitajiet indiġeni u lokali qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet matul l-abbozzar u l-analiżi tal-iskema kif ukoll waqt l-awditi u t-tweġiba għall-kontributi tagħhom;

(e) 

ir-robustezza ġenerali tal-iskema, b'mod partikolari fid-dawl tar-regoli dwar l-akkreditament, il-kwalifika u l-indipendenza tal-awdituri u tal-korpi rilevanti tal-iskema;

(f) 

meta jkunu disponibbli, l-aġġornamenti tas-suq tal-iskema, l-ammont ta' materja prima u l-bijokarburanti iċċertifikati, skont il-pajjiż tal-oriġini u t-tip, l-għadd ta' parteċipanti;

(g) 

il-faċilità u l-effettività tal-implimentazzjoni ta' sistema ta' intraċċar tal-provi ta' konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà li l-iskema tagħti lill-membru/i tagħha, tali sistema intenzjonata li sservi bħala mezz ta' prevenzjoni kontra attività frodulenti bil-ħsieb, b'mod partikolari, tal-identifikazzjoni, it-trattament u s-segwitu tal-frodi u irregolaritajiet oħrajn suspettati u fejn jixraq, l-għadd ta' każijiet ta' frodi jew irregolaritajiet identifikati;

(h) 

għażliet għall-entitajiet biex ikunu awtorizzati jirrikonoxxu u jagħmlu monitoraġġ tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;

(i) 

kriterji għar-rikonoxximent jew l-akkreditament tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;

(j) 

regoli dwar kif għandu jsir il-monitoraġġ tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;

(k) 

modi biex jiffaċilitaw jew itejbu l-promozzjoni tal-aħjar prattiki.




ANNESS XII

SISTEMI TA' INVENTARJU NAZZJONALI

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 37 tinkludi li ġej:

(a) 

id-data u l-metodi rapportati għall-attivitajiet u l-installazzjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE għall-fini tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-GHGs sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-emissjonijiet ta' GHGs irrapportati skont l-iskema tal-EU-ETS u fl-inventarji nazzjonali tal-GHGs;

(b) 

data miġbura permezz tas-sistemi ta' rapportar dwar gassijiet fluworurati fis-setturi rilevanti, stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għall-fini tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali dwar il-GHGs;

(c) 

emissjonijiet, data sottostanti u metodoloġiji rapportati mill-faċilitajiet skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 għall-fini tat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali dwar il-GHGs;

(d) 

id-data rapportata skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008;

(e) 

data miġbura permezz ta' intraċċar ġeografiku fuq żoni tal-art fil-kuntest tal- programmi u stħarriġ eżistenti tal-Unjoni u l-Istati Membri, inkluż l-Istħarriġ Qafas Statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta LUCAS u l-Programm Copernicus.




ANNESS XIII

TABELLA TA' KORRELAZZJONI



Regolament (UE) Nru 525/2013

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1(1)

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 15

Artikolu 5

Artikolu 37(1), (2) u (6); Anness XII

Artikolu 6

Artikolu 37(3) u (7)

Artikolu 7

Artikolu 26(3), (4),(6) u (7); Anness V

Artikolu 8

Artikolu 26(2) u (7)

Artikolu 9

Artikolu 37(4) u (5)

Artikolu 10

Artikolu 40

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 39

Artikolu 13

Artikolu 18(1)(a) u Artikolu 18(3) u (4); Anness VI

Artikolu14

Artikolu 18(1)(b) u Artikolu (2), (3) u (4); Anness VII

Artikolu 15

Artikolu 19(1); Anness VIII, Parti 1

Artikolu 16

Artikolu 19(3) u Anness VIII, Parti 2

Artikolu 17

Artikolu 19(2), (4) u (5); Anness VIII, Parti 3

Artikolu 18

Artikolu 17(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 29(1)(c) u Artikolu 29(5) u(7)

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 41(1)(d), (e), (f), (g) u (h)

Artikolu 24

Artikolu 42

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 44(1)(a) u Artikolu 44(2), (3) u (6)

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 57

Artikolu 29



( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (‘il-Liġi Ewropea dwar il-Klima’) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

( 2 ) Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

( 3 ) Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

( *1 ) Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).”

( *2 ) Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).”

( *3 ) Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).”

( 4 ) Konsistenza għandha tiġi żgurata mal-istrateġiji fit-tul skont l-Artikolu 15.

( 5 ) B'konformità mar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).

( 6 ) Meta jkunu qed jippjanaw dawk il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw it-tmiem tal-ħajja ta' installazzjonijiet eżistenti u l-potenzjal għat-tiġdid.

( 7 ) B'konformità mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE.

( 8 ) B'konformità mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2012/27/UE.

( 9 ) B'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE.

( 10 ) B'konformità mal-Artikoli 12 u 17 tad-Direttiva 2012/27/UE.

( 11 ) B'konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2012/27/UE.

( 12 ) B'konformità mal-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2012/27/UE.

( 13 ) Il-politiki u l-miżuri għandhom jirriflettu l-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”.

( 14 ) Il-konsistenza għandha tiġi żgurata bl-azzjoni preventiva u l-pjanijiet tal-emerġenza skont ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1), kif ukoll il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji skont ir-Regolament (UE) 2018/2001 [kif propost permezz ta' COM(2016) 862 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar Direttiva 2005/89/KE].

( 15 ) Il-politiki u l-miżuri għandhom jirriflettu l-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”.

( 16 ) Għajr għall-Gruppi Reġjonali PCI stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013.

( 17 ) Għajr għall-Gruppi Reġjonali PCI stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013.

( 18 ) B'konformità mal-Artikolu 15(8) tad-Direttiva 2012/27/UE.

( 19 ) Ara l-Parti 2 għal lista dettaljata ta' parametri u fatturi varjabbli li jridu jiġu rapportati fit-Taqsima B tal-Pjan.

( 20 ) Is-sitwazzjoni attwali għandha tirrifletti d-data ta' ppreżentazzjoni tal-pjan nazzjonali (jew l-aħħar data disponibbli). Il-politiki u l-miżuri eżistenti jinkorporaw politiki u miżuri implimentati u adottati. Il-politiki u l-miżuri adottati huma dawk li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni uffiċjali mill-gvern sad-data ta' ppreżentazzjoni tal-pjan nazzjonali u li jkun hemm impenn ċar favur l-implimentazzjoni tagħhom. Politiki u miżuri implimentati huma dawk li għalihom japplikaw waħda jew iktar minn dawn li ġejjin fid-data ta' ppreżentazzjoni tal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima jew tar-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima: leġislazzjoni Ewropea direttament applikabbli jew leġislazzjoni nazzjonali tkun fis-seħħ, ikun ġie stabbilit ftehim volontarju wieħed jew iktar, ikunu ġew allokati r-riżorsi finanzjarji, ir-riżorsi umani jkunu ġew mobilizzati.

( 21 ) L-għażla ta' fatturi eżoġeni tista' tkun ibbażata fuq il-preżunzjonijiet magħmula fix-Xenarju ta' Riferiment tal-UE tal-2016 jew xenarji strateġiċi sussegwenti oħra għall-istess fatturi varjabbli. Minbarra hekk, ir-riżultati speċifiċi tal-Istati Membri tax-Xenarju ta' Riferiment tal-UE tal-2016 kif ukoll ir-riżultati ta' xenarji strateġiċi sussegwenti jistgħu jkunu sors utli ta' informazzjoni meta jiġu żviluppati l-projezzjonijiet nazzjonali bil-politiki u l-miżuri u l-valutazzjonijiet tal-impatt eżistenti.

( 22 ) B'konformità mal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2012/27/UE.

( 23 ) Dan in-negozju ta' referenza bħala projezzjoni tas-soltu għandu jkun il-bażi għall-mira tal-konsum tal-enerġija finali u primarja għall-2030 li huwa deskritt fi 2.3 u l-fatturi ta' konverżjoni.

( 24 ) B'referenza għall-istampa ġenerali tal-infrastruttura eżistenti ta' trażmissjoni minn Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni (TSOs).

( 25 ) B'referenza għall-pjanijiet tal-iżvilupp ta' netwerks nazzjonali u pjanijiet ta' investiment reġjonali ta' TSOs.

( 26 ) B'referenza għall-istampa ġenerali tal-infrastruttura eżistenti għat-trażmissjoni mit-TSOs.

( 27 ) B'referenza għall-pjanijiet tal-iżvilupp ta' netwerks nazzjonali u pjanijiet ta' investiment reġjonali ta' TSOs.

( 28 ) Il-politiki u l-miżuri ppjanati huma għażliet li jridu jiġu diskussi u li għandhom ċans realistiku li jiġu adottati u implimentati wara d-data ta' ppreżentazzjoni tal-pjan nazzjonali. Għalhekk il-projezzjonijiet li jirriżultaw skont taqsima 5.1.i għandhom jinkludu mhux biss il-politiki u l-miżuri implimentati u adottati (projezzjonijiet b'politiki u miżuri eżistenti), imma wkoll il-politiki u l-miżuri ppjanati.

( 29 ) Għall-pjan li jkopri l-perijodu mill-2021 sal-2030: Għal kull parametru/fattur varjabbli fil-lista, għandhom jiġu rapportati x-xejriet matul is-snin 2005-2040 (2005-2050 meta jkun xieraq), inkluż għas-sena 2030, f'intervalli ta' ħames snin kemm fit-taqsima 4 kif ukoll fit-taqsima 5. Għandu jiġi indikat parametru bbażat fuq suppożizzjonijiet eżoġeni kontra output immudellat.

( 30 ) Kemm jista' jkun, id-data u l-projezzjonijiet rapportati għandhom jissawru fuq u jkunu konsistenti mad-data tal-EUROSTAT u l-metodoloġija użata għar-rapportar tal-istatistika Ewropea fil-liġi settorjali rilevanti, peress li l-istatistika Ewropea hija s-sors ewlieni ta' data statistika użata għar-rapportar u l-monitoraġġ, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea.

( 31 ) Nota: il-projezzjonijiet kollha għandhom isiru abbażi ta' prezzijiet kostanti (prezzijiet tal-2016 użati bħala sena bażi)

( 32 ) Il-Kummissjoni se tipprovdi rakkomandazzjonijiet għal parametri ewlenin, li tal-anqas ikopru l-prezzijiet taż-żejt, il-gass u l-importazzjoni tal-faħam kif ukoll il-prezzijiet tal-karbonju fl-EU-ETS.

Top