Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02018R0858-20221206

Consolidated text: Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/858/2022-12-06

02018R0858 — MT — 06.12.2022 — 003.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2018/858 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta' Mejju 2018

dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 151 14.6.2018, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2019/2144 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' novembru 2019

  L 325

1

16.12.2019

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1445 tat-23 ta’ Ġunju 2021

  L 313

4

6.9.2021

►M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2236 tal-20 ta’ Ġunju 2022

  L 296

1

16.11.2022


Ikkoreġut bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 398, 11.11.2021, p.  29 (2019/2144)

►C2

Rettifika, ĠU L 304, 24.11.2022, p.  103 (2022/2236)




▼B

REGOLAMENT (UE) 2018/858 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta' Mejju 2018

dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONJIET

Artikolu 1

Suġġett

1.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, tal-komponenti u tal-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha, imsemmija fl-Artikolu 2(1), u għal approvazzjonijiet ta' vetturi individwali.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll id-dispożizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' parts u tagħmir li jistgħu joħolqu riskju serju għall-funzjonament korrett tas-sistemi essenzjali tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 2(1).

2.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għas-sorveljanza tas-suq ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li huma soġġetti għal approvazzjoni. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għas-sorveljanza tas-suq ta' parts u tagħmir għal tali vetturi.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament japplika għal vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N u għat-trejlers tagħhom tal-kategorija O, li huma maħsuba biex jintużaw fuq toroq pubbliċi, inklużi dawk iddisinjati u mibnija fi stadju wieħed jew aktar, u għal sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati, kif ukoll għal parts u tagħmir, iddisinjati u mibnija għal tali vetturi u trejlers.
2.  

Dan ir-Regolament ma japplikax għall-vetturi li ġejjin:

(a) 

vetturi li jintużaw għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(b) 

vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli, kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(c) 

vetturi biċ-ċingi;

(d) 

vetturi ddisinjati u mibnija jew adattati għall-użu biss mis-servizzi armati.

3.  

Għall-vetturi li ġejjin, il-manifattur jista' japplika għall-approvazzjoni tat-tip jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali skont dan ir-Regolament, dment li dawk il-vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament:

(a) 

vetturi ddisinjati u mibnija għall-użu prinċipalment f'siti ta' kostruzzjoni jew f'barrieri, u f'faċilitajiet ta' portijiet jew ajruporti;

(b) 

vetturi ddisinjati u mibnija jew adattati għall-użu, mill-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar u mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku;

(c) 

kwalunkwe vettura awtopropulsiva ddisinjata u mibnija speċifikament sabiex twettaq xogħol u li, minħabba l-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tagħha, mhijiex addattata għall-ġarr tal-passiġġieri jew għat-trasport tal-merkanzija, u li ma tkunx makkinarju mmuntat fuq xażi ta' vettura bil-mutur.

Tali approvazzjonijiet ser ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

4.  

Għall-vetturi li ġejjin, il-manifattur jista' japplika għal approvazzjoni ta' vettura individwali skont dan ir-Regolament:

(a) 

vetturi maħsuba esklużivament għat-tlielaq fit-toroq;

(b) 

prototipi ta' vetturi li jintużaw fit-triq taħt ir-responsabbiltà ta' manifattur sabiex iwettaq programm ta' test speċifiku, dment li dawn ikunu ġew iddisinjati u mibnija speċifikament għal dak il-għan.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u l-atti regolatorji elenkati fl-Anness II, ħlief kif stipulat mod ieħor fihom, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“approvazzjoni tat-tip” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiċċertifika li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti;

(2) 

“approvazzjoni tat-tip tal-UE” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti ta' dan ir-Regolament;

(3) 

“approvazzjoni tat-tip nazzjonali” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti stabbiliti mil-liġi ta' Stat Membru, fejn il-validità ta' tali approvazzjoni tkun limitata għat-territorju ta' dak l-Istat Membru;

(4) 

“ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip” tfisser id-dokument li bih l-awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika uffiċjalment li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkollhom it-tip tagħhom approvat;

(5) 

“ċertifikat tal-konformità” tfisser id-dokument maħruġ mill-manifattur li jiċċertifika li vettura manifatturata tikkonforma mat-tip approvat ta' vettura u li tikkonforma mal-atti regolatorji kollha li kienu applikabbli fil-mument tal-produzzjoni tagħha;

(6) 

“approvazzjoni ta' vettura individwali” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li vettura partikolari, kemm jekk unika kif ukoll jekk le, tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti għall-approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali;

(7) 

“approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta' vettura mhux kompleta, kompleta jew kompluta jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti;

(8) 

“approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni waħda jew aktar jiċċertifikaw li, skont l-istat tal-ikkompletar tagħha, tip ta' vettura mhux kompleta jew kompluta jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti;

(9) 

“approvazzjoni tat-tip pass pass” tfisser il-proċedura li tikkonsisti fil-ġbir pass pass tas-sett sħiħ ta' ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew ta' ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati li jifformaw parti minn vettura, u li twassal, fl-istadju finali tagħha, għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha;

(10) 

“approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika permezz ta' operazzjoni waħda li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata b'mod sħiħ jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti;

(11) 

“approvazzjoni tat-tip imħallta” tfisser approvazzjoni tat-tip pass pass li għaliha jkunu nkisbu approvazzjoni tat-tip ta' sistema waħda jew aktar matul l-istadju finali tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha, mingħajr il-ħtieġa li jinħarġu ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal dawk is-sistemi;

(12) 

“approvazzjoni tat-tip tas-sistema” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta' sistema jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti;

(13) 

“approvazzjoni tat-tip ta' unità teknika separata” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta' unità teknika separata jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti fir-rigward ta' tip speċifikat wieħed jew aktar ta' vetturi;

(14) 

“approvazzjoni tat-tip ta' komponent” tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta' komponent, indipendentement minn vettura, jissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti;

(15) 

“vettura” tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur jew it-trejler tagħha;

(16) 

“vettura bil-mutur” tfisser kwalunkwe vettura bil-magna li tkun iddisinjata u mibnija sabiex titmexxa minnha nnifisha, li jkollha mill-inqas erba' roti, li tkun kompleta, kompluta jew mhux kompleta, u li jkollha veloċità massima skont id-disinn ta' aktar minn 25 km/siegħa;

(17) 

“trejler” tfisser kwalunkwe vettura mhux awtopropulsiva fuq ir-roti ddisinjata u mibnija biex tiġi rmunkata minn vettura bil-mutur, li tkun tista' tartikula tal-anqas madwar assi orizzontali perpendikulari mal-pjan medjan lonġitudinali u madwar assi vertikali paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura bil-mutur tal-irmonk;

(18) 

“sistema” tfisser assemblaġġ ta' apparat ikkombinat biex iwettaq funzjoni speċifika waħda jew aktar f'vettura u li huwa soġġett għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew kwalunkwe wieħed mill-atti regolatorji elenkati fl-Anness II;

(19) 

“komponent” tfisser apparat li huwa maħsub biex ikun parti minn vettura, li jista' jkollu t-tip tiegħu approvat indipendentement minn vettura u li huwa soġġett għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew kwalunkwe wieħed mill-atti regolatorji elenkati fl-Anness II fejn l-att regolatorju speċifiku jagħmel dispożizzjonijiet espressament għal dan l-iskop;

(20) 

“unità teknika separata” tfisser apparat maħsub biex ikun parti minn vettura li jista' jkollu t-tip tiegħu approvat separatament, iżda biss fir-rigward ta' tip speċifiku wieħed jew aktar ta' vettura u li huwa soġġett għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew kwalunkwe wieħed mill-atti regolatorji elenkati fl-Anness II fejn l-att regolatorju speċifiku jagħmel dispożizzjonijiet espliċiti għal dan l-iskop;

(21) 

“parts” tfisser oġġetti li jintużaw għall-assemblaġġ, għat-tiswija u għall-manutenzjoni ta' vettura, kif ukoll spare parts;

(22) 

“tagħmir” tfisser kwalunkwe oġġetti minbarra parts li jistgħu jiġu miżjuda jew installati fuq vettura;

(23) 

“spare parts” tfisser oġġetti li għandhom jiġu installati f'vettura jew fuqha sabiex jissostitwixxu l-parts oriġinali ta' dik il-vettura, inklużi oġġetti li huma neċessarji għall-użu ta' vettura, bl-eċċezzjoni tal-karburanti;

(24) 

“vettura bażi” tfisser kwalunkwe vettura li tintuża fl-istadju inizjali ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji;

(25) 

“vettura mhux kompleta” tfisser kwalunkwe vettura li tkun trid tgħaddi minn mill-inqas stadju ieħor biex tkun kompleta u tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti ta' dan ir-Regolament;

(26) 

“vettura kompluta” tfisser vettura li tirriżulta mill-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji li tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti ta' dan ir-Regolament;

(27) 

“vettura kompleta” tfisser vettura li ma għandhiex bżonn tiġi kompluta sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti ta' dan ir-Regolament;

(28) 

“vettura ta' tmiem is-serje” tfisser vettura li hija parti minn stokk u li, minħabba d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tekniċi ġodda li skont dawn ma kellhiex it-tip tagħha approvat, ma tistax jew ma tibqax aktar titqiegħed għad-disponibbiltà fis-suq, tiġi rreġistrata jew titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni;

(29) 

“vettura li taħdem b'karburant alternattiv” tfisser vettura ddisinjata biex tal-anqas tkun kapaċi taħdem b'tip wieħed ta' karburant li jew ikun gassuż f'temperatura u pressjoni atmosferiċi, jew ikun sostanzjalment derivat minn żejt mhux minerali;

(30) 

“vettura prodotta f'serje żgħar” tfisser tip ta' vettura li l-għadd ta' unitajiet tagħha jitqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq, jiġu rreġistrati jew jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ma jaqbiżx il-limiti annwali kwantitattivi stipulati fl-Anness V;

(31) 

“vettura bi skop speċjali” tfisser vettura tal-kategorija M, N jew O bil-karatteristiċi tekniċi speċifiċi biex tkun tista' twettaq funzjoni li tirrikjedi arranġamenti jew tagħmir speċjali;

(32) 

“tip ta' vettura” tfisser grupp partikolari ta' vetturi li tal-inqas jikkondividi l-karatteristiċi speċifikati fil-Parti B tal-Anness I, inkluż grupp ta' vetturi u li jkollu fih varjanti u verżjonijiet kif riferuti fih;

(33) 

“semitrejler” tfisser vettura rmunkata, fejn il-fus jew fusien ikunu pożizzjonati wara ċ-ċentru tal-gravità tal-vettura (meta tkun mgħobbija b'mod uniformi), u li tkun mgħammra b'apparat ta' konnessjoni li jippermetti l-forzi vertikali jew orizzontali jiġu trasmessi lejn il-vettura tal-irmonk;

(34) 

“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq sabiex jiżguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati, kif ukoll il-parts u t-tagħmir imqiegħda għad-disponibbiltà fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza, l-ambjent jew kwalunkwe aspett ieħor tal-protezzjoni tal-interess pubbliku;

(35) 

“awtorità tas-sorveljanza tas-suq” tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għat-twettiq tas-sorveljanza tas-suq fit-territorju tal-Istat Membru;

(36) 

“awtorità tal-approvazzjoni” tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet ta' Stat Membru, innotifikata lill-Kummissjoni minn dak l-Istat Membru, b'kompetenza għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, jew tal-approvazzjoni ta' vettura individwali, għall-proċess tal-awtorizzazzjoni għal parts u tagħmir, għall-ħruġ u, jekk xieraq, l-irtirar jew ir-rifjut ta' ċertifikati ta' approvazzjoni, biex taġixxi bħala l-punt ta' kuntatt għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, biex tiddeżinja s-servizzi tekniċi u biex tiżgura li l-manifattur jissodisfa l-obbligi tiegħu rigward il-konformità tal-produzzjoni;

(37) 

“awtorità nazzjonali” tfisser awtorità tal-approvazzjoni jew kwalunkwe awtorità oħra involuta fis-sorveljanza tas-suq, fil-kontroll tal-fruntieri jew fir-reġistrazzjoni fi Stat Membru u responsabbli minnhom fir-rigward ta' vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir;

(38) 

“servizz tekniku” tfisser organizzazzjoni jew entità deżinjati mill-awtorità tal-approvazzjoni bħala laboratorju tal-ittestjar sabiex iwettaq it-testijiet, jew bħala entità għall-valutazzjoni tal-konformità sabiex twettaq il-valutazzjoni inizjali u testijiet jew spezzjonijiet oħrajn;

(39) 

“korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni” tfisser korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(40) 

“manifattur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali, jew għall-proċess ta' awtorizzazzjoni għal parts u tagħmir, sabiex tkun żgurata l-konformità tal-produzzjoni u li hija responsabbli wkoll għal kwistjonijiet tas-sorveljanza tas-suq għal dawk il-vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts u tagħmir immanifatturati, irrispettivament minn jekk dik il-persuna tkunx involuta direttament jew le fl-istadji kollha tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernata;

(41) 

“rappreżentant tal-manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tiġi debitament maħtura mill-manifattur sabiex tirrappreżenta lill-manifattur quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni jew l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq u sabiex taġixxi f'isem il-manifattur fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament;

(42) 

“importatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li tqiegħed fis-suq vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir li jkunu ġew manifatturati f'pajjiż terz;

(43) 

“distributur” tfisser negozjant jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, minbarra l-manifattur jew l-importatur, li tqiegħed għad-disponibbiltà fis-suq vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir;

(44) 

“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant tal-manifattur, l-importatur jew id-distributur;

(45) 

“operatur indipendenti” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, minbarra negozjant jew sewwej awtorizzat, li hija direttament jew indirettament involuta fit-tiswija u fil-manutenzjoni tal-vetturi, u inklużi sewwejja, manifatturi jew distributuri ta' tagħmir tat-tiswija, għodod jew spare parts, kif ukoll pubblikaturi ta' informazzjoni teknika, assoċjazzjonijiet tal-karozzi, operaturi tal-assistenza fit-triq, operaturi li joffru servizzi ta' spezzjoni u ttestjar, operaturi li joffru taħriġ għall-installaturi, il-manifatturi u sewwejja ta' tagħmir għall-vetturi li jaħdmu b'karburanti alternattivi; tfisser ukoll sewwejja, negozjanti u distributuri awtorizzati fi ħdan is-sistema tad-distribuzzjoni ta' manifattur ta' vettura partikolari sakemm huma jipprovdu servizzi ta' tiswija u manutenzjoni għall-vetturi li fir-rigward tagħhom mhumiex membri tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-manifattur tal-vettura;

(46) 

“sewwej awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizzi ta' tiswija u manutenzjoni għall-vetturi u li topera fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-manifattur;

(47) 

“sewwej indipendenti” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizzi ta' tiswija u manutenzjoni għall-vetturi u li ma toperax fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-manifattur;

(48) 

“informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura” tfisser l-informazzjoni kollha, inklużi l-emendi u supplimenti sussegwenti kollha tagħha, li tkun meħtieġa għad-dijanjożi, l-għoti ta' service u l-ispezzjoni ta' vettura, it-tħejjija tagħha għall-kontroll tekniku, it-tiswija, l-ipprogrammar mill-ġdid jew l-inizjalizzazzjoni mill-ġdid ta' vettura jew li tkun meħtieġa għall-appoġġ djanjostiku mill-bogħod ta' vettura jew għall-immuntar fuq vettura ta' parts u tagħmir, u li tiġi pprovduta mill-manifattur lis-sħab, negozjanti jew sewwejja awtorizzati tiegħu u li tintuża mill-manifattur għal finijiet ta' tiswija jew manutenzjoni;

(49) 

“informazzjoni dwar id-dijanjostika abbord (OBD) tal-vettura” tfisser l-informazzjoni ġġenerata minn sistema li hija abbord vettura jew li tkun konnessa ma' magna u li tkun kapaċi tidentifika ħsara u, fejn applikabbli, li tkun kapaċi tindika l-okkorrenza tagħha permezz ta' sistema ta' twissija, li tkun kapaċi tidentifika dik il-parti relatata mal-ħsara permezz tal-informazzjoni maħżuna fil-memorja ta' kompjuter, u li tkun kapaċi tikkomunika dik l-informazzjoni off-board;

(50) 

“tqegħid fis-suq” tfisser li vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir imqiegħda fis-suq għall-ewwel darba fl-Unjoni;

(51) 

“tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq” tfisser kwalunkwe forniment ta' vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq fl-andament ta' attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas jew inkella bla ħlas;

(52) 

“tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni” tfisser l-ewwel użu fl-Unjoni, għall-iskop intenzjonat, ta' vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir;

(53) 

“reġistrazzjoni” tfisser l-awtorizzazzjoni amministrattiva għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni fit-triq ta' vettura approvata, li tinvolvi l-identifikazzjoni tal-vettura u l-ħruġ ta' numru tas-serje għaliha, magħruf bħala n-numru tar-reġistrazzjoni, hux fuq bażi permanenti jew temporanja;

(54) 

“metodu ta' ttestjar virtwali” tfisser simulazzjonijiet bil-kompjuter, inkluż kalkoli, sabiex juru li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi ta' att regolatorju elenkat fl-Anness II mingħajr ma jkun meħtieġ l-użu ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata fiżiċi;

(55) 

“rekwiżiti alternattivi” tfisser dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi li għandhom l-għan li jiżguraw livell ta' sikurezza funzjonali, protezzjoni tal-ambjent u sikurezza okkupazzjonali li, kemm jista' jkun prattikabbli, ikun ekwivalenti għal-livell previst minn wieħed jew aktar mill-atti regolatorji elenkati fl-Anness II;

(56) 

“valutazzjoni fuq il-post” tfisser verifika fil-bini ta' servizz tekniku jew wieħed mis-sottokuntratturi jew waħda mis-sussidjarji tiegħu;

(57) 

“valutazzjoni ta' sorveljanza fuq il-post” tfisser valutazzjoni perjodika ta' rutina fuq il-post li la hija l-valutazzjoni fuq il-post li ssir għad-deżinjazzjoni inizjali tas-servizz tekniku jew ta' wieħed mis-sottokuntratturi jew waħda mis-sussidjarji tiegħu, u lanqas il-valutazzjoni fuq il-post li ssir għat-tiġdid ta' dik id-deżinjazzjoni;

(58) 

“data tal-manifattura tal-vettura” tfisser id-data meta l-manifattura ta' vettura tkun ġiet iffinalizzata f'konformità mal-approvazzjoni miksuba minn dak il-manifattur.

Artikolu 4

Kategoriji ta' vetturi

1.  

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kategoriji ta' vetturi li ġejjin:

(a) 

Il-Kategorija M li tinkkonsisti minn vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija primarjament għall-ġarr tal-passiġġieri u tal-bagalji tagħhom, diviżi fi:

(i)

Kategorija M1 : vetturi bil-mutur b'mhux aktar minn tmien pożizzjonijiet bil-qiegħda minbarra l-pożizzjoni bil-qiegħda tax-xufier u mingħajr spazju għal passiġġieri bil-wieqfa, irrispettivament jekk l-għadd ta' pożizzjonijiet bil-qiegħda jkunx ristrett għall-pożizzjoni bil-qiegħda tax-xufier;

(ii)

Kategorija M2 : vetturi bil-mutur b'aktar minn tmien pożizzjonijiet bil-qiegħda minbarra l-pożizzjoni bil-qiegħda tax-xufier u b'massa massima ta' mhux aktar minn ħames tunnellati, irrispettivament jekk dawk il-vetturi bil-mutur jkollhomx spazju għal passiġġieri bil-wieqfa; u

(iii)

Kategorija M3 : vetturi bil-mutur b'aktar minn tmien pożizzjonijiet bil-qiegħda minbarra l-pożizzjoni bil-qiegħda tax-xufier u b'massa massima ta' aktar minn ħames tunnellati, irrispettivament jekk dawk il-vetturi bil-mutur jkollhomx spazju għal passiġġieri bil-wieqfa.

(b) 

Il-Kategorija N li tinkkonsisti minn vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija primarjament għall-ġarr ta' merkanzija, diviżi fi:

(i)

Kategorija N1 : vetturi bil-mutur b'massa massima ta' mhux aktar minn 3,5 tunnellati;

(ii)

Kategorija N2 : vetturi bil-mutur b'massa massima ta' aktar minn 3,5 tunnellati iżda mhux aktar minn 12-il tunnellata; u

(iii)

Kategorija N3 : vetturi bil-mutur b'massa massima ta' aktar minn 12-il tunnellata;

(c) 

Il-Kategorija O li tinkkonsisti minn trejlers, diviżi fi:

(i)

Kategorija O1 : trejlers b'massa massima ta' mhux aktar minn 0,75 tunnellata;

(ii)

Kategorija O2 : trejlers b'massa massima ta' aktar minn 0,75 tunnellata iżda mhux aktar minn 3,5 tunnellati;

(iii)

Kategorija O3 : trejlers b'massa massima ta' aktar minn 3,5 tunnellata iżda mhux aktar minn 10 tunnellati; u

(iv)

Kategorija O4 : trejlers b'massa massima ta' aktar minn għaxar tunnellati.

2.  
Il-kriterji għall-kategorizzazzjoni tal-vetturi, tat-tipi ta' vetturi, tal-varjanti u tal-verżjonijiet huma stabbiliti fl-Anness I.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 82, li jemendaw l-Anness I fir-rigward tat-tipi ta' vetturi u t-tipi ta' karozzerija biex jittieħed kont tal-progress tekniku.



KAPITOLU II

OBBLIGI ĠENERALI

Artikolu 5

Rekwiżiti tekniċi

1.  
Il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness II.
2.  

Il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati għandhom jitqiesu bħala mhux konformi ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

jekk jiddevjaw mid-dettalji fiċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u l-annessi tagħhom jew mid-dettalji deskrittivi fir-rapporti tal-ittestjar lil hinn milli permess fl-att regolatorju rilevanti;

(b) 

jekk il-kriterji tal-prestazzjoni jew il-valuri ta' limitu għall-produzzjoni tas-serje stabbiliti fl-att regolatorju rilevanti għall-produzzjoni tas-serje ma jkunux ġew issodisfati taħt il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-att regolatorju rilevanti;

(c) 

jekk l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew il-Kummissjoni ma jkunux jistgħu jirriproduċu taħt il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-att regolatorju rilevanti kwalunkwe mill-informazzjoni mogħtija mill-manifattur fid-dokument ta' informazzjoni.

Huma biss il-kontrolli, it-testijiet, l-ispezzjonijiet u l-valutazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni, jew f'isimhom, li għandhom jitqiesu meta jivvalutaw il-konformità għall-finijiet ta' dan il-paragrafu.

3.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 82, li jemendaw l-Anness II biex jittieħed kont tal-iżviluppi teknoloġiċi u regolatorji billi tintroduċi u taġġorna r-referenzi għall-atti regolatorji li jinkludu r-rekwiżiti li magħhom iridu jkunu konformi l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati.

Artikolu 6

Obbligi tal-Istati Membri

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jaħtru l-awtoritajiet tal-approvazzjoni u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom stess. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment u l-ħatra ta' dawk l-awtoritajiet.

Dik in-notifika għandha tinkludi l-isem ta' dawk l-awtoritajiet, l-indirizzi tagħhom, inklużi l-indirizzi elettroniċi tagħhom, kif ukoll l-oqsma ta' responsabbiltà tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, flimkien mad-dettalji ta' kuntatt tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq tagħhom stess iżommu separazzjoni stretta tar-rwoli u r-responsabbiltajiet u li kull waħda minnhom tiffunzjona b'mod indipendenti mill-oħra. Dawk l-awtoritajiet jistgħu jkunu mill-istess organizzazzjoni dment li l-attivitajiet tagħhom ikunu ġestiti b'mod awtonomu bħala parti minn struttura separata.

2.  
Stat Membru fejn iktar minn awtorità tal-approvazzjoni waħda tkun responsabbli għall-approvazzjoni tal-vetturi inkluż approvazzjoni tal-vetturi individwali għandu jiddeżinja waħda minnhom li jkollha l-kompetenza toħroġ l-approvazzjonijiet tat-tip bħala l-awtorità tal-approvazzjoni waħdanija li tkun responsabbli għall-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, għall-fini tal-Artikolu 11 u għall-adempiment tal-obbligi stipulati fil-Kapitolu XV.
3.  
Stat Membru fejn iktar minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq waħda tkun responsabbli għas-sorveljanza tas-suq għandu jiddeżinja waħda minnhom bħala l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq waħdanija li tkun responsabbli għall-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta' Stati Membri oħrajn għall-fini tal-Artikolu 11.
4.  
L-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati biss li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament.
5.  
L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament, għajr fil-każijiet previsti fil-Kapitolu XI.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jippermettux iċ-ċirkolazzjoni fit-triq, it-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament, iżda li jaqbżu d-dimensjonijiet, il-piżijiet u t-tagħbijiet fuq il-fus armonizzati stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE ( 4 ).

6.  
L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq u kontrolli tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti u tal-unitajiet tekniċi separati li jidħlu fis-suq, f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
7.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu intitolati li, fejn iqisu li jkun meħtieġ u ġustifikat, jidħlu fil-bini tal-operaturi ekonomiċi fit-territorju tagħhom u jieħdu kwalunkwe kampjun meħtieġ ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għall-finijiet ta' ttestjar tal-konformità.
8.  
L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' approvazzjoni tat-tip tagħhom. Tali rieżamijiet u valutazzjonijiet għandhom jitwettqu tal-inqas kull erba' snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar imsemmi fl-Artikolu 11 (“il-Forum”).

L-Istati Membri għandhom jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku sommarju tar-riżultati ta' rieżamijiet u valutazzjonijiet perjodiċi.

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Forum dwar kif huma jindirizzaw kwalunkwe rakkomandazzjoni imsemmija fl-Artikolu 11(5) maħruġa mill-Forum.

9.  
L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq tagħhom. Tali rieżamijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull erba' snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Forum.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku sommarju tar-riżultati ta' rieżamijiet u valutazzjonijiet perjodiċi

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Forum dwar kif jindirizzaw kwalunkwe rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(5) maħruġa mill-Forum.

10.  
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kriterji komuni għall-format tar-rappurtar dwar ir-rieżamijiet u l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 8 u 9 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 83(2).

Artikolu 7

Obbligi tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni

1.  
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom japprovaw biss vetturi, sistemi komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.
2.  
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Dawn għandhom josservaw il-kunfidenzjalità sabiex iħarsu s-segretezza kummerċjali, soġġett għall-obbligu stabbilit fl-Artikolu 9(4) li jagħmlu informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni u soġġett għal rekwiżiti ta' divulgazzjoni applikabbli oħra stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni sabiex iħarsu l-interessi tal-utenti fl-Unjoni.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jikkooperaw b'mod effiċjenti u effettiv, u għandhom jaqsmu informazzjoni rilevanti għar-rwol u l-funzjonijiet tagħhom.

3.  
Bil-għan li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jagħmlu kontrolli, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni meħtieġa relatata mal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li jkunu soġġetti għal kontrolli ta' verifika tal-konformità. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu msemmija fl-Artikolu 28(1). L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq mingħajr dewmien żejjed.
4.  
Fejn awtorità tal-approvazzjoni tiġi infurmata f'konformità mal-Kapitolu XI li xi vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata huma suspettati li jippreżentaw riskju serju jew li mhumiex konformi, din għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tirrieżamina l-approvazzjoni tat-tip mogħtija u, fejn ikun adatt, tikkoreġi jew tirtira l-approvazzjoni tat-tip skont ir-raġunijiet u l-gravità tad-devjazzjonijiet murija.

Artikolu 8

Obbligi tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

1.  
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu kontrolli regolari biex jivverifikaw li vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti. Tali kontrolli għandhom isiru fuq skala adegwata permezz ta' kontrolli ta' dokumenti u, fejn adatt, permezz ta' testijiet fil-laboratorju u testijiet fuq it-triq magħmula abbażi ta' kampjuni statistikament rilevanti.

Meta jwettqu tali kontrolli, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iqisu:

(a) 

prinċipji stabbiliti ta' valutazzjoni tar-riskju;

(b) 

ilmenti sostanzjati; u

(c) 

kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, inklużi l-informazzjoni skambjata fil-Forum u riżultati tal-ittestjar ippubblikati minn partijiet terzi rikonoxxuti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mill-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(10).

2.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' kull Stat Membru għandhom iwettqu mill-inqas għadd minimu ta' testijiet fuq vetturi kull sena. Dak l-għadd minimu ta' testijiet għal kull Stat Membru għandu jkun ta' wieħed għal kull 40 000 vettura bil-mutur ġdida rreġistrata fl-Istat Membru fis-sena preċedenti, iżda m'għandux ikun inqas minn ħames testijiet.

Kull test għandu jivverifika l-konformità mal-atti regolatorji applikabbli elenkati fl-Anness II.

3.  
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jwettqu aktar minn ħames testijiet fis-sena għandhom iwettqu tal-anqas 20 % tal-għadd minimu ta' testijiet fil-forma ta' testijiet relatati mal-emissjonijiet komparabbli mat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip li jkopru r-rekwiżiti applikabbli kollha relatati mal-emissjonijiet għat-tip ittestjat stipulat fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness II.
4.  
L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed tista' taqbel mal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru ieħor li l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta' dak l-Istat Membru l-ieħor iwettaq it-testijiet meħtieġa taħt il-paragrafi 2 u 3.
5.  
L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru tista' tiftiehem mal-Kummissjoni li l-Kummissjoni twettaq it-testijiet meħtieġa taħt il-paragrafu 3 bi spiża għal dak l-Istat Membru. Kwalunkwe test imwettaq taħt dan il-paragrafu għandu jitqies għall-għadd minimu ta' testijiet meħtieġa taħt il-paragrafu 2.
6.  
Kull Stat Membru għandu kull sena jħejji deskrizzjoni komprensiva tal-kontrolli tiegħu tas-sorveljanza tas-suq ippjanati li huwa għandu jippreżenta lill-Forum mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu.
7.  
Kull sentejn, kull Stat Membru għandu jfassal rapport dwar is-sejbiet tiegħu wara kwalunkwe kontroll ta' verifika tal-konformità li jkun wettaq fis-sentejn ta' qabel. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Forum sat-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara tmiem il-perijodu ta' sentejn ikkonċernat.
8.  
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jagħmlu disponibbli lill-awtoritajiet tali dokumentazzjoni, informazzjoni u speċifikazzjoni teknika oħra, inkluż l-aċċess għas-softwer u l-algoritmi, li l-awtoritajiet iqisu bħala neċessarji għall-fini ta' twettiq tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq.
9.  
Għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tat-tip approvat, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu inkonsiderazzjoni ċ-ċertifikati tal-konformità, il-marki tal-approvazzjoni tat-tip jew iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip, ippreżentati mill-operaturi ekonomiċi.
10.  
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu miżuri adatti biex javżaw lill-utenti fit-territorji tal-Istati Membri tagħhom f'perijodu ta' żmien adegwat dwar il-perikli li jkunu ġew identifikati minnhom jew mill-Kummissjoni b'rabta ma' kwalunkwe vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata sabiex jipprevjenu jew inaqqsu r-riskju ta' korriment jew ħsara oħra, inkluż billi jagħmlu disponibbli tali informazzjoni fuq is-sit web tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkooperaw mal-operaturi ekonomiċi fir-rigward ta' azzjonijiet li jistgħu jevitaw jew inaqqsu r-riskji kkaġunati minn vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li dawk l-operaturi għamlu disponibbli fis-suq.

11.  
Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru jiddeċiedu li jirtiraw vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mis-suq f'konformità mal-Kapitolu XI, għandhom jgħarrfu lill-operatur ekonomiku kkonċernat u lill-awtorità tal-approvazzjoni rilevanti.
12.  
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Għandhom josservaw il-kunfidenzjalità sabiex iħarsu s-sigrieti kummerċjali, soġġett għall-obbligu stabbilit fl-Artikolu 9(4) li jagħmlu informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni jew soġġett għal kwalunkwe rekwiżit ta' divulgazzjoni applikabbli stabbilit fil-liġi tal-Unjoni sabiex ikunu protetti l-interessi tal-utenti fl-Unjoni.
13.  
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri differenti għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq tagħhom, jikkooperaw ma' xulxin u għandhom jaqsmu r-riżultati ta' dawk l-attivitajiet ma' xulxin u mal-Forum. Meta jkun adatt, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jaqblu dwar il-kondiviżjoni ta' xogħol u l-ispeċjalizzazzjoni.
14.  
Meta jkun hemm iktar minn awtorità waħda fi Stat Membru li tkun responsabbli għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli tal-fruntieri esterni, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkooperaw ma' xulxin b'mod effiċjenti u effettiv, u għandhom jaqsmu informazzjoni rilevanti għar-rwoli u l-funzjonijiet rispettivi tagħhom.
15.  
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu kriterji komuni għall-istabbiliment tal-iskala adegwata tal-kontrolli ta' verifika tal-konformità imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jistabbilixxu kriterji komuni għall-format tad-deskrizzjoni u tar-rapportar imsemmija rispettivament fil-paragrafi 6 u 7 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83 (2).

Artikolu 9

Verifika tal-konformità mill-Kummissjoni

1.  
Il-Kummissjoni għandha torganizza u twettaq, bi spejjeż għaliha, testijiet u spezzjonijiet biex tivverifika li vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati, jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti.

It-testijiet u spezzjonijiet għandhom jitwettqu, fost l-oħrajn, permezz ta' testijiet fil-laboratorju u testijiet fit-triq, abbażi ta' kampjuni statistikament rilevanti, u għandhom jiġu ssupplimentati minn kontrolli dokumentarji.

Meta tagħmel dawk it-testijiet u spezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tqis:

(a) 

il-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskju;

(b) 

ilmenti sostanzjati; u

(c) 

kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, inkluż informazzjoni skambjata fil-Forum, riżultati tal-ittestjar ippubblikati minn partijiet terzi rikonoxxuti li jkunu f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti mill-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(10), informazzjoni dwar teknoloġiji ġodda fis-suq u rapporti li jirriżultaw minn telerilevament fit-triq.

Il-Kummissjoni tista' tafda t-twettiq ta' testijiet jew spezzjonijiet lil servizzi tekniċi, u f'dak il-każ, is-servizzi tekniċi jkunu qed jaġixxu f'isem il-Kummissjoni. Fejn il-Kummissjoni tafda t-twettiq ta' testijiet jew spezzjonijiet lil servizzi tekniċi għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-servizz tekniku li jintuża ma jkunx l-istess bħas-servizz tekniku li jkun wettaq it-test tal-approvazzjoni tat-tip oriġinali.

Dawk it-testijiet u spezzjonijiet jistgħu jsiru:

(a) 

fuq vetturi ġodda forniti minn manifatturi jew minn operatur ekonomiku ieħor, kif previst fil-paragrafu 2;

(b) 

fuq vetturi rreġistrati bi qbil mad-detentur taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tal-vettura.

2.  
Il-manifatturi li jkollhom approvazzjoni tat-tip jew operaturi ekonomiċi oħra għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba u billi jingħataw kumpens ġust, għadd statistikament rilevanti ta' vetturi tal-produzzjoni, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati magħżulin mill-Kummissjoni li huma rappreżentattivi għall-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati disponibbli għat-tqegħid fis-suq b'dik l-approvazzjoni tat-tip. Tali vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għandhom jiġu fornuti għall-ittestjar f'tali żmien u post, u għal tali perijodu, kif meħtieġ mill-Kummissjoni.
3.  
Qabel ma l-Kummissjoni tagħmel l-ittestjar u l-ispezzjonijiet tagħha, hija għandha tinnotifika lill-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip u lill-Istat Membru fejn il-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata jkunu tqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq.

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni meta din twettaq dawn it-testijiet u spezzjonijiet.

4.  
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel l-ittestjar u spezzjonijiet skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmin żejjed, jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa marbuta mal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li jkunu soġġett għall-verifika tal-konformità. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu msemmija fl-Artikolu 28(1).
5.  
Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni, mingħajr ħlas u mingħajr dewmien żejjed, kwalunkwe data li tkun meħtieġa għall-fini tal-verifika tal-konformità u li ma tkunx disponibbli fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu msemmija fl-Artikolu 28(1).

Tali data għandha tinkludi l-parametri u l-konfigurazzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġu replikati b'mod preċiż il-kondizzjonijiet ta' ttestjar li kienu japplikaw fil-mument tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-data li għandha ssir disponibbli, soġġett għall-protezzjoni tas-segretezza kummerċjali u l-preservazzjoni tad-data personali skont il-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).

6.  
Fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip stabbiliti f'dan ir-Regolament, li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati ma jikkonformawx mal-approvazzjoni tat-tip jew li l-approvazzjoni tat-tip tkun ingħatat abbażi ta' data skorretta, din għandha tagħti bidu għall-proċedura prevista fl-Artikoli 53 jew 54.

Fejn it-testijiet u l-ispezzjonijiet ipoġġu f'dubju l-korrettezza tal-approvazzjoni tat-tip stess, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-awtorità tal-approvazzjoni jew l-awtoritajiet ikkonċernati kif ukoll lill-Forum.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti sabiex huma jieħdu miżuri adatti biex javżaw lill-utenti fl-Unjoni f'perijodu ta' żmien adegwat dwar kwalunkwe nonkonformità identifikata minnha relatata ma' kwalunkwe vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata sabiex tipprevjeni jew tnaqqas ir-riskju ta' korriment jew ħsara oħra.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku rapport dwar il-konklużjonijiet tagħha wara kwalunkwe test ta' verifika tal-konformità li twettaq u għandha tgħaddi dawn il-konklużjonijiet lill-Istati Membri u lill-Forum. Dak ir-rapport għandu jkun fih id-dettalji tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li kienu vvalutati u l-identità tal-manifatturikkonċernat, kif ukoll deskrizzjoni qasira tas-sejbiet, inkluża n-natura tan-nonkonformità, jekk ikun hemm.

Artikolu 10

Valutazzjonijiet mill-Kummissjoni

1.  
Il-Kummissjoni għandha torganizza u twettaq valutazzjonijiet tal-proċeduri stabbiliti mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni li taw approvazzjonijiet tat-tip tal-UE matul il-ħames snin ta' qabel il-valutazzjoni, b'mod partikolari tal-proċeduri għall-għoti tal-approvazzjonijiet tat-tip, għat-twettiq tal-konformità tal-produzzjoni u għad-deżinjazzjoni u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi. Tali valutazzjonijiet għandhom jinkludu evalwazzjoni, bl-użu ta' kampjun aleatorju, tal-konformità tal-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 26(2) fi żmien ħames snin qabel il-valutazzjoni.
2.  
Il-valutazzjonijiet għandu jkollhom l-għan li jassistu lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni li jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE biex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u biex jikkondividu l-aħjar prattiki.
3.  
Il-valutazzjonijiet għandhom jitwettqu f'konformità mal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat, b'kont dovut tad-drittijiet tal-awtoritajiet ikkonċernati u għandhom jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha twettaq dmirijietha b'mod indipendenti u imparzjali u għandha tħares il-kunfidenzjalità sabiex jiġu protetti s-sigrieti kummerċjali skont il-liġi applikabbli. Il-Kummissjoni għandha ġġarrab l-ispejjeż li jirriżultaw minn tali valutazzjonijiet.
4.  
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni kkonċernati għandhom jiffaċilitaw il-valutazzjoni billi jikkooperaw mal-Kummissjoni u jagħtuha kwalunkwe assistenza neċessarja u jipprovdulha kwalunkwe dokumentazzjoni neċessarja.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-persunal li jipparteċipa fil-valutazzjoni huwa kkwalifikat biżżejjed u mħarreġ b'mod adegwat. Il-Kummissjoni għandha tinforma, fi żmien xieraq qabel il-valutazzjoni, lill-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni kkonċernati bid-data li fiha tkun ser tibda l-valutazzjoni u l-identità tal-persunal li ser iwettaq il-valutazzjoni. It-tul tal-valutazzjoni fil-bini tal-awtorità tal-approvazzjoni kkonċernata ma għandux normalment jaqbeż il-jumejn, u fi kwalunkwe każ ma għandux jaqbeż tlett ijiem.
6.  
Kull awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat tal-inqas approvazzjoni tat-tip tal-UE waħda matul perijodu ta' ħames snin għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni darba matul dak il-perijodu.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, il-valutazzjoni ta' awtorità tal-approvazzjoni tista' tkun anqas frekwenti, jekk il-Kummissjoni tqis li l-ewwel valutazzjoni ta' dik l-awtorità turi li l-proċeduri stabbiliti jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, b'kont meħud tal-ambitu u l-firxa tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija.

7.  
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-eżitu tal-valutazzjoni, inkluż kwalunkwe rakkomandazzjoni, lill-Forum u għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku sommarju tal-eżitu. Il-Forum għandu jeżamina l-eżitu tal-valutazzjoni.
8.  
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Forum dwar kif jindirizzaw kwalunkwe rakkomandazzjoni inkluż l-eżitu tal-valutazzjoni.
9.  
B'kont debitu tal-konsiderazzjonijiet tal-Forum, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu kriterji komuni li jistipulaw l-ambitu ta', u l-metodoloġija użata għal, il-valutazzjoni, il-kompożizzjoni tat-tim ta' valutazzjoni, il-pjan għall-valutazzjonijiet li jkopri perijodu ta' mill-anqas ħames snin u l-kondizzjonijiet speċifiċi li taħthom tista' titnaqqas il-frekwenza ta' tali valutazzjonijiet. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).

Artikolu 11

Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar

1.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, tippresiedi u timmaniġġja Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar (“il-Forum”).

Il-Forum għandu jkun magħmul minn rappreżentanti maħturin minn kull Stat Membru li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet tagħhom tal-approvazzjoni u lill-awtoritajiet tagħhom tas-sorveljanza tas-suq.

Kull meta jkun xieraq, servizzi tekniċi, partijiet terzi rikonoxxuti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(10), rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tal-industrija u tal-operaturi ekonomiċi rilevanti kif ukoll tal-partijiet interessati involuti fi kwistjonijiet ta' sikurezza u dawk ambjentali jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi għall-Forum f'konformità mar-regoli ta' proċedura msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.

Il-kompiti konsultattivi tal-Forum għandhom ikollhom bħala għan tagħhom il-promozzjoni tal-aħjar prattiki sabiex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, l-iskambju ta' informazzjoni dwar problemi ta' infurzar, kooperazzjoni, b'mod partikolari rigward il-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u l-monitoraġġ ta' servizzi tekniċi, l-iżvilupp ta' metodi ta' ħidma u għodod, l-iżvilupp ta' proċedura ta' skambju elettroniku ta' informazzjoni, u l-evalwazzjoni ta' proġetti ta' infurzar armonizzatu penali.

2.  

Il-Forum għandu jikkunsidra:

(a) 

kwistjonijiet relatati mal-interpretazzjoni uniformi tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness II matul l-interpretazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti;

(b) 

ir-riżultati tal-attivitajiet relatati mal-approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq li twettqu mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 6(8) u (9);

(c) 

ir-riżultati tal-ittestjar u ta' spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 9;

(d) 

il-valutazzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 10;

(e) 

rapporti ta' testijiet dwar il-possibbiltà ta' nonkonformità ppreżentati minn partijiet terzi rikonoxxuti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mill-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(10);

(f) 

ir-riżultati tal-attivitajiet tal-konformità tal-produzzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 31;

(g) 

l-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 67(6) dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u n-notifika tas-servizzi tekniċi u għall-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi;

(h) 

il-kwistjonijiet ta' rilevanza ġenerali fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament b'rabta mal-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi f'konformità mal-Artikoli 67(10) u 78(4);

(i) 

il-ksur minn operaturi ekonomiċi;

(j) 

l-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi jew restrittivi stabbiliti fil-Kapitolu XI;

(k) 

l-ippjanar, il-koordinazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(l) 

il-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi stipulati fil-Kapitolu XIV u, b'mod partikolari, il-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-proċeduri stabbiliti taħt l-Artikolu 65.

3.  
Abbażi tar-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 8(7), il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport fil-qosor dwar l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq disponibbli għall-pubbliku fuq bażi ta' sentejn.
4.  
Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta sommarju tal-attivitajiet tal-Forum lill-Parlament Ewropew.
5.  
Bħala parti mill-kompitu tiegħu ta' konsulenza u b'kont meħud tal-eżitu tal-kunsiderazzjonijiet taħt il-paragrafu 2, il-Forum jista' jagħti opinjoni jew joħroġ rakkomandazzjoni.

Meta jagħti opinjoni jew joħroġ rakkomandazzjoni, il-Forum għandu jagħmel ħiltu biex jilħaq kunsens. Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq tali kunsens, il-Forum għandu jagħti l-opinjoni tiegħu jew joħroġ rakkomandazzjonijiet tiegħu b'maġġoranza sempliċi tal-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jkollu vot wieħed. L-Istati Membri li jkollhom pożizzjonijiet diverġenti jistgħu jitolbu li l-pożizzjonijiet tagħhom u r-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati jiġu rreġistrati fl-opinjoni jew rakkomandazzjonijiet tal-Forum.

6.  
Meta l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu debitament inkonsiderazzjoni l-opinjonijiet mogħtija mill-Forum skont il-paragrafu 5.
7.  
Il-Forum għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 12

Skambju ta' data online

1.  
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema komuni sigura ta' skambju elettroniku msemmija fl-Artikolu 27 għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u l-annessi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 28(1), inkluż għal kwalunkwe rapport tal-ittestjar kif ukoll emendi, rifjuti jew irtirar ta' kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jużaw is-Sistema tat-Tagħrif Imħaffef (RAPEX), stabbilita taħt id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u s-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS), stabbilita taħt ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 għas-sorveljanza tas-suq, sejħiet lura u attivitajiet rilevanti oħra bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

2.  
Mill-5 ta' Lulju 2026, l-Istati Membri għandhom jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku, permezz tan-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura, iċ-ċertifikat ta' konformità ta' kull vettura bħala data strutturata f'format elettroniku fis-sistema komuni sigura ta' skambju elettroniku, f'konformità mal-Artikolu 37.

Mill-5 ta' Lulju 2026, l-Istati Membri għandhom jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku l-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikat ta' konformità, bl-esklużjoni tan-numri ta' identifikazzjoni tal-vetturi, bħala data strutturata f'format elettroniku fis-sistema komuni sigura ta' skambju elettroniku f'konformità mal-Artikolu 37.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format ta', u l-kriterji ta' aċċess għall-pubbliku għall-informazzjoni msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83 (2).

3.  
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex tistabbilixxi interfaċċa bejn is-sistema komuni sigura ta' skambju elettroniku msemmija fl-Artikolu 27, ir-RAPEX) u l-ICSMS sabiex ikunu faċilitati l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq u jkunu żgurati l-koordinazzjoni, il-konsistenza u l-eżattezza tal-informazzjoni provduta lill-konsumaturi u partijiet terzi.
4.  
L-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema komuni sigura ta' skambju elettroniku msemmija fl-Artikolu 27, sabiex jagħmlu lista tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għall-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati mogħtija, emendati, irrifjutati jew irtirati minnhom, kif ukoll lista tas-servizzi tekniċi li wettqu t-testijiet għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE, aċċessibbli għall-pubbliku mill-1 ta' Settembru 2022.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format ta', u l-kriterji ta' aċċess għall-pubbliku għall-informazzjoni imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).

5.  
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa għodda biex tagħmel aċċessibbli għall-pubbliku r-riżultati tat-testijiet u lmenti dwar il-prestazzjoni ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati minn partijiet terzi rikonoxxuti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(10).

Artikolu 13

Obbligi ġenerali tal-manifatturi

1.  
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li huma mmanifatturaw u li jitqiegħdu fis-suq ikunu ġew manifatturati u approvati f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u b'mod partikolari, dawk fl-Artikolu 5.
2.  
Il-manifatturi għandhom ikunu responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni u li jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni.

Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, il-manifatturi għandhom ikunu responsabbli wkoll għall-approvazzjoni u l-konformità tal-produzzjoni tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati li huma jkun żied fl-istadju tal-ikkompletar tal-vettura. Manifatturi li jimmodifikaw komponenti, sistemi jew unitajiet tekniċi separati diġà approvati fi stadji aktar bikrija għandhom ikunu responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-produzzjoni tal-komponenti, tas-sistemi jew tal-unitajiet tekniċi separati modifikati. Il-manifatturi tal-istadju preċedenti għandhom jipprovdu informazzjoni lill-manifatturi tal-istadju sussegwenti rigward kwalunkwe bidla li tista' taffettwa l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent, l-approvazzjoni tat-tip tas-sistema jew l-approvazzjoni tat-tip tal-unità teknika separata jew inkella l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha. Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta hekk kif tkun ingħatat l-estensjoni l-ġdida għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha u mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-manifattura tal-vettura mhux kompleta.

3.  
Il-manifatturi li jimmodifikaw vettura mhux kompleta b'tali mod li din tikkwalifika bħala kategorija ta' vettura differenti, bil-konsegwenza li r-rekwiżiti diġà vvalutati fi stadju preċedenti tal-approvazzjoni tat-tip ikunu nbidlu, għandhom ikunu responsabbli wkoll għall-konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-kategorija ta' vetturi li għaliha tikkwalifika l-vettura modifikata.
4.  
Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati, manifattur stabbilit barra mill-Unjoni għandu jaħtar rappreżentant waħdieni stabbilit fl-Unjoni sabiex jirrappreżenta lill-manifattur quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni. Dak il-manifattur għandu jaħtar ukoll rappreżentant waħdieni stabbilit fl-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, li jista' jkun l-istess rappreżentant maħtur għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
5.  
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati mhumiex imfassla biex jinkorporaw strateġiji jew mezzi oħra li jalteraw il-prestazzjoni murija waqt il-proċeduri ta' ttestjar b'tali mod li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament meta joperaw taħt kondizzjonijiet li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija f'operat normali.
6.  
Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu proċeduri li jiżguraw li l-produzzjoni tas-serje ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati tibqa' f'konformità mat-tip approvat.
7.  
Il-manifatturi għandhom jeżaminaw kwalunkwe lment li jirċievu relatat ma' riskji, suspett ta' inċidenti jew kwistjonijiet ta' nonkonformità fir-rigward ta' vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts u tagħmir li jkunu qiegħdu fis-suq.

Il-manifatturi għandhom iżommu rekord ta' tali ilmenti, inklużi għal kull ilment deskrizzjoni tal-kwistjoni u d-dettalji meħtieġa biex jiġi identifikat b'mod preċiż it-tip affettwat ta' vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir, u, fil-każ ta' lmenti sostanzjati, il-manifatturi għandhom iżommu informati lid-distributuri u l-importaturi tagħhom dwarhom.

8.  
Minbarra l-pjanċa statutorja mwaħħla mal-vetturi tagħhom u l-marki tal-approvazzjoni mwaħħlin mal-komponenti jew mal-unitajiet tekniċi separati tagħhom f'konformità mal-Artikolu 38, il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom, flimkien mal-indirizz ta' kuntatt tagħhom fl-Unjoni fuq il-vetturi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati tagħhom imqiegħda għad-disponibbiltà fis-suq jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ jew f'dokument li jakkumpanja l-komponent jew l-unità teknika separata.
9.  
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li, sakemm vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ikunu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kondizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jippreġudikawx il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.
10.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(5) u soġġett għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u l-preservazzjoni tad-data personali skont il-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali, il-manifatturi tal-vetturi għandhom jagħmlu disponibbli data, li tinħtieġ għall-ittestjar minn partijiet terzi tal-possibbiltà ta' nonkonformità, inklużi l-parametri u l-konfigurazzjonijiet kollha li jinħtieġu biex jiġu replikati b'mod preċiż il-kondizzjonijiet ta' ttestjar li ġew applikati fil-mument tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-data li għandha ssir disponibbli mingħajr ħlas, kif ukoll ir-rekwiżiti li għandhom jintlaħqu minn partijiet terzi biex juru l-interess leġittimu tagħhom fl-oqsma tas-sikurezza pubblika jew il-protezzjoni tal-ambjent u l-użu minnhom ta' faċilitajiet ta' ttestjar adegwati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).

Artikolu 14

Obbligi tal-manifatturi dwar il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati, il-parts u t-tagħmir tagħhom li mhumiex konformi jew li jippreżentaw riskju serju

1.  
Fejn vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir, li jkunu tqiegħdu fis-suq jew li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni, ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament jew fejn l-approvazzjoni tat-tip tkun ingħatat abbażi ta' data skorretta, il-manifattur għandu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa minnufih biex iġib tali vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir f'konformità, jew inkella biex jirtirahom mis-suq jew jagħmel sejħa lura tagħhom mis-suq, kif ikun adatt.

Il-manifattur għandu jgħarraf minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni fid-dettall dwar in-nonkonformità u dwar kwalunkwe miżura meħuda.

2.  
Fejn il-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir jippreżentaw riskju serju, il-manifattur għandu jipprovdi minnufih lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq informazzjoni dettaljata dwar ir-riskju u dwar kwalunkwe miżura meħuda f'dak ir-rigward.
3.  
Il-manifatturi għandhom iżommu ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u l-annessi tagħhom msemmija fl-Artikolu 28(1) għal perijodu ta' 10 snin wara tmiem il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura u għal perijodu ta' ħames snin wara tmiem il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' sistema, komponent jew unità teknika separata.

Il-manifatturi tal-vettura għandhom iżommu kopja taċ-ċertifikati tal-konformità msemmija fl-Artikolu 36 għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni għal perijodu ta' 10 snin mid-data ta' manifattura tal-vettura.

4.  
Il-manifatturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali jew il-Kummissjoni, jipprovdu lil dik l-awtorità jew lill-Kummissjoni, kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) li turi l-konformità tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent, tal-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-awtorità nazzjonali jew mill-Kummissjoni.

Il-manifatturi għandhom jikkooperaw, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, ma' dik l-awtorità dwar kwalunkwe azzjoni meħuda f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-vettura, mis-sistema, mill-komponent, mill-unità teknika separata, mill-part jew mit-tagħmir li huma jkunu qiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq.

Artikolu 15

Obbligi tar-rappreżentanti tal-manifattur

1.  

Ir-rappreżentant tal-manifattur għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mill-manifattur. Il-mandat għandu tal-inqas jipprevedi li r-rappreżentant:

(a) 

ikollu aċċess għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu msemmija fl-Artikolu 28(1), u għaċ-ċertifikat tal-konformità f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Tali dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal perijodu ta' 10 snin wara tmiem il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura u għal perijodu ta' ħames snin wara tmiem il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' sistema, komponent jew unità teknika separata;

(b) 

jipprovdi lil awtorità tal-approvazzjoni, wara talba motivata minn dik l-awtorità, l-informazzjoni, id-dokumentazzjoni kollha u kwalunkwe speċifikazzjoni teknika oħra, inkluż aċċess għas-softwer u algoritmi, li jkunu meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-produzzjoni ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata;

(c) 

jikkoopera mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni jew mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġi eliminat ir-riskju serju kkawżat minn vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir koperta minn dak il-mandat tagħhom;

(d) 

jgħarraf minnufih lill-manifattur dwar l-ilmenti u r-rapporti marbutin ma' riskji, inċidenti suspettati jew kwistjonijiet ta' nonkonformità rigwar għal vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir koperti minn dak il-mandat;

(e) 

jkollu d-dritt li jittermina l-mandat mingħajr penali jekk il-manifattur jaġixxi b'mod li jmur kontra l-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament.

2.  
Rappreżentant ta' manifattur li jittermina l-mandat għar-raġunijiet imsemmijin fil-punt (e) tal-paragrafu 1 għandu jgħarraf minnufih kemm lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip kif ukoll lill-Kummissjoni.

L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta għandha tispeċifika tal-inqas:

(a) 

id-data tat-terminazzjoni tal-mandat;

(b) 

id-data sa meta r-rappreżentant tal-manifattur li ser jieqaf jista' jkun indikat fl-informazzjoni pprovduta mill-manifattur, inkluż kwalunkwe materjal promozzjonali;

(c) 

it-trasferiment ta' dokumenti, inkluż aspetti marbutin mal-kunfidenzjalità u d-drittijiet ta' proprjetà;

(d) 

l-obbligu tar-rappreżentant tal-manifattur li ser jieqaf biex wara tmiem il-mandat jgħaddi lill-manifattur jew lir-rappreżentant tal-manifattur li ser jinħatar kwalunkwe lment jew rapport dwar riskji u inċidenti suspettati marbutin ma' vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir li għalihom ir-rappreżentant tal-manifattur li ser jieqaf kien ġie ddeżinjat bħala rappreżentant tal-manifattur.

Artikolu 16

Obbligi tal-importaturi

1.  
L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati biss li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.
2.  
Qabel iqiegħdu fis-suq vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tat-tip approvat, l-importaturi għandhom jivverifikaw li dawn ikunu koperti minn ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE validu u li s-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata jkollhom l-marka tal-approvazzjoni meħtieġa u jkunu konformi mal-Artikolu 13(8).

Fil-każ ta' vettura, l-importatur għandu jiżgura li l-vettura tkun akkumpanjata miċ-ċertifikat tal-konformità meħtieġ.

3.  
Fejn vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhumiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u, b'mod partikolari fejn ma jikkorrispondux għall-approvazzjoni tat-tip tagħhom, l-importaturi ma għandhomx iqiegħdu fis-suq, jippermettu t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta' tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, sakemm dawn jiġu konformi.
4.  
Fejn vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, part jew tagħmir jikkawżaw riskju serju, l-importaturi għandhom jgħarrfu b'dan lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tat-tip approvat, l-importaturi għandhom jgħarrfu wkoll lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip.
5.  
L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom, flimkien mal-indirizz ta' kuntatt tagħhom fuq il-vettura, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir, jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ jew f'dokument li jakkumpanja l-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir.
6.  
L-importaturi għandhom jiżguraw li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata ikunu akkumpanjati minn istruzzjonijiet u informazzjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 59, bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istati Membri kkonċernati.
7.  
Bl-għan li jipproteġi s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, l-importaturi għandhom iżommu rekord tal-ilmenti u s-sejħiet lura rigward vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir li jkunu qiegħdu fis-suq u għandhom iżommu lid-distributuri tagħhom infurmati dwar tali lmenti u sejħiet lura mis-suq.
8.  
L-importaturi għandhom jgħarrfu minnufih lill-manifattur rilevanti dwar kwalunkwe lment li jirċievu rigwardriskji, suspett ta' inċidenti jew kwistjonijiet ta' nonkonformità dwar vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir li huma jkunu qiegħdu fis-suq.
9.  
L-importaturi għandhom jiżguraw li, sakemm vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kondizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jippreġudikawx il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Obbligi tal-importaturi dwar il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati, il-parts u t-tagħmir tagħhom li mhumiex konformi jew li jippreżentaw riskju serju

1.  
Fejn vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir li jkunu tqiegħdu fis-suq minn importaturi ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament, l-importaturi għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa sabiex iġibu tali vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir f'konformità taħt is-sorveljanza tal-manifattur, biex jirtirawhom mis-suq jew jagħmlu sejħa lura tagħhom mis-suq, kif adatt. L-importaturi għandhom wkoll jgħarrfu lill-manifattur u lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
2.  
Fejn vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir li jkunu tqiegħdu fis-suq jippreżentaw riskju serju, l-importaturi għandhom jipprovdu minnufih informazzjoni dettaljata dwar ir-riskju serju lill-manifattur u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

L-importaturi għandhom jgħarrfu ukoll lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar kwalunkwe azzjoni meħuda u jagħti dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju serju u dwar kwalunkwe miżuri meħuda mill-manifattur.

3.  
L-importaturi għandhom, għal perijodu ta' 10 snin wara tmiem il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura u għal perijodu ta' ħames snin wara tmiem il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' sistema, komponent jew unità teknika separata, iżommu kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u tal-annessi tiegħu msemmija fl-Artikolu 28(1), u għandhom jiżguraw li dawn ikunu jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq,fuq talba.
4.  
L-importaturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdu lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa li turi l-konformità ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità.

L-importaturi għandhom jikkooperaw, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali, ma' dik l-awtorità dwar kwalunkwe azzjoni meħuda f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex jiġu eliminati r-riskji kkawżati mill-vettura, mis-sistema, mill-komponent, mill-unità teknika separata, mill-part jew mit-tagħmir li huma jkunu qiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq.

Artikolu 18

Obbligi tad-distributuri

1.  
Id-distributuri għandhom jivverifikaw, qabel iqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata jkollhom il-pjanċa statutorja tal-manifattur jew il-marka tal-approvazzjoni meħtieġa, li jkunu akkumpanjati mid-dokumenti meħtieġa, kif ukoll bi struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza, kif mitlub mill-Artikolu 59, bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti, u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13(8) u fl-Artikolu 16(5), rispettivament.
2.  
Id-distributuri għandhom jgħarrfu minnufih lill-manifattur rilevanti dwar kwalunkwe lment li jirċievu relatat ma' riskji, suspett ta' inċidenti jew kwistjonijiet ta' nonkonformità tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati, il-parts jew it-tagħmir li jkunu qiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq.
3.  
Id-distributuri għandhom jiżguraw li, sakemm vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kondizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jippreġudikawx il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Obbligi tad-distributuri dwar il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati, il-parts u t-tagħmir tagħhom li mhumiex konformi jew li jippreżentaw riskju serju

1.  
Fejn vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir ma jkunux f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, id-distributuri għandhom jgħarrfu lill-manifattur, lill-importatur u lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE f'dan ir-rigward, u ma għandhomx iqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq il-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir sakemm dawn jinġiebu f'konformità.
2.  
Fejn vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir li d-distributuri jkunu qiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq ma jkunux f'konformità ma' dan ir-Regolament, huma għandhom jgħarrfu lill-manifattur, l-importatur u l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
3.  
Fejn vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, -part jew tagħmir jippreżentaw riskju serju, id-distributuri għandhom jipprovdu informazzjoni dettaljata minnufih dwar dak ir-riskju serju lill-manifattur, lill-importatur u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn tali vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir ikunu tqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq.

Id-distributuri għandhom jgħarrfuhom ukoll bi kwalunkwe azzjoni meħuda u jagħtu dettalji ta' kwalunkwe miżuri korrettivi meħuda mill-manifattur.

4.  
Id-distributuri għandhom jikkooperaw, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, ma' dik l-awtorità dwar kwalunkwe azzjoni meħuda f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex jiġu eliminati r-riskji kkawżati mill-vettura, mis-sistema, mill-komponent, mill-unità teknika separata, mill-part jew mit-tagħmir li huma jkunu qiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq.

Artikolu 20

Każijiet meta l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikoli 8, 13 u 14, fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn l-importatur jew id-distributur iqiegħed għad-disponibbiltà fis-suq, jew ikun responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata taħt l-isem jew it-trademark tiegħu, jew jimmodifika vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata b'tali mod li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata ma jibqgħux konformi mar-rekwiżiti applikabbli; jew

(b) 

fejn l-importatur jew id-distributur iqiegħed għad-disponibbiltà fis-suq jew ikun responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' sistema, komponent jew unità teknika separata abbażi ta' approvazzjonijiet tat-tip tan-NU li jkunu ngħataw lil manifattur barra mill-Unjoni, u ma jkunx possibbli li jiġi identifikat rappreżentant tal-manifattur fit-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 21

Identifikazzjoni ta' operaturi ekonomiċi

Fuq talba ta' awtorità tal-approvazzjoni jew ta' awtorità tas-sorveljanza tas-suq, għal perijodu ta' 10 snin wara t-tqegħid fis-suq ta' vettura u għal perijodu ta' ħames snin wara t-tqegħid fis-suq ta' sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir, l-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar dawn li ġejjin:

(a) 

l-identità ta' kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun ipprovdilhom vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir;

(b) 

l-identità ta' kwalunkwe operatur ekonomiku li lilu jkunu ipprovdew vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir.



KAPITOLU III

PROĊEDURI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 22

Proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.  

Meta jiġi biex japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha, il-manifattur jista' jagħżel waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a) 

approvazzjoni tat-tip pass pass;

(b) 

approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed;

(c) 

proċedura ta' approvazzjoni tat-tip imħallta.

Barra minn hekk, il-manifattur jista' jagħżel approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji għal vettura mhux kompleta jew li tkun kompluta.

2.  
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness II, għall-approvazzjoni tat-tip ta' sistema, l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent u l-approvazzjoni tat-tip ta' unità teknika separata, hija applikabbli biss l-approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed.
3.  
Għandha tingħata approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji fir-rigward ta' tip ta' vettura mhux kompleta jew li tkun kompluta li, wara li jiġi kkunsidrat l-istat tal-ikkompletar tal-vettura, ikun konformi mad-dettalji mogħtija fil-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24 u li jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness II.

L-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji għandha tapplika wkoll għall-vetturi kompleti li ġew ikkonvertiti jew immodifikati minn manifattur ieħor wara l-ikkompletar tagħhom.

4.  
L-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-istadju finali tal-ikkompletar għandha tingħata biss wara li l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat, f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Anness IX, li t-tip approvat ta' vettura fl-istadju finali jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi applikabbli kollha fil-mument tal-approvazzjoni. Verifika għandha tinkludi kontroll ta' dokumenti tar-rekwiżiti kollha koperti minn approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' vettura mhux kompleta mogħtija matul il-proċedura f'diversi stadji, inkluż fejn l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tkun ingħatat għal kategorija differenti ta' vettura.
5.  
L-għażla tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taffettwa r-rekwiżiti applikabbli li magħhom irid jikkonforma t-tip approvat ta' vettura fil-mument tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha.
6.  
L-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji tista' tintuża wkoll minn manifattur wieħed, dment li ma tintużax biex tevita r-rekwiżiti applikabbli għall-vetturi mibnija fi stadju wieħed. Il-vetturi mibnija minn manifattur wieħed ma jitqisux li nbnew f'diversi stadji għall-finijiet tal-Artikoli 41, 42 u 49.

Artikolu 23

Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.  
Il-manifattur għandu jippreżenta lill-awtorità tal-approvazzjoni applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE u l-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24.
2.  
Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni waħda biss fir-rigward ta' tip partikolari ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata. Din l-applikazzjoni waħdanija għandha tiġi ppreżentata fi Stat Membru wieħed biss u lil awtorità tal-approvazzjoni waħda biss stabbilita fih.

Ma tistax tiġi ppreżentata applikazzjoni ġdida fi Stat Membru ieħor fir-rigward tal-istess tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata fejn:

(a) 

awtorità tal-approvazzjoni tkun irrifjutat li tagħti approvazzjoni tat-tip għal dak it-tip;

(b) 

awtorità tal-approvazzjoni tkun irtirat l-approvazzjoni tat-tip ta' dak it-tip; jew

(c) 

il-manifattur ikun irrevoka applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta' dak it-tip.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrifjuta applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta' deżinjazzjoni ta' tip differenti jew ta' modifika fir-rigward ta' applikazzjoni preċedenti meta t-tibdiliet ma jkunux suffiċjenti biex jikkostitwixxu tip ġdid ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata.

3.  

Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' tip partikolari ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata għandha tinkludi dikjarazzjoni mill-manifattur li tiċċertifika, f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 li:

(a) 

il-manifattur ma applikax għal approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-istess tip lil ebda awtorità tal-approvazzjoni oħra, u ebda awtorità tal-approvazzjoni oħra ma tat lill-manifattur tali approvazzjoni;

(b) 

ebda awtorità tal-approvazzjoni ma rrifjutat li tagħti approvazzjoni tat-tip għal dak it-tip;

(c) 

ebda awtorità tal-approvazzjoni ma rtirat l-approvazzjoni tat-tip għal dak it-tip; u

(d) 

il-manifattur ma rrevokax xi applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip għal dak it-tip.

4.  
Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni separata għal kull tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li jrid jiġi approvat.

Artikolu 24

Folder ta' informazzjoni

1.  

Il-folder ta' informazzjoni għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(a) 

dokument ta' informazzjoni, f'konformità mal-mudell stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 4, għal approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed jew approvazzjoni tat-tip imħallta tal-vettura kollha, jew għal approvazzjoni tat-tip pass pass tal-vettura kollha jew, fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip ta' sistema, komponent jew unità teknika separata, skont l-att regolatorju rilevanti elenkat fl-Anness II;

(b) 

id-data, it-tpinġijiet, ir-ritratti u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha;

(c) 

għall-vetturi, indikazzjoni tal-proċedura jew proċeduri magħżula f'konformità mal-Artikolu 22(1);

(d) 

kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità tal-approvazzjoni fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

2.  
Id-dokument ta' informazzjoni msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha għandu jkollu sett sħiħ ta' informazzjoni dwar il-karatteristiċi tat-tip ta' vettura li hija neċessarja sabiex l-awtorità tal-approvazzjoni tidentifika t-tip ta' vettura u biex twettaq kif suppost il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip.
3.  
Il-manifattur għandu jippreżenta l-folder ta' informazzjoni lill-awtorità tal-approvazzjoni f'format elettroniku li jkun aċċettabbli għal dik l-awtorità. L-awtorità tal-approvazzjoni tista' wkoll taċċetta li l-folders ta' informazzjoni li jkunu ppreżentati pprovdut fuq karta.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell għad-dokument ta' informazzjoni u kwalunkwe parti oħra tal-folder ta' informazzjoni, u format elettroniku armonizzat għall-finijiet tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2). L-ewwel tali att ta' implimentazzjoni għandhu jiġi adottat sal-5 ta' Lulju 2020.

Artikolu 25

Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta ma' applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.  
Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip pass pass għandha tkun akkumpanjata, minbarra l-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24, bis-sett komplet ta' ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU u l-annessi tagħhom, li jkunu meħtieġa skont l-atti regolatorji elenkati fl-Anness II.

F'każ ta' approvazzjoni tat-tip ta' sistema, approvazzjoni tat-tip ta' komponent jew approvazzjoni tat-tip ta' unità teknika separata, skont l-atti regolatorji elenkati fl-Anness II, l-awtorità tal-approvazzjoni għandu jkollha aċċess għall-folder ta' informazzjoni u, jekk applikabbli, għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u l-annessi tagħhom sakemm tingħata jew tiġi rrifjutata l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha.

2.  
Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip imħallta għandha tkun akkumpanjata, minbarra l-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24, biċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew biċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU, u l-annessi tagħhom, li jkunu meħtieġa skont l-atti regolatorji elenkati fl-Anness II.

Għas-sistemi li għalihom ma ġie ppreżentat ebda ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata, minbarra l-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24, bl-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni ta' dawk is-sistemi matul il-fażi tal-approvazzjoni tal-vettura, kif ukoll b'rapport tal-ittestjar minflok iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU.

3.  

Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji għandha tkun akkumpanjata bl-informazzjoni li ġejja:

(a) 

fl-ewwel stadju, b'dawk il-partijiet tal-folder ta' informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU jew, jekk applikabbli, ir-rapporti tal-ittestjar, li jkunu rilevanti għall-istat tal-ikkompletar tal-vettura bażi;

(b) 

fit-tieni stadju u fl-istadji sussegwenti, b'dawk il-partijiet tal-folder ta' informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU li jkunu rilevanti għall-istadju attwali tal-ikkompletar, flimkien ma' kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vettura kollha maħruġa fl-istadju preċedenti tal-bini tal-vettura, kif ukoll id-dettalji sħaħ ta' kwalunkwe bidla jew żieda li l-manifattur ikun għamel fil-vettura.

L-informazzjoni speċifikata f'dan il-paragrafu għandha tiġi pprovduta f'konformità mal-Artikolu 24(3).

4.  
L-awtorità tal-approvazzjoni u s-servizzi tekniċi għandu jkollhom l-aċċess għas-softwer u l-algoritmi tal-vettura li huma jqisu neċessarji għall-fini li jitwettqu l-attivitajiet tagħhom.

L-awtorità tal-approvazzjoni u s-servizzi tekniċi jistgħu wkoll jesiġu li l-manifattur jipprovdi dokumentazzjoni jew kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa li tippermetti lill-awtorità tal-approvazzjoni u s-servizzi tekniċi biex jiżviluppaw livell xieraq ta' fehim tas-sistemi, inkluż il-proċess ta' żvilupp tas-sistema u l-kunċett tas-sistema, kif ukoll il-funzjonijiet u l-algoritmi li jkunu meħtieġa biex tiġi vverifikata konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament biex tittieħed deċiżjoni dwar liema testijiet huma meħtieġa jew biex tiġi ffaċilitata l-eżekuzzjoni ta' dawk it-testijiet.



KAPITOLU IV

IT-TWETTIQ TA' PROĊEDURI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

Artikolu 26

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar it-twettiq ta' proċeduri għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.  
Tista' tingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE waħda biss għal kull tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata.
2.  

Awtorità tal-approvazzjoni li tkun irċeviet applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 23, għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE biss wara li tkun ivverifikat dawn kollha li ġejjin:

(a) 

il-konformità tal-arranġamenti tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 31;

(b) 

li d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(3) ġiet ippreżentata;

(c) 

il-konformità tat-tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mar-rekwiżiti applikabbli;

(d) 

fil-każ tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-vettura kollha skont il-proċeduri, tal-approvazzjoni tat-tip, pass pass, imħallta jew f'diversi stadji, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika, f'konformità mal-Artikolu 22(4), li s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati jkunu koperti minn approvazzjonijiet tat-tip separati u validi li ngħataw skont ir-rekwiżiti applikabbli fiż-żmien tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha.

3.  
Fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, għandhom japplikaw il-proċeduri li huma stabbiliti fl-Anness III u l-proċeduri fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, stabbiliti fl-Anness IX.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-atti delegati f'konformità mal-Artikolu 82 li jemendaw l-Annessi III u IX bl-għan li jittieħed kont tal-iżviluppi regolatorji u teknoloġiċi billi jaġġornaw il-proċeduri fihom fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u tal-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji.

4.  
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiġbor pakkett ta' informazzjoni li jkun jikkonsisti mill-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24, akkumpanjat bir-rapporti tal-ittestjar u d-dokumenti l-oħrajn kollha li jkunu nżdiedu mal-folder ta' informazzjoni mis-servizz tekniku jew mill-awtorità tal-approvazzjoni waqt it-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Il-pakkett ta' informazzjoni jista' jinżamm b'mod elettroniku. Huwa għandu jkun fih indiċi li jindika b'mod ċar il-paġni kollha u l-format ta' kull dokument u li jirreġistra b'mod kronoloġiku kwalunkwe bidla fl-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha żżomm il-pakkett ta' informazzjoni disponibbli għal perijodu ta' 10 snin wara t-tmiem tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE kkonċernata.

5.  
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE meta hija ssib li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli madankollu jippreżenta riskju serju għas-sikurezza jew jista' jkun ta' dannu serju għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika. F'tali każ, hija għandha tibgħat minnufih lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fajl dettaljat li jispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u li jistabbilixxi l-evidenza għas-sejbiet tagħha.
6.  
F'konformità mal-Artikolu 22(4), fil-każ ta' proċeduri pass pass, imħalltin u dawk f'diversi stadji, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE, meta ssib li s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni li taw approvazzjonijiet tat-tip għas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati biex jaġixxu f'konformità mal-Artikolu 54(2).

Artikolu 27

Notifika ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE mogħtija, emendata, irrifjutata u rtirata

1.  
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, meta toħroġ jew temenda ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-Kummissjoni, kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, għal kull tip ta' vettura, sistema, komponent u unità teknika separata li għalihom tkun tat approvazzjoni tat-tip u l-annessi tiegħu, inklużi r-rapporti tal-ittestjar imsemmijin fl-Artikolu 30. Dik il-kopja għandha ssir disponibbli permezz tas-sistema komuni sigura ta' skambju elettroniku skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
2.  
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tgħarraf, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-rifjut jew l-irtirar tagħha ta' kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE, billi tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, permezz tas-sistema komuni sigura ta' skambju elettroniku skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.
3.  
Fir-rigward tas-sistema komuni sigura ta' skambju elettroniku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tad-dokumenti elettroniċi li għandhom isiru disponibbli, il-mekkaniżmu ta' skambju, il-proċeduri biex jiġu informati awtoritajiet dwar l-għoti tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE, dwar l-emendi, ir-rifjuti u l-irtirar tagħhom u dwar il-miżuri ta' sigurtà rilevanti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2). L-ewwel tali att ta' implimentazzjoni għandhu jiġi adottat sal-5 ta' Lulju 2020.

Artikolu 28

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.  

Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jinkludi, l-annessi li ġejjin:

(a) 

il-pakkett ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 26(4);

(b) 

ir-rapporti tal-ittestjar imsemmija fl-Artikolu 30 fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip ta' sistema, komponent jew unità teknika separata, jew il-folja bir-riżultati tal-ittestjar fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha;

(c) 

fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha, l-isem u l-kampjun tal-firma tal-persuna jew persuni awtorizzati biex jiffirmaw iċ-ċertifikati tal-konformità u dikjarazzjoni tal-pożizzjoni tagħhom fil-kumpanija;

(d) 

fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha, kampjun mimli taċ-ċertifikat tal-konformità tat-tip ta' vettura.

2.  
Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jingħata numru uniku f'konformità ma' sistema ta' numerazzjoni armonizzata, li tal-anqas għandha tippermetti l-identifikazzjoni tal-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti li magħhom jikkonformaw it-tip ta' vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudelli għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, għas-sistema ta' numerazzjoni armonizzata u għall-folja bir-riżultati tal-ittestjar, rispettivament, inkluż billi tipprovdi l-formati elettroniċi rilevanti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2). L-ewwel tali att ta' implimentazzjoni għandhu jiġi adottat sal-5 ta' Lulju 2020.
4.  

Fir-rigward ta' kull tip ta' vettura, sistema, komponent u unità teknika separata, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:

(a) 

timla t-taqsimiet rilevanti kollha taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, inklużi l-annessi tiegħu;

(b) 

tħejji l-indiċi għall-pakkett ta' informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 26(4);

(c) 

toħroġ iċ-ċertifikat komplet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u l-annessi tiegħu u tibgħathom lill-manifattur mingħajr dewmien.

5.  
Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE li l-validità tagħha kienet ristretta f'konformità mal-Artikolu 39, l-Artikolu 43 jew il-Parti III tal-Anness II, jew li fir-rigward tagħha ma japplikawx ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness II, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jispeċifika dawk ir-restrizzjonijiet jew id-dispożizzjonijiet rilevanti li ma japplikawx.
6.  
Fejn manifattur ta' vettura jagħżel il-proċedura tal-approvazzjoni mħallta, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tlesti l-pakkett ta' informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 26(4) bir-referenzi għar-rapporti tal-ittestjar msemmija fl-Artikolu 30 għas-sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li għalihom ma jkun inħareġ ebda ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha wkoll tidentifika b'mod ċar fil-pakkett ta' informazzjoni ma' liema rekwiżiti tekniċi tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness II ġiet ittestjata l-vettura.
7.  
Fejn manifattur ta' vettura jagħżel il-proċedura tal-approvazzjoni fi stadju wieħed, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha twaħħal maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE lista tal-atti regolatorji rilevanti f'konformità mal-mudell previst fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 29

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għal sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati

1.  
Għandha tingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward ta' sistema, komponent jew unità teknika separata li jkunu konformi mad-dettalji pprovduti fil-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness II.
2.  
Fejn komponenti jew unitajiet tekniċi separati, kemm jekk maħsuba għal tiswija, għoti ta' service jew manutenzjoni jew le, ikunu koperti wkoll minn approvazzjoni tat-tip għal sistema fir-rigward ta' vettura, ma għandha tkun meħtieġa ebda approvazzjoni tat-tip addizzjonali għal komponent jew unità teknika separata, ħlief jekk tali approvazzjoni tat-tip tkun prevista skont l-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness II.
3.  
Fejn komponent jew unità teknika separata jissodisfaw il-funzjoni tagħhom jew joffru karatteristika speċifika biss flimkien ma' parts oħrajn tal-vettura, sabiex b'hekk ikun possibbli li l-konformità tiġi vverifikata biss meta l-komponent jew l-unità teknika separata joperaw flimkien ma' dawk il-parts l-oħrajn tal-vettura, l-ambitu tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-komponent jew tal-unità teknika separata għandu jiġi ristrett kif adatt.

F'tali każijiet, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jispeċifika kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu tal-komponent jew tal-unità teknika separata u għandu jindika l-kondizzjonijiet speċjali għall-immuntar tal-komponent jew tal-unità teknika separata f'vettura.

Fejn dak il-komponent jew dik l-unità teknika separata jiġu mmuntati f'vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika, fil-ħin tal-approvazzjoni tal-vettura, li l-komponent jew l-unità teknika separata jikkonformaw mar-restrizzjonijiet applikabbli kollha dwar l-użu jew il-kondizzjonijiet għall-immuntar.

Artikolu 30

Testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.  
Għall-fini tal-għoti tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament permezz ta' testijiet xierqa li jitwettqu mis-servizzi tekniċi tagħha.
2.  
L-elementi fundamentali tat-testijiet, inklużi r-rekwiżiti tekniċi li l-konformità tagħhomġiet ivverifikata mit-testijiet, għandhom jiġu reġistratif'rapport tal-ittestjar.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tar-rapporti tal-ittestjar. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2). L-ewwel tali att ta' implimentazzjoni għandhu jiġi adottat sal-5 ta' Lulju 2020.
4.  
Il-manifattur għandu jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u jipprovdi lis-servizzi tekniċi kkonċernati l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huma meħtieġa taħt l-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness II għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa.
5.  
It-testijiet meħtieġa għandhom jitwettqu fuq il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li jirrappreżentaw it-tip li jrid jiġi approvat.
6.  
Fejn tiġi pprovduta medda ta' valuri għall-parametri u għall-kondizzjonijiet użati biex jitwettqu t-testijiet xierqa msemmija fil-paragrafu 1, is-servizzi tekniċi jistgħu jużaw kwalunkwe valur fi ħdan dik il-firxa.
7.  
Fuq talba tal-manifattur u soġġett għall-qbil tal-awtorità tal-approvazzjoni, il-metodi ta' ttestjar virtwali jistgħu jintużaw f'konformità mal-Anness VIII bħala alternattivi għat-testijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
8.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 82 li jemendaw l-Anness VIII biex jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi u regolatorji billi jaġġornaw il-lista ta' atti regolatorji li fir-rigward tagħhom jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar virtwali minn manifattur jew servizz tekniku u l-kondizzjonijiet speċifiċi li taħthom għandhom jintużaw dawk il-metodi ta' ttestjar virtwali.

Artikolu 31

Konformità tal-arranġamenti għall-produzzjoni

1.  
Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa f'konformità mal-Anness IV biex tivverifika, jekk meħtieġ b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, li l-manifattur jipproduċi l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati f'konformità mat-tip approvat.
2.  
Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha għandha tivverifika għadd statistikament rilevanti ta' kampjuni ta' vetturi u ċertifikati tal-konformità fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikoli 36 u 37 u għandha tivverifika li l-informazzjoni f'dawk iċ-ċertifikati tal-konformità hija korretta.
3.  
Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tivverifika, jekk meħtieġ, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jibqgħu adegwati sabiex il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati fil-produzzjoni jkomplu jikkonformaw mat-tip approvat u li ċ-ċertifikati ta' konformità jibqgħu jikkonformaw mal-Artikoli 36 u 37.
4.  
Sabiex tivverifika li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tkun konformi mat-tip approvat, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex twettaq il-kontrolli jew it-testijiet fuq kampjuni meħuda fil-bini tal-manifattur, inklużi l-faċilitajiet tal-produzzjoni, meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

F'konformità mal-Anness IV, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex twettaq tali kontrolli jew testijiet bil-frekwenza stabbilita fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness II, jew, jekk ma tkun speċifikata ebda frekwenza f'dawk l-atti, mill-inqas darba kull tliet snin.

5.  

Sabiex jiġi vverifikat li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jikkonformaw mat-tip approvat, l-awtorità tal-approvazzjoni jew is-servizzi tekniċi għandhom:

(a) 

jekk tkun prevista medda ta' valuri fil-proċeduri tat-testijiet stabbiliti fl-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness II, jiffissaw il-valuri b'mod aleatorju fi ħdan il-medda pprovduta meta jitwettqu kontrolli jew testijiet; u

(b) 

ikollhom aċċess għas-softwer, l-algoritmi, id-dokumentazzjoni u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 25(4).

6.  
Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tivverifika li l-manifattur jikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Kapitolu XIV. Hija għandha tivverifika b'mod partikolari jekk, sabiex ikun konformi ma' dawk l-obbligi, il-manifattur kienx emenda jew issupplimenta l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura.
7.  
Fejn awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE tistabbilixxi li l-manifattur ma għadux jipproduċi l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati f'konformità mat-tip approvat jew mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, jew tistabbilixxi li ċ-ċertifikati tal-konformità ma għadhomx konformi mal-Artikoli 36 u 37, anke jekk il-produzzjoni titkompla, hija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li l-arranġamenti għall-konformità tal-produzzjoni jiġu segwiti b'mod korrett jew inkella tirtira l-approvazzjoni tat-tip. L-awtorità tal-approvazzjoni tista' tiddeċiedi li tieħu l-miżuri restrittivi kollha meħtieġa f'konformità mal-Kapitolu XI.
8.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 82 li jemendaw l-Anness IV biex jittieħed kont tal-iżviluppi regolatorji u teknoloġiċi billi taġġorna l-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni.

Artikolu 32

Ħlasijiet

1.  
Il-ħlasijiet għall-attivitajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom ikunu imposti fuq il-manifatturi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru għandu jiżgura li jkun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli biex ikopru l-ispejjeż għall-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq. Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali, dawk l-ispejjeż jistgħu jiġu rkuprati minn ħlasijiet li jistgħu jiġu imposti mill-Istat Membru li fih il-vetturi jitqiegħdu fis-suq.

2.  
L-Istati Membri jistgħu jimponu ħlasijiet amministrattivi fuq is-servizzi tekniċi li jkunu qegħdin japplikaw biex jiġu ddeżinjati biex ikopru b'mod sħiħ jew parzjali, l-ispejjeż marbutin mal-attivitajiet imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-servizzi tekniċi f'konformità ma' dan ir-Regolament.



KAPITOLU V

EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP TAL-UE U L-VALIDITÀ TAGĦHOM

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-emendi tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE

1.  
Il-manifattur għandu jgħarraf lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fid-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 26(4), inkluż kwalunkwe bidla fil-pakkett ta' dokumentazzjoni estiż taħt l-atti regolatorji elenkati fl-Anness II.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiddeċiedi jekk dik il-bidla teħtieġx emenda, fil-forma ta' reviżjoni jew estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE f'konformità mal-Artikolu 34, jew jekk dik il-bidla teħtieġx approvazzjoni tat-tip tal-UE ġdida.

2.  
Applikazzjoni għal emenda għandha tiġi ppreżentata biss lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE eżistenti.
3.  
Fejn awtorità tal-approvazzjoni ssib li emenda tkun teħtieġ ir-repetizzjoni tal-ispezzjonijiet jew tat-testijiet, hija għandha tgħarraf b'dan lill-manifattur kif xieraq.
4.  
Fejn, abbażi tal-ispezzjonijiet jew tat-testijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, awtorità tal-approvazzjoni ssib li r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE qegħdin ikomplu jiġu ssodisfati, għandhom japplikaw il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 34.
5.  
Fejn l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-bidliet fid-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni ma jistgħux ikunu koperti minn estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip eżistenti, hija għandha tirrifjuta li temenda l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u titlob lill-manifattur sabiex japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ġdida.

Artikolu 34

Reviżjonijiet u estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE

1.  
Emenda għandha tissejjaħ “reviżjoni” fejn awtorità tal-approvazzjoni ssib li, minkejja l-bidla fid-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 26(4), it-tip ikkonċernat ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkompli jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli għal dak it-tip u li, għalhekk, ma hemmx bżonn li jiġu ripetuti spezzjonijiet jew testijiet.

F'tali każ, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ il-paġni riveduti tal-pakkett ta' informazzjoni, skont kif meħtieġ u mingħajr dewmien, billi timmarka kull paġna riveduta biex turi b'mod ċar in-natura tal-bidla u d-data tal-ħruġ mill-ġdid, jew għandha toħroġ verżjoni aġġornata u kkonsolidata tal-pakkett ta' informazzjoni, akkumpanjata b'deskrizzjoni dettaljata tal-bidliet.

2.  

L-emenda għandha tissejjaħ “estensjoni” fejn l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li d-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni nbidlu u fejn ikun japplika kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) 

ikunu meħtieġa spezzjonijiet jew testijiet ulterjuri sabiex tiġi vverifikata l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti li fuqhom kienet ibbażata l-approvazzjoni tat-tip tal-UE eżistenti;

(b) 

tkun inbidlet kwalunkwe informazzjoni fuq iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, għajr għad-dokumenti mehmuża miegħu; jew

(c) 

ikunu saru applikabbli rekwiżiti ġodda, taħt kwalunkwe att regolatorju elenkat fl-Anness II, għat-tip approvat ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata.

Fil-każ ta' estensjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat aġġornat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE mingħajr dewmien, li għandu jkun denotat b'numru ta' estensjoni li jkun inkrementat f'konformità mal-għadd ta' estensjonijiet suċċessivi diġà mogħtija. Dak iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għandu jiddikjara b'mod ċar ir-raġuni għall-estensjoni, id-data tal-ħruġ mill-ġdid u, fejn rilevanti, il-perijodu tal-validità.

3.  
Kull meta jinħarġu l-paġni emendati dwar il-pakkett ta' informazzjoni jew verżjoni aġġornata u kkonsolidata tal-pakkett ta' informazzjoni, l-indiċi għall-pakkett ta' informazzjoni għandu jiġi emendat kif xieraq sabiex juri d-data tal-aktar estensjoni jew reviżjoni reċenti, jew id-data tal-aktar konsolidazzjoni reċenti tal-verżjoni aġġornata.
4.  
Ma għandha tkun meħtieġa ebda estensjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' tip ta' vettura jekk ir-rekwiżiti ġodda msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ikunu, minn perspettiva teknika, irrilevanti għal dak it-tip ta' vettura jew ikunu jikkonċernaw kategoriji ta' vetturi oħrajn għajr il-kategorija li għaliha jappartjeni.

Artikolu 35

Tmiem tal-validità

1.  
Seba' snin wara l-aħħar aġġornament tal-pakkett ta' informazzjoni fil-każ ta' ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha tal-UE għall-kategoriji M1 u N1, u 10 snin għall-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3 u O, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika li t-tip ta' vettura jikkonforma mal-atti regolatorji kollha li jkunu rilevanti għal dak it-tip.

Fejn l-awtorità tal-approvazzjoni twettaq il-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, mhuwiex meħtieġ li t-testijiet imsemmija fl-Artikolu 30 jiġu ripetuti.

2.  

Approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha ssir invalida f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn rekwiżiti ġodda applikabbli għat-tip approvat ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jsiru obbligatorji għat-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq, għar-reġistrazzjoni jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni u l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ma tkunx tista' tiġi estiża għar-raġunijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 34(2);

(b) 

fejn verifika mwettqa f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tikkonkludi li l-vettura ma tikkonformax mal-atti regolatorji kollha li jkunu rilevanti għal dak it-tip;

(c) 

fejn il-produzzjoni tal-vetturi f'konformità mat-tip approvat ta' vettura titwaqqaf b'mod definit fuq bażi volontarja, li għandha titqies li tkun seħħet fejn ebda vettura tat-tip ikkonċernat ma tkun ġiet prodotta fis-sentejn ta' qabel; madankollu, tali approvazzjonijiet tat-tip għandhom jibqgħu validi għall-fini ta' reġistrazzjoni jew tat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni sakemm il-punt (a) ta' dan il-paragrafu ma jkunx applikabbli;

(d) 

fejn l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tkun ġiet irtirata f'konformità mal-Artikolu 31(7);

(e) 

fejn il-validità taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE tiskadi minħabba restrizzjoni msemmija fl-Artikolu 39(6);

(f) 

fejn l-approvazzjoni tat-tip tkun instabet li hija bbażata fuq dikjarazzjonijiet foloz, riżultati tal-ittestjar iffalsifikati jew fejn inżammet data li kienet twassal għar-rifjut ta' għoti ta' approvazzjoni tat-tip.

3.  
Fejn l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha ta' varjant wieħed biss fi ħdan tip ta' vettura jew verżjoni waħda fi ħdan varjant issir invalida, l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha tat-tip ta' vettura inkwistjoni għandha ssir invalida biss sa fejn ikunu kkonċernati l-varjant jew il-verżjoni partikolari.
4.  
Fejn il-produzzjoni ta' tip partikolari ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tkun ser titwaqqaf b'mod definit, il-manifattur għandu jinnotifika b'dan lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE mingħajr dewmien.

Fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għat-tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata għandha tgħarraf lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn kif xieraq.

5.  
Fejn ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE jkun wasal biex isir invalidu, il-manifattur għandu jinnotifika b'dan lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE mingħajr dewmien.
6.  
Malli tirċievi n-notifika magħmula mill-manifattur, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tikkomunika lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni mingħajr dewmien l-informazzjoni kollha rilevanti għat-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq, għar-reġistrazzjoni jew għad-dħul fis-servizz ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, kif xieraq.

Fil-każ ta' vetturi, il-komunikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tispeċifika d-data tal-manifattura u n-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura (“VIN”), kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 ( 6 ), tal-aħħar vettura prodotta.



KAPITOLU VI

ĊERTIFIKAT TA' KONFORMITÀ U MARKI

Artikolu 36

Ċertifikat ta' konformità f'format stampat

1.  
Il-manifattur għandu joħroġ ċertifikat ta' konformità f'format stampat sabiex jakkumpanja lil kull vettura, kemm jekk kompleta, mhux kompleta jew kompluta li tiġi manifatturata f'konformità mat-tip approvat ta' vettura. Għal dak il-għan, il-manifattur għandu juża l-mudell stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

Iċ-ċertifikat ta' konformità f'format stampat għandu jiddeskrivi l-karatteristiċi ewlenin tal-vettura, kif ukoll il-prestazzjoni teknika f'termini konkreti. Iċ-ċertifikat ta' konformità f'format stampat għandu jinkludi d-data tal-manifattura tal-vettura. Iċ-ċertifikat ta' konformità f'format stampat għandu jitfassal b'mod li ma jippermettix falsifikazzjoni.

Iċ-ċertifikat ta' konformità f'format stampat għandu jingħata bla ħlas lix-xerrej flimkien mal-vettura. L-għoti tiegħu ma jistax jiddependi minn rikjesta espliċita jew mill-għoti ta' informazzjoni addizzjonali lill-manifattur.

2.  
Mill-5 ta' Lulju 2026, il-manifattur għandu jkun eżentat mill-obbligu taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li joħroġ iċ-ċertifikat ta' konformità f'format stampat li għandu jakkumpanja kull vettura, fejn il-manifattur jagħmel disponibbli ċ-ċertifikat ta' konformità bħala data strutturata f'format elettroniku f'konformità mal-Artikolu 37(1).
3.  
Għal perijodu ta' 10 snin wara d-data tal-manifattura tal-vettura, il-manifattur għandu, fuq talba tas-sid tal-vettura, joħroġ kopja taċ-ċertifikat ta' konformità f'format stampat bi ħlas li ma jaqbiżx l-ispiża tal-ħruġ ta' kopja taċ-ċertifikat. Il-kelma “kopja” għandha tkun tidher b'mod ċar fuq in-naħa ta' quddiem ta' kull ċertifikat idduplikat.
4.  

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar iċ-ċertifikat ta' konformità f'format stampat, li jistabbilixxu, b'mod partikolari:

(a) 

il-mudell għaċ-ċertifikat ta' konformità;

(b) 

l-elementi tas-sigurtà biex tiġi evitata l-falsifikazzjoni taċ-ċertifikat ta' konformità; u

(c) 

l-ispeċifikazzjoni dwar il-mod li bih jiġi ffirmat iċ-ċertifikat ta' konformità.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2). L-ewwel tali att ta' implimentazzjoni għandhu jiġi adottat qabel l-1 ta' Settembru 2020.

5.  
Iċ-ċertifikat ta' konformità f'format stampat għandu jitħejja f'mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
6.  
Il-persuna jew persuni awtorizzati biex jiffirmaw iċ-ċertifikati ta' konformità f'format stampat għandhom jiġu impjegati mill-manifattur u jkunu debitament awtorizzati sabiex jieħdu r-responsabbiltà legali tal-manifattur fir-rigward tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vettura jew fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni tagħha.
7.  
Iċ-ċertifikat ta' konformità f'format stampat għandu jimtela kollu u ma għandux jinkludi restrizzjonijiet fir-rigward tal-użu tal-vettura minbarra dawk previsti f'dan ir-Regolament jew fi kwalunkwe wieħed mill-atti regolatorji elenkati fl-Anness II.
8.  
Fil-każ ta' vettura bażi mhux kompleta, il-manifattur għandu jimla biss dawk il-partijiet taċ-ċertifikat ta' konformità f'format stampat li huma rilevanti fir-rigward tal-istat ta' kompletezza tal-vettura.
9.  
Fil-każ ta' vettura mhux kompleta jew kompluta, il-manifattur għandu jimla biss dawk l-oqsma taċ-ċertifikat ta' konformità f'format stampat li jikkonċernaw iż-żidiet jew il-bidliet imwettqa fl-istadju attwali tal-approvazzjoni u, fejn applikabbli, jehmeż iċ-ċertifikati kollha ta' konformità f'format stampat li ġew mogħtija fl-istadji preċedenti.

Artikolu 37

Ċertifikat ta' konformità f'format elettronika

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36(1), mill-5 ta' Lulju 2026, il-manifattur għandu jagħmel disponibbli mingħajr ħlas u mingħajr dewmien bla bżonn wara d-data ta' manifattura tal-vettura, iċ-ċertifikat ta' konformità lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha bħala data strutturata f'format elettroniku f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu.
2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36(1), kwalunkwe manifattur jista' jagħmel disponibbli ċertifikati ta' konformità skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu qabel il-5 ta' Lulju 2026.
3.  
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħmel disponibbli ċ-ċertifikat ta' konformità bħala data strutturata f'format elettroniku f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 8, biex iċ-ċertifikat ta' konformità jkun jista' jiġi aċċessat mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-Istati Membri u mill-Kummissjoni.
4.  
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-manifatturi mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' tipi ta' vetturi li għandhom l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal serje żgħar ta' vetturi, f'konformità mal-Artikolu 42.
5.  
L-awtorità tal-approvazzjoni li tirċievi ċ-ċertifikat ta' konformità bħala data strutturata f'format elettroniku f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu għandha tagħti aċċess li jinqara biss għaċ-ċertifikat ta' konformità kif stabbilit fl-Artikolu 12(2). Fil-każ ta' vetturi mibnija f'diversi stadji tali aċċess għandu jingħata lill-manifattur tal-istadju sussegwenti.
6.  
Kull skambju ta' data f'konformità ma' dan l-Artikolu għandu jsir permezz ta' protokolli ta' skambju sigur ta' data.
7.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-organizzazzjoni u l-istruttura tan-netwerk tad-data tagħhom li tippermetti li tasal id-data taċ-ċertifikati ta' konformità bħala data strutturata f'format elettroniku f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 b'effett mill-1 ta' Settembru 2025, preferibbilment bl-użu tas-sistemi eżistenti għall-iskambju ta' data strutturata.
8.  

B'kont meħud tad-data li tkun meħtieġa li tingħata fuq iċ-ċertifikat ta' konformità f'format stampat, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar ċertifikati ta' konformità bħala data strutturata f'format elettroniku li jistabbilixxu, b'mod partikolari:

(a) 

il-format bażiku u l-istruttura tal-elementi tad-data taċ-ċertifikati ta' konformità f'format elettroniku u l-messaġġi użati fl-iskambju;

(b) 

ir-rekwiżiti minimi għall-iskambju sigur tad-data, inklużi l-prevenzjoni tal-korruzzjoni tad-data u l-użu ħażin tad-data u miżuri biex tiġi garantita l-awtentiċità tad-data elettronika, bħall-użu ta' firma diġitali;

(c) 

il-mezzi ta' skambju tad-data taċ-ċertifikat ta' konformità f'format elettroniku;

(d) 

ir-rekwiżiti minimi għal identifikatur uniku speċifiku għall-vettura u l-forma ta' informazzjoni għax-xerrej skont il-paragrafu 5;

(e) 

l-aċċess ta' qari biss imsemmi fil-paragrafu 5;

(f) 

l-eżenzjonijiet għall-manifatturi ta' kategoriji u tipi partikolari ta' vetturi li jkunu prodotti f'serje żgħar.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2). L-ewwel tali att ta' implimentazzjoni għandhu jiġi adottat qabel l-1 ta' Settembru 2020.

9.  
Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jagħmlu skambju taċ-ċertifikati ta' konformità f'format elettroniku, f'konformità ma' dan l-Artikolu mal-Istati Membri oħra mhux aktar tard mill-5 ta' Lulju 2026.
10.  
Mill-5 ta' Lulju 2026, fejn f'każijiet eċċezzjonali hekk ikun mitlub minn awtorità nazzjonali, il-manifattur għandu joħroġ kopja taċ-ċertifikat ta' konformità f'format stampat.

Artikolu 38

Pjanċi statutorji u addizzjonali tal-manifatturi, marki u l-marka tal-approvazzjoni tat-tip ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati

1.  
Il-manifattur ta' vettura għandu jwaħħal ma' kull vettura manifatturata f'konformità mat-tip approvat ta' pjanċa statutorja, fejn rilevanti pjanċi addizzjonali, u indikazzjonijiet jew simboli, bil-marki meħtieġa taħt dan ir-Regolament u l-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness II.
2.  
Il-manifattur ta' komponent jew unità teknika separata għandu jwaħħal ma' kull komponent u unità teknika separata manifatturati f'konformità mat-tip approvat, kemm jekk ikunu parti minn sistema jew le, il-marka tal-approvazzjoni tat-tip meħtieġa skont l-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness II.

Fejn ma tkun meħtieġa ebda tali marka ta' approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jwaħħal mal-komponent jew mal-unità teknika separata mill-inqas l-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali tal-manifattur, kif ukoll in-numru tat-tip jew numru ta' identifikazzjoni.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2). L-ewwel tali att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-5 ta' Lulju 2020.
4.  
L-operaturi ekonomiċi għandhom biss iqiegħdu fis-suq jew iqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li huma mmarkati b'mod li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament.



KAPITOLU VII

TEKNOLOĠIJI ĠODDA JEW KUNĊETTI ĠODDA

Artikolu 39

Eżenzjonijiet għal teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda

1.  
Il-manifattur jista' japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward ta' tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li jinkorpora teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda li huma inkompatibbli ma' att regolatorju wieħed jew aktar elenkati fl-Anness II.
2.  

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tiddikjara r-raġunijiet għaliex it-teknoloġiji ġodda jew il-kunċetti ġodda jagħmlu l-vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati inkompatibbli ma' att regolatorju wieħed jew aktar elenkati fl-Anness II;

(b) 

l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tiddeskrivi l-implikazzjonijiet għas-sikurezza u għall-ambjent tat-teknoloġija ġdida jew tal-kunċett ġdid u l-miżuri meħuda sabiex jiżguraw mill-inqas livell ekwivalenti ta' sikurezza u protezzjoni tal-ambjent bħal dak ipprovdut mir-rekwiżiti li fir-rigward tagħhom qed tintalab eżenzjoni;

(c) 

id-deskrizzjonijiet u r-riżultati tat-testijiet ippreżentati juru li l-kondizzjoni stipulata fil-punt (b) hija ssodisfata.

3.  
L-għoti ta' approvazzjonijiet tat-tip tal-UE li jeżentaw it-teknoloġiji ġodda jew il-kunċetti ġodda għandu jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tiddeċiedi jekk tagħtix l-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).

4.  
Sa meta jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja, li tkun valida biss fit-territorju tal-Istat Membru ta' dik l-awtorità tal-approvazzjoni, fir-rigward ta' tip ta' vettura kopert mill-eżenzjoni mitluba. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan mingħajr dewmien permezz ta' fajl li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

In-natura proviżorja u l-validità territorjali limitata tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom ikunu evidenti mill-intestatura taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE u mill-intestatura taċ-ċertifikat ta' konformità.

5.  
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta' Stati Membri oħrajn jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw l-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja msemmija fil-paragrafu 4 fit-territorju tagħhom, dment li huma jinformaw lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja dwar l-aċċettazzjoni tagħhom bil-miktub.
6.  
Fejn xieraq, l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jispeċifikaw jekk l-awtorizzazzjonijiet humiex soġġetti għal xi restrizzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-għadd massimu ta' vetturi koperti. Fil-każijiet kollha, l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tkun valida għal mill-inqas 36 xahar.
7.  
Fejn il-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 biex tirrifjuta li tagħti l-awtorizzazzjonijiet, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tgħarraf minnufih lid-detentur tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja msemmija fil-paragrafu 4 li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja għandha tiġi rrevokata sitt xhur wara d-data tal-att ta' implimentazzjoni.

Madankollu, il-vetturi li jkunu ġew manifatturati f'konformità mal-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja qabel ma din waqfet milli tkun valida jistgħu jitpoġġew fis-suq, jiġu rreġistrati jew jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru li jkun aċċetta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja f'konformità mal-paragrafu 5.

Artikolu 40

Adattament sussegwenti tal-atti regolatorji

1.  
Fejn il-Kummissjoni tkun awtorizzat l-għoti ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE f'konformità mal-Artikolu 39, hija għandha minnufih tieħu l-passi meħtieġa sabiex tadatta l-atti regolatorji kkonċernati skont l-aħħar żviluppi teknoloġiċi.

Fejn l-eżenzjoni skont l-Artikolu 39 tkun marbuta ma' Regolament tan-NU, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti biex jiġi emendat ir-Regolament tan-NU rilevanti f'konformità mal-proċedura applikabbli taħt il-Ftehim Rivedut tal-1958.

2.  
Ladarba jiġu emendati l-atti regolatorji rilevanti, kwalunkwe restrizzjoni fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(3) għandha titneħħa.
3.  
Fejn ma jkunux ittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu adattati l-atti regolatorji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista', fuq talba tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tiddeċiedi tagħtix l-awtorizzazzjoni għall-estensjoni tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).



KAPITOLU VIII

VETTURI PRODOTTI F'SERJE ŻGĦAR

Artikolu 41

Approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vetturi prodotti f'serje żgħar

1.  
Fuq talba tal-manifattur u fi ħdan il-limiti annwali kwantitattivi għal kategoriji ta' vetturi M, N u O stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness V, l-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' vettura prodotta f'serje żgħar li jissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Appendiċi 1 għall-Parti I tal-Anness II.
2.  
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal vetturi bi skopijiet speċjali.
3.  
Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vetturi prodotti f'serje żgħar għandu jingħata numru uniku f'konformità ma' sistema armonizzata ta' numerazzjoni, li tal-anqas għandha tippermetti l-identifikazzjoni tal-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti li magħhom jikkonformaw it-tip ta' vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell u s-sistema ta' numerazzjoni għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vetturi prodotti f'serje żgħar. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).
5.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 82 li jemendaw l-Appendiċi 1 tal-Parti I tal-Anness II biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tekniċi għal kategoriji tal-vetturi M, N u O u li jemendaw il-punt 1 tal-Parti A tal-Anness V kif meħtieġ fir-rigward tal-limiti kwantitattivi annwali.

Artikolu 42

Approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vetturi prodotti f'serje żgħar

1.  
Il-manifatturi jistgħu japplikaw għal approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vetturi prodotti f'serje żgħar fi ħdan il-limiti annwali kwantitattivi stabbiliti fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness V. Dawk il-limiti għandhom japplikaw għat-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq, għar-reġistrazzjoni jew għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi tat-tip approvat fis-suq ta' kull Stat Membru f'sena partikolari.
2.  
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw kwalunkwe tip ta' vettura msemmija fil-paragrafu 1 mill-obbligu li jikkonformaw ma' waħda jew aktar mir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness II, dment li dawk l-Istati Membri jkunu stabbilixxu rekwiżiti alternattivi rilevanti.
3.  
Għall-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' vetturi prodotti f'serje żgħar, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha taċċetta s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li jkollhom it-tip tagħhom approvat skont l-atti regolatorji elenkati fl-Anness II.
4.  
Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vetturi prodotti f'serje żgħar għandu jingħata numru uniku f'konformità ma' sistema armonizzata ta' numerazzjoni, li tal-anqas għandu jippermetti l-identifikazzjoni tal-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip u l-karatterizzazzjoni tal-approvazzjoni bħala waħda li ngħatat għal serje żgħar nazzjonali.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell u s-sistema armonizzata ta' numerazzjoni għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' vetturi prodotti f'serje żgħar li għandu jkollu l-intestatura “Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vetturi prodotti f'serje żgħar” u għandu jispeċifika l-kontenut u n-natura tal-eżenzjonijiet mogħtija skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2). Sa meta l-Kummissjoni tadotta t-tali atti ta' implimentazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jiddeterminaw il-format ta' ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali.

Artikolu 43

Il-validità ta' approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vetturi prodotti f'serje żgħar

1.  
Il-validità ta' approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vetturi prodotti f'serje żgħar għandha tkun ristretta għat-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip.
2.  
Fuq talba tal-manifattur, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tibgħat lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri magħżulin mill-manifattur kopja taċ-ċertifikat nazzjonali ta' approvazzjoni tat-tip, inkluż il-partijiet rilevanti tal-pakkett ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 26(4), permezz tal-posta rreġistrata jew tal-posta elettronika.
3.  
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri għandhom jaċċettaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, ħlief jekk ikollhom bażi raġonevoli sabiex jemmnu li r-rekwiżiti tekniċi nazzjonali li abbażi tagħhom ikun ġie approvat it-tip ta' vettura mhumiex ekwivalenti għal tagħhom.
4.  
Fi żmien xahrejn minn meta jirċievu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri magħżulin mill-manifattur għandhom jikkomunikaw lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali d-deċiżjoni tagħhom li jaċċettaw l-approvazzjoni tat-tip jew le. Fejn ma tkun ġiet ikkomunikata ebda tali deċiżjoni f'dak il-perijodu ta' xahrejn, l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għandha titqies bħala li ġiet aċċettata.
5.  
Fuq talba ta' applikant li jkun jixtieq iqiegħed fis-suq, jirreġistra jew idaħħal fiċ-ċirkolazzjoni fi Stat Membru ieħor vettura b'approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vetturi prodotti f'serje żgħar, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vetturi prodotti f'serje żgħar għandha tipprovdi lill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru l-ieħor kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip, inkluż il-partijiet rilevanti tal-pakkett ta' informazzjoni.

L-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru l-ieħor għandha tippermetti t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' tali vettura, ħlief jekk ikollha bażi raġonevoli sabiex temmen li r-rekwiżiti tekniċi nazzjonali li abbażi tagħhom ikun ġie approvat it-tip ta' vettura mhumiex ekwivalenti għal tagħha.



KAPITOLU IX

APPROVAZZJONIJIET TA' VETTURI INDIVIDWALI

Artikolu 44

Approvazzjonijiet ta' vetturi individwali tal-UE

1.  
L-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE għal vettura li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Parti I tal-Anness II jew, għal vetturi bi skop speċjali, fil-Parti III tal-Anness II.

Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal vetturi mhux kompleti.

2.  
Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni għal approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE mis-sid tal-vettura, il-manifattur, jew mir-rappreżentant tal-manifattur jew l-importatur.
3.  
L-Istati Membri ma għandhomx iwettqu testijiet distruttivi sabiex jistabbilixxu jekk il-vettura hijiex konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, iżda minflok għandhom jużaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti pprovduta mill-applikant għal dak il-għan.
4.  
Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-vettura individwali tal-UE għandu jingħata numru uniku f'konformità ma' sistema armonizzata ta' numerazzjoni, li tal-anqas għandu jippermetti l-identifikazzjoni tal-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tal-vettura individwali tal-UE.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell u s-sistema ta' numerazzjoni ta' ċertifikati ta' approvazzjoni ta' vetturi individwali tal-UE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2). L-ewwel tali att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-5 ta' Lulju 2020.
6.  
L-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi b'ċertifikat validu ta' approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE.
7.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 82, li jemendaw il-Parti I tal-Anness II biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tekniċi għal vetturi tal-kategoriji M, N u O.

Artikolu 45

Approvazzjonijiet ta' vetturi individwali nazzjonali

1.  
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw vettura partikolari, kemm jekk unika kif ukoll jekk le, mill-obbligu li jikkonformaw ma' waħda jew aktar mir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew ma' waħda jew aktar mir-rekwiżiti stipulati fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness II, dment li dawk l-Istati Membri imponew rekwiżiti alternattivi rilevanti.
2.  
Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni għal approvazzjoni ta' vettura individwali mis-sid tal-vettura, il-manifattur, jew mir-rappreżentant tal-manifattur jew l-importatur.
3.  
L-Istati Membri ma għandhomx iwettqu testijiet distruttivi sabiex jistabbilixxu jekk il-vettura hijiex konformi mar-rekwiżiti alternattivi msemmija fil-paragrafu 1, iżda minflok għandhom jużaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti pprovduta mill-applikant għal dak il-għan.
4.  
Għall-fini ta' approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha taċċetta s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li għandhom it-tip tagħhom approvat f'konformità mal-atti regolatorji elenkati fl-Anness II.
5.  
Stat Membru għandu joħroġ, mingħajr dewmien, ċertifikat ta' approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali meta l-vettura tkun konformi mad-deskrizzjoni miżjuda mal-applikazzjoni u tkun tissodisfa r-rekwiżiti alternattivi rilevanti.
6.  
Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-vettura individwali nazzjonali għandu jingħata numru uniku f'konformità ma' sistema armonizzata ta' numerazzjoni, li tal-anqas jippermetti l-identifikazzjoni tal-Istat Membru li ta l-approvazzjoni u l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti li magħhom tikkonforma l-vettura.
7.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell u s-sistema ta' numerazzjoni ta' ċertifikati ta' approvazzjoni ta' vetturi individwali nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2). Sa meta l-Kummissjoni tadotta tali atti ta' implimentazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jiddeterminaw il-format taċ-ċertifikati ta' approvazzjoni ta' vetturi individwali nazzjonali.

Artikolu 46

Il-validità tal-approvazzjonijiet ta' vetturi individwali nazzjonali

1.  
Il-validità ta' approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali għandha tkun ristretta għat-territorju tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni ta' vettura individwali.
2.  
Fuq talba ta' applikant li jkun jixtieq iqiegħed għad-disponibbiltà fis-suq, jirreġistra jew iqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni fi Stat Membru ieħor vettura b'approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali, l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni għandu jipprovdi lill-applikant dikjarazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi li abbażi tagħhom ġiet approvata l-vettura.
3.  
Stat Membru għandu jippermetti fit-territorju tiegħu t-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' vettura, li għaliha Stat Membru ieħor ikun ta approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali skont l-Artikolu 45, ħlief jekk dak l-Istat Membru jkollu bażi raġonevoli sabiex jemmen li r-rekwiżiti alternattivi rilevanti li abbażi tagħhom tkun ġiet approvata l-vettura mhumiex ekwivalenti għal tiegħu jew li l-vettura mhijiex konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.
4.  
Dan l-Artikolu japplika għal vetturi li kellhom it-tip tagħhom approvat f'konformità ma' dan ir-Regolament u li ġew immodifikati qabel l-ewwel reġistrazzjoni jew tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni tagħhom.

Artikolu 47

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.  
Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 44 u 45 jistgħu japplikaw għal vettura partikolari mibnija f'diversi stadji.
2.  
Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 44 u 45 ma għandhomx jissostitwixxu stadju intermedju fi ħdan is-sekwenza normali ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, u ma għandhomx jiġu applikati għall-finijiet tal-kisba tal-approvazzjoni fl-ewwel stadju ta' vettura.



KAPITOLU X

TQEGĦID GĦAD-DISPONIBILITÀ FIS-SUQ, REĠISTRAZZJONI, JEW TQEGĦID FIĊ-ĊIRKOLAZZJONI

Artikolu 48

It-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi minbarra l-vetturi ta' tmiem is-serje

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 51, 52 u 53, il-vetturi li għalihom l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha hija obbligatorja, jew li għalihom il-manifattur kiseb dik l-approvazzjoni tat-tip, għandhom jitqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq, jiġu rreġistrati jew jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni biss jekk ikunu akkumpanjati b'ċertifikat ta' konformità validu maħruġ f'konformità mal-Artikoli 36 u 37.

Ir-reġistrazzjoni u t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi mhux kompleti jistgħu jiġu rrifjutati sakemm il-vetturi jibqgħu mhux kompleti. Ir-reġistrazzjoni u t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi mhux kompleti ma għandhomx isiru biex tiġi evitata l-applikazzjoni tal-Artikolu 49.

2.  
L-għadd ta' vetturi prodotti f'serje żgħar li jitqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq, li jiġu rreġistrati, jew li jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni matul l-istess sena ma għandux jaqbeż il-limiti annwali kwantitattivi stipulati fl-Anness V.

Artikolu 49

It-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi ta' tmiem is-serje

1.  
Soġġett għal-limiti speċifikati fil-Parti B tal-Anness V, u biss għal perijodu limitat ta' żmien kif speċifikat fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jirreġistraw u jippermettu t-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi li jikkonformaw ma' tip ta' vettura li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħha ma għadhiex aktar valida.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal vetturi fit-territorju tal-Unjoni li kienu koperti b'approvazzjoni tat-tip tal-UE fil-mument tal-produzzjoni tagħhom u li ma kinux ġew irreġistrati jew tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni qabel dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tilfet il-validità tagħha.

2.  
Il-paragrafu 1 għandu japplika biss, fil-każ ta' vetturi kompleti, għal perijodu ta' 12-il xahar mid-data li fiha skadiet il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u, fil-każ ta' vetturi kompluti, għal perijodu ta' 18-il xahar minn dik id-data.
3.  
Manifattur li jixtieq igawdi mill-paragrafu 1 għandu jibgħat talba lill-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru konċernat mir-reġistrazzjoni jew mit-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni tal-vetturi inkwistjoni. It-talba għandha tispeċifika r-raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi li minħabba fihom dawk il-vetturi mhumiex konformi mar-rekwiżiti tekniċi l-ġodda.

L-Istati Membri konċernati għandhom jiddeċiedu, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu tali talba, jekk jippermettux ir-reġistrazzjoni jew mit-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' dawk il-vetturi fit-territorju tagħhom, u f'dak il-każ, in-numru ta' tali vetturi.

4.  
L-Istati Membri għandhom japplikaw miżuri adatti biex jiżguraw li l-għadd ta' vetturi li jiġu reġistrati jew jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni fil-qafas tal-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu jkun immonitorjat b'mod effettiv.

Artikolu 50

It-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati

1.  
Il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati, inklużi dawk maħsuba għas-suq ta' wara l-bejgħ, jistgħu jitqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq jew jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni biss jekk jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness II u jkunu mmarkati f'konformità mal-Artikolu 38.
2.  
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-komponenti jew għall-unitajiet tekniċi separati li jkunu speċifikament mibnija jew iddisinjati għal vetturi li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament.
3.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati li huma eżentati skont l-Artikolu 39 jew li huma intiżi biex jintużaw fuq il-vetturi koperti minn approvazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 41, 42, 44 u 45 dwar il-komponent jew l-unità teknika separata inkwistjoni.
4.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll it-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati li huma intiżi biex jintużaw fuq vetturi li ma kellhomx bżonn li jkollhom it-tip tagħhom approvat skont dan ir-Regolament jew skont id-Direttiva 2007/46/KE fiż-żmien meta dawk il-vetturi tqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq, kienu rreġistrati jew tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni.
5.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll it-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' komponenti sostituti u unitajiet tekniċi separati li jintużaw f'vetturi li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip qabel id-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness II, f'konformità mar-rekwiżiti tal-att rilevanti li kien japplika meta dawk l-approvazzjonijiet tat-tip ingħataw fil-bidu.



KAPITOLU XI

KLAWSOLI TA' SALVAGWARDJA

Artikolu 51

L-evalwazzjoni nazzjonali li tirrigwarda vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati b'suspett li jippreżentaw riskju serju jew nonkonformità

Fejn, abbażi tal-attivitajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq, jew abbażi ta' informazzjoni provduta minn awtorità tal-approvazzjoni jew manifattur jew abbażi ta' lmenti, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikollhom raġunijiet sabiex jemmnu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jippreżentaw riskju serju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni jew għal aspetti oħrajn tal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament jew ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, huma għandhom jevalwaw il-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernati fir-rigward tar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni rilevanti għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, li għandu jinkludi wkoll it-trasmissjoni tar-riżultati tal-kontrolli jew tat-testijiet rilevanti kollha mwettqa f'konformità mal-Artikolu 31.

L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-valutazzjoni tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernati.

Artikolu 52

Proċeduri nazzjonali biex jiġu trattati vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li jippreżentaw riskju serju jew nonkonformità

1.  
Fejn, wara li tkun wettqet l-evalwazzjoni skont l-Artikolu 51, l-awtorità ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed issib li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernata jippreżentaw riskju serju għas-saħħa jew għas-sikurezza ta' persuni jew għal aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament, din għandha tirrikjedi mingħajr dewmien li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi xierqa mingħajr dewmien ħalli jiżgura li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata kkonċernati, meta jitqiegħdu fis-suq, jiġu rreġistrati jew jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni, ma jippreżentawx aktar dak ir-riskju.
2.  
Fejn, wara li tkun wettqet l-evalwazzjoni skont l-Artikolu 51, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed issib li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament, iżda ma jippreżentawx riskju serju kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tesiġi mingħajr dewmien li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi xierqa kollha f'perijodu ta' żmien raġonevoli biex iġib konformi vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata. Dak il-perijodu għandu jkun proporzjonali għall-gravità tan-nonkonformità biex jiġi żgurat li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata kkonċernati jkunu konformi meta jitqiegħdu fis-suq, jiġu rreġistrati jew jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni.

L-operaturi ekonomiċi għandhom, f'konformità mal-obbligi stabbilita fl-Artikoli 13 sa 21, jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi kollha xierqa fir-rigward tal-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati kkonċernati kollha li huma jkunu qiegħdu fis-suq, irreġistraw jew qiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni fl-Unjoni.

3.  
Fejn l-operatur ekonomiku ma jiħux il-miżuri korrettivi adegwati fil-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 1 jew 2 jew fejn ir-riskji jirrikjedu azzjoni rapida, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji restrittivi xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni, tas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati kkonċernati fis-suq nazzjonali tagħhom, jew biex jirtirawhom minn dak is-suq jew isejħuhom lura.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri restrittivi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

4.  
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu klassifikazzjoni tal-gravità tan-nonkonformità u l-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali biex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).

Artikolu 53

Miżuri korrettivi u restrittivi fil-livell tal-Unjoni

1.  
L-Istat Membru li jieħu miżuri korrettivi jew restrittivi f'konformità mal-Artikolu 52 għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien, permezz tal-ICSMS. Huwa għandu wkoll jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni dwar is-sejbiet tiegħu.

L-informazzjoni pprovduta għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-data neċessarja għall-identifikazzjoni tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernati, l-oriġini tagħhom, in-natura tal-allegata nonkonformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul ta' żmien tal-miżuri korrettivi u restrittivi nazzjonali meħuda, u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti.

2.  

L-Istat Membru li jieħu l-miżura korrettiva jew restrittiva għandu jindika wkoll jekk ir-riskju jew in-nonkonformità humiex minħabba dawn:

(a) 

il-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata ma jissodisfawx ir-rekwiżiti marbuta mas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, il-protezzjoni tal-ambjent jew ma' aspetti oħrajn tal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament; jew

(b) 

nuqqasijiet fl-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness II.

3.  
L-Istati Membri għajr l-Istat Membru li jieħu l-miżuri korrettivi jew restrittivi għandhom jgħarrfu fi żmien xahar wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kwalunkwe miżuri korrettivi jew restrittivi adottati u dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta man-nonkonformità u r-riskju tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernati kif ukoll, f'każ ta' nuqqas ta' qbil mal-miżura nazzjonali nnotifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.
4.  
Fejn, fi żmien xahar min-notifika msemmija fil-paragrafu 1, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżura nazzjonali nnotifikata, dik il-miżura għandha titqies bħala ġustifikata. L-Istati Membri l-oħrajn għandhom jiżguraw li jittieħdu mingħajr dewmien fit-territorji tagħhom miżuri korrettivi jew restrittivi simili fir-rigward tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernati.
5.  
Fejn, fi żmien xahar wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, Stat Membru ieħor jew il-Kummissjoni jqajmu oġġezzjoni fir-rigward ta' miżura nazzjonali nnotifikata, jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li miżura nazzjonali nnotifikata tmur kontra l-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri kkonċernati u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti mingħajr dewmien.

Abbażi tal-konsultazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tiddeċiedi dwar miżuri korrettivi jew restrittivi armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika minnufih id-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu lill-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw tali atti mingħajr dewmien u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Fejn il-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali nnotifikata mhijiex ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira jew jadatta l-miżura, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fit-tieni subparagrafu.

6.  
Fejn, wara testijiet u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 9, il-Kummissjoni tistabbilixxi li miżura korrettiva jew restrittiva hija neċessarja fil-livell tal-Unjoni, hija għandha tikkonsulta mingħajr dewmien l-Istati Membri kkonċernati u l-operatur jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

Abbażi tal-konsultazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tiddeċiedi dwar miżuri korrettivi jew restrittivi fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika minnufih id-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu lill-operatur jew lill-operaturi ekonomiċi rilevanti. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw tali atti mingħajr dewmien u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

7.  

Fejn ir-riskju jew in-nonkonformità jiġu attribwiti għal nuqqasijiet fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri xierqa kif ġej:

(a) 

fejn ikunu kkonċernati atti legali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-emendi meħtieġa għall-atti kkonċernati;

(b) 

fejn ikunu kkonċernati Regolamenti tan-NU, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-abbozz ta' emendi meħtieġa għar-Regolamenti tan-NU rilevanti b'konformità mal-proċedura applikabbli skont il-Ftehim Rivedut tal-1958.

8.  
Fejn miżura korrettiva titqies bħala ġustifikata f'konformità ma' dan l-Artikolu jew tkun soġġetta għall-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 jew 6, dik il-miżura għandha tkun disponibbli bla ħlas għad-detenturi ta' reġistrazzjonijiet għall-vetturi affettwati. Fejn ikunu saru tiswijiet bi spiża għad-detentur tar-reġistrazzjoni qabel ma tkun ġiet adottata l-miżura korrettiva, il-manifattur għandu jirrimborsa l-ispiża ta' tali tiswijiet sal-ispiża tat-tiswijiet meħtieġa minn dik il-miżura korrettiva.

Artikolu 54

Approvazzjoni tat-tip tal-UE mhux konformi

1.  
Fejn awtorità tal-approvazzjoni ssib li approvazzjoni tat-tip li tkun ingħatat ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, hija għandha tirrifjuta li tirrikonoxxi dik l-approvazzjoni.
2.  
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinnotifika r-rifjut tagħha lill-awtorità ta' approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra, u lill-Kummissjoni. Fejn, fi żmien xahar wara n-notifika, in-nonkonformità tal-approvazzjoni tat-tip tiġi kkonfermata mill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, dik l-awtorità ta' approvazzjoni għandha tirtira l-approvazzjoni tat-tip.
3.  
Fejn, fi żmien xahar wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 2, titqajjem oġġezzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri mingħajr dewmien, b'mod partikolari, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip u lill-operatur ekonomiku rilevanti.
4.  
Abbażi tal-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tiddeċiedi jekk ir-rifjut ta' rikonoxximent ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huwiex ġustifikat. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika minnufih id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-operaturi ekonomiċi rilevanti. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw tali atti mingħajr dewmien u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

5.  
Fejn, wara testijiet u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 9, il-Kummissjoni tistabbilixxi li approvazzjoni tat-tip li tkun ingħatat ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, hija għandha tikkonsulta lill-Istati Membri mingħajr dewmien, b'mod partikolari, lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip u lill-operatur ekonomiku rilevanti.

Abbażi tal-konsultazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tiddeċiedi dwar ir-rifjut tar-rikonoxximent ta' approvazzjoni tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).

6.  
L-Artikoli 51, 52 u 53 japplikaw għal vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li jkunu soġġetti għal approvazzjoni tat-tip mhux konformi u li diġà tqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq.

Artikolu 55

Tqegħid fis-suq u tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' parts jew tagħmir li jistgħu jippreżentaw riskju serju għall-funzjonament korrett ta' sistemi essenzjali

1.  
Parts jew tagħmir li jistgħu jippreżentaw riskju serju għall-funzjonament korrett tas-sistemi li huma essenzjali għas-sikurezza tal-vettura jew għall-prestazzjoni ambjentali tagħha ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq, ma għandhomx jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni u għandhom jiġu pprojbiti, ħlief jekk ikunu ġew awtorizzati minn awtorità tal-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 56.
2.  
Tali awtorizzazzjonijiet għandhom japplikaw biss għall-għadd limitat ta' parts jew tagħmir, li jkunu inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 4.
3.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 82, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni tal-parts u t-tagħmir imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Dawk ir-rekwiżiti jistgħu jkunu bbażati fuq l-atti regolatorji elenkati fl-Anness II jew jistgħu jkunu jikkonsistu minn tqabbil tal-prestazzjoni ambjentali jew tas-sikurezza tal-parts jew tat-tagħmir mal-prestazzjoni ambjentali jew tas-sikurezza tal-parts jew tat-tagħmir oriġinali, kif xieraq. F'kull każ, ir-rekwiżiti għandhom jiżguraw li l-parts jew it-tagħmir ma jkunux ta' xkiel għall-funzjonament tas-sistemi li huma essenzjali għas-sikurezza tal-vettura jew għall-prestazzjoni ambjentali tagħha.

4.  

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 82, li jemendaw l-Anness VI bil-għan li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi u regolatorji, billi jistabbilixxu u jaġġornaw il-lista ta' parts jew tagħmir abbażi ta' evalwazzjoni ta' dawn li ġejjin:

(a) 

il-punt sa fejn ikun jeżisti riskju serju għas-sikurezza jew għall-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi li jkunu mmuntati bil-parts jew bit-tagħmir inkwistjoni;

(b) 

l-effett potenzjali fuq il-konsumaturi u l-manifatturi fis-suq ta' wara l-bejgħ ta' awtorizzazzjoni possibbli għall-parts jew għat-tagħmir skont l-Artikolu 56(1).

5.  
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-parts jew għat-tagħmir oriġinali jew għall-parts jew għat-tagħmir li jappartjenu għal sistema li kellha t-tip tagħha approvat f'konformità mal-atti regolatorji elenkati fl-Anness II, ħlief meta l-approvazzjoni tat-tip tkun relatata ma' aspetti oħrajn għajr ir-riskju serju msemmi fil-paragrafu 1.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, parts jew tagħmir oriġinali tfisser parts jew tagħmir li jiġu manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards tal-produzzjoni pprovduti mill-manifattur tal-vettura għall-assemblaġġ tal-vettura inkwistjoni.

6.  
Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-parts jew għat-tagħmir esklużivament prodotti għall-vetturi tat-tlielaq. Il-parts jew it-tagħmir elenkati fl-Anness VI li jintużaw kemm fit-tlielaq kif ukoll fit-triq għandhom ikunu disponibbli fis-suq biss għal vetturi maħsuba biex jintużaw fit-toroq pubbliċi, jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u jekk kienu ġew awtorizzati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddeċiedi tagħtix dawk l-awtorizzazzjonijiet. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).

Artikolu 56

Rekwiżiti relatati għal parts jew tagħmir li jistgħu jippreżentaw riskju serju għall-funzjonament korrett ta' sistemi essenzjali

1.  
Manifattur ta' parts jew ta' tagħmir jista' japplika għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) billi jippreżenta lill-awtorità tal-approvazzjoni applikazzjoni akkumpanjata b'rapport tat-test li jitfassal minn servizz tekniku u li jiċċertifika li l-parts jew it-tagħmir li għalihom tintalab awtorizzazzjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 55(3). Tali manifattur jista' jippreżenta applikazzjoni waħda biss għal kull tip ta' part jew tagħmir u lil awtorità tal-approvazzjoni waħda biss.
2.  
L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur tal-parts jew tat-tagħmir, it-tip, in-numri tal-part jew tal-identifikazzjoni tal-parts jew tat-tagħmir, l-isem tal-manifattur tal-vettura, it-tip ta' vettura u, fejn xieraq, is-sena tal-kostruzzjoni u kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti l-identifikazzjoni tal-vettura li magħha għandhom jiġu mmuntati l-parts jew it-tagħmir.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tawtorizza t-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni tal-parts jew tat-tagħmir meta hija ssib, wara li tikkunsidra r-rapport tat-test imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u evidenza oħra, li l-parts jew it-tagħmir inkwistjoni huma konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 55(3).

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ lill-manifattur ċertifikat ta' awtorizzazzjoni mingħajr dewmien.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell u s-sistema ta' numerazzjoni għaċ-ċertifikat ta' awtorizzazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).

3.  
Il-manifattur għandu jgħarraf mingħajr dewmien lill-awtorità tal-approvazzjoni li ħarġet l-awtorizzazzjoni dwar kwalunkwe bidla li taffettwa l-kondizzjonijiet li taħthom tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni. Dik l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiddeċiedi jekk l-awtorizzazzjoni għandhiex tiġi riveduta jew maħruġa mill-ġdid u jekk hemmx bżonn li jsiru testijiet oħrajn.

Il-manifattur għandu jiżgura li l-parts jew it-tagħmir jiġu prodotti u jkomplu jiġu prodotti taħt il-kondizzjonijiet li taħthom tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni.

4.  
Qabel toħroġ kull awtorizzazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika l-eżistenza tal-arranġamenti u tal-proċeduri sabiex jiġi żgurat il-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni.

Fejn l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-kondizzjonijiet għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni ma għadhomx issodisfati, hija għandha titlob lill-manifattur sabiex jieħu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jiżgura li l-parts jew it-tagħmir jinġiebu f'konformità. Fejn meħtieġ, hija għandha tirtira l-awtorizzazzjoni.

5.  
Fuq talba ta' awtorità nazzjonali ta' Stat Membru ieħor, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi dik it-talba, tibgħat lil tal-ewwel kopja taċ-ċertifikat ta' awtorizzazzjoni maħruġ flimkien mad-dokumenti mehmuża miegħu permezz ta' sistema komuni sigura ta' skambju elettroniku. Il-kopja tista' wkoll tieħu l-forma ta' fajl elettroniku sigur.
6.  
Awtorità tal-approvazzjoni li ma taqbilx mal-awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru ieħor għandha tressaq ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil tagħha għall-attenzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex issolvi n-nuqqas ta' qbil. Inter alia, il-Kummissjoni tista', fejn meħtieġ u wara li tkun ikkonsultat lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni rilevanti, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jeżiġu li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).
7.  
Sa meta tiġi stabbilita l-lista msemmija fl-Artikolu 55(4), l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet nazzjonali fir-rigward ta' parts jew tagħmir li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament korrett tas-sistemi li huma essenzjali għas-sikurezza tal-vettura jew għall-prestazzjoni ambjentali tagħha.



KAPITOLU XII

REGOLAMENTI INTERNAZZJONALI

Artikolu 57

Regolamenti tan-NU meħtieġa għal approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.  
Ir-Regolamenti tan-NU jew l-emendi għalihom, li l-Unjoni vvotat favurihom jew li tapplika l-Unjoni u li huma elenkati fl-Anness II, għandhom ikunu parti mir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati.
2.  
Fejn l-Unjoni tkun ivvotat favur Regolament tan-NU jew l-emendi għalih għall-fini ta' approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 82, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jagħmlu r-Regolament tan-NU jew l-emendi għalih obbligatorji jew billi jemendaw dan ir-Regolament.

Dawk l-atti delegati għandhom jispeċifikaw id-dati li minnhom dak ir-Regolament tan-NU jew l-emendi għalih għandhom ikunu obbligatorji, u għandhom jinkludu dispożizzjonijiet tranżizzjonali, fejn xieraq, u, fejn applikabbli, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, tal-ewwel reġistrazzjoni u tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni tal-vetturi u tat-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq tas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati.

Artikolu 58

Ekwivalenza tar-Regolamenti tan-NU għall-fini ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE

1.  
Ir-Regolamenti tan-NU elenkati fil-Parti II tal-Anness II huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-atti regolatorji korrispondenti sakemm ikollhom l-istess kamp ta' applikazzjoni u suġġett.
2.  
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri għandhom jaċċettaw l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija f'konformità mar-Regolamenti tan-NU msemmija fil-paragrafu 1 u, fejn applikabbli, għandhom jaċċettaw il-marki ta' approvazzjoni rilevanti minflok l-approvazzjonijiet tat-tip u l-marki ta' approvazzjoni korrispondenti li ngħataw f'konformità ma' dan ir-Regolament u mal-atti regolatorji elenkati fl-Anness II.



KAPITOLU XIII

FORNIMENT TA' INFORMAZZJONI TEKNIKA

Artikolu 59

Informazzjoni intiża għall-utenti

1.  
Il-manifattur ma għandu jipprovdi ebda informazzjoni teknika relatata mad-dettalji tat-tip ta' vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir previsti f'dan ir-Regolament jew fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness II, li tiddevja mid-dettalji tal-approvazzjoni tat-tip mogħtija mill-awtorità tal-approvazzjoni.
2.  
Il-manifattur għandu jagħmel disponibbli għall-utenti l-informazzjoni rilevanti u l-istruzzjonijiet meħtieġa kollha li jiddeskrivu kwalunkwe kondizzjoni jew restrizzjoni speċjali fuq l-użu ta' vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir.
3.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi fornuta bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir ser jitqiegħdu fis-suq, jiġu rreġistrati jew jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll fil-manwal tas-sid.

Artikolu 60

Informazzjoni intiża għall-manifatturi

1.  
Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jagħmlu disponibbli għall-manifatturi ta' sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir id-dettalji kollha li huma meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati jew sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1).

Il-manifatturi tal-vetturi jistgħu jimponu ftehim vinkolanti fuq il-manifatturi ta' sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir sabiex jipproteġu l-kunfidenzjalità ta' kwalunkwe informazzjoni li mhijiex fid-dominju pubbliku, inkluża informazzjoni relatata mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

2.  
Il-manifatturi ta' sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir għandhom jipprovdu lill-manifatturi tal-vetturi l-informazzjoni dettaljata kollha dwar ir-restrizzjonijiet li japplikaw għall-approvazzjonijiet tat-tip tagħhom u li huma msemmija fl-Artikolu 29(3) jew huma imposti minn att regolatorju elenkat fl-Anness II.



KAPITOLU XIV

AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR L-OBD TAL-VETTURI U GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURI

Artikolu 61

L-obbligi tal-manifatturi li jipprovdu informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

1.  
Il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-operaturi indipendenti aċċess mhux ristrett, standardizzat u mhux diskriminatorju għal informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi, tagħmir dijanjostiku u tagħmir ieħor, għodod, inklużi r-riferenzi kompluti, u d-downloads disponibbli, tas-softwer applikabbli, u informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. L-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod faċilment aċċessibbli f'forma ta' settijiet ta' data li jistgħu jinqraw b'magna u li jistgħu jiġu pproċessati elettronikament. L-operaturi indipendenti għandu jkollhom aċċess għas-servizzi dijanjostiċi remoti użati mill-manifatturi u min-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati.

Il-manifatturi għandhom jipprovdu faċilità standardizzata, sigura u remota li tippermetti lis-sewwejja indipendenti jwettqu operazzjonijiet li jinvolvu l-aċċess għas-sistema tas-sigurtà tal-vettura.

2.  
Sa meta l-Kummissjoni tadotta standard rilevanti permezz tal-ħidma tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) jew ta' korp ta' standardizzazzjoni komparabbli, l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tiġi ppreżentata b'mod li tkun faċilment aċċessibbli u b'mod li tkun tista' tiġi pproċessata minn operaturi indipendenti bi sforz raġonevoli.

L-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha ssir disponibbli fuq is-siti web tal-manifatturi bl-użu ta' format standardizzat jew, jekk dan ma jkunx fattibbli, minħabba n-natura tal-informazzjoni, f'format ieħor xieraq. Għal operaturi indipendenti għajr is-sewwejja, l-informazzjoni għandha tingħata wkoll f'format li jkun jista' jinqara minn magna, li jkun jista' jiġi pproċessat elettronikament b'għodod u softwer tat-teknoloġija informatika disponibbli b'mod komuni u li jippermetti lil operaturi indipendenti jwettqu l-kompitu assoċjat man-negozju tagħhom fil-katina ta' provvista tas-suq ta' wara l-bejgħ.

3.  

Madanakollu, fil-każijiet li ġejjin, huwa suffiċjenti li l-manifattur jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa minnufih b'mod aċċessibbli faċilment meta operatur indipendenti jitlob dan:

(a) 

għal tipi ta' vetturi koperti b'approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' vetturi prodotti f'serje żgħar kif imsemmi fl-Artikolu 42;

(b) 

għal vetturi bi skop speċjali;

(c) 

għal tipi ta' vetturi fil-kategoriji O1 u O2 li ma jużawx għodod dijanjostiċi jew mezz ta' komunikazzjoni fiżika jew wieħed mingħajr fili mal-unità jew unitajiet ta' kontroll elettroniku abbord għal finijiet ta' dijanjosi jew programmazzjoni mill-ġdid tal-vetturi tagħhom;

(d) 

għall-istadju finali tal-approvazzjoni tat-tip fil-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, fejn l-aħħar stadju jkopri biss karozzerija li ma jkunx fiha sistemi għall-kontroll elettroniku tal-vettura, u s-sistemi ta' kontroll elettroniku tal-vettura kollha tal-vettura bażi ma jinbidlux.

4.  
Id-dettalji tar-rekwiżiti tekniċi għall-aċċess għal informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, b'mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, huma stipulati fl-Anness X.
5.  
Il-manifatturi għandhom ukoll jagħmlu l-materjal tat-taħriġ disponibbli għall-operaturi indipendenti u għan-negozjanti u s-sewwejja awtorizzati.
6.  
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura jkunu dejjem aċċessibbli, ħlief kif meħtieġ għall-finijiet ta' manutenzjoni tas-sistema ta' informazzjoni.

Il-manifatturi għandhom jagħmlu kwalunkwe emenda u żieda sussegwenti fl-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u fl-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli fuq is-siti web tagħhom fl-istess ħin li jagħmluhom disponibbli għal sewwejja awtorizzati.

7.  
Għall-finijiet tal-manifattura u l-għoti ta' service tal-parts ta' sostituzzjoni jew service kompatibbli mal-OBD u tal-għodod dijanjostiċi u t-tagħmir tal-ittestjar, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti dwar l-OBD tal-vettura u l-informazzjoni rilevanti dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura fuq bażi nondiskriminatorja lil kwalunkwe manifattur jew sewwej interessat ta' komponenti, għodod dijanjostiċi jew tagħmir tal-ittestjar.
8.  
Għall-finijiet tad-disinn, tal-manifattura u tat-tiswija ta' tagħmir awtomobilistiku għal vetturi li jaħdmu b'karburanti alternattivi, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti dwar l-OBD tal-vettura u l-informazzjoni rilevanti dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura fuq bażi nondiskriminatorja lil kwalunkwe manifattur, installatur jew sewwej interessat ta' tagħmir għal vetturi li jaħdmu b'karburanti alternattivi.
9.  
Fejn ir-rekords tat-tiswija u l-manutenzjoni ta' vettura jinżammu f'bażi tad-data ċentrali tal-manifattur tal-vettura jew f'ismu, is-sewwejja indipendenti għandu jkollhom aċċess mingħajr ħlas għal dawn ir-rekords u għandhom ikunu jistgħu jdaħħlu informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li jkunu għamlu.
10.  
Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal vetturi li jkunu koperti minn approvazzjonijiet ta' vetturi individwali.
11.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 82 li jemendaw l-Anness X biex jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi u regolatorji jew jiġi evitat l-użu ħażin billi taġġorna r-rekwiżiti dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, inkluż l-attivitajiet ta' tiswija u manutenzjoni appoġġati minn netwerks fuq żona wiesgħa mingħajr fili u billi tadotta u tintegra l-istandards imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tat-teknoloġija tal-informatika attwali, l-iżviluppi prevedibbli fit-teknoloġija tal-vetturi, l-istandards ISO attwali u l-possibbiltà ta' standard ISO dinji.

Artikolu 62

Obbligi fir-rigward tad-detenturi ta' diversi approvazzjonijiet tat-tip

1.  
Il-manifattur responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip rispettiva ta' sistema, komponent jew unità teknika separata jew għal stadju partikolari ta' vettura għandu jkun responsabbli, fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip imħallta, approvazzjoni tat-tip pass pass jew approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, mill-komunikazzjoni lill-manifattur finali u lill-operaturi indipendenti tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni b'rabta mas-sistema, mal-komponent jew mal-unità teknika separata partikolari jew mal-istadju partikolari.
2.  
Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, il-manifattur finali għandu jkun responsabbli biex jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura rigward l-istadju jew l-istadji tal-manifattura tiegħu stess u l-link għall-istadju jew l-istadji ta' qabel.

Artikolu 63

Ħlasijiet għall-aċċess għal informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni tal-vetturi

1.  
Il-manifattur jista' jitlob ħlasijiet raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għajr ir-rekords imsemmija fl-Artikolu 61(10). Dawk il-ħlasijiet ma għandhomx jiskoraġġixxu l-aċċess għal tali informazzjoni billi ma jikkunsidrawx il-punt sa fejn din tintuża mill-operatur indipendenti. L-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandu jiġi offrut mingħajr ħlas lill-awtoritajiet nazzjonali, il-Kummissjoni u s-servizzi tekniċi.
2.  
Il-manifattur għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, inkluż is-servizzi tranżazzjonali bħal ipprogrammar mill-ġdid jew assistenza teknika, fuq bażi ta' kull siegħa, ta' kuljum, kull xahar u kull sena, bil-ħlasijiet għall-aċċess għal tali informazzjoni jvarjaw skont il-perijodi ta' żmien rispettivi li għalihom jingħata l-aċċess.

Minbarra l-aċċess temporali, il-manifatturi jistgħu joffru aċċess ibbażat fuq it-tranżazzjoni, li l-ħlasijiet għalih jintalbu għal kull tranżazzjoni u mhux abbażi tat-tul ta' żmien li għalih jingħata l-aċċess.

Fejn il-manifattur joffri ż-żewġ sistemi ta' aċċess, is-sewwejja indipendenti għandhom jagħżlu sistemi ta' aċċess li jistgħu jkunu temporali jew ibbażati fuq it-tranżazzjoni.

Artikolu 64

Prova ta' konformità mal-obbligi tal-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni

1.  
Il-manifattur li applika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni bi prova ta' konformità ma' dan il-Kapitolu fi żmien sitt xhur mid-data tal-approvazzjoni tat-tip rispettiva.
2.  
Fejn tali prova ta' konformità ma tiġix ipprovduta fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa f'konformità mal-Artikolu 65.

Artikolu 65

Konformità mal-obbligi rigward l-aċċess għal informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

1.  
Fi kwalunkwe ħin, awtorità tal-approvazzjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess, abbażi ta' lment jew abbażi ta' valutazzjoni minn servizz tekniku, tikkontrolla li manifattur jikkonforma ma' dan il-Kapitolu, kif ukoll maċ-Ċertifikat tal-manifattur dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar l-OBD ta' vettura u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vettura msemmija fl-Appendiċi 1 tal-Anness X.
2.  
Fejn awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-manifattur naqas milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu rigward l-aċċess għal informazzjoni dwar l-OBD ta' vettura u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip rilevanti għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni.

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-irtirar jew is-sospensjoni tal-approvazzjoni tat-tip, multi jew miżuri oħrajn adottati skont l-Artikolu 84.

3.  
Fejn operatur indipendenti jew assoċjazzjoni kummerċjali li tirrappreżenta lill-operaturi indipendenti jressqu lment quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni dwar in-nuqqas tal-manifattur milli jikkonforma ma' dan il-Kapitolu, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha twettaq verifika sabiex tivverifika l-konformità mill-manifattur. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha biex tinvestiga l-ilment u sussegwentement biex titlob evidenza mill-manifattur tal-vettura li turi li s-sistema li għandu stabbilita l-manifattur tal-vettura hija f'konformità ma' dan ir-Regolament. Ir-riżultati ta' dik l-investigazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-awtorità nazzjonali tal-approvazzjoni u l-operatur indipendenti jew l-assoċjazzjoni kummerċjali kkonċernati fi żmien tliet xhur mit-talba.
4.  
Meta twettaq il-awditu, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' titlob lil servizz tekniku jew lil kwalunkwe espert indipendenti ieħor sabiex iwettaq valutazzjoni bil-għan li jivverifika jekk l-obbligi fir-rigward tal-aċċess għal informazzjoni dwar l-OBD ta' vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vettura ġewx issodisfati.

Artikolu 66

Forum dwar l-Aċċess għal Informazzjoni dwar il-Vetturi

1.  
Il-Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vettura fir-rigward tal-aċċess għal informazzjoni dwar l-OBD ta' vettura u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vettura, stabbilit f'konformità mal-Artikolu 13(9) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 ( 7 ), għandu jkopri wkoll il-vetturi kollha fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Huwa għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu f'konformità mal-Anness X ta' dan ir-Regolament.

2.  
Il-Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vettura għandu jqis jekk l-aċċess għal informazzjoni dwar l-OBD ta' vettura u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vettura jaffettwax il-progress li sar fit-tnaqqis tas-serq tal-vetturi u għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jittejbu r-rekwiżiti marbuta mal-aċċess għal tali informazzjoni. B'mod partikolari, il-Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vetturi għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni ta' proċess li permezz tiegħu organizzazzjonijiet akkreditati japprovaw u jawtorizzaw lil operaturi indipendenti sabiex ikollhom aċċess għal informazzjoni dwar is-sigurtà tal-vetturi.

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li żżomm id-diskussjonijiet u s-sejbiet ta' dan il-Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vettura kunfidenzjali.



KAPITOLU XV

VALUTAZZJONI, DEŻINJAZZJONI, NOTIFIKA U MONITORAĠĠ TA' SERVIZZI TEKNIĊI

Artikolu 67

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għas-servizzi tekniċi

1.  
L-awtorità tal-approvazzjoni deżinjata mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 6(2) (imsejħa, għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, “l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip”) għandha tkun responsabbli għall-valutazzjoni, deżinjazzjoni, notifika u monitoraġġ tas-servizzi tekniċi, inklużi, fejn xieraq, is-sottokuntratturi jew sussidjarji ta' dawk is-servizzi tekniċi. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista' tiddeċiedi li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi, u fejn xieraq, tas-sottokuntratturi jew s-sussidjarji ta' dawk is-servizzi tekniċi, għandhom jitwettqu minn korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni.
2.  
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari fir-rigward ta' kwalunkwe attività mwettqa minnhom li tkun marbuta mal-valutazzjoni u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi.

L-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom ikopru l-valutazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha jew parzjali tas-servizzi tekniċi li jkunu twettqu minn awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip f'konformità mal-Artikolu 73(4), inkluża l-kompetenza tal-persunal, il-korrettezza tal-metodoloġija tal-ittestjar u tal-ispezzjoni u l-korrettezza tar-riżultati tat-testijiet abbażi ta' kamp ta' applikazzjoni definit ta' atti regolatorji elenkati fil-Parti I tal-Anness II.

Attivitajiet marbuta mal-valutazzjoni u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi li għandhom x'jaqsmu biss ma' approvazzjonijiet individwali nazzjonali li ngħataw f'konformità mal-Artikolu 45 jew ma' approvazzjonijiet tat-tip nazzjonali ta' vetturi prodotti f'serje żgħar li ngħataw f'konformità mal-Artikolu 42 huma eżentati mill-evalwazzjonijiet bejn il-pari.

Kwalunkwe valutazzjoni ta' servizzi tekniċi akkreditati minn awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jiġu eżentati minn evalwazzjonijiet bejn il-pari.

3.  
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ma għandhomx ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet bejn il-pari meta jiddeżinjaw is-servizzi tekniċi kollha tagħhom esklużivament abbażi tal-akkreditazzjoni tas-servizzi tekniċi.
4.  
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ma għandhiex tipprovdi servizzi ta' konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.
5.  
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha jkollha biżżejjed persunal għad-dispożizzjoni tagħha biex twettaq il-kompiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.
6.  
Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, lill-Forum u lill-Istati Membri l-oħrajn li jitolbuh l-informazzjoni dwar il-proċeduri tiegħu għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u n-notifika tas-servizzi tekniċi u għall-monitoraġġ ta' servizzi tekniċi, u dwar kwalunkwe bidla fil-proċeduri.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell għall-għoti ta' informazzjoni dwar il-proċeduri tal-Istati Membri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).

7.  
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip li jkunu soġġetti għal evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom jistabbilixxu proċeduri għal awditjar intern f'konformità mal-Appendiċi 2 tal-Anness III. Tali awditjar intern għandu jsir mill-inqas darba fis-sena. Madankollu, il-frekwenza tal-awditjar intern tista' titnaqqas jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista' turi li s-sistema ta' ġestjoni tagħha qed tiġi implimentata b'mod effettiv u wriet li hija stabbli.
8.  
L-evalwazzjonijiet bejn il-pari ta' awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha titwettaq mill-inqas darba kull ħames snin minn tim ta' evalwazzjoni bejn il-pari magħmul minn żewġ awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip minn Stati Membri oħrajn.

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tipparteċipa fit-tim ta' evalwazzjoni bejn il-pari abbażi ta' analiżi tal-valutazzjoni tar-riskju.

L-evalwazzjoni bejn il-pari għandha titwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-approvazzjoni li tkun soġġetta għal evalwazzjoni, u għandha tinkludi żjara fil-bini tas-servizz tekniku magħżul fid-diskrezzjoni tat-tim ta' evalwazzjoni bejn il-pari.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip li mhumiex soġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari f'konformità mal-paragrafu 3 ma għandhomx jiġu inklużi f'ebda attività marbuta mat-tim ta' evalwazzjoni bejn il-pari.

9.  
B'kont debitament meħud tal-konsiderazzjonijiet tal-Forum, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw pjan għall-evalwazzjonijiet bejn il-pari li jkopri perijodu ta' mill-inqas ħames snin, fejn jiġu stabbiliti kriterji dwar il-kompożizzjoni tat-tim ta' evalwazzjoni bejn il-pari, il-metodoloġija użata għall-evalwazzjoni bejn il-pari, l-iskeda, il-perjodiċità u l-kompiti l-oħra marbuta mal-evalwazzjoni bejn il-pari. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).
10.  
L-eżitu tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandu jiġi eżaminat mill-Forum. Il-Kummissjoni għandha tħejji sommarji tal-eżitu ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 68

Deżinjazzjoni ta' servizzi tekniċi

1.  

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jiddeżinjaw servizzi tekniċi għal waħda jew aktar mill-kategoriji ta' attivitajiet li ġejjin, skont il-qasam ta' kompetenza tagħhom:

(a) 

kategorija A: it-testijiet imsemmija f'dan ir-Regolament u fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness II li jwettqu s-servizzi tekniċi fil-faċilitajiet tagħhom stess;

(b) 

kategorija B: is-superviżjoni tat-testijiet, li tinkludi t-tħejjija tat-testijiet, imsemmija f'dan ir-Regolament u fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness II, fejn tali testijiet jitwettqu fil-faċilitajiet tal-manifattur jew fil-faċilitajiet ta' parti terza;

(c) 

kategorija C: il-valutazzjoni u l-monitoraġġ fuq bażi regolari tal-proċeduri tal-manifattur għall-kontroll tal-konformità tal-produzzjoni;

(d) 

kategorija D: is-superviżjoni jew it-twettiq ta' testijiet jew spezzjonijiet għas-sorveljanza tal-konformità tal-produzzjoni.

2.  
Kull Stat Membru jistà jiddeżinja awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bħala servizz tekniku għal waħda jew aktar mill-kategoriji ta' attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.
3.  
Servizz tekniku għandu jiġi stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru u jkollu personalità ġuridika, ħlief għal servizzi tekniċi li jappartjenu lil awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u ħlief għal servizzi tekniċi interni akkreditati tal-manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 72.
4.  
Servizz tekniku għandu jkollu assigurazzjoni ta' responsabbiltà għall-attivitajiet tiegħu, ħlief jekk tali responsabbiltà tintrefa' mill-Istat Membru tiegħu f'konformità mal-liġi nazzjonali, jew ħlief jekk l-Istat Membru nnifsu jkun direttament responsabbli mill-valutazzjoni tal-konformità.
5.  
Is-servizzi tekniċi ta' pajjiż terz, għajr dawk li ġew deżinjati f'konformità mal-Artikolu 72, jistgħu jiġu biss deżinjati u jiġu biss innotifikati lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-Artikolu 74 meta jkun hemm ftehim bilaterali bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat li jipprevedi l-possibbiltà li jiġu deżinjati tali servizzi tekniċi. Dan ma għandux jipprevjeni lil servizz tekniku li jkun stabbilit skont il-liġi ta' Stat Membru f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu milli jistabbilixxi sussidjarji f'pajjiżi terzi, dment li dawk is-sussidjarji jkunu direttament ġestiti u kkontrollati mis-servizz tekniku deżinjat.

Artikolu 69

L-indipendenza tas-servizzi tekniċi

1.  
Servizz tekniku, inkluż il-persunal tiegħu, għandu jkun indipendenti u għandu jwettaq l-attivitajiet li għalihom ikun ġie deżinjat bl-ogħla livell ta' integrità professjonali u bil-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku li fih jopera u għandu jkun ħieles minn kull pressjoni u tentazzjonijiet, b'mod partikolari dawk finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tiegħu jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tiegħu, b'mod partikolari tali pressjonijiet jew tentazzjonijiet li jirriżultaw minn persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet.
2.  
Servizz tekniku għandu jkun organizzazzjoni jew entità ta' parti terza li ma tkunx involuta fil-proċess tad-disinn, tal-manifattura, tal-forniment jew tal-manutenzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata li hija tivvaluta, tittestja jew tispezzjona.

Organizzazzjoni jew entità li tappartjeni għal assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta lill-intrapriżi li huma involuti fid-disinn, fil-manifattura, fil-forniment jew fil-manutenzjoni tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati li hija tivvaluta, tittestja jew tispezzjona, tista' titqies li tissodisfa r-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu, dment li l-indipendenza tagħha u n-nuqqas ta' kwalunkwe konflitt ta' interess jintwerew lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru rilevanti.

3.  
Servizz tekniku, il-maniġment fl-ogħla livell tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-attivitajiet li għalihom jiġu deżinjati f'konformità mal-Artikolu 68(1) ma għandhomx jiddisinjaw, jimmanifatturaw, ifornu jew jagħmlu l-manutenzjoni ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati vvalutati minnhom, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f'dawk l-attivitajiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu ta' dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huma meħtieġa għall-operat tas-servizz tekniku jew għall-użu ta' tali vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati għal skopijiet personali.
4.  
Servizz tekniku għandu jiżgura li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew tas-sottokuntratturi tiegħu ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ikun ġie deżinjat.
5.  
Il-membri tal-persunal ta' servizz tekniku għandhom josservaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, ħlief b'rabta mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u, fejn rilevanti, il-korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni, fejn mitlub mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

Artikolu 70

Il-kompetenza tas-servizzi tekniċi

1.  

Servizz tekniku għandu jkun jista' jwettaq l-attivitajiet kollha li għalihom ikun qed japplika biex jiġi deżinjat f'konformità mal-Artikolu 68(1). Huwa għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew il-korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni li qed iwettaq il-valutazzjoni jew il-monitoraġġ ta' dak is-servizz tekniku li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-membri tal-persunal tiegħu għandhom il-ħiliet xierqa, l-għarfien tekniku speċifiku, it-taħriġ vokazzjonali u esperjenza xierqa u suffiċjenti sabiex iwettqu l-attivitajiet li għalihom is-servizz tekniku qed japplika biex jiġi deżinjat;

(b) 

li jippossjedi deskrizzjonijiet tal-proċeduri rilevanti għat-twettiq tal-attivitajiet li għalihom qed japplika biex jiġi deżinjat, b'kont debitu meħud tal-livell ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata rilevanti inkwistjoni, kif ukoll tan-natura ta' massa jew ta' serje tal-proċess ta' produzzjoni. Is-servizz tekniku għandu juri t-trasparenza u r-riproduċibbiltà ta' dawk il-proċeduri;

(c) 

li għandu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti konnessi mal-kategorija jew kategoriji ta' attivitajiet li għalihom qed japplika biex jiġi deżinjat u li jkollu aċċess għat-tagħmir jew għall-faċilitajiet kollha meħtieġa.

2.  
Servizz tekniku għandu juri wkoll li għandu l-ħiliet xierqa, l-għarfien tekniku speċifiku u esperjenza ppruvata biex iwettaq it-testijiet u l-ispezzjonijiet għall-valutazzjoni tal-konformità tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti u tal-unitajiet tekniċi separati ma' dan ir-Regolament u għandu juri l-konformità tiegħu mal-istandards elenkati fl-Appendiċi 1 għall-Anness III. Madankollu, l-istandards elenkati fl-Appendiċi 1 għall-Anness III ma japplikawx għall-finijiet tal-aħħar stadju ta' proċedura nazzjonali ta' diversi stadji kif imsemmi fl-Artikolu 47(1).
3.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 82 li jemendaw l-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti għall-valutazzjoni tas-servizzi tekniċi.

Artikolu 71

Sussidjarji tas-servizzi tekniċi u sottokuntrattar minnhom

1.  
Is-servizzi tekniċi jistgħu jissottokuntrattaw, bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja, uħud mill-kategoriji ta' attivitajiet li jkunu ġew deżinjati għalihom f'konformità mal-Artikolu 68(1), jew inkella jqabbdu sussidjarju biex iwettaq dawk l-attivitajiet għalihom.
2.  
Fejn servizz tekniku jissottokuntratta kompiti speċifiċi minn fost il-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ikun ġie deżinjat jew għandu sussidjarju biex iwettaq dawk il-kompiti, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 68, 69 u 70 u għandu jgħarraf lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip b'dan.
3.  
Is-servizzi tekniċi għandhom jerfgħu r-responsabbiltà sħiħa għall-kompiti mwettqa mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji tagħhom, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħhom.
4.  
Is-servizzi tekniċi għandhom iżommu, għad-dispożizzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja, id-dokumenti rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni mwettqa mill-awtorita' tal-approvazzjoni tat-tip jew l-akkreditazzjoni mwettqa mill-korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u l-kompiti mwettqa minnhom.

Artikolu 72

Servizz tekniku intern tal-manifattur

1.  
Servizz tekniku intern ta' manifattur jista' jiġi deżinjat bħala servizz tekniku għal attivitajiet taħt il-kategorija A kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 68(1) u biss fir-rigward tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness VII. Servizz tekniku intern għandu jikkostitwixxi parti separata u distinta tal-kumpannija tal-manifattur u ma għandux ikun involut fid-disinn, fil-manifattura, fil-forniment jew fil-manutenzjoni tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati li huwa jivvaluta.
2.  

Servizz tekniku intern imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

ikun ġie akkreditat minn korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni u jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċijiet 1 u 2 tal-Anness III;

(b) 

is-servizz tekniku intern, inkluż il-persunal tiegħu, ikun identifikabbli fuq livell organizzazzjonali u jkollu metodi ta' rapportar fil-kumpannija tal-manifattur li jifforma parti minnha li jiżguraw l-imparzjalità tiegħu u juri dik l-imparzjalità lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u lill-korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni rilevanti;

(c) 

la s-servizz tekniku intern u lanqas il-persunal tiegħu ma jkun involut f'attività li tista' tkun konfliġġenti mal-indipendenza jew l-integrità tiegħu sabiex iwettaq l-attivitajiet li għalihom ġie deżinjat;

(d) 

iforni s-servizzi tiegħu biss lill-kumpannija tal-manifattur li jifforma parti minnha.

3.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 82 li jemendaw l-Anness VII sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi u regolatorji billi tiġi aġġornata l-lista ta' atti regolatorji u r-restrizzjonijiet inklużi fihom.

Artikolu 73

Valutazzjoni u deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi

1.  
Is-servizz tekniku applikant għandu jressaq applikazzjoni formali lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru li fih jitlob li jiġi deżinjat f'konformità mal-punt 4 tal-Appendiċi 2 tal-Anness III. L-applikazzjoni għandha tispeċifika l-kategoriji tal-attivitajiet li għalihom is-servizz tekniku qed japplika biex jiġi deżinjat.
2.  
Qabel ma awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiddeżinja servizz tekniku, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew il-korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni għandhom jivvalutawh skont lista ta' kontroll tal-valutazzjoni li tal-inqas tkopri r-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Anness III. Il-valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni fuq il-post fil-bini tas-servizz tekniku li japplika, u, fejn rilevanti, ta' kwalunkwe sussidjarju jew sottokuntrattur, li jkun jinsab kemm ġewwa jew barra l-Unjoni.
3.  
Fil-każijiet fejn il-valutazzjoni ssir minn korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni, is-servizz tekniku applikant għandu jagħti lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ċertifikat ta' akkreditazzjoni validu u r-rapport ta' valutazzjoni korrispondenti li jattestaw li s-servizz tekniku jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Anness III għall-kategoriji tal-attivitajiet li s-servizz tekniku applikant ikun qed japplika biex jiġi deżinjat għalihom.
4.  
F'każijiet fejn il-valutazzjoni ssir mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru li lilu s-servizz tekniku applikant ikun talab li jiġi deżinjat għandha formalment taħtar tim ta' valutazzjoni konġunta li jkun jinkludi wkoll rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ta' mill-inqas żewġ Stati Membri oħra u rappreżentant tal-Kummissjoni.

Fejn is-servizz tekniku japplika biex jiġi deżinjat fi Stat Membru għajr l-Istat Membru tal-istabbiliment tiegħu, wieħed mir-rappreżentanti tat-tim ta' valutazzjoni konġunta għandu jkun mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru tal-istabbiliment tiegħu, ħlief jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiddeċiedi kontra l-parteċipazzjoni fit-tim ta' valutazzjoni konġunta.

It-tim ta' valutazzjoni konġunta għandu jipparteċipa fil-valutazzjoni tas-servizz tekniku applikant, inkluż il-valutazzjoni fuq il-post. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja tal-Istat Membru li fih is-servizz tekniku applikant ikun talab li jiġi deżinjat għandha tagħti lit-tim ta' valutazzjoni konġunta l-assistenza kollha neċessarja u tipprovdi aċċess fil-ħin għad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi vvalutat is-servizz tekniku applikant.

5.  
F'każijiet fejn il-valutazzjoni ssir mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li jiddeżinjaw servizzi tekniċi li japplikaw biex iwettqu testijiet esklużivament għal approvazzjonijiet ta' vetturi individwali nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 45, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru li fih is-servizz tekniku applikant ikun talab li jiġi deżinjat għandha tkun eżentata mill-obbligu li taħtar tim ta' valutazzjoni konġunta. Is-servizzi tekniċi li jikkontrollaw biss l-installazzjoni korretta tal-komponenti fil-kategoriji O1 u O2 għandhom jiġu eżentati wkoll mill-valutazzjoni.
6.  
Jekk is-servizz tekniku jkun talab li jiġi deżinjat minn waħda jew iktar awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip minn Stati Membri li ma jkunux l-Istat Membru li fih huwa stabbilit f'konformità mal-Artikolu 74(2), il-valutazzjoni għandha ssir darba biss, dment li f'dik il-valutazzjoni jkun ġie kopert l-ambitu kollu tad-deżinjazzjoni tas-servizz tekniku.
7.  
Matul il-proċess ta' valutazzjoni, it-tim ta' valutazzjoni konġunta għandu jippreżenta s-sejbiet tiegħu li jikkonċernaw in-nonkonformità tas-servizz tekniku applikant mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 68 sa 72, fl-Artikoli 80 u 81 u fl-Appendiċi 2 tal-Anness III. Tali sejbiet għandhom jiġu diskussi fi ħdan it-tim ta' valutazzjoni konġunta.
8.  
Wara li tkun saret il-valutazzjoni fuq il-post, it-tim ta' valutazzjoni konġunta għandu jipproduċi rapport li jistabbilixxi sa fejn is-servizz tekniku applikant jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 68 sa 72, fl-Artikoli 80 u 81 u fl-Appendiċi 2 tal-Anness III.
9.  
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 8 għandu jinkludi sommarju ta' kwalunkwe nonkonformità identifikata, flimkien ma' rakkomandazzjoni dwar jekk l-applikant jistax jiġi deżinjat bħala servizz tekniku.
10.  
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-qasam tal-għarfien espert tar-rappreżentanti tagħha li ser jipparteċipaw fit-tim ta' valutazzjoni konġunta.
11.  
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn is-servizz tekniku applikant talab li jiġi deżinjat għandha tibgħat ir-rapport dwar l-eżitu tal-valutazzjoni f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Anness III, lill-Kummissjoni u, fuq talba, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istati Membri l-oħrajn. Dak ir-rapport għandu jinkludi evidenza dokumentarja dwar il-kompetenza tas-servizz tekniku u l-arranġamenti li jkollha stabbiliti l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għall-monitoraġġ regolari tas-servizz tekniku.
12.  
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni jistgħu jirrieżaminaw ir-rapport ta' valutazzjoni u l-evidenza dokumentarja, iqajmu mistoqsijiet jew tħassib u jitolbu iktar evidenza dokumentarja fi żmien xahar mid-data meta jirċievu r-rapport tal-valutazzjoni u l-evidenza dokumentarja.
13.  
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn is-servizz tekniku applikant ikun talab biex jiġi deżinjat għandha twieġeb għall-mistoqsijiet, it-tħassib u t-talbiet għal iktar evidenza dokumentarja fi żmien erba' ġimgħat minn meta jaslulha.
14.  
Fi żmien erba' ġimgħat mir-riċezzjoni tat-tweġiba msemmija fil-paragrafu 13, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istati Membri l-oħrajn jew il-Kummissjoni jistgħu, b'mod individwali jew konġunt, jindirizzaw rakkomandazzjonijiet lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn is-servizz tekniku applikant ikun talab biex jiġi deżinjat. Dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet meta tieħu d-deċiżjoni dwar id-deżinjazzjoni tas-servizz tekniku. Fejn dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiddeċiedi li ma ssegwix ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Istati Membri l-oħrajn jew mill-Kummissjoni, għandha tagħti r-raġunijiet għal dan fi żmien ġimagħtejn minn meta tieħu d-deċiżjoni tagħha.
15.  
Il-validità tad-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi għandha tkun limitata għal massimu ta' ħames snin.
16.  
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li beħsiebha tiġi deżinjata bħala servizz tekniku f'konformità mal-Artikolu 68(2) għandha tiddokumenta l-konformità ma' dan ir-Regolament permezz ta' valutazzjoni mwettqa minn awdituri indipendenti. Dawk l-awdituri jistgħu jkunu mill-istess organizzazzjoni dment li huma ġestiti b'mod awtonomu mill-persunal li jkun qed jagħmel l-attività vvalutata, u dment li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Appendiċi 2 tal-Anness III.

Artikolu 74

Notifika lill-Kummissjoni dwar id-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi

1.  
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-isem, l-indirizz, inkluż l-indirizz elettroniku, il-persuni responsabbli u l-kategorija tal-attivitajiet ta' kull servizz tekniku li huma jkunu ddeżinjaw. In-notifika għandha tispeċifika b'mod ċar l-ambitu tad-deżinjazzjoni, l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità u l-proċeduri, it-tip ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati, u s-suġġetti elenkati fl-Anness II li għalihom ġew deżinjati s-servizzi tekniċi, kif ukoll kwalunkwe sottokuntrattur jew sussidjarju tas-servizzi tekniċi, u kwalunkwe modifika sussegwenti għal kwalunkwe wieħed minn dawk id-dettalji.

Tali notifika għandha ssir qabel is-servizz tekniku deżinjat ikkonċernat iwettaq kwalunkwe attività msemmija fl-Artikolu 68(1).

2.  
Servizz tekniku jista' jiġi deżinjat minn waħda jew iktar awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ta' Stati Membri li ma jkunux l-Istat Membru li fih huwa stabbilit, dment li l-ambitu kollu tad-deżinjazzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ikun kopert minn akkreditazzjoni maħruġa f'konformità mal-Artikolu 73(3), jew permezz ta' valutazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 73(4).
3.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha, u taġġorna, lista bid-dettalji għal kuntatt mas-servizzi tekniċi deżinjati, is-sottokuntratturi u s-sussidjarji tagħhom li ġew innotifikati lilha f'konformità ma' dan l-Artikolu.

Artikolu 75

Tibdil fid-deżinjazzjonijiet tas-servizzi tekniċi u t-tiġdid tagħhom

1.  
Fejn l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun aċċertat jew ġiet mgħarrfa li servizz tekniku ma għadux konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, dik l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrestrinġi, tissospendi jew tirtira d-deżinjazzjoni kif xieraq, skont il-gravità tan-nonkonformità ma' dawk ir-rekwiżiti.

L-awtorità nazzjonali għandha tinnotifika minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istati Membri l-oħrajn dwar kwalunkwe restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' deżinjazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista msemmija fl-Artikolu 74(3) kif xieraq.

2.  
Fil-każ ta' restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar tad-deżinjazzjoni, jew meta s-servizz tekniku jkun waqqaf l-attività tiegħu, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha żżomm il-fajls ta' dak is-servizz tekniku disponibbli għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni jew għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew titrasferixxi dawk il-fajls lil servizz tekniku ieħor magħżul mill-manifattur bi qbil ma' dak is-servizz tekniku.
3.  
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivvaluta fi żmien tliet xhur min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jekk in-nonkonformità tas-servizz tekniku għandhiex impatt fuq iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE maħruġa abbażi tar-rapporti tal-ispezzjoni u t-testijiet maħruġin mis-servizz tekniku soġġett għall-bidla fid-deżinjazzjoni u tinforma lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan.

Fi żmien xahrejn mindu tkun innotifikat il-bidliet fid-deżinjazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tissottometti rapport dwar is-sejbiet tagħha dwar in-nonkonformità lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip l-oħrajn. Fejn meħtieġ, sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li diġà tqiegħdu fis-suq, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja għandha tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ikkonċernati sabiex jissospendu jew jirtiraw, fi ħdan perijodu ta' żmien raġonevoli, kwalunkwe ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li ma kellux jinħareġ.

4.  
Fejn d-deżinjazzjoni ta' servizzi tekniċi tkun ġiet ristretta, sospiża jew irtirata, iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li nħarġu abbażi tar-rapporti tal-ispezzjoni u tat-testijiet maħruġin minn dawk is-servizzi tekniċi għandhom jibqgħu validi ħlief jekk dawk l-approvazzjonijiet tat-tip isiru invalidi f'konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 35(2).
5.  
L-estensjonijiet tal-ambitu tad-deżinjazzjoni tas-servizz tekniku li jwasslu għad-deżinjazzjoni ta' kategorija addizzjonali ta' attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 68(1) għandhom jiġu vvalutati f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 73.

Jistgħu jsiru estensjonijiet tal-ambitu ta' deżinjazzjoni tas-servizz tekniku biss għall-atti regolatorji elenkati fl-Anness II f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Anness III u soġġett għan-notifika msemmija fl-Artikolu 74.

6.  
Id-deżinjazzjoni ta' servizz tekniku għandha tiġġedded biss wara li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun ivverifikat li s-servizz tekniku għadu jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni għandha ssir f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 73.

Artikolu 76

Monitoraġġ tas-servizzi tekniċi

1.  
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja għandha timmonitorja kontinwament is-servizzi tekniċi sabiex tiżgura li tinżamm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 68 sa 72, fl-Artikoli 80 u 81, u fl-Appendiċi 2 għall-Anness III.

L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandu japplika għal ebda attività tas-servizzi tekniċi li hija mmonitorjata mill-korpi ta' akkreditazzjoni f'konformità mal-Artikolu 67(1) biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 68 sa 72, fl-Artikoli 80 u 81 u fl-Appendiċi 2 tal-Anness III.

Fuq talba, is-servizzi tekniċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha li jkunu meħtieġa sabiex l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja jew korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni jkunu jistgħu jivverifikaw il-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.

Is-servizzi tekniċi għandhom jinformaw, mingħajr dewmien, lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja jew lill-korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni dwar kwalunkwe bidla, b'mod partikolari rigward il-persunal, il-faċilitajiet, is-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom, li tista' taffettwa l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 68 sa 72, fl-Artikoli 80 u 81, u fl-Appendiċi 2 tal-Anness III, jew il-ħila tagħhom li jwettqu l-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità marbutin mal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li ġew deżinjati għalihom.

2.  
Is-servizzi tekniċi għandhom iwieġbu mingħajr dewmien għal talbiet minn awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mill-Kummissjoni b'rabta mal-valutazzjonijiet tal-konformità li jkunu wettqu.
3.  
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja għandha tiżgura li s-servizz tekniku jwettaq l-obbligu tiegħu stabbilit fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ħlief jekk ikun hemm raġuni leġittima għaliex ma jagħmilx dan.

Fejn dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tirrikonoxxi raġuni leġittima, għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri mingħajr dewmien. Abbażi ta' dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tiddeċiedi jekk ir-raġuni leġittima hijiex iġġustifikata jew le. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).

Is-servizz tekniku u l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja tista' titlob li kwalunkwe informazzjoni mibgħuta lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ta' Stat Membru ieħor jew lill-Kummissjoni tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali.

4.  
Tal-inqas kull 30 xahar, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja għandha tivvaluta jekk kull servizz tekniku taħt ir-responsabbiltà tagħha għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 68 sa 72, fl-Artikoli 80 u 81, u fl-Appendiċi 2 għall-Anness III. Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni fuq il-post lil kull servizz tekniku taħt ir-responsabbiltà tagħha.

Fi żmien xahrejn mill-finalizzazzjoni tal-valutazzjoni tas-servizz tekniku, kull Stat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar l-attivitajiet ta' monitoraġġ tiegħu. Dawk ir-rapporti għandu jkun fihom sommarju tal-valutazzjoni, li għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni pubblika.

Artikolu 77

Kontestazzjoni tal-kompetenza tas-servizzi tekniċi

1.  
Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru kkonċernat, għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn tkun inġibditilha l-attenzjoni għat-tħassib dwar il-kompetenza ta' servizz tekniku jew dwar il-konformità kontinwa minn servizz tekniku mar-rekwiżiti u tar-responsabbiltajiet li huwa soġġett għalihom skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista' wkoll tiftaħ tali investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja.

Il-Kummissjoni għandha tinvestiga r-responsabbiltà tas-servizz tekniku fil-każ fejn jintwera jew fejn hemm raġunijiet iġġustifikati biex jitqies, li ngħatat approvazzjoni tat-tip abbażi ta' data falza, jew li r-riżultati tal-ittestjar ġew iffalsifikati jew li nżammet data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li kienu jwasslu għar-rifjut tal-approvazzjoni tat-tip.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja, bħala parti mill-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, l-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-prestazzjoni u l-konformità tar-rekwiżiti li jikkonċernaw l-indipendenza u l-kompetenza tas-servizz tekniku kkonċernat.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali.
4.  
Fejn il-Kummissjoni taċċerta li servizz tekniku mhuwiex konformi jew ma għadux konformi mar-rekwiżiti għad-deżinjazzjoni tiegħu jew li huwa responsabbli għal xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, hija għandha tgħarraf b'dan lill-Istat Membru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja.

Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha titlob lil dak l-Istat Membru sabiex jieħu miżuri restrittivi, inklużi r-restrizzjoni, is-sospensjoni jew l-irtirar tad-deżinjazzjoni.

Fejn Stat Membru jonqos milli jieħu l-miżuri restrittivi neċessarji, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tiddeċiedi li tirrestrinġi, tissospendi jew tirtira d-deżinjazzjoni tas-servizz tekniku kkonċernat. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2). Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat dwar dawk l-atti ta' implimentazzjoni u għandha taġġorna l-informazzjoni ppubblikata msemmija fl-Artikolu 74(3) kif xieraq.

Artikolu 78

L-iskambju ta' informazzjoni dwar il-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi

1.  
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jikkonsultaw lil xulxin u lill-Kummissjoni fuq mistoqsijiet b'rilevanza ġenerali fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament b'rabta mal-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi.
2.  
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jikkomunikaw lil xulxin u lill-Kummissjoni l-mudell għal-lista ta' kontroll tal-valutazzjoni użat skont l-Artikolu 73(2) sal-5 ta' Lulju 2020 u, sussegwentement, l-adattamenti li jkunu saru f'dik il-lista ta' kontroll, sa meta l-Kummissjoni tkun adottat lista ta' kontroll tal-valutazzjoni armonizzata. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-mudell tal-lista ta' kontroll tal-valutazzjoni armonizzata. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 83(2).
3.  
Fejn ir-rapporti tal-valutazzjoni msemmijin fl-Artikolu 73(8) jindikaw diskrepanzi fil-prattika ġenerali tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu skambju ta' informazzjoni.

L-iskambju ta' informazzjoni għandu jiġi kkoordinat mill-Forum.

Artikolu 79

Kooperazzjoni ma' korpi nazzjonali ta' akkreditazzjoni

1.  
Fejn id-deżinjazzjoni ta' servizz tekniku tkun ibbażata fuq l-akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, il-korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni u l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jikkooperaw b'mod sħiħ u għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, inkluż rapporti ta' inċidenti u informazzjoni oħra marbutin ma' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kontroll tas-servizz tekniku meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-servizz tekniku.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit is-servizz tekniku żżomm lill-korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni inkarigat mill-akkreditazzjoni ta' servizz tekniku partikolari informat dwar kwalunkwe sejba li tkun rilevanti għall-akkreditazzjoni. Il-korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni għandu jgħarraf lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit is-servizz tekniku dwar is-sejbiet tiegħu.

Artikolu 80

Obbligi operazzjonali tas-servizzi tekniċi

1.  
Is-servizzi tekniċi għandhom iwettqu l-attivitajiet li għalihom ġew iddeżinjati f'konformità mal-Artikolu 68(1).
2.  

F'kull ħin, is-servizzi tekniċi għandhom:

(a) 

jippermettu lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja li tkun xhud għat-twettiq tas-servizz tekniku matul l-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip; u

(b) 

fuq talba, jipprovdu lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja informazzjoni dwar il-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ġew iddeżinjati.

3.  
Fejn servizz tekniku jsib li manifattur mhuwiex konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, huwa għandu jirrapporta din in-nonkonformità lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip sabiex dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun tista' titlob lill-manifattur jieħu miżuri korrettivi xierqa. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirrifjuta li toħroġ ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip meta ma jkunux ittieħdu dawk il-miżuri korrettivi xierqa.

Artikolu 81

Obbligi ta' informazzjoni tas-servizzi tekniċi

1.  

Is-servizzi tekniċi għandhom jgħarrfu lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja dwar dawn li ġejjin:

(a) 

kwalunkwe nonkonformità li ltaqgħu magħha u li tista' tirrikjedi r-rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip;

(b) 

kwalunkwe ċirkostanza li taffettwa l-ambitu u l-kondizzjonijiet għad-deżinjazzjoni tagħhom;

(c) 

kwalunkwe talba għall-informazzjoni li rċevew mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward l-attivitajiet tagħhom.

2.  
Fuq talba mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tiddeżinja, is-servizzi tekniċi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tad-deżinjazzjoni tagħhom jew dwar kwalunkwe attività oħra li ġiet imwettqa minnhom, fosthom attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.



KAPITOLU XVI

SETGĦAT DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 82

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 31(8), l-Artikolu 41(5), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 55(3) u (4), l-Artikolu 57(2), l-Artikolu 61(11), l-Artikolu 70(3), l-Artikolu 72(3) u l-Artikolu 85(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-4 ta' Lulju 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3.  
Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 31(8), l-Artikolu 41(5), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 55(3) u (4), l-Artikolu 57(2), l-Artikolu 61(11), l-Artikolu 70(3), l-Artikolu 72(3) u l-Artikolu 85(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 31(8), l-Artikolu 41(5), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 55(3) u (4), l-Artikolu 57(2), l-Artikolu 61(11), l-Artikolu 70(3), l-Artikolu 72(3) u l-Artikolu 85(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkun hemm ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 83

Proċedura ta' kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur (TCMV). Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.



KAPITOLU XVII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 84

Penali

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur mill-operaturi ekonomiċi u s-servizzi tekniċi ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. B'mod partikolari, dawk il-penali għandhom ikunu proporzjonati għall-gravità ta' nonkonformità u għall-għadd ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mhux konformi li jitqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri għandhom, sal-1 ta' Settembru 2020, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
2.  

It-tipi ta' ksur mill-operaturi ekonomiċi u s-servizzi tekniċi soġġetti għal penali għandhom ikunu tal-inqas dawn li ġejjin:

(a) 

dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri tal-approvazzjoni jew miżuri korrettivi jew restrittivi imposti f'konformità mal-Kapitolu XI;

(b) 

l-iffalsifikar tar-riżultati tat-testijiet għal approvazzjoni tat-tip jew għas-sorveljanza tas-suq;

(c) 

iż-żamma ta' data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għas-sejħa lura ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati jew għar-rifjut jew l-irtirar ta' ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE;

(d) 

in-nonkonformità tas-servizzi tekniċi fir-rigward tar-rekwiżiti għad-deżinjazzjoni tagħhom.

3.  

Minbarra t-tipi ta' ksur stipulati fil-paragrafu 2, it-tipi ta' ksur mill-operaturi ekonomiċi li huma wkoll soġġetti għall-penali għandhom tal-inqas ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

ir-rifjut tal-għoti ta' aċċess għall-informazzjoni;

(b) 

it-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għal approvazzjoni mingħajr tali approvazzjoni jew l-iffalsifikar ta' dokumenti, ċertifikati ta' konformità, pjanċi statutorji jew marki tal-approvazzjoni b'dik l-intenzjoni.

4.  
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sena dwar il-penali li jkunu imponew fis-sena preċedenti. Fil-każ li ma jkun ġie impost ebda penali f'sena partikolari l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jirrappurtaw lill-Kummissjoni.
5.  
Kull sena, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fil-qosor dwar il-penali imposti mill-Istati Membri. Dak ir-rapport jista' jinkludi rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri u għandu jiġi ppreżentat lill-Forum.

Artikolu 85

Multi amministrattivi b'appoġġ għal miżuri korrettivi u restrittivi fil-livell tal-Unjoni

1.  
Meta l-Kummissjoni tieħu deċiżjonijiet skont l-Artikolu 53, hija tista' timponi multi amministrattivi fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati għal nonkonformità tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-multi amministrattivi previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. B'mod partikolari l-multi għandhom ikunu proporzjonati mal-għadd ta' vetturi mhux konformi rreġistrati fis-suq tal-Unjoni, jew man-numru ta' sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mhux konformi mqiegħda għad-disponibbiltà fis-suq tal-Unjoni.

Il-multi amministrattivi imposti mill-Kummissjoni ma għandhomx ikunu addizzjonali għall-penali imposti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 84 għall-istess ksur. Il-multi amministrattivi imposti mill-Kummissjoni ma għandhomx jaqbżu EUR 30 000 għal kull vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li ma tkunx konformi.

Il-Kummissjoni ma tistax tressaq, tibda mill-bidu jew tkompli proċedimenti taħt dan l-Artikolu kontra operaturi ekonomiċi għal ksur ta' dan ir-Regolament li għalih l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jkunu ġew ippenalizzati jew iddikjarati bħala mhux responsabbli f'konformità mal-Artikolu 84 minn deċiżjoni preċedenti li ma tistax terġa' tiġi kkontestata.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta, abbażi tal-prinċipji stipulati fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, atti delegati f'konformità mal-Artikolu 82, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-proċedura għal, u l-metodi għall-kalkolu u l-ġbir ta', il-multi amministrattivi msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
3.  

L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

il-proċedura mill-Kummissjoni għandha tirrispetta d-dritt għal amministrazzjoni tajba, u b'mod partikolari d-dritt li wieħed jinstema' u d-dritt ta' aċċess għall-fajl, filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u s-sigrieti kummerċjali;

(b) 

fil-kalkolu tal-multa amministrattiva xierqa, il-Kummissjoni għandha tkun iggwidata mill-prinċipji ta' effettività, proporzjonalità u dissważività, filwaqt li jittieħed kont, fejn rilevanti, tal-gravità u l-effetti tal-ksur, il-bona fide tal-operatur ekonomiku kkonċernat, il-livell ta' diliġenza u kooperazzjoni tal-operatur ekonomiku, ir-repetizzjoni, il-frekwenza jew it-tul tal-ksur kif ukoll sanzjonijiet imposti qabel fuq l-istess operatur ekonomiku;

(c) 

il-multi amministrattivi għandhom jinġabru mingħajr dewmien żejjed billi jiġu ffissati skadenzi għall-ħlas u, skont il-każ, tiġi inkluża l-possibbiltà li l-ħlas jinqasam f'diversi pagamenti u fażijiet.

4.  
L-ammonti ta' multi amministrattivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 86

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2007

1.  

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huwa emendat kif ġej:

(1) 

it-titolu huwa sostitwit b'li ġej:

“Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6)”;

(2) 

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'li ġej:

“2.  
Barra minn hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-konformità waqt is-servizz, għad-durabbiltà tal-mezzi għall-kontroll tat-tniġġis, għas-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD) tal-vetturi u għall-kejl tal-konsum tal-karburanti.”;
(3) 

fl-Artikolu 3, il-punti 14 u 15 huma mħassrin;

(4) 

il-Kapitolu III huwa mħassar;

(5) 

fl-Artikolu 13(2), il-punt (e) huwa mħassar.

2.  
Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet imħassrin tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fil-punt 1 tal-Anness XI għal dan ir-Regolament.

Artikolu 87

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 595/2009

1.  

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 huwa emendat kif ġej:

(1) 

it-titolu huwa sostitwit b'li ġej:

“Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE”;

(2) 

fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'li ġej:

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli għall-konformità waqt is-servizz ta' vetturi u magni, għad-durabbiltà tal-mezzi għall-kontroll tat-tniġġis, għas-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD) tal-vetturi u għall-kejl tal-konsum tal-karburanti u tal-emissjonijiet tas-CO2.;”

(3) 

fl-Artikolu 3, il-punti 11 u 13 huma mħassrin;

(4) 

l-Artikolu 6 huwa mħassar;

(5) 

fl-Artikolu 11(2), il-punt (e) huwa mħassar.

2.  
Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet imħassrin tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fil-punt 2 tal-Anness XI għal dan ir-Regolament.

Artikolu 88

Tħassir tad-Direttiva 2007/46/KE

Id-Direttiva 2007/46/KE titħassar b'effett mill-1 ta' Settembru 2020.

Ir-referenzi għad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fil-punt 3 tal-Anness XI għal dan ir-Regolament.

Artikolu 89

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.  
Dan ir-Regolament ma għandu jinvalida l-ebda approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha jew approvazzjoni tat-tip tal-UE mogħtija lil vetturi jew lil sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati sal-31 ta' Awwissu 2020.
2.  
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jagħtu estensjonijiet u reviżjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-vettura kollha u approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti jew għall-unitajiet tekniċi separati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-Artikoli 33 u 34.
3.  
Is-servizzi tekniċi diġà deżinjati qabel l-4 ta' Lulju 2018 għandhom ikunu soġġetti għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 73.

Id-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi diġà deżinjati qabel l-4 ta' Lulju 2018 għandha tiġġedded sal-5 ta' Lulju 2022 fejn dawk is-servizzi tekniċi jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Il-validità tad-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi magħmula qabel l-4 ta' Lulju 2018 għandha tintemm sal-5 ta' Lulju 2022.

Artikolu 90

Rapportar

1.  
Sal-1 ta' Settembru 2025, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip u l-proċeduri ta' sorveljanza tas-suq stabbiliti f'dan ir-Regolament.
2.  
Sal-1 ta' Settembru 2026, abbażi tal-informazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż dwar il-funzjonament tal-verifika ta' konformità skont l-Artikolu 9.

Artikolu 91

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Settembru 2020.

Madankollu, mill-5 ta' Lulju 2020, l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta' vettura, jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' vettura ġdida fejn il-vettura kkonċernata tikkonforma ma' dan ir-Regolament, jekk manifattur jitlob dan.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




LISTA TA' ANNESSI

Anness I

Definizzjonijiet ġenerali, kriterji għat-tqassim tal-vetturi f'kategoriji, tipi ta' vetturi u tipi ta' karozzeriji

Appendiċi 1:

Il-proċedura għall-kontroll ta' jekk vettura tistax tiġi kategorizzata bħala vettura off-road

Appendiċi 2:

Il-figuri użati biex jissupplimentaw il-kodiċijiet li ser jintużaw għal diversi tipi ta' karozzerija

Anness II

Rekwiżiti għall-finijiet ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati

Parti I

Atti regolatorji għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vetturi prodotti f'serje illimitata

Appendiċi 1:

Atti regolatorji għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vetturi prodotti f'serje żgħar skont l-Artikolu 41

Appendiċi 2:

Rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-UE ta' vetturi individwali skont l-Artikolu 44

Parti II

Lista ta' Regolamenti tan-NU rikonoxxuti bħala alternattiva għad-Direttivi jew ir-Regolamenti li hemm referenza għalihom fil-Parti I

Parti III

Lista ta' atti regolatorji li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vetturi bi skop speċjali

Appendiċi 1:

Karavans bil-mutur, ambulanzi u karozzi tal-mejtin

Appendiċi 2:

Vetturi blindati

Appendiċi 3:

Vetturi aċċessibbli għal siġġijiet tar-roti

Appendiċi 4:

Vetturi oħra bi skop speċjali (inkluż il-grupp speċjali, vetturi għall-ġarr ta' tagħmir u karavan li jinġibed)

Appendiċi 5:

Krejnijiet mobbli

Appendiċi 6:

Vetturi għat-trasport ta' tagħbijiet eċċezzjonali

Anness III

Il-proċeduri li jridu jiġu segwiti fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

Appendiċi 1:

Standards li s-servizzi tekniċi msemmija fl-Artikolu 68 għandhom jikkonformaw magħhom

Appendiċi 2:

Proċedura għall-valutazzjoni tas-servizzi tekniċi

Anness IV

Konformità tal-proċeduri ta' produzzjoni

Anness V

Limiti ta' serje żgħar u ta' tmiem is-serje

Anness VI

Lista tal-partijiet jew tagħmir li jistgħu jippreżentaw riskju serju għall-funzjonament korrett ta' sistemi li huma essenzjali għas-sikurezza tal-vettura jew għall-prestazzjoni ambjentali tagħha, ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni ta' tali partijiet u tagħmir, il-proċeduri ta' ttestjar xierqa, u d-dispożizzjonijiet tal-immarkar u l-ippakkjar

Anness VII

Atti regolatorji li għalihom manifattur jista' jiġi deżinjat bħala servizz tekniku

Appendiċi:

Deżinjazzjoni ta' servizz tekniku intern ta' manifattur bħala servizz tekniku u sottokuntrattar

Anness VIII

Kondizzjonijiet għall-użu ta' metodi ta' ttestjar virtwali minn manifattur jew servizz tekniku

Appendiċi 1:

Kondizzjonijiet ġenerali għall-użu ta' metodi ta' ttestjar virtwali

Appendiċi 2:

Kondizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta' metodi ta' ttestjar virtwali

Appendiċi 3:

Proċess ta' validazzjoni

Anness IX

Proċeduri li għandhom jiġu segwiti matul l-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji

Appendiċi:

Mudell tal-pjanċa addizzjonali tal-manifattur

Anness X

L-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura

Appendiċi 1:

Iċ-ċertifikat tal-manifattur dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura

Appendiċi 2:

Informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura

Anness XI

Tabella ta' korrelazzjoni




ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET ĠENERALI, KRITERJI GĦAT-TQASSIM TAL-VETTURI F'KATEGORIJI, TIPI TA' VETTURI U TIPI TA' KAROZZERIJI

PARTI INTRODUTTORJA

Definizzjonijiet u dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Definizzjonijiet

1.1.

“Pożizzjoni bilqiegħda” tfisser kwalunkwe post li kapaċi jilqa' persuna waħda bilqiegħda li tal-anqas hija kbira daqs:

(a) 

il-manekin ta' raġel adult tal-50 perċentil fil-każ tas-sewwieq;

(b) 

il-manekin ta' mara adulta tal-5 perċentil fil-każijiet kollha l-oħrajn.

1.2.

“Sit” tfisser struttura sħiħa b'finitura, integrali jew le mal-istruttura tal-qafas tal-vettura, li hija maħsuba sabiex fuqha tpoġġi persuna waħda.

Dan jinkludi kemm sit waħdu kif ukoll sit forma ta' bank, kif ukoll sits li jingħalqu u sits li jinqalgħu.

1.3.

“Oġġetti” tfisser primarjament kwalunkwe oġġett mobbli.

Jinkludi prodotti bl-ingrossa, oġġetti manifatturati, likwidi, annimali ħajjin, għelejjel, tagħbijiet li ma jistgħux jinqasmu.

1.4.

“Massa massima” tfisser il-“massa massima mgħobbija teknikament permissibbli”.

2.   Dispożizzjonijiet ġenerali

2.1.   Numru ta' pożizzjonijiet bilqiegħda:

2.1.1.

Ir-rekwiżiti fuq in-numru ta' pożizzjonijiet bilqiegħda japplikaw għal sits li huma mfasslin sabiex jintużaw meta l-vettura tkun qed tivvjaġġa fit-triq.

2.1.2.

Ma japplikawx għal sits li huma mfasslin sabiex jintużaw meta l-vettura tkun wieqfa u li għandhom jiġu identifikati biċ-ċar lill-utenti jew permezz ta' pittogramma jew sinjal bi kliem adattat.

2.1.3.

Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw għall-għadd tal-pożizzjonijiet bilqiegħda:

(a) 

kull sit individwali għandu jingħadd daqs pożizzjoni bilqiegħda waħda;

(b) 

fil-każ ta' sit forma ta' bank, kwalunkwe spazju b'wisa' minima ta' 400 mm imkejla fil-livell tal-kuxin tas-sit għandu jingħadd bħala pożizzjoni bilqiegħda waħda.

Din il-kondizzjoni ma għandhiex iżżomm lura lill-manifattur milli juża d-dispożizzjonijiet ġenerali msemmijin fil-punt 1.1;

(c) 

madankollu, spazju msemmi fil-punt (b) ma għandux jingħadd bħala pożizzjoni bilqiegħda waħda fejn:

(i) 

is-sit forma ta' bank ikun jinkludi funzjonijiet li ma jħallux lill-manekin ipoġġi b'mod naturali - pereżempju: il-preżenza ta' kaxxa tal-konsol fissa, parti bla kuxin jew finitura interna li xxekkel il-wiċċ tas-sit nominali;

(ii) 

id-disinn tal-art eżatt quddiem pożizzjoni bilqiegħda preżunta (pereżempju l-preżenza ta' mina) ma jħallix lis-saqajn tal-manekin joqogħdu b'mod naturali.

2.1.4.

Fir-rigward tal-vetturi koperti mir-Regolamenti Nru 66 u Nru 107 tan-NU, il-qies imsemmi fil-punt 2.1.3(b) għandu jiġi allinjat mal-ispazju minimu meħtieġ għal persuna waħda b'rabta mal-bosta klassijiet ta' vetturi.

2.1.5.

Meta jkun hemm ankri tas-sit għal sit li jinqala' f'vettura, is-sit li jinqala' għandu jingħadd meta jiġi stabbilit in-numru ta' pożizzjonijiet bilqiegħda.

2.1.6.

Żona maħsuba għal siġġu tar-roti okkupat għandha titqies bħala pożizzjoni bilqiegħda waħda.

2.1.6.1.

Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-paragrafi 3.6.1 u 3.7 tal-Anness 8 għar-Regolament Nru 107 tan-NU.

2.2.   Il-massa massima

2.2.1.

Fil-każ ta' unità ta' trakter għal semitrejler, il-massa massima li trid tiġi kkunsidrata għall-klassifikazzjoni tal-vettura għandha tinkludi l-massa massima tas-semitrejler imġarrba mill-akkoppjament bin-nagħla.

2.2.2.

Fil-każ ta' vettura bil-mutur li tista' tirmonka trejler b'fus ċentrali jew trejler riġidu bl-iżbarra tal-irmonk, il-massa massima li trid tiġi kkunsidrata sabiex tiġi kklassifikata l-vettura bil-mutur trid tinkludi l-massa massima ttrasferita lill-vettura tal-irmonk mill-akkoppjament.

2.2.3.

Fil-każ ta' semitrejler jew trejler b'fus fiċ-ċentru u trejler bil-ganċ tal-ġbid riġidu, il-massa massima li trid tiġi kkunsidrata għall-klassifikazzjoni tal-vettura għandha tikkorrispondi għall-massa massima trażmessa lill-art mir-roti ta' fus jew grupp ta' fusien meta gganċjati mal-vettura tal-irmunkar.

2.2.4.

Fil-każ ta' converter dolly, il-massa massima li trid tiġi kkunsidrata sabiex tiġi kklassifikata l-vettura bil-mutur trid tinkludi l-massa massima tas-semitrejler imġarrba mill-akkoppjament bin-nagħla.

2.3.   Tagħmir speċjali

2.3.1.

Vetturi primarjament mgħammrin b'tagħmir fiss bħal makkinarju jew apparat għandhom jitqiesu bħala tal-kategorija N jew O.

2.4.   Unitajiet

2.4.1.

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, kwalunkwe unità ta' kejl u simbolu assoċjat għandhom ikunu konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE ( 8 ).

3.   Tqassim f'kategoriji ta' vetturi

3.1.

Il-manifattur huwa responsabbli għat-tqassim ta' tip ta' vettura f'kategorija speċifika.

Għal dawn il-finijiet, għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji relevanti kollha deskritti f'dan l-Anness.

3.2.

L-awtorità tal-approvazzjoni tista' titlob aktar informazzjoni mingħand il-manifattur bil-għan li turi li tip ta' vettura jrid jiddaħħal f'kategorija ta' vettura bi skop speċjali fil-grupp speċjali (“Kodiċi SG”).

PARTI A

Kriterji għall-kategorizzazzjoni tal-vetturi

1.   Kategoriji ta' vetturi

Għall-finijiet ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE u approvazzjoni tat-tip nazzjonali, kif ukoll għall-approvazzjoni tal-vettura individwali tal-UE u għall-approvazzjoni tal-vettura individwali nazzjonali, il-vetturi għandhom jitqassmu fil-kategoriji skont il-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4.

L-approvazzjoni tista' tingħata biss għall-kategoriji msemmijin fl-Artikolu 4(1).

2.   Sottokategoriji ta' vetturi

2.1.   Vetturi off-road

“Vettura off-road (ORV)” tfisser vettura li tappartjeni għall-kategorija M jew N, b'karatteristiċi tekniċi speċifiċi li jippermettu li tintuża f'toroq oħrajn mhux tas-soltu.

Għal dawk tal-kategoriji ta' vetturi, l-ittra “G” għandha tiżdied bħala suffiss mal-ittra u ċifra li tidentifika l-kategorija tal-vettura.

Il-kriterji għat-tqassim f'sottokategoriji ta' vetturi bħala ORV huma speċifikati fil-punt 4 ta' din il-Parti.

2.2.   Vetturi bi skop speċjali (SPV)

2.2.1.

Għal vetturi mhux kompleti li huma maħsuba li jaqgħu taħt is-sottokategorija SPV, għandha tiżdied l-ittra “S” bħala suffiss mal-ittra u ċ-ċifra li jidentifikaw il-kategorija tal-vettura.

Id-diversi tipi ta' vetturi bi skop speċjali huma ddefiniti u elenkati fil-punt 5.

2.3.   Vetturi bi skop speċjali off-road

2.3.1.

“Vettura bi skop speċjali off-road (ORV-SPV)” tfisser vettura li tappartjeni għall-kategorija M jew N u li jkollha l-karatteristiċi tekniċi speċifiċi msemmijin fil-punti 2.1 u 2.2.

Għal dawk tal-kategoriji ta' vetturi, l-ittra “G” għandha tiżdied bħala suffiss mal-ittra u ċifra li tidentifika l-kategorija tal-vettura.

Barra minn hekk, għal vetturi mhux kompleti li huma maħsubin li jaqgħu fis-sottokategorija tal-SPV, l-ittra “S” għandha tiżdied bħala t-tieni suffiss.

3.   Kriterji għat-tqassim tal-vetturi fil-kategorija N

3.1.

It-tqassim ta' tip ta' vettura fil-kategorija N għandu jkun imsejjes fuq il-karatteristiċi tekniċi tal-vettura kif imsemmi fil-punti 3.2 sa 3.6.

3.2.

Bħala prinċipju, il-kompartiment(i) li fihom jinsabu l-pożizzjonijiet bilqiegħda kollha, għandhom ikunu separati għalkollox miż-żona ta' tagħbija.

3.3.

Permezz ta' deroga mir-rekwiżiti tal-punt 3.2, persuni u oġġetti jistgħu jiġu ttrasportati fl-istess kompartiment bil-patt li ż-żona ta' tagħbija tkun ipprovduta b'apparati ta' sigurtà mfasslin sabiex jipproteġu lin-nies ittrasportati mill-ispostament tat-tagħbija matul is-sewqan, inklużi brejkijiet u liwjiet qawwijin.

3.4.

Apparati tas-sigurtà - apparati ta' rbit - maħsubin għall-irbit sigur tat-tagħbija meħtieġa fil-punt 3.3 kif ukoll sistemi ta' diviżjonar, maħsubin għal vetturi li jaslu sa 7,5 tunnellati għandhom jitfasslu skont id-dispożizzjonijiet tas-sezzjonijiet 3 u 4 tal-istandard internazzjonali ISO 27956:2009 “Vetturi tat-triq – L-irbit sigur tal-merkanzija fil-vannijiet tal-kunsinna – Rekwiżiti u metodi ta' ttestjar”.

3.4.1.

Ir-rekwiżiti msemmijin fil-punt 3.4 jistgħu jiġu vverifikati permezz ta' dikjarazzjoni ta' konformità pprovduta mill-manifattur.

3.4.2.

Bħala alternattiva għar-rekwiżiti tal-punt 3.4, il-manifattur jista' juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni li l-apparati li jaqflu mmuntati juru livell ekwivalenti ta' protezzjoni kif ipprovdut mill-istandard imsemmi.

3.5.

In-numru ta' pożizzjonijiet ta' bilqiegħda, eskluż il-pożizzjoni ta' bilqiegħda tax-xufier, ma għandux jaqbeż:

(a) 

6 fil-każ ta Vetturi N1;

(b) 

8 fil-każ ta Vetturi N2 jew N3;

3.6.

Il-vetturi għandhom juru kapaċità ta' ġarr ta' oġġetti li hija daqs jew ogħla mill-kapaċità ta' ġarr ta' persuni mogħtija f'kg.

3.6.1.

Għal finijiet bħal dawn, l-ekwazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati fil-konfigurazzjonijiet kollha, b'mod partikolari meta l-pożizzjonijiet bilqiegħda kollha jkunu okkupati:

(a) 

meta N = 0:

P – M ≥ 100 kg

(b) 

meta 0 < N ≤ 2:

P – (M + N × 68) ≥ 150 kg;

(c) 

meta N > 2:

P – (M + N × 68) ≥ N × 68;

fejn l-ittri għandhom it-tifsira li ġejja:

“P” hija l-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli;
“M” hija l-massa f'kondizzjoni ta' sewqan;
“N” hija n-numru ta' pożizzjonijiet ta' bilqiegħda, eskluż il-pożizzjoni ta' bilqiegħda tas-sewwieq.

3.6.2.

Il-massa ta' tagħmir li huwa mqabbad mal-vettura sabiex jilqa' fih oġġetti (eż. tank, karozzerija, eċċ.), biex jitqandlu l-oġġetti (eż. krejn, lift, eċċ.) u biex jintrabtu l-oġġetti (eż. apparati ta' sigurtà għall-merkanzija) għandha tkun inkluża f'M.

3.6.3.

Il-massa tat-tagħmir li ma jintużax għall-iskopijiet imsemmijin fil-punt 3.6.2 (bħal kumpressur, winċ, ġeneratur tal-enerġija elettrika, tagħmir tax-xandir, eċċ.) ma għandhiex tkun inkluża f'M għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-formuli msemmijin fil-punt 3.6.1.

3.7.

Ir-rekwiżiti msemmijin fil-punti 3.2 sa 3.6 għandhom jiġu sodisfatti għall-varjanti u l-verżjonijiet kollha tat-tip ta' vettura.

3.8.

Il-kriterji għat-tqassim tal-vetturi f'kategoriji bħala N1.

3.8.1.

Vettura għandha titqiegħed f'kategorija bħala N1 meta tissodisfa l-kriterji applikabbli kollha.

Meta ma jkunx issodisfat wieħed jew aktar mill-kriterji, il-vettura għandha titqiegħed f'kategorija bħala M1.

3.8.2.

Minbarra l-kriterji ġenerali msemmijin fil-punti 3.2 sa 3.6, il-kriterji speċifikati f'dan il-punt għandhom ikunu ssodisfati għall-kategorizzazzjoni ta' vetturi li għalihom il-kompartiment fejn jinsab ix-xufier u t-tagħbija jkunu jinsabu fi ħdan unità waħda (jiġifieri karozzerija “BB”).

3.8.2.1.

Il-fatt li ħajt jew diviżjoni, sħaħ jew parzjali, jitwaħħlu bejn ringiela ta' sits u ż-żona tal-merkanzija ma għandux jeskludi l-obbligu li jiġu ssodisfati l-kriterji meħtieġa.

3.8.2.2.

Il-kriterji għandhom ikunu kif ġej:

(a) 

it-tagħbija tal-prodotti għandha tkun tista' ssir mill-bieba ta' wara, mill-pjanċa ta' wara jew mill-bieba fil-ġenb imfassla jew mibnija għal dak il-għan;

(b) 

fil-każ ta' bieba jew pjanċa ta' wara, il-fetħa għat-tagħbija għandha tkun tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

fil-każ li l-vettura tkun mgħammra b'ringiela waħda biss ta' sits jew bis-sit tax-xufier biss, l-għoli minimu tal-fetħa tat-tagħbija għandu jkun tal-anqas 600 mm;

(ii) 

fil-każ li l-vettura tkun mgħammra b'żewġ ringieli sits jew aktar, l-għoli minimu tal-fetħa tat-tagħbija għandu jkun tal-anqas 800 mm u l-fetħa għandha turi superfiċe minima ta' mill-anqas 12 800  cm2;

(c) 

Iż-żona tal-merkanzija għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

“żona tal-merkanzija” tfisser il-parti tal-vettura li tinsab wara r-ringiela/i sits jew wara s-sit tax-xufier fejn il-vettura tkun mgħammra b'sit tax-xufier wieħed biss;

(i) 

ġeneralment, is-superfiċe tat-tagħbija taż-żona tal-merkanzija għandha tkun ċatta;

(ii) 

meta l-vettura tkun mgħammra biss b'ringiela waħda sits jew sit wieħed, it-tul minimu taż-żona tal-merkanzija għandu jkun tal-anqas 40 % tal-bażi tar-roti;

(iii) 

meta l-vettura tkun mgħammra b'żewġ ringieli sits jew aktar, it-tul minimu taż-żona tal-merkanzija għandu jkun tal-anqas 30 % tal-bażi tar-roti.

Meta s-sits tal-aħħar ringiela ta' sits ikunu jistgħu jinqalgħu faċilment mill-vettura bla ma tintuża xi għodda speċjali, ir-rekwiżiti fuq it-tul taż-żona tal-merkanzija għandhom jiġu ssodisfati bis-sits kollha installati fil-vettura;

(iv) 

ir-rekwiżiti dwar it-tul taż-żona tal-merkanzija għandhom jiġu ssodisfati meta s-sits tal-ewwel ringiela jew l-aħħar ringiela, skont xi jkun il-każ, ikunu weqfin fil-pożizzjoni normali tagħhom sabiex jintużaw minn min ikun fil-vettura.

3.8.2.3.

Il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-kejl

3.8.2.3.1.   Definizzjonijiet

(a) 

“L-għoli tal-fetħa tat-tagħbija”, tfisser id-distanza vertikali bejn żewġ sulari orizzontali tanġenti rispettivament għall-ogħla punt tal-parti l-aktar baxxa tad-daħla tal-bieb u tal-punt l-aktar baxx fuq tad-daħla tal-bieb;

(b) 

“Is-superfiċe tal-fetħa tat-tagħbija” tfisser l-akbar superfiċe tal-projjezzjoni ortogonali fuq pjan vertikali, perpendikolari għal-linja tan-nofs tal-vettura, tal-fetħa massima awtorizzata meta l-bieb/bibien ta' wara jew il-pjanċa ta' wara jkunu miftuħin beraħ;

(c) 

“Il-bażi tar-roti”, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-formuli fil-punti 3.8.2.2 u 3.8.3.1, tfisser id-distanza bejn:

(i) 

il-linja tan-nofs tal-fus ta' quddiem u l-linja tan-nofs tat-tieni fus fil-każ ta' vettura b'żewġ fusien; jew

(ii) 

il-linja tan-nofs mill-fus ta' quddiem u l-linja tan-nofs ta' fus virtwali daqstant ieħor imbiegħed mit-tieni u t-tielet fus fil-każ ta' vettura bi tliet fusien.

3.8.2.3.2.   Aġġustamenti tas-sit

(a) 

Is-sits għandhom jiġu aġġustati fl-aktar pożizzjoni lura tagħhom;

(b) 

Id-dahar tas-siġġu, jekk jista' jiġi aġġustat, għandu jiġi aġġustat biex jakkomoda l-magna tridimensjonali tal-punt H f'angolu tas-sider ta' 25;

(c) 

Id-dahar tas-siġġu, jekk ma jkunx jista' jiġi aġġustat, għandu jkun fil-pożizzjoni magħżula mill-manifattur tal-vettura;

(d) 

Meta jkun jista' jiġi aġġustat l-għoli tas-sit, għandu jiġi aġġustat għall-aktar pożizzjoni baxxa.

3.8.2.3.3.   Kondizzjonijiet tal-vettura

(a) 

Il-vettura għandha tkun f'kondizzjonijiet ta' tagħbija li jikkorrespondu għall-massa massima tagħha;

(b) 

Il-vettura għandu jkollha r-roti tagħha ssettjati dritti 'l quddiem.

3.8.2.3.4.

Ir-rekwiżiti tal-punt 3.8.2.3.2 ma għandhomx japplikaw meta l-vettura jkollha ħajt jew diviżjoni.

3.8.2.3.5.

Il-kejl tat-tul taż-żona tal-merkanzija
(a) 

Meta l-vettura ma jkollhiex diviżjoni jew ħajt, it-tul għandu jitkejjel minn tanġent ta' pjan vertikali sal-aktar punt imbiegħed fuq wara ta' fuq tas-sit sat-tieqa interna jew bieb jew pjanċa ta' wara, f'pożizzjoni magħluqa;

(b) 

Meta l-vettura jkollha diviżjoni jew ħajt, it-tul għandu jitkejjel minn pjan vertikali tanġenti sal-aktar punt imbiegħed fuq wara tad-diviżjoni jew tal-ħajt sat-tieqa interna jew bieb jew pjanċa ta' wara, skont xi jkun il-każ, f'pożizzjoni magħluqa;

(c) 

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tul għandhom jiġu ssodisfati mill-inqas tul linja orizzontali li tinsab fil-pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi mil-linja tan-nofs tal-vettura, fil-livell tal-art tat-tagħbija.

3.8.3.

Minbarra l-kriterji ġenerali msemmijin fil-punti 3.2 sa 3.6, il-kriterji speċifikati f'dan il-punt għandhom jiġu ssodisfati għall-kategorizzazzjoni tal-vetturi li għalihom il-kompartiment fejn jinsab ix-xufier u t-tagħbija mhumiex f'unità waħda (jiġifieri karozzerija “BE”).

3.8.3.1.

Meta l-vettura tkun mmuntata ma' qafas tat-tip li jingħalaq, għandhom jiġu applikati dawn li ġejjin:

(a) 

it-tagħbija tal-prodotti għandha tkun tista' ssir minn bieba ta' wara, pjanċa ta' wara jew pannella jew mezz ieħor;

(b) 

l-għoli minimu tal-fetħa tat-tagħbija għandu jkun tal-anqas 800 mm u l-fetħa għandha turi superfiċe ta' tal-anqas 12 800  cm2;

(c) 

It-tul minimu taż-żona tal-merkanzija għandha tkun tal-anqas 40 % tal-bażi tar-roti.

3.8.3.2.

Meta l-vettura jkollha żona tal-merkanzija tat-tip miftuħ, għandhom japplikaw biss id-dispożizzjonijiet fil-punti 3.8.3.1(a) u (c).

3.8.3.3.

Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmijin fil-punt 3.8.3, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fil-punt 3.8.2.3.1.

3.8.3.4.

Madankollu, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tul taż-żona tal-merkanzija għandhom jiġu ssodsfati tul linja orizzontali li tinsab fil-pjan lonġitudinali li jgħaddi minn ġol-linja taċ-ċentru tal-vettura fil-livell tal-art tat-tagħbija.

4.   Il-kriterji għas-sottokategorizzazzjoni tal-vetturi bħala vetturi off-road

4.1.

Il-vetturi M1 jew N1 għandhom jitqassmu fis-sottokategorija ta' vetturi off-road jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin fl-istess ħin:

(a) 

tal-anqas fus wieħed ta' quddiem u tal-anqas wieħed ta' wara ddisinjati biex jinsaqu fl-istess ħin irrispettivament jekk wieħed mill-fusien motorizzati jistax jiġi diżingranat jew le;

(b) 

tal-anqas ikun immuntat mekkaniżmu li jsakkar differenzjali wieħed jew mekkaniżmu li għandu effett simili;

(c) 

huma kapaċi jitilgħu tal-anqas gradjent ta' 25 % bħala vettura waħedha;

(d) 

huma jissodisfaw ħamsa mis-sitt rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

l-angolu tal-approċċ għandu jkun tal-anqas 25 grad;

(ii) 

l-angolu tat-tluq għandu jkun tal-anqas 20 grad;

(iii) 

l-angolu tar-rampa għandu jkun tal-anqas 20 grad;

(iv) 

il-bogħod tal-qiegħ tal-vettura mill-art taħt il-fus ta' quddiem għandu jkun tal-anqas 180 mm;

(v) 

il-bogħod tal-qiegħ tal-vettura mill-art taħt il-fus ta' wara għandu jkun tal-anqas 180 mm;

(vi) 

il-bogħod tal-qiegħ tal-vettura mill-art bejn il-fusien għandu jkun tal-anqas 200 mm.

4.2.

Il-vetturi M2, N2 jew M3 li l-massa massima tagħhom ma taqbiżx it-12-il tunnellata għandhom jitqassmu fis-sottokategorija ta' vetturi off-road jekk jissodisfaw jew il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (a) jew il-kondizzjonijiet stabbiliti kemm fil-punt (b) kif ukoll fil-punt (c):

(a) 

il-fusien kollha tagħhom jinsaqu fl-istess ħin, irrispettivament minn jekk fus motorizzat wieħed jew aktar jistax jiġi diżingranat;

(b) 
(i) 

tal-anqas fus ta' quddiem wieħed u tal-anqas wieħed ta' wara huma ddisinjati biex jinsaqu fl-istess ħin irrispettivament jekk fus motorizzat wieħed jistax jinħall;

(ii) 

ikun mgħammar tal-anqas mekkaniżmu wieħed li jissakkar jew mekkaniżmu li għandu l-istess effett;

(iii) 

huma kapaċi jitilgħu gradjent ta' 25 % bħala vettura waħedha;

(c) 

huma jissodisfaw tal-anqas ħamsa mis-sitt rekwiżiti li ġejjin jekk il-massa massima tagħhom ma tkunx taqbeż is-7,5 tunnellati u tal-anqas erba' jekk il-massa massima tagħhom taqbeż is-7,5 tunnellati:

(i) 

l-angolu tal-approċċ għandu jkun tal-anqas 25 grad;

(ii) 

l-angolu tat-tluq għandu jkun tal-anqas 25 grad;

(iii) 

l-angolu tar-rampa għandu jkun tal-anqas 25 grad;

(iv) 

il-bogħod tal-qiegħ tal-vettura mill-art taħt il-fus ta' quddiem għandu jkun tal-anqas 250 mm;

(v) 

il-bogħod tal-qiegħ tal-vettura mill-art bejn il-fusien irid ikun tal-anqas 300 mm;

(vi) 

il-bogħod tal-qiegħ tal-vettura mill-art taħt il-fus ta' wara għandu jkun tal-anqas 250 mm;

4.3.

Il-vetturi M3 jew N3 li l-massa massima tagħhom taqbeż it-12-il tunnellata għandhom jitqassmu fis-sottokategorija ta' vetturi off-road jekk jissodisfaw jew il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (a) jew il-kondizzjonijiet stabbiliti kemm fil-punt (b) kif ukoll fil-punt (c):

(a) 

il-fusien kollha tagħhom jinsaqu fl-istess ħin, irrispettivament minn jekk fus motorizzat wieħed jew aktar jistax jinħall;

(b) 
(i) 

tal-anqas nofs il-fusien (jew żewġ fusien minn tlieta fil-każ ta' vettura bi tliet fusien u tliet fusien fil-każ ta' vettura b'ħames fusien) huma mfasslin biex jinsaqu fl-istess ħin, anki jekk fus wieħed li jaħdem bil-mutur jista' jiġi diżingranat;

(ii) 

hemm tal-anqas mekkaniżmu li jsakkar differenzjali wieħed jew mekkaniżmu li għandu effett simili;

(iii) 

huma kapaċi jitilgħu gradjent ta' 25 % bħala vettura waħedha;

(c) 

tal-anqas jissodisfaw erba' mis-sitt rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

l-angolu tal-approċċ għandu jkun tal-anqas 25 grad;

(ii) 

l-angolu tat-tluq għandu jkun tal-anqas 25 grad;

(iii) 

l-angolu tar-rampa għandu jkun tal-anqas 25 grad;

(iv) 

il-bogħod tal-qiegħ tal-vettura mill-art taħt il-fus ta' quddiem għandu jkun tal-anqas 250 mm;

(v) 

il-bogħod tal-qiegħ tal-vettura mill-art bejn il-fusien irid ikun tal-anqas 300 mm;

(vi) 

il-bogħod tal-qiegħ tal-vettura mill-art taħt il-fus ta' wara għandu jkun tal-anqas 250 mm.

4.4.

Il-proċedura għall-kontroll tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ġeometriċi msemmijin f'din il-Parti għandha tkun stabbilita fl-Appendiċi 1.44

4.5.

Ir-rekwiżiti fil-punti 4.1(a), 4.2(a), 4.2(b), 4.3(a), 4.3(b) dwar fusien operati simultanjament jitqiesu bħala sodisfatti jekk tiġi sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

it-trażmissjoni tal-potenza tal-ġibda għall-fusien kollha ssir biss b'mezzi mekkaniċi u tipprovdi ġibda f'toroq off-road diffiċli; jew

(b) 

kull waħda mir-roti tal-fus inkwistjoni tinsaq minn mutur individwali idrawlika jew elettrika.

Jekk il-fusien skont ir-rekwiżiti fil-punti 4.1(a), 4.2(a), 4.2(b), 4.3(a), 4.3(b) dwar fusien operati simultanjament ma jaħdmux b'mezzi mekkaniċi biss, il-propulsjoni tar-roti individwali għandha tkun iddisinjata għal operazzjoni f'toroq off-road diffiċli. F'tali każ għandu jiġi żgurat li mill-inqas 75 % tal-potenza totali tal-ġibda tista' tiġi trażmessa għar-rota inkwistjoni meta l-kondizzjonijiet tal-ġibda taħt ir-roti l-oħrajn ma jippermettux it-trażmissjoni tajba tal-potenza tal-ġibda permezz ta' dawn ir-roti.

Is-sistema ta' ġibda awżiljarja skont il-punt 4.5(b) m'għandhiex tippermetti li l-potenza tal-ġibda tiġi diżingranata awtomatikament sakemm il-vettura tilħaq 75 % tal-veloċità massima tal-vettura skont id-disinn jew tilħaq 65 km fis-siegħa.

5.   Vetturi bi skop speċjali



 

Isem

Kodiċi

Definizzjoni

5.1.

Karavan bil-mutur

SA

Vettura tal-kategorija M bi spazju ta' akkomodazzjoni fejn jgħixu n-nies li fih tal-inqas it-tagħmir li ġej:

(a)  sits u mejda;

(b)  akkomodazzjoni tal-irqad li tista' tkun sit ikkonvertit;

(c)  faċilitajiet ta' fejn issajjar;

(d)  faċilitajiet ta' ħażna.

Dan it-tagħmir għandu jkun imwaħħal b'mod riġidu mal-kompartiment tal-għajxien.

Madankollu, il-mejda tista' titfassal biex tkun tista' tinqala' faċilment.

5.2.

Vettura blindata

SB

Vettura maħsuba għall-protezzjoni ta' persuni jew oġġetti ttrasportati b'kisja li tiflaħ għall-balal.

5.3.

Ambulanza

SC

Vettura tal-kategorija M maħsuba għat-trasport ta' persuni morda jew feruti u li jkollhom tagħmir speċjali għal għan bħal dan.

5.4.

Karozza tal-mejtin

SD

Vettura tal-kategorija M maħsuba għat-trasport ta' persuni deċeduti li jkollhom tagħmir speċjali għal għan bħal dan.

5.5.

Vetturi aċċessibbli għal siġġijiet tar-roti

SH

Vettura tal-kategorija M1 mibnija jew ikkonvertita speċifikament biex b'hekk tkun tista' takkomoda persuna bilqiegħda waħda jew aktar fis-siġġijiet tar-roti matul vjaġġ bit-triq.

5.6.

Karavan bit-trejler

SE

Vettura tal-kategorija O kif iddefinita fit-terminu 3.2.1.3 tal-istandard internazzjonali ISO 3833:1977.

5.7.

Krejn mobbli

SF

Vettura tal-kategorija N3, mhux mgħammra għall-ġarr ta' merkanzija, provduta bi krejn li l-mument ta' rfigħ tagħha huwa daqs jew ogħla aktar minn 400 kNm.

5.8.

Grupp speċjali

SG

Vettura bi skop speċjali li ma tidħol fl-ebda waħda mid-definizzjonijiet imsemmijin f'din il-Parti.

5.9.

Converter dolly

SJ

Vettura tal-kategorija O mgħammra b'akkoppjament tal-ħames rota li jsostni semitrejler bil-ħsieb li dan tal-aħħar isir trejler.

5.10.

Trejler għat-trasport ta' tagħbijiet eċċezzjonali

SK

Vettura tal-kategorija O4 maħsuba għat-trasport ta' tagħbijiet li ma jistgħux jinqasmu li hija soġġetta għal restrizzjonijiet fuq il-veloċità u t-traffiku minħabba d-dimensjonijiet tagħha.

Taħt dan it-terminu hemm inklużi wkoll karrijiet modulari idrawliċi, ikun xi jkun in-numru ta' moduli.

5.11.

Vettura bil-mutur għat-trasport ta' tagħbija eċċezzjonali

SL

Trakter tat-triq jew unità ta' trakter għal semitrejler tal-kategorija N3, li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  għandhom aktar minn żewġ fusien u tal-anqas nofshom (żewġ fusien minn tlieta fil-każ ta' vettura bi tliet fusien u tliet fusien minn ħamsa fil-każ ta' vettura b'ħames fusien) imfasslin sabiex jinsaqu fl-istess ħin, irrispettivament minn jekk fus wieħed bil-mutur jistax jiġi diżingranat;

(b)  huma mfasslin għall-irmunkar u l-imbottar ta' trejler għat-trasport ta' tagħbijiet eċċezzjonali tal-kategorija O4;

(c)  għandhom saħħa minima tal-magna ta' 350 kW; u

(d)  jista' jitqabbad magħhom apparat ta' akkoppjament addizzjonali fuq quddiem għal mases irmunkabbli tqal.

5.12.

Trasportatur ta' ħafna tagħmir

SM

Vettura off-road tal-kategorija N (kif iddefinita fil-punt 2.3) mfassla u mibnija għall-ġbid, l-imbottar, il-ġarr u l-attwar ta' ċertu tagħmir interkambjabbli:

(a)  b'mhux anqas żewġ żoni ta' mmuntar għal dan it-tagħmir;

(b)  b'interfaċċji standardizzati, mekkaniċi, idrawliċi u/jew elettriċi (eż. Konnessjoni motorizzata) għax-xegħil u l-attwar tat-tagħmir interkambjabbli; u

(c)  li tissodisfa d-definizzjoni tal-istandard internazzjonali ISO 3833-1977, paragrafu 3.1.4 (vettura speċjali).

Jekk il-vettura hija mgħammra bi pjattaforma awżiljari tat-tagħbija, it-tul massimu tagħha ma jistax jaqbeż:

(a)  1,4 darbiet il-wisa' bejn il-linji ta' quddiem jew wara tal-vettura, l-akbar waħda minnhom fil-każ ta' vetturi b'żewġ fusien; jew

(b)  2,0 darbiet il-wisa' bejn il-linji ta' quddiem jew wara tal-vettura, l-akbar waħda minnhom fil-każ ta' vetturi li jkollhom aktar minn żewġ fusien.

6.   Rimarki

6.1.

L-approvazzjoni tat-tip ma għandhiex tingħata:

(a) 

lil converter dolly kif iddefinita fil-punt 5.9 ta' din il-Parti;

(b) 

lil karrijiet bid-drawbar tal-irmonk kif iddefiniti fil-punt 5.4 tal-Parti C;

(c) 

lil karrijiet li fihom jistgħu jiġu ttrasportati n-nies għal vjaġġi bit-triq.

6.2.

Il-Punt 6.1 huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 42 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' serje żgħar nazzjonali.

PARTI B

Kriterji għal tipi ta' vettura, varjanti u verżjonijiet

1.   Kategorija M1

1.1.   Tip ta' vettura

1.1.1.

“Tip ta' vettura” għandha tikkonsisti minn vetturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin komuni:

(a) 

l-isem tal-kumpanija tal-manifattur.

Bidla fil-forma legali tas-sjieda tal-kumpanija ma teħtieġx il-bżonn li tingħata approvazzjoni ġdida;

(b) 

id-disinn u l-assemblaġġ tal-partijiet essenzjali tal-istruttura tal-karozzerija fil-każ ta' karozzerija li ssostni lilha nnifisha.

L-istess għandu japplika għal vetturi li l-karozzerija tagħhom hija marbuta bil-boltijiet magħhom jew iwweldjata ma' qafas separat;

1.1.2.

Permezz ta' deroga mir-rekwiżiti tal-punt 1.1.1(b), meta l-manifattur juża l-porzjon tal-art tal-istruttura tal-bodi kif ukoll l-elementi kostitwenti essenzjali li jsawru l-parti ta' quddiem tal-istruttura tal-bodi li tinsab direttament quddiem il-parti tal-windskrin, fil-bini ta' tipi differenti ta' karozzeriji (pereżempju saloon u coupe), dawk il-vetturi jistgħu jiġu kkunsidrati li jappartjenu għall-istess tip. L-evidenza ta' dan għandha tiġi pprovduta mill-manifattur.

1.1.3.

Tip għandu jikkonsisti tal-anqas minn varjant wieħed u verżjoni waħda.

1.2.   Varjant

1.2.1.

“Varjant” fi ħdan tip ta' vettura għandu jiġbor flimkien il-vetturi li għandhom il-karatteristiċi ta' kostruzzjoni li ġejjin komuni:

(a) 

in-numru ta' bibien laterali jew it-tip ta' karozzerija kif iddefiniti fil-punt 2 tal-Parti C meta l-manifattur juża l-kriterju tal-punt 1.1.2;

(b) 

l-impjant tal-enerġija rigward il-karatteristiċi tal-kostruzzjoni li ġejjin:

(i) 

it-tip ta' provvista tal-enerġija (magna b'kombustjoni interna, mutur elettriku jew ieħor);

(ii) 

il-prinċipju ta' ħidma (positive ignition, compression ignition jew ieħor);

(iii) 

in-numru u l-arranġament ta' ċilindri fil-każ ta' magna b'kombustjoni interna (L4, V6 jew oħra);

(c) 

in-numru ta' fusien;

(d) 

in-numru u l-interkonnessjoni tal-fusien motorizzati;

(e) 

in-numru ta' fusien ikkwartjati;

(f) 

l-istadju ta' tlestija (eż. kompleta/mhux kompleta).

(g) 

f'każ ta' vetturi mibnijin f'diversi stadji, il-manifattur u t-tip tal-vettura fi stadju preċedenti.

1.3.   Verżjoni

1.3.1.

“Verżjoni” fi ħdan varjant għandha tiġbor flimkien vetturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin komuni:

(a) 

il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli;

(b) 

il-kapaċità tal-magna f'każ ta' magna b'kombustjoni interna;

(c) 

l-output massimu tas-saħħa tal-magna jew il-potenza nominali kontinwa massima (mutur elettriku);

(d) 

in-natura tal-karburant (petrol, żejt tal-gass, LPG, bijokarburant jew oħra);

(e) 

in-numru massimu ta' pożizzjonijiet bilqiegħda;

(f) 

livell ta' ħoss waqt is-sewqan;

(g) 

livell ta' emissjonijiet tal-egżost (pereżempju Euro 5, Euro 6 jew ieħor);

(h) 

emissjonijiet kombinati, kombinati jew ponderati ta' CO2;

(i) 

konsum tal-enerġija elettrika (ponderat, ikkombinat);

(j) 

konsum kombinat, kombinat jew ponderat tal-karburant;

Bħala alternattiva għall-kriterji fil-punti (h), (i) u (j), il-vetturi miġbura f'verżjoni għandu jsirilhom kull test b'mod komuni għall-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2, tal-konsum tal-enerġija elettrika u tal-konsum tal-karburant tagħhom skont is-subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 ( 9 ).

2.   Kategoriji M2 u M3

2.1.   Tip ta' vettura

2.1.1.

“Tip ta' vettura” għandha tikkonsisti minn vetturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin komuni:

(a) 

l-isem tal-kumpanija tal-manifattur.

Bidla fil-forma legali tas-sjieda tal-kumpanija ma teħtieġx il-bżonn li tingħata approvazzjoni ġdida;

(b) 

il-kategorija;

(c) 

l-aspetti li ġejjin ta' kostruzzjoni u disinn:

(i) 

id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw ix-xażi;

(ii) 

id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw l-istruttura tal-karozzerija fil-każ ta' karozzerija li ssostni lilha nnifisha;

(d) 

in-numru ta' sulari (wieħed jew tnejn);

(e) 

in-numru ta' sezzjonijiet (riġidi/artikolati);

(f) 

in-numru ta' fusien;

(g) 

il-modalità tal-provvista tal-enerġija (abbord jew mhux abbord);

2.1.2.

Tip ta' vettura għandha tikkonsisti tal-anqas minn varjant wieħed u verżjoni waħda.

2.2.   Varjant

2.2.1.

“Varjant” fi ħdan tip ta' vettura għandu jiġbor flimkien il-vetturi li għandhom il-karatteristiċi ta' kostruzzjoni kollha komuni:

(a) 

it-tip ta' karozzerija kif iddefinit fil-punt 3 tal-Parti C;

(b) 

il-klassi jew it-taħlita ta' klassijiet ta' vetturi kif iddefiniti fil-paragrafu 2.1.1 tar-Regolament Nru 107 tan-NU (biss fil-każ ta' vetturi kompleti u kompluti);

(c) 

l-istadju ta' tlestija (eż. kompleta/mhux kompleta/kompluta);

(d) 

l-impjant tal-enerġija rigward il-karatteristiċi tal-kostruzzjoni li ġejjin:

(i) 

it-tip ta' provvista tal-enerġija (b'kombustjoni interna, mutur elettriku jew ieħor);

(ii) 

il-prinċipju ta' ħidma (positive ignition, compression ignition jew ieħor);

(iii) 

in-numru u l-arranġament taċ-ċilindri fil-każ ta' magna b'kombustjoni interna (L6, V8 jew oħra).

(e) 

f'każ ta' vetturi mibnijin f'diversi stadji, il-manifattur u t-tip tal-vettura fi stadju preċedenti.

2.3.   Verżjoni

2.3.1.

“Verżjoni” fi ħdan varjant għandha tiġbor flimkien vetturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin komuni:

(a) 

il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli;

(b) 

il-ħila tal-vettura li tirmonka trejler jew le;

(c) 

il-kapaċità tal-magna f'każ ta' magna b'kombustjoni interna;

(d) 

l-output massimu tas-saħħa tal-magna jew il-potenza nominali kontinwa massima (mutur elettriku);

(e) 

in-natura tal-karburant (petrol, żejt tal-gass, LPG, bijokarburant jew oħra);

(f) 

livell ta' ħoss waqt is-sewqan;

(g) 

livell ta' emissjonijiet tal-egżost (pereżempju Euro IV, Euro V jew ieħor).

3.   Kategorija N1

3.1.   Tip ta' vettura

3.1.1.

“Tip ta' vettura” għandha tikkonsisti minn vetturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin komuni:

(a) 

l-isem tal-kumpanija tal-manifattur.

Bidla fil-forma legali tas-sjieda tal-kumpanija ma teħtieġx il-bżonn li tingħata approvazzjoni ġdida;

(b) 

id-disinn u l-assemblaġġ tal-partijiet essenzjali tal-istruttura tal-karozzerija fil-każ ta' karozzerija li ssostni lilha nnifisha;

(c) 

id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw ix-xażi fil-każ ta' karozzerija li ma ssostnix lilha nnifisha.

3.1.2.

Permezz ta' deroga mir-rekwiżiti tal-punt 3.1.1(b), meta l-manifattur juża l-porzjon tal-art tal-istruttura tal-bodi kif ukoll l-elementi kostitwenti essenzjali li jsawru l-parti ta' quddiem tal-istruttura tal-bodi li tinsab direttament quddiem il-parti tal-windskrin, fil-bini ta' tipi differenti ta' karozzeriji (pereżempju vann u chassis-cab, bażijiet tar-roti differenti u għoli tas-saqaf differenti), dawk il-vetturi jistgħu jitqiesu li jappartjenu għall-istess tip. L-evidenza ta' dan għandha tiġi pprovduta mill-manifattur.

3.1.3.

Tip ta' vettura għandha tikkonsisti tal-anqas minn varjant wieħed u verżjoni waħda.

3.2.   Varjant

3.2.1.

“Varjant” fi ħdan tip ta' vettura għandu jiġbor flimkien il-vetturi li għandhom il-karatteristiċi ta' kostruzzjoni li ġejjin komuni:

(a) 

in-numru ta' bibien laterali jew it-tip ta' karozzerija kif iddefinita fil-punt 4 tal-Parti C (għal vetturi kompleti u kompluti) meta l-manifattur juża l-kriterju tal-punt 3.1.2;

(b) 

l-istadju ta' tlestija (eż. kompleta/mhux kompleta/kompluta);

(c) 

l-impjant tal-enerġija rigward il-karatteristiċi tal-kostruzzjoni li ġejjin:

(i) 

it-tip ta' provvista tal-enerġija (magna b'kombustjoni interna, mutur elettriku jew ieħor);

(ii) 

il-prinċipju ta' ħidma (positive ignition, compression ignition jew ieħor);

(iii) 

in-numru u l-arranġament ta' ċilindri fil-każ ta' magna b'kombustjoni interna (L6, V8 jew oħra);

(d) 

in-numru ta' fusien;

(e) 

in-numru u l-interkonnessjoni tal-fusien motorizzati;

(f) 

in-numru ta' fusien ikkwartjati.

(g) 

f'każ ta' vetturi mibnijin f'diversi stadji, il-manifattur u t-tip tal-vettura fi stadju preċedenti.

3.3.   Verżjoni

3.3.1.

“Verżjoni” fi ħdan varjant għandha tiġbor flimkien vetturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin komuni:

(a) 

il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli;

(b) 

il-kapaċità tal-magna f'każ ta' magna b'kombustjoni interna;

(c) 

l-output massimu tas-saħħa tal-magna jew il-potenza nominali kontinwa massima (mutur elettriku);

(d) 

in-natura tal-karburant (petrol, żejt tal-gass, LPG, bijokarburant jew oħra);

(e) 

in-numru massimu ta' pożizzjonijiet bilqiegħda;

(f) 

livell ta' ħoss waqt is-sewqan;

(g) 

livell ta' emissjonijiet tal-egżost (pereżempju Euro 5, Euro 6 jew ieħor);

(h) 

emissjonijiet kombinati, kombinati jew ponderati ta' CO2;

(i) 

konsum tal-enerġija elettrika (ponderat, ikkombinat);

(j) 

konsum kombinat, kombinat jew ponderat tal-karburant.

(k) 

l-eżistenza ta' sett uniku ta' teknoloġiji innovattivi, kif speċifikat fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ).

Bħala alternattiva għall-kriterji fil-punti (h), (i) u (j), il-vetturi miġbura f'verżjoni għandu jsirilhom kull test b'mod komuni għall-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2, tal-konsum tal-enerġija elettrika u tal-konsum tal-karburant tagħhom skont is-subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.

4.   Kategoriji N2 u N3

4.1.   Tip ta' vettura

4.1.1.

“Tip ta' vettura” għandha tikkonsisti minn vetturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin komuni:

(a) 

l-isem tal-kumpanija tal-manifattur.

Bidla fil-forma legali tas-sjieda tal-kumpanija ma teħtieġx il-bżonn li tingħata approvazzjoni ġdida;

(b) 

il-kategorija;

(c) 

id-disinn u l-kostruzzjoni tax-xażi li huma komuni għal linja waħda ta' prodott;

(d) 

in-numru ta' fusien;

4.1.2.

Tip ta' vettura għandha tikkonsisti tal-anqas minn varjant wieħed u verżjoni waħda.

4.2.   Varjant

4.2.1.

“Varjant” fi ħdan tip ta' vettura għandu jiġbor flimkien il-vetturi li għandhom il-karatteristiċi ta' kostruzzjoni li ġejjin komuni:

(a) 

il-kunċett tal-istruttura tal-karozzerija jew it-tip ta' karozzerija kif iddefinit fil-punt 4 tal-Parti C u fl-Appendiċi 2 (għal vetturi kompleti u kompluti biss);

(b) 

l-istadju ta' tlestija (eż. kompleta/mhux kompleta/kompluta);

(c) 

l-impjant tal-enerġija rigward il-karatteristiċi tal-kostruzzjoni li ġejjin:

(i) 

it-tip ta' provvista tal-enerġija (magna b'kombustjoni interna, mutur elettriku jew ieħor);

(ii) 

il-prinċipju ta' ħidma (positive ignition, compression ignition jew ieħor);

(iii) 

in-numru u l-arranġament ta' ċilindri fil-każ ta' magna b'kombustjoni interna (L6, V8 jew oħra);

(d) 

in-numru u l-interkonnessjoni tal-fusien motorizzati;

(e) 

in-numru ta' fusien ikkwartjati;

(f) 

f'każ ta' vetturi mibnijin f'diversi stadji, il-manifattur u t-tip tal-vettura fi stadju preċedenti.

4.3.   Verżjoni

4.3.1.

“Verżjoni” fi ħdan varjant għandha tiġbor flimkien vetturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin komuni:

(a) 

il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli;

(b) 

il-ħila li tirmonka jew le t-trejler kif ġej;

(i) 

trejler bla brejkijiet;

(ii) 

trejler b'sistema ta' bbrejkjar bl-inerzja kif definit fil-paragrafu 2.12 tar-Regolament Nru 13 tan-NU;

(iii) 

trejler b'sistema ta' bbrejkjar kontinwa jew semikontinwa kif iddefinita fil-paragrafi 2.9 u 2.10 tar-Regolament Nru 13 tan-NU;

(iv) 

trejler tal-kategorija O4 li jirriżulta f'massa massima tal-kombinament li ma taqbiżx l-44 tunnellata;

(v) 

trejler tal-kategorija O4 li jirriżulta f'massa massima tal-kombinament li jaqbeż l-44 tunnellata;

(c) 

il-kapaċità tal-magna;

(d) 

l-output massimu tas-saħħa tal-magna;

(e) 

in-natura tal-karburant (petrol, żejt tal-gass, LPG, bijokarburant jew oħra);

(f) 

livell ta' ħoss waqt is-sewqan;

(g) 

livell ta' emissjonijiet tal-egżost (pereżempju Euro IV, Euro V jew ieħor);

5.   Kategoriji O1 u O2

5.1.   Tip ta' vettura

5.1.1.

“Tip ta' vettura” għandha tikkonsisti minn vetturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin komuni:

(a) 

l-isem tal-kumpanija tal-manifattur.

Bidla fil-forma legali tas-sjieda tal-kumpanija ma teħtieġx il-bżonn li tingħata approvazzjoni ġdida;

(b) 

il-kategorija;

(c) 

il-kunċett kif definit fil-punt 5 tal-Parti C;

(d) 

l-aspetti li ġejjin ta' kostruzzjoni u disinn:

(i) 

id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw ix-xażi;

(ii) 

id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw l-istruttura tal-karozzerija fil-każ ta' karozzerija li ssostni lilha nnifisha;

(e) 

in-numru ta' fusien.

5.1.2.

Tip ta' vettura għandha tikkonsisti tal-anqas minn varjant wieħed u verżjoni waħda.

5.2.   Varjant

5.2.1.

“Varjant” fi ħdan tip ta' vettura għandu jiġbor flimkien il-vetturi li għandhom il-karatteristiċi ta' kostruzzjoni li ġejjin komuni:

(a) 

it-tip ta' karozzerija msemmi fl-Appendiċi 2 (għal vetturi kompleti u kompluti);

(b) 

l-istadju ta' tlestija (eż. kompleta/mhux kompleta/kompluta);

(c) 

it-tip ta' sistema tal-ibbrejkjar (pereżempju, mhux ibbrejkjat/inerzja/potenza).

(d) 

f'każ ta' vetturi mibnijin f'diversi stadji, il-manifattur u t-tip tal-vettura fi stadju preċedenti.

5.3.   Verżjoni

5.3.1.

“Verżjoni” fi ħdan varjant għandha tiġbor flimkien vetturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin komuni:

(a) 

il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli;

(b) 

il-kunċett tas-sospensjoni (sospensjoni bl-arja, bl-azzar jew bil-lasktu, bil-virga ta' torsjoni jew oħra);

(c) 

il-kunċett tal-iżbarra (triangolari, tubu jew oħra).

6.   Kategoriji O3 u O4

6.1.   Tip ta' vettura

6.1.1.

“Tip ta' vettura” għandha tikkonsisti minn vetturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin komuni:

(a) 

l-isem tal-kumpanija tal-manifattur.

Bidla fil-forma legali tas-sjieda tal-kumpanija ma teħtieġx il-bżonn li tingħata approvazzjoni ġdida;

(b) 

il-kategorija;

(c) 

il-kunċett tat-trejler b'rabta mad-definizzjonijiet fil-punt 5 tal-Parti C;

(d) 

l-aspetti li ġejjin ta' kostruzzjoni u disinn:

(i) 

id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw ix-xażi;

(ii) 

id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw l-istruttura tal-karozzerija fil-każ ta' karozzerija li ssostni lilha nnifisha;

(e) 

in-numru ta' fusien.

6.1.2.

Tip ta' vettura għandha tikkonsisti tal-anqas minn varjant wieħed u verżjoni waħda.

6.2.   Varjanti

6.2.1.

“Varjant” fi ħdan tip ta' vettura għandu jiġbor flimkien il-vetturi li għandhom il-karatteristiċi ta' kostruzzjoni li ġejjin komuni:

(a) 

it-tip ta' karozzerija msemmi fl-Appendiċi 2 (għal vetturi kompleti u kompluti);

(b) 

l-istadju ta' tlestija (eż. kompleta/mhux kompleta/kompluta);

(c) 

il-kunċett tas-sospensjonijiet (sospensjoni tal-azzar, arja jew idrawlika);

(d) 

il-karatteristiċi tekniċi li ġejjin:

(i) 

il-ħila jew le li x-xażi jiġi estiż;

(ii) 

l-għoli tas-sular (normali, low loader, semi-low loader, eċċ.);

(e) 

f'każ ta' vetturi mibnijin f'diversi stadji, il-manifattur u t-tip tal-vettura fi stadju preċedenti.

6.3.   Verżjonijiet

6.3.1.

“Verżjoni” fi ħdan varjant għandha tiġbor flimkien vetturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin komuni:

(a) 

il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli;

(b) 

is-subdiviżjonijiet jew taħlita ta' subdiviżjonijiet imsemmija fil-punti 3.2 u 3.3 tal-Anness I għad-Direttiva 96/53/KE li fihom jappartjeni l-ispazjar tal-fusien bejn żewġ fusien konsekuttivi li jifformaw grupp;

(c) 

id-definizzjoni tal-fusien fid-dawl ta' dawn li ġejjin:

(i) 

fusien jogħlew (numru u pożizzjoni);

(ii) 

fusien karikabbli(numru u pożizzjoni);

(iii) 

fus manuvrabbli (numru u pożizzjoni).

7.   Ir-rekwiżiti komuni għall-kategoriji kollha ta' vetturi

7.1.

Meta vettura taqa' taħt bosta kategoriji minħabba l-massa massima tagħha jew in-numru ta' pożizzjonijiet bilqiegħda jew it-tnejn li huma, il-manifattur jista' jagħżel li juża l-kriterji ta' waħda jew l-oħra mill-kategorija ta' vetturi għad-definizzjoni tal-varjanti u l-verżjonijiet.

7.1.1.

Eżempji:

(a) 

vettura “A” tista' tirċievi approvazzjoni tat-tip bħala N1 (3,5 tunnellati) u N2 (4,2 tunnellati) b'rabta mal-massa massima tagħha. F'dan il-każ, il-parametri msemmijin fil-kategorija N1 jistgħu jintużaw ukoll għall-vetturi li jaqgħu fil-kategorija N2 (jew viċe versa).

(b) 

vettura “B” tista' tirċievi approvazzjoni tat-tip bħala M1 u M2 b'rabta man-numru ta' pożizzjonijiet bilqiegħda (7 + 1 jew 10 + 1), il-parametri msemmijin fil-kategorija M1 jistgħu jintużaw ukoll għall-vetturi li jaqgħu fil-kategorija M2 (jew viċe versa).

7.2.

Vettura tal-kategorija N tista' tirċievi approvazzjoni tat-tip skont id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-kategorija M1 jew M2, skont xi jkun il-każ, meta jkun maħsub li ser tiġi kkonvertita f'vettura ta' dik il-kategorija matul l-istadju li jmiss ta' proċedura b'bosta stadji ta' approvazzjoni tat-tip.

7.2.1.

Dan huwa possibbli biss għal vetturi mhux kompleti.

It-tali vetturi għandhom jiġu identifikati minn kodiċi speċifiku tal-varjant mogħti mill-manifattur tal-vettura bażi.

7.3.

Deżinjazzjonijiet tat-tip, tal-varjant u tal-verżjoni

7.3.1.

Il-manifattur għandu jalloka kodiċi alfanumeriku lil kull tip ta' vettura, varjant u verżjoni, magħmul minn ittri Rumani u/jew numri Għarab.

L-użu ta' parentesi u singijiet huwa awtorizzat, dment li ma jiħdux post ittra jew numru.

7.3.2.

Il-kodiċi sħiħ għandu jiġi ddeżinjat: Tip-Varjant-Verżjoni jew “TVV”.

7.3.3.

It-TVV għandu jidentifika biċ-ċar u mingħajr ekwivoċi taħlita unika tal-karatteristiċi tekniċi b'rabta mal-kriterji definiti f'din il-Parti.

7.3.4.

L-istess manifattur jista' juża l-istess kodiċi sabiex jiddefinixxi tip ta' vettura meta din tal-aħħar taqa' taħt żewġ kategoriji jew aktar.

7.3.5.

L-istess manifattur ma għandux juża l-istess kodiċi sabiex jiddefinixxi tip ta' vettura għal aktar minn approvazzjoni waħda tat-tip fi ħdan l-istess kategorija ta' vetturi.

7.4.

Numru ta' karattri għat-TVV

7.4.1.

In-numru ta' karattri ma għandux jaqbeż:

(a) 

15 għall-kodiċi tat-tip ta' vettura;

(b) 

25 għall-kodiċi ta' varjant wieħed;

(c) 

35 għall-kodiċi ta' verżjoni waħda.

7.4.2.

It-“TVV” alfanumeriku sħiħ ma għandux ikun fih aktar minn 75 karattru.

7.4.3.

Meta jintuża t-TVV sħiħ, għandu jitħalla spazju bejn it-tip, il-varjant u l-verżjoni.

Eżempju ta' TVV bħal din: 159AF[…space]0054[…space]977K(BE).

PARTI C

Definizzjonijiet tat-tipi ta' karozzerija

1.   Ġenerali

1.1.

It-tip ta' karozzerija kif ukoll il-kodiċi għall-karozzerija għandhom ikunu indikati permezz ta' kodiċijiet.

Il-lista ta' kodiċijiet għandha tapplika prinċipalment għal vetturi kompleti u kompluti.

1.2.

Fir-rigward ta' vetturi tal-kategoriji M, it-tip ta' karozzerija għandu jikkonsisti minn żewġ ittri kif speċifikat fil-punti 2 u 3.

1.3.

Fir-rigward ta' vetturi tal-kategoriji N u O, it-tip ta' karozzerija għandu jikkonsisti minn żewġ ittri kif imsemmi fil-punti 4 u 5.

1.4.

Meta jkun hemm bżonn (speċjalment għat-tipi ta' karozzerija msemmijin rispettivament fil-punti 4.1 u 4.6 u fil-punti 5.1 sa 5.4), dawn għandhom ikunu supplimentati minn żewġ figuri.

1.4.1.

Il-lista ta' figuri għandha tiġi stabbilita fl-Appendiċi 2.

1.5.

Għal vetturi bi skop speċjali, it-tip ta' karozzerija li jintuża għandu jkun assoċjat mal-kategorija tal-vettura.

2.   Vetturi tal-kategorija M1



Ref.

Kodiċi

Isem

Definizzjoni

2.1.

AA

Saloon

Vettura ddefinita fit-terminu 3.1.1.1 tal-istandard internazzjonali ISO 3833:1977, li tal-anqas ikollha erba' twieqi tal-ġenb.

2.2.

AB

Hatchback

Saloon kif definita fi 2.1 bi sportell fuq wara tal-vettura.

2.3.

AC

Station wagon

Vettura ddefinita fit-terminu 3.1.1.4 tal-istandard internazzjonali ISO 3833:1977.

2.4.

AD

Coupé

Vettura ddefinita fit-terminu 3.1.1.5 tal-istandard internazzjonali ISO 3833:1977.

2.5.

AE

Convertible

Vettura ddefinita fit-termini Nru 3.1.1.6 tal-istandard internazzjonali ISO 3833:1977.

Madankollu, karozza convertible m'għandux ikollha bieba.

2.6.

AF

Vetturi b'diversi skopijiet

Vetturi ħlief għal AG u dawk imsemmija f'AA sa AE maħsuba għall-ġarr ta' persuni u l-bagalji jew okkażjonalment il-prodotti tagħhom, f'kompartiment wieħed.

2.7.

AG

Trakk station wagon

Vettura ddefinita fit-terminu Nru 3.1.1.4.1 tal-istandard internazzjonali ISO 3833:1977.

Madankollu, il-kompartiment tal-bagalji jrid ikun separat għalkollox mill-kompartiment tal-passiġġieri.

Barra minn hekk, il-punt ta' referenza tal-post ta' bilqiegħda tax-xufier ma għandux għalfejn ikun mill-inqas 750 mm 'il fuq mill-wiċċ li jirfed il-vettura.

3.   Vetturi li jappartjenu għall-kategorija M2 jew M3



Ref.

Kodiċi

Isem

Definizzjoni

3.1.

CA

Vettura b'sular wieħed

Vettura fejn l-ispazji pprovduti għall-persuni jkunu mqassmin f'livell wieħed jew b'mod li ma jikkostitwixxux żewġ livelli imposti fuq xulxin;

3.2.

CB

Vettura b'żewġ sulari

Vettura ddefinita fil-paragrafu 2.1.6 tar-Regolament Nru 107 tan-NU;

3.3.

CC

Vettura artikolata b'sular wieħed

Vettura ddefinita fil-paragrafu 2.1.3 tar-Regolament Nru 107 tan-NU b'sular wieħed;

3.4.

CD

Vettura artikolata b'żewġ sulari

Vettura ddefinita fil-paragrafu 2.1.3.1 tar-Regolament Nru 107 tan-NU;

3.5.

CE

Vettura b'qiegħ baxx u b'sular wieħed

Vettura ddefinita fil-paragrafu 2.1.4 tar-Regolament Nru 107 tan-NU b'sular wieħed;

3.6.

CF

Vettura b'qiegħ baxx u b'żewġ sulari

Vettura ddefinita fil-paragrafu 2.1.4 tar-Regolament Nru 107 tan-NU b'żewġ sulari;

3.7.

CG

Vettura b'sular wieħed baxxa u artikolata

Vettura li tgħaqqad il-karatteristiċi tekniċi tal-punti 3.3 u 3.5 ta' din it-tabella;

3.8.

CH

Vettura b'żewġ sulari baxxa u artikolata

Vettura li tgħaqqad il-karatteristiċi tekniċi tal-punti 3.4 u 3.6 ta' din it-tabella;

3.9.

CI

Vettura b'sular wieħed u bis-saqaf miftuħ

Vettura b'saqaf parzjali jew bla saqaf;

3.10.

CJ

Vettura b'żewġ sulari bis-saqaf miftuħ

Vettura bla saqaf fuq it-tieni sular kollu tagħha jew parti minnu;

3.11.

CX

Xażi tax-xarabank

Vettura mhux kompleta bir-rejls tax-xażi jew assemblaġġ tat-tubi, sistema tal-motopropulsjoni, fusien biss, li hija maħsuba sabiex titlesta bil-karozzerija, personalizzata skont il-ħtiġijiet tal-operatur tat-trasport.

4.   Vetturi motorizzati tal-kategorija N1, N2 jew N3



Ref.

Kodiċi

Isem

Definizzjoni

4.1.

BA

Trakk

Vettura mfassla u mibnija esklussivament jew primarjament għall-ġarr ta' oġġetti.

Tista' tiġbed ukoll trejler.

4.2.

BB

Vann

Trakk li l-kompartiment fejn jinsab ix-xufier u żona tal-merkanzija tiegħu jkunu fi ħdan unità waħda;

4.3.

BC

Unità ta' trakter għal semitrejler

Vettura tal-irmonkar li hija mfassla u mibnija esklussivament jew primarjament biex tirmonka semitrejlers;

4.4.

BD

Trakter tat-triq

Vettura tal-irmonk li hija mfassla u mibnija esklussivament biex tirmonka trejlers għajr semitrejlers;

4.5.

BE

Trakk pick-up

Vettura b'massa massima li ma taqbiżx 3 500  kg li fiha l-pożizzjonijiet bilqiegħda u ż-żona tal-merkanzija ma jinsabux f'kompartiment wieħed;

4.6.

BX

Kabina tax-xażi jew ventilatur tax-xażi

Vettura mhux kompleta b'kabina (sħiħa jew parzjali), rejls tax-xażi, sistema tal-motopropulsjoni, fusien biss, li hija maħsuba sabiex titlesta bil-karozzerija, personalizzata skont il-ħtiġijiet tal-operatur tat-trasport.

5.   Vetturi tal-kategorija O



Ref.

Kodiċi

Isem

Definizzjoni

5.1.

DA

Semitrejler

Trejler li huwa mfassal u mibni biex jiġi akkoppjat ma' unità ta' trakter jew ma' converter dolly u sabiex jimponi tagħbija vertikali sostanzjali fuq il-vettura tal-irmonk jew fuq il-converter dolly.

L-akkoppjament li jintuża għal taħlita ta' vetturi għandu jikkonsisti f'king pin u nagħla.

5.2.

DB

Trejler bil-ganċ tal-ġbid

Trejler b'tal-anqas żewġ fusien, li tal-anqas wieħed minnhom huwa fus manuvrabbli:

(a)  mgħammar b'apparat tal-irmonk li jista' jiċċaqlaq vertikalment (fir-rigward tat-trejler); u

(b)  li jittrażmetti anqas minn 100 daN bħala tagħbija vertikali statika lill-vettura tal-irmonk.

5.3.

DC

Trejler bil-fus fin-nofs

Trejler li fih il-fus(ien) jinsab(u) qrib iċ-ċentru tal-gravità tal-vettura (meta mgħobbija b'mod uniformi) sabiex tagħbija vertikali statika żgħira biss, li ma taqbiżx l-10 % ta' dik li tikkorrispondi mal-massa massima tat-trejler jew tagħbija ta' 1 000 daN (skont liema tkun l-anqas waħda) tiġi trażmessa lill-vettura tal-irmonk.

5.4.

DE

Trejler bil-ganċ tal-ġbid riġidu

Trejler b'fus wieħed jew grupp wieħed ta' fusien mgħammar bi żbarra tal-irmonk li tittrażmetti tagħbija statika li ma taqbiżx 4 000 daN lill-vettura tal-irmonk minħabba l-binja tagħha u li ma jissodisfax id-definizzjoni ta' trejler b'fus ċentrali.

L-akkoppjament li jintuża għal taħlita ta' vetturi ma għandux jikkonsisti f'king pin u nagħla.

▼M3

5.5.

DF

Semitrejler b’kollegament

Semitrejler bin-nagħla mmuntata fuq wara b’tali mod li s-semitrejler b’kollegament ikun jista’ jirmonka semitrejler ieħor.

5.6.

DG

Trejler bi żbarra tal-irmonk b’kollegament

Trejler bi żbarra tal-irmonk bin-nagħla mmuntata fuq wara b’tali mod li t-trejler b’kollegament ikun jista’ jirmonka semitrejler ieħor.

▼B




Appendiċi 1

Il-proċedura għall-kontroll ta' jekk vettura tistax tiġi kategorizzata bħala vettura off-road

1.   Ġenerali

1.1.

Għall-finijiet ta' klassifikazzjoni ta' vettura bħala vettura off-road, għandha tapplika l-proċedura deskritta f'dan l-Appendiċi.

2.   Kondizzjonijiet tal-ittestjar għall-kejl ġeometriku

2.1.

Vetturi li jappartjenu għall-kategorija M1 jew N1 għandhom ikunu f'kondizzjonijiet ta' ħatt b'manekin ta' raġel tal-50 perċentil imqiegħed fuq is-sit tax-xufier u mgħammrin bi fluwidu berried, lubrikanti, karburant, għodod, rota ta' riżerva (jekk mgħammra bħala tagħmir OEM).

Il-manekin jista' jiġi sostitwit b'apparat simili bl-istess massa.

2.2.

Vetturi minbarra dawk imsemmija fil-punt 2.1 għandhom jitgħabbew sal-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tagħhom.

It-tqassim tal-massa fuq il-fusien għandu jkun dak li jirrappreżenta l-agħar xenarju possibbli fir-rigward tal-konformità mal-kriterji rispettivi.

2.3.

Vettura li tirrappreżenta t-tip għandha tiġi sottomessa għas-servizz tekniku fil-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt 2.1 jew 2.2. Il-vettura għandha tkun f'pożizzjoni wieqfa bir-roti tagħha ssettjati 'l quddiem.

L-art li fuqha jsir il-kejl għandha tkun ċatta u orizzontali (inklinazzjoni massima ta' 0,5 %) kemm jista' jkun.

3.   Il-kejl tal-angoli tal-avviċinament, it-tluq u r-rampa

3.1.

L-angolu tal-avviċinament għandu jitkejjel skont il-paragrafu 6.10 tal-istandard internazzjonali ISO 612:1978.

3.2.

L-angolu tat-tluq għandu jitkejjel skont il-paragrafu 6.11 tal-istandard internazzjonali ISO 612:1978.

3.3.

L-angolu tar-rampa għandu jitkejjel skont il-paragrafu 6.9 tal-istandard internazzjonali ISO 612:1978.

3.4.

Meta jitkejjel l-angolu tat-tluq, l-apparati ta' protezzjoni tal-qiegħ fuq wara bl-għoli aġġustabbli jistgħu jiġu ssettjati fil-pożizzjoni superjuri.

3.5.

Dak li hu stipulat fil-punt 3.4 ma għandux jinftiehem bħala obbligu li l-vettura bażi għamdha tiġi mgħammra bi protezzjoni tal-qiegħ fuq wara bħala tagħmir oriġinali. Madankollu, il-manifattur tal-vettura bażi għandu jgħarraf lill-manifattur tal-istadju li jmiss li l-vettura trid tirrispetta r-rekwiżiti dwar l-angolu tat-tluq meta titqabbad magħha protezzjoni tal-qiegħ fuq wara.

4.   Kejl tal-qtugħ mill-art

4.1.   Il-qtugħ mill-art bejn il-fusien

4.1.1.

“Il-qtugħ mill-art bejn il-fusien” tfisser l-iqsar distanza bejn il-pjanura tal-art u l-punt fiss l-aktar baxx tal-vettura.

Għall-applikazzjoni tad-definizzjoni, għandha titqies id-distanza bejn l-aħħar fus ta' grupp ta' quddiem ta' fusien u l-ewwel fus tal-grupp fuq wara ta' fusien.

image

4.1.2.

L-ebda parti riġida tal-vettura ma tista' tipproġetta lejn iż-żona skura fid-dijagramma.

4.2.   Il-qtugħ mill-art taħt fus wieħed

4.2.1.

“Il-qtugħ mill-art taħt fus wieħed” tfisser id-distanza taħt l-ogħla punt ta' ħnejja ta' ċirklu li jgħaddi miċ-ċentru tal-marka tat-tajer tar-roti fuq fus wieħed (ir-roti ta' ġewwa fil-każ ta' tajers tewmin) u li jmiss il-punt fiss l-aktar baxx tal-vettura bejn ir-roti.