EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02018R1845-20181126

Consolidated text: Regolament (UE) 2018/1845 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-21 ta' Novembru 2018 dwar l-eżerċitar tad-diskrezzjoni taħt l-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-limitu għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-obbligi ta' krediti li jkunu dovuti (BĊE/2018/26)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1845/2018-11-26

02018R1845 — MT — 26.11.2018 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2018/1845 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-21 ta' Novembru 2018

dwar l-eżerċitar tad-diskrezzjoni taħt l-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-limitu għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-obbligi ta' krediti li jkunu dovuti (BĊE/2018/26)

(ĠU L 299 26.11.2018, p. 55)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 217, 8.7.2020, p.  8 (2018/1845)




▼B

REGOLAMENT (UE) 2018/1845 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-21 ta' Novembru 2018

dwar l-eżerċitar tad-diskrezzjoni taħt l-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-limitu għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-obbligi ta' krediti li jkunu dovuti (BĊE/2018/26)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Il-BĊE bil-preżenti jeżerċita d-diskrezzjoni mogħtija lil awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'rabta mal-limitu minimu għall-evalwazzjoni tal-materjalità ta' obbligu ta' kreditu li jkun dovut. Dan ir-Regolament għandu japplika esklużivament fir-rigward ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu kklassifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u l-Parti IV u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) u irrispettivament mill-metodu użat għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju tagħhom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17).

Artikolu 3

Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: limitu minimu għall-evalwazzjoni tal-materjalità tal-obbligu ta' kreditu li jkun dovut

1.  Għall-fini tal-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jivvalutaw il-materjalità ta' obbligu ta' kreditu li jkun dovut kontra l-limitu minimu li ġej, li jinkludi żewġ komponenti:

(a) 

limitu f'termini ta' somom tal-ammonti kollha dovuti mill-obbligant lill-istituzzjoni ta' kreditu, lill-impriża prinċipali ta' dik l-istituzzjoni ta' kreditu jew lil kwalunkwe sussidjarja tagħha (iktar 'il quddiem “l-obbligu ta' kreditu li jkun dovut”) ta':

(i) 

għall-iskoperturi bl-imnut, EUR 100;

(ii) 

għall-iskoperturi li m'humiex skoperturi bl-imnut, ta' EUR 500; u

(b) 

limitu f'termini tal-ammont tal-obbligu ta' kreditu li jkun dovut b'rabta mal-ammont totali tal-iskoperturi kollha fuq il-karta tal-bilanċ għal dak l-obbligant għall-istituzzjoni ta' kreditu, l-impriża prinċipali jew kwalunkwe sussidjarja tagħha, esklużi skoperturi ta 1 %.

2.  Għal istituzzjonijiet ta' kreditu li japplikaw id-definizzjoni ta' inadempjenza stipulata fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal skoperturi bl-imnut fil-faċilità ta' kreditu individwali, il-limitu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika fil-livell tal-faċilità ta' kreditu individwali mogħtija lill-obbligant mill-istituzzjoni ta' kreditu, l-impriża prinċipali jew kwalunkwe waħda mis-sussidjarji tagħha.

▼C1

3.  Inadempjenza għandha titqies li sseħħ meta ż-żewġ limiti stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jinqabżu għal iktar minn 90 jum konsekuttiv.

▼B

Artikolu 4

Data ta' applikazzjoni tal-limitu minimu tal-materjalità

L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom japplikaw il-limitu minimu għall-evalwazzjoni tal-materjalità ta' obbligu ta' kreditu li jkun dovut stipulat minn dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE, qabel l-1 ta' Ġunju 2019, dwar id-data eżatta meta jkunu ser jibdew japplikaw dak il-limitu minimu.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh fl-ghoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tieghu f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Top