EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02018R0545-20200616

Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 tal-4 ta' April 2018 li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi ferrovjarji u għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vetturi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/545/2020-06-16

02018R0545 — MT — 16.06.2020 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/545

tal-4 ta' April 2018

li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi ferrovjarji u għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vetturi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 090 6.4.2018, p. 66)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/781 tat-12 ta’ Ġunju 2020

  L 188

11

15.6.2020




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/545

tal-4 ta' April 2018

li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi ferrovjarji u għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vetturi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu rispettati minn:

(a) 

l-applikanti, meta jressaq applikazzjoni, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

(b) 

l-Aġenzija u l-NSAs, meta jkunu qed jipproċessaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u b'rabta mal-impenn preliminari;

(c) 

l-entità awtorizzanti, meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura jew awtorizzazzjonijiet tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

(d) 

l-amministraturi tal-infrastruttura, meta jipprovdu l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta' testijiet fin-netwerks tagħhom u meta jipprovdu informazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi fejn tidħol iż-żona tal-użu.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(16) u (17) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“entità awtorizzanti” tfisser entità li toħroġ awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjonijiet tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

(2) 

“karatteristiċi bażiċi tad-disinn” tfisser il-parametri li jintużaw biex jidentifikaw it-tip ta' vettura kif speċifikat fl-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura maħruġa u kif irreġistrat fir-Reġistru Ewropew tat-Tipi ta' Vetturi Awtorizzati (l-“ERATV”);

(3) 

“ġestjoni tal-konfigurazzjoni” tfisser proċess organizzattiv, tekniku u amministrattiv sistematiku imqiegħed fis-seħħ matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' vettura u/jew ta' tip ta' vettura biex ikun żgurat li l-konsistenza fid-dokumentazzjoni u t-traċċabbiltà tal-bidliet ikunu stabbiliti u miżmuma ħalli:

(a) 

jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni u r-regoli nazzjonali rilevanti;

(b) 

jiġu kkontrollati u ddokumentati l-bidliet fil-fajls tekniċi jew fil-fajl mehmuż mal-awtorizzazzjoni maħruġa;

(c) 

l-informazzjoni u d-dejta tibqa' attwali u preċiża;

(d) 

il-partijiet rilevanti jiġu infurmati dwar il-bidliet, kif meħtieġ;

(4) 

“data tal-wasla tal-applikazzjoni” tfisser:

(a) 

jekk l-Aġenzija taġixxi bħala l-entità awtorizzanti, l-ewwel jum tax-xogħol li hu komuni għall-Aġenzija u għall-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu wara l-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni;

(b) 

jekk l-NSA taġixxi bħala l-entità awtorizzanti, l-ewwel jum tax-xogħol fl-Istat Membru kkonċernat wara l-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni;

(5) 

“entità tal-ġestjoni tal-bidla” tfisser id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura, id-detentur (keeper) jew l-entità fdata minnhom;

(6) 

“detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun applikat għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura, u rċevietha, jew is-suċċessur ġuridiku tagħha;

(7) 

“dubju ġustifikat” tfisser kwistjoni klassifikata bħala “tat-tip 4” skont l-Artikolu 41(1)(d), b'ġustifikazzjoni u bl-evidenza dokumentata, imqajma mill-entità awtorizzanti u/jew mill-NSAs taż-żona tal-użu, li għandha x'taqsam mal-informazzjoni mogħtija mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu;

(8) 

“awtorità nazzjonali tas-sikurezza taż-żona tal-użu” jew “NSA taż-żona tal-użu” tfisser l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza meta tkun twettaq attività waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

tagħmel il-valutazzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 21(5)(b) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(b) 

twettaq il-konsultazzjonijiet mitluba fl-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(c) 

toħroġ l-awtorizzazzjonijiet temporanji, meta jkun meħtieġ, biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk, u tieħu l-miżuri biex tiżgura li t-testijiet fuq in-netwerk ikunu jistgħu jsiru kif speċifikat fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(9) 

“impenn preliminari” tfisser fażi proċedurali qabel is-sottomissjoni ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mwettqa fuq talba tal-applikant;

(10) 

“Referenzi tal-impenn preliminari” tfisser l-opinjoni tal-entità awtorizzanti u tal-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu fil-fajl tal-impenn preliminari;

(11) 

“kompilazzjoni tar-rekwiżiti” tfisser il-proċess ta' identifikazzjoni, assenjar, implimentazzjoni u validazzjoni tar-rekwiżiti mwettqa mill-applikant biex ikun żgurat li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti. Il-kompilazzjoni tar-rekwiżiti tista' tiġi integrata fil-proċessi tal-iżvilupp tal-prodott;

(12) 

“integrazzjoni sikura” tfisser l-issodisfar tar-rekwiżit essenzjali dwar is-sikurezza kif speċifikat fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797 meta l-partijiet jiġu kkombinati mas-sħuħija integrali kollha, bħalma pereżempju vettura jew sottosistema kif ukoll bejn il-vettura u n-netwerk, fejn tidħol il-kompatibbiltà teknika;

(13) 

“varjant tat-tip ta' vettura” tfisser alternattiva għall-konfigurazzjoni ta' tip ta' vettura li hi stabbilita matul l-ewwel awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura skont l-Artikolu 24(1) jew bidliet fi ħdan tip ta' vettura eżistenti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu li jeħtieġu awtorizzazzjoni ġdida tat-tip ta' vettura skont l-Artikoli 24(1) u 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(14) 

“verżjoni tat-tip ta' vettura” tfisser alternattiva għall-konfigurazzjoni ta' tip ta' vettura jew ta' varjant tat-tip ta' vettura jew bidliet fi ħdan tip jew varjant tat-tip eżistenti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, maħluqa biex tirrifletti l-bidliet fil-karatteristiċi bażiċi tad-disinn li ma jeħtiġux awtorizzazzjoni ġdida tat-tip ta' vettura skont l-Artikoli 24(1) u 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(15) 

“awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq” tfisser deċiżjoni maħruġa mill-entità awtorizzanti bbażata fuq assigurazzjoni raġonevoli li l-applikant u l-entitajiet involuti fid-disinn, il-manifattura, il-verifika u l-validazzjoni tal-vettura jkunu ssodisfaw l-obbligi u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom ħalli tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-leġiżlazzjoni applikabbli jew biex tkun żgurata l-konformità mat-tip awtorizzat li jippermetti li l-vettura tista' titqiegħed fis-suq u tista' tintuża b'mod sikur fiż-żona tal-użu skont il-kundizzjonijiet tal-użu u restrizzjonijiet oħra, meta applikabbli, speċifikati fl-awtorizzazzjoni tal-vettura u fl-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura;

(16) 

“awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura” tfisser deċiżjoni maħruġa mill-entità awtorizzanti bbażata fuq assigurazzjoni raġonevoli li l-applikant u l-entitajiet involuti fid-disinn, il-manifattura, il-verifika u l-validazzjoni tat-tip ta' vettura jkunu ssodisfaw l-obbligi u r-responsabbiltajiet tagħhom ħalli tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-leġiżlazzjoni applikabbli li tippermetti li l-vettura manifatturata skont dan id-disinn tista' titqiegħed fis-suq u tista' tintuża b'mod sikur fiż-żona tal-użu tat-tip ta' vettura skont il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra, meta applikabbli, speċifikati fl-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u biex jiġu applikati għal kull vettura awtorizzata b'konformità ma' dan it-tip;

▼M1

(17) 

“data rilevanti” tfisser is-16 ta’ Ġunju 2019 fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u l-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 li estendew il-perjodu tat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva. Din tfisser is-16 ta’ Ġunju 2020 fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 li estendew il-perjodu tat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva u dawk li ma nnotifikawx lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/797. Din tfisser il-31 ta’ Ottubru 2020 fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u l-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/797 li estendew ulterjorment il-perjodu tat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva.

▼B

Artikolu 3

Ir-responsabbiltajiet tal-applikant

L-applikant għandu jressaq l-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Hi r-responsabbiltà tal-applikant li jiżgura li r-rekwiżiti rilevanti fil-leġiżlazzjoni applikabbli jiġu identifikati u jintlaħqu meta jressaq l-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

Artikolu 4

Ir-responsabbiltajiet tal-entità awtorizzanti

1.  L-entità awtorizzanti għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjonijiet tal-vettura għat-tqegħid fis-suq (imsejħa “l-awtorizzazzjonijiet”) b'konformità mal-Artikoli 21, 24 u 25 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2.  Għall-finijiet tal-ħruġ jew ir-rifjut ta' awtorizzazzjoni, l-entità awtorizzanti għandha:

(a) 

Tikkoordina l-assenjar tal-kompiti lill-partijiet rilevanti u t-twaqqif ta' arranġamenti ta' koordinazzjoni bejniethom;

(b) 

Tivvaluta l-fajl tal-applikazzjoni biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli li t-tip ta' vettura u/jew il-vettura jikkonformaw mal-liġijiet applikabbli;

(c) 

Tiġbor kull evidenza dokumentata, ir-riżultati tal-istimi rilevanti kollha u r-raġunijiet dokumentati għad-deċiżjoni tagħha li toħroġ jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni, b'konformità ma' dan ir-Regolament.

3.  Jekk l-Aġenzija tkun entità awtorizzanti, din għandha tikkoordina l-attivitajiet tal-NSAs taż-żona tal-użu marbuta ma' awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

4.  L-entità awtorizzanti għandha tipprovdi impenn preliminari meta jitlobha l-applikant.

5.  L-entità awtorizzanti għandha twettaq dmirijietha b'mod miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju, u għandha teżerċita ġudizzju professjonali, tkun imparzjali u proporzjonata, u tipprovdi raġunijiet dokumentati għal kull deċiżjoni.

6.  L-entità awtorizzanti għandha tistabbilixxi arranġamenti u proċeduri interni biex tmexxi l-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura u/jew ta' awtorizzazzjonijiet tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. Dawk l-arranġamenti jew il-proċeduri għandhom iqisu l-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 21(14) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u, meta rilevanti, ftehimiet multilaterali kif imsemmi fl-Artikolu 21(15) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

7.  Meta l-applikant jindika skont l-Artikolu 5(2) li l-validità tal-awtorizzazzjoni tat-tip ġiet affettwata, l-entità awtorizzanti għandha taġġorna l-ERATV kif xieraq.

8.  Meta l-applikant jindika fl-applikazzjoni tiegħu li ż-żona tal-użu maħsuba tal-vettura/i jew tat-tip ta' vettura jinkludi stazzjonijiet fi Stati Membri ġirien b'karatteristiċi simili tan-netwerk, u dawk l-istazzjonijiet ikunu qrib il-fruntiera, l-entità awtorizzanti għandha:

(a) 

tircievi konferma mingħand l-NSAs tal-Istati Membri ġirien li r-regoli nazzjonali notifikati rilevanti u l-obbligi li jikkonċernaw il-ftehimiet transfruntieri rilevanti jiġu rispettati, qabel ma toħroġ l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura; u

(b) 

fl-awtorizzazzjoni maħruġa tispeċifika li l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura hi valida wkoll għal dawk l-istazzjonijiet mingħajr estensjoni taż-żona tal-użu.

Artikolu 5

Ir-responsabbiltajiet tad-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura

1.  Id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni tat-tip ta' vettura u l-fajl ta' akkumpanjanment tad-deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 46.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 53 u 54, id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura, bħala parti mill-ġestjoni tal-konfigurazzjoni tat-tip ta' vettura, għandu jinforma lill-entità awtorizzanti li ħarġet l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura dwar kwalunkwe bidla fil-liġi tal-Unjoni li taffettwa l-validità tal-awtorizzazzjoni tat-tip.

Artikolu 6

Ir-responsabbiltajiet tal-amministratur tal-infrastruttura

1.  Fiż-żona tal-użu, ir-responsabbiltajiet tal-amministratur tal-infrastruttura fil-qafas ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew ta' awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, abbażi tal-informazzjoni li ta l-applikant skont l-Artikolu 18, għandhom ikunu limitati għall-identifikazzjoni u l-għoti ta' dawn li ġejjin:

(a) 

il-kundizzjonijiet operattivi li jridu jiġu applikati għall-użu tal-vettura għat-testijiet fuq in-netwerk;

(b) 

il-miżuri meħtieġa li jridu jittieħdu mil-lat ta' infrastruttura ħalli jkun żgurat it-tħaddim sikur u affidabbli waqt it-testijiet fuq in-netwerk;

(c) 

il-miżuri meħtieġa fl-istallazzjonijiet tal-infrastruttura ħalli jitwettqu t-testijiet fuq in-netwerk.

2.  L-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati taż-żona tal-użu għandhom:

(a) 

jappoġġaw lill-applikant għall-kundizzjonijiet biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk;

(b) 

jipprovdu informazzjoni fuq l-infrastruttura b'mod mhux diskriminatorju biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk;

(c) 

jidentifikaw u jipprovdu l-kundizzjonijiet u l-miżuri biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk fil-limiti taż-żmien speċifikati fl-Artikolu 21(3) u 21(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797, abbażi tal-informazzjoni li ta l-applikant;

(d) 

bi qbil mal-applikant, jieħdu sehem fl-impenn preliminari.

Artikolu 7

Ir-responsabbiltajiet tal-NSAs taż-żona tal-użu

1.  Għall-finijiet tal-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, l-NSAs taż-żona tal-użu għandhom ikunu responsabbli:

(a) 

għall-parti tagħhom tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 40;

(b) 

għall-ħruġ ta' fajl tal-valutazzjoni lill-entità awtorizzanti skont l-Artikolu 40(6).

2.  Fil-qadi tar-responsabbiltajiet tagħhom, l-NSAs taż-żona tal-użu għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju, u għandhom jeżerċitaw ġudizzju professjonali, ikunu imparzjali u proporzjonati, u jipprovdu raġunijiet dokumentati għal kull deċiżjoni li ssir.

3.  L-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jipprovdu impenn preliminari meta jitlobhom l-applikant.

4.  L-NSAs taż-żona tal-użu għandhom jgħaddu lill-Aġenzija u lill-NSAs l-oħra kollha kull informazzjoni mill-esperjenza miksuba relatata ma' kwistjonijiet tekniċi u operazzjonali li jaf ikunu rilevanti għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew ta' awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, bħal:

(a) 

l-informazzjoni li tasal skont l-Artikolu 4(5)(b) tad-Direttiva (UE) 2016/798;

(b) 

in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali li tista' twassal għal emenda jew revoka ta' awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(c) 

in-nuqqasijiet fit-TSIs skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/797.

5.  L-NSAs taż-żona tal-użu għandhom jistabbilixxu arranġamenti u proċeduri interni biex imexxu l-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura u/jew ta' awtorizzazzjonijiet tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. Dawk l-arranġamenti jew il-proċeduri għandhom iqisu l-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 21(14) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u, meta rilevanti, ftehimiet multilaterali kif imsemmi fl-Artikolu 21(15) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

6.  L-NSAs taż-żona tal-użu għandhom jistabbilixxu, jippubblikaw u jaġġornaw linji gwida li jiddeskrivu l-politika lingwistika tagħhom, id-dispożizzjonijiet tal-komunikazzjoni u l-proċess tal-awtorizzazzjoni temporanja meta tkun meħtieġa skont il-qafas ġuridiku nazzjonali u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas.

Artikolu 8

Ir-responsabbiltajiet tal-Aġenzija

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi, tippubblika u taġġorna linji gwida li jiddeskrivu u jispjegaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas, bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-linji gwida għandhom jinkludu wkoll il-mudelli li jistgħu jużaw l-entità awtorizzanti u l-NSAs taż-żona tal-użu għall-iskambju u r-reġistrazzjoni tal-informazzjoni u l-mudell tal-applikazzjoni li jista' juża l-applikant.

2.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi protokoll u l-proċeduri għar-reġistrazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4). Il-partijiet affettwati jew ikkonċernati l-oħra jista' jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti, diment li titħares il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.

Artikolu 9

L-użu ta' vettura awtorizzata

Wara li jkunu wettqu l-verifiki msemmija fl-Artikolu 23 tad-Direttiva (UE) 2016/797, impriża ferrovjarja jew amministrattur tal-infrastruttura jistgħu jużaw vettura fiż-żona tal-użu, skont il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra speċifikati fl-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew fl-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

Artikolu 10

Il-lingwa

1.  Meta l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha tinħareġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21(5) sa (7) tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-applikant għandu:

(a) 

iressaq l-applikazzjoni u l-fajl li jakkumpanja l-applikazzjoni b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni;

(b) 

meta jintalab, jittraduċi partijiet mill-fajl li jakkumpanja l-applikazzjoni skont il-punt 2.6 tal-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2016/797. F'dan il-każ, il-lingwa li għandha tintuża tiddeterminaha l-NSA u tiġi indikata fil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 7(6).

2.  Kull deċiżjoni dwar il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq li tieħu l-Aġenzija, inkluż ir-raġunijiet dokumentati għad-deċiżjoni u, meta applikabbli, l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġin, għandha tingħata bil-lingwa msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

Artikolu 11

Il-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi għall-ferroviji tramm fiż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea

1.  Għall-finijiet ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura tal-ferrovija tramm u/jew ta' awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tal-ferrovija tramm maħsubin biex jitħaddmu fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2016/797, u meta ma tkun tapplika l-ebda speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (“TSI”) għall-vettura tal-ferrovija tramm u għat-tip ta' vettura tal-ferrovija tramm ikkonċernati kif deskritt fl-Artikolu 1(5)(b) tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-Istati Membri jistgħu jużaw proċedura li jipprovdi l-qafas ġuridiku nazzjonali tagħhom rigward l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura tal-ferrovija tramm u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tal-ferrovija tramm. F'dan il-każ, l-applikant għandu jirreferi għall-qafas nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat rigward il-proċedura li għandha tintuża għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura tal-ferrovija tramm u/jew għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tal-ferrovija tramm.

2.  Jekk l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura tal-ferrovija tramm u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tal-ferrovija tramm ikunu maħsubin biex jitħaddmu fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għal operazzjoni transfruntiera, u meta ma japplika l-ebda TSI għat-tip ta' vettura tal-ferrovija tramm ikkonċernat, l-applikant għandu japplika għand l-entitajiet awtorizzanti maħtura mill-Istati Membri involuti li min-naħa tagħhom għandhom jikkoperaw bil-ħsieb li joħorġu awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura tal-ferrovija tramm u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tal-ferrovija tramm.

3.  F'każijiet oħra, vettura tal-ferrovija tramm u/jew tip ta' vettura tal-ferrovija tramm li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797 għandhom jiġu awtorizzati skont il-proċedura stabbilita f'dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Il-ftehimiet transfruntieri

1.  Fuq is-sit web tagħhom, l-NSAs għandhom jippubblikaw il-proċedura li trid tintuża għall-ftehimiet transfruntieri biex l-awtorizzazzjoni tkopri l-istazzjonijiet fl-Istati Membri ġirien, skont l-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797, b'mod partikolari:

(a) 

kull ftehim transfruntier bejn l-NSAs li jaf ikun hemm bżonn jintuża;

(b) 

il-proċedura li trid tintuża meta dawn l-arranġamenti transfruntieri ma jkunux jeżistu.

2.  Għal ftehim transfruntier dwar il-proċess tal-ħruġ ta' awtorizzazzjoni li tkopri l-istazzjonijiet fl-Istati Membri ġirien, skont l-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-NSAs għandhom jispeċifikaw il-proċedura li trid tiġi applikata u mill-inqas għandhom jipprovdu d-dettalji li ġejjin:

(a) 

l-istadji proċedurali;

(b) 

il-perjodi taż-żmien;

(c) 

l-ambitu ġeografiku u tekniku;

(d) 

ir-rwoli u l-kompiti tal-partijiet involuti; u

(e) 

l-arranġamenti prattiċi għall-konsultazzjoni mal-partijiet rilevanti.



KAPITOLU 2

IT-TĦEJJIJA TAL-APPLIKAZZJONI

Artikolu 13

Il-kompilazzjoni tar-rekwiżiti

1.  B'konformità mal-għan ġenerali li r-riskji identifikati jiġu mmaniġġati u jittaffew għal livell aċċettabbli, qabel ma jressaq applikazzjoni, l-applikant għandu jwettaq proċess ta' kompilazzjoni tar-rekwiżiti li għandu jiżgura li r-rekwiżiti kollha meħtieġa li jkopru d-disinn tal-vettura tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha kienu:

(a) 

ġew identifikati kif suppost;

(b) 

ġew assenjati għal funzjonijiet jew sottosistemi jew ġew indirizzati bil-kundizzjonijiet tal-użu jew restrizzjonijiet oħra; u

(c) 

ġew implimentati u vvalidati.

2.  Il-kompilazzjoni tar-rekwiżiti li jagħmel l-applikant għandha tkopri b'mod partikolari dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżiti essenzjali għas-sottosistemi msemmija fl-Artikolu 3 u speċifikati fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(b) 

il-kompatibbiltà teknika tas-sottosistemi fil-vettura;

(c) 

l-integrazzjoni sikura tas-sottosistemi fil-vettura; u

(d) 

il-kompatibbiltà teknika tal-vettura man-netwerk fiż-żona tal-użu.

3.  Il-proċess tal-ġestjoni tar-riskji stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2013 ( 1 ) għandu jużah l-applikant bħala l-metodoloġija għall-kompilazzjoni tar-rekwiżiti fejn jidħlu r-rekwiżiti essenzjali ta' “sikurezza” relatati mal-vetturi u s-sottosistemi kif ukoll l-integrazzjoni sikura bejn is-sottosistemi għall-aspetti li mhumiex koperti mit-TSIs u mir-regoli nazzjonali.

Artikolu 14

Identifikazzjoni tal-awtorizzazzjoni rilevanti

1.  L-applikant għandu jidentifika u jagħżel l-awtorizzazzjoni rilevanti minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a) 

l-ewwel awtorizzazzjoni: l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġin mill-entità awtorizzanti għal tip ġdid ta' vettura, inkluż il-varjanti u/jew il-verżjonijiet tiegħu jekk ikun hemm u, meta japplika, l-ewwel vettura ta' tip, skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(b) 

awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura mġedda: it-tiġdid ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura skont l-Artikolu 24(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797 li ma jkunx jeħtieġ bidla fid-disinn tat-tip ta' vettura;

(c) 

iż-żona tal-użu estiża: l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġin mill-entità awtorizzanti għal tip ta' vettura u/jew vettura awtorizzati diġà ħalli tiġi estiża ż-żona tal-użu mingħajr bidla fid-disinn, skont l-Artikolu 21(13) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(d) 

awtorizazzjoni ġdida: l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġin mill-entità awtorizzanti wara bidla f'vettura u/jew tip ta' vettura awtorizzati diġà, skont l-Artikoli 21(12) jew 24(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(e) 

awtorizzazzjoni konformi mat-tip: l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq ta' vettura jew ta' serje ta' vetturi li jkunu konformi ma' tip ta' vettura validu u awtorizzat diġà abbażi ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan it-tip, skont l-Artikolu 25(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797. Meta applikabbli, għandu jkun hemm identifikazzjoni ċara tal-verżjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-varjant tat-tip ta' vettura li magħhom ikunu konformi l-vettura jew is-serje ta' vetturi.

2.  F'każijiet ta' awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura skont il-każijiet (c) u (d), jekk l-applikant ikun id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura eżistenti, dan għandu jiddeċiedi jekk l-awtorizzazzjoni hix se twassal biex jinħoloq:

(a) 

tip ta' vettura ġdid; jew

(b) 

varjant ġdid tat-tip ta' vettura fi ħdan it-tip eżistenti li fuqu hu bbażat.

Jekk l-applikant ma jkunx id-detentur (holder) tat-tip eżistenti, l-awtorizzazzjoni għandha twassal biex jinħoloq tip ġdid skont l-Artikolu 15(4).

3.  Applikant jista' jikkombina:

(a) 

talba għal awtorizzazzjoni ġdida ma' talba għal awtorizzazzjoni għal estensjoni taż-żona tal-użu; jew

(b) 

talba għall-ewwel awtorizzazzjoni ma' talba għal awtorizzazzjoni konformi mat-tip.

Il-perjodi taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 34(1) u (2) għandhom japplikaw għall-applikazzjoni kkombinata. Meta xieraq, dan jista' jwassal biex l-entità tal-awtorizzazzjoni toħroġ diversi deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni.

Artikolu 15

Il-bidliet f'tip ta' vettura awtorizzat diġà

1.  Kull bidla f'tip ta' vettura awtorizzat għandha tiġi analizzata u kategorizzata biss bħala waħda minn dawn il-bidliet u għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni kif stipulat hawn taħt:

(a) 

bidla li ma tintroduċi l-ebda devjazzjoni mill-fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi. F'dan il-każ, ma jkunx hemm bżonn verifika minn korp ta' valutazzjoni tal-konformità, u l-ewwel dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi u l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura jibqgħu validi u ma jinbidlux;

(b) 

bidla li tintroduċi devjazzjoni mill-fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi jaf ikollha bżonn verifiki ġodda u għalhekk tkun teħtieġ verifika skont il-moduli ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli iżda li ma jkollha l-ebda impatt fuq il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tat-tip ta' vettura u li ma jkollhiex bżonn awtorizzazzjoni ġdida skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(c) 

bidla fil-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tat-tip ta' vettura li ma teħtieġx awtorizzazzjoni ġdida skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(d) 

bidla li teħtieġ awtorizzazzjoni ġdida skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

2.  Meta bidla tkun skont il-punti (b) jew (c) tal-paragrafu 1, il-fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi għandhom jiġu aġġornati u d-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura għandu jżomm l-informazzjoni rilevanti disponibbli meta tintalab mill-entità awtorizzanti u/jew mal-NSAs taż-żona tal-użu.

3.  Meta bidla tkun skont il-punt (c) tal-paragrafu 1, id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura għandu joħloq verżjoni ġdida tat-tip ta' vettura jew verżjoni ġdida ta' varjant tat-tip ta' vettura, u għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti lill-entità awtorizzanti. L-entità awtorizzanti għandha tirreġistra l-verżjoni ġdida tat-tip ta' vettura jew il-verżjoni ġdida tal-varjant tat-tip ta' vettura fl-ERATV skont l-Artikolu 50.

4.  Jekk l-entità tal-ġestjoni tal-bidla ma tkunx id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u l-bidliet li saru fit-tip ta' vettura eżistenti huma kkategorizzati skont il-punti (b), (c) jew (d) tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

għandu jinħoloq tip ta' vettura ġdid;

(b) 

l-entità tal-ġestjoni tal-bidla għandha ssir l-applikant; u

(c) 

l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura ġdid tista' tkun ibbażata fuq it-tip ta' vettura eżistenti u l-applikant jista' jagħżel il-każ tal-awtorizzazzjoni speċifikat fl-Artikolu 14(1)(d).

Artikolu 16

Il-bidliet f'vettura awtorizzata diġà

1.  Il-bidliet f'vettura awtorizzata diġà li jkunu marbutin ma' sostituzzjoni fil-qafas ta' manutenzjoni u limitati għal sostituzzjoni ta' komponenti minn komponenti oħra li jaqdu l-istess funzjonijiet u rendimenti fil-qafas ta' manutenzjoni preventiva jew korrettiva tal-vettura m'għandhomx bżonn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

2.  Kull bidla oħra fil-vettura għandha tiġi analizzata u kategorizzata skont l-Artikolu 15(1).

3.  L-entità tal-ġestjoni tal-bidla għandha titlob awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 14(1)(d) meta bidla tkun skont l-Artikolu 15(1)(d).

4.  Jekk l-entità tal-ġestjoni tal-bidliet kategorizzati skont l-Artikolu 15(1)(b) u (c) għal vettura awtorizzata diġà ma tkunx id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura, l-entità għandha:

(a) 

tivvaluta d-devjazzjonijiet mill-fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi;

(b) 

tistabbilixxi li l-ebda wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 21(12) tad-Direttiva (UE) 2016/797 mhuma ssodisfati;

(c) 

taġġorna l-fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi;

(d) 

tinnotifika l-bidliet lill-entità awtorizzanti.

Dan jista' japplika għal vettura jew għal għadd ta' vetturi identiċi.

L-entità awtorizzanti tista' toħroġ, fi żmien 4 xhur, deċiżjoni motivata li titlob applikazzjoni għal awtorizzazzjoni f'każ ta' kategorizzazzjoni żbaljata jew f'każ ta' nuqqas ta' informazzjoni sostanzjata biżżejjed.

5.  Kull bidla f'vettura għandha tkun soġġetta għal ġestjoni tal-konfigurazzjoni skont ir-responsabbiltà tad-detentur (keeper) jew tal-entità fdata minnu.

Artikolu 17

Identifikazzjoni tar-regoli li jinkludu n-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs

1.  Abbażi tal-għażla tal-każ tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14 u l-kompilazzjoni tar-rekwiżiti stabbilita fl-Artikolu 13, l-applikant għandu jidentifika r-regoli applikabbli kollha, b'mod partikolari t-TSIs u r-regoli nazzjonali.

Barra minn hekk, l-applikant għandu jikkonsulta u jqis il-lista tad-defiċjenzi tat-TSI li tkun ippubblikata fuq is-sit web tal-Aġenzija.

F'dak il-każ, l-applikant għandu jidentifika l-mezz ta' konformità aċċettabbli maħruġ mill-Aġenzija li jrid jintuża flimkien mat-TSIs għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għall-proċess tat-tqegħid fis-suq meta tkun qed tiġi stabbilita l-konformità mat-TSIs.

2.  L-applikant għandu jidentifika kwalunkwe każ li jeħtieġ in-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs u jressaq l-applikazzjoni tiegħu lill-Istati Membri kkonċernati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Meta n-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs ikun jikkonċerna vetturi b'żona tal-użu li tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu tal-vettura għandhom jikkoordinaw mal-applikant dwar miżuri alternattivi li jridu jittieħdu għall-promozzjoni tal-interoperabbiltà finali tal-proġett.

3.  Meta verżjoni ġdida ta' TSI tipprevedi miżuri tranżizzjonali, l-applikant ikun diġà jista' jagħżel rekwiżiti minn din il-verżjoni l-ġdida ta' dik it-TSI waqt il-perjodu tranżizzjonali, jekk din il-verżjoni l-ġdida tippermetti dan b'mod espliċitu.

4.  Meta, skont il-paragrafu 3, jintgħażlu rekwiżiti minn verżjoni aktar riċenti ta' TSI, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

l-applikant jista' jagħżel ir-rekwiżiti li jridu jiġu applikati minn verżjonijiet differenti ta' TSI, u għandu:

(i) 

jiġġustifika u jiddokumenta l-konsistenza bejn is-settijiet tar-rekwiżiti magħżula minn verżjonijiet differenti ta' TSI li trid tiġi applikata;

(ii) 

jispeċifika l-għażla parzjali tar-rekwiżiti minn verżjonijiet differenti ta' TSI fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni kif jeżiġi l-Anness I;

(iii) 

meta jkun hemm xenarju tal-impenn preliminari u meta rilevanti, l-applikant għandu jitlob lill-entità awtorizzanti biex temenda jew taġġorna dawk ir-referenzi tal-impenn preliminari għat-TSI ikkonċernata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(4).

(b) 

meta tkun qed tivvaluta l-applikazzjoni, l-entità awtorizzanti għandha tivverifika l-kompletezza mar-rekwiżiti tat-TSI proposti mill-applikant;

(c) 

l-applikant m'għandux jintalab jissottometti talba għan-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSI skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797 għal dawk ir-rekwiżiti.

5.  Meta l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tkun tipprevedi dan, l-applikant jista' jagħżel rekwiżiti minn regoli nazzjonali differenti bl-istess mod kif stabbilit fil-paragrafu 3 għat-TSIs.

6.  L-applikant u l-korp(i) notifikat(i) jistgħu jużaw il-mezzi ta' konformità aċċettabbli msemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797 fil-kuntest ta' verifika ta' konformità tal-KE, sakemm issir l-adozzjoni tat-TSIs kkonċernati.

7.  L-applikant u l-korp(i) maħtura jistgħu jużaw il-mezzi ta' konformità nazzjonali aċċettabbli msemmija fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 fil-kuntest biex tintwera l-konformità mar-regoli nazzjonali.

Artikolu 18

Identifikazzjoni u definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk

L-applikant għandu jidentifika u jiddefinixxi, abbażi tar-regoli nazzjonali għall-ittestjar, il-miżuri meħtieġa biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk.

Artikolu 19

Awtorizzazzjoni temporanja biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk

1.  Awtorizzazzjoni temporanja biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk tista' tinħareġ biss mill-NSA meta tkun meħtieġa u kif speċifikat fil-qafas ġuridiku nazzjonali tal-Istat Membru.

2.  L-NSAs li jivvalutaw l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni temporanja biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk għandhom jagħmlu dan b'konformità mal-qafas ġuridiku nazzjonali rilevanti.

Artikolu 20

Identifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-użu maħsuba tal-vettura u restrizzjonijiet oħra

L-applikant għandu jidentifika l-kundizzjonijiet tal-użu maħsuba tal-vettura u restrizzjonijiet oħra marbuta mat-tip ta' vettura.

Artikolu 21

Identifikazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-konformità

L-applikant għandu jidentifika l-valutazzjonijiet tal-konformità meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2016/797.



KAPITOLU 3

L-IMPENN PRELIMINARI

Artikolu 22

L-impenn preliminari

1.  Meta jitlobhom l-applikant, l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jittrattaw l-applikazzjonijiet tal-impenn preliminari biex jistabbilixxu r-referenzi tal-impenn preliminari qabel ma titressaq applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għal awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. L-applikazzjoni tal-impenn preliminari għandu jressaqha l-applikant formalment bil-punt uniku ta' kuntatt, u magħha jinhemeż fajl li mill-inqas ikun fih l-informazzjoni meħtieġa speċifikata fl-Artikolu 23.

2.  Il-perjodu taż-żmien mill-ħruġ tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 24(2) sas-sottomissjoni tal-applikazzjoni mill-applikant għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għal awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq ma għandux jaqbeż l-84 xahar.

3.  L-għażla tal-entità awtorizzanti li jagħmel l-applikant tal-impenn preliminari għandha tkun vinkolanti, sakemm:

(a) 

l-applikant iressaq l-applikazzjoni kkonċernata għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

(b) 

ikun skada l-perjodu taż-żmien mill-ħruġ tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 24(2) sas-sottomissjoni tal-applikazzjoni mill-applikant għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għal awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq kif speċifikat fil-paragrafu 2; jew

(c) 

l-applikant talab li jintemm l-impenn preliminari.

4.  Jekk waqt l-impenn preliminari, l-applikant ikun jixtieq li tinbidel l-entità awtorizzanti, dan għandu jitlob it-terminazzjoni tal-impenn preliminari eżistenti. Imbagħad l-applikant jista' jibgħat applikazzjoni ġdida tal-impenn preliminari lil entità awtorizzanti ġdida.

5.  L-applikant jista' japplika għal awtorizzazzjoni mill-punt uniku ta' kuntatt fi kwalunkwe ħin matul il-proċess tal-impenn preliminari. F'dan il-każ, il-fażi tal-impenn preliminari tkun intemmet.

6.  F'każ tal-impenn preliminari għandhom jintużaw il-punti stabbiliti fl-Artikolu 41 relatati mal-identifikazzjoni u l-kategorizzazzjoni tal-kwistjonijiet, fid-dawl tal-kwistjonijiet ta' traċċar imqajma mal-applikant mill-entità awtorizzanti u, meta applikabbli, mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu.

Artikolu 23

Il-fajl tal-impenn preliminari

Il-fajl tal-impenn preliminari li jakkumpanja l-applikazzjoni tal-impenn preliminari għandu jkun fih dan li ġej:

(a) 

deskrizzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-vettura maħsuba li jridu jiġu awtorizzati, inkluż meta applikabbli l-varjanti u/jew il-verżjonijiet maħsuba, u deskrizzjoni tal-kompiti u tal-attivitajiet li jtejbuhom;

(b) 

l-għażla mill-applikant tal-entità awtorizzanti u tal-każ(ijiet) tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14;

(c) 

speċifikazzjoni taż-żona tal-użu maħsuba;

(d) 

speċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-użu antiċipati tal-vettura u restrizzjonijiet oħra identifikati skont l-Artikolu 20;

(e) 

l-ippjanar mill-applikant għall-parti tiegħu tal-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, inkluż l-ippjanar li jkopri t-testijiet fuq in-netwerk, meta applikabbli;

(f) 

identifikazzjoni tal-metodoloġija għall-proċess tal-kompilazzjoni tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 13;

(g) 

il-lista tar-regoli u tar-rekwiżiti identifikati mill-applikant bħala dawk li għandhom jiġu applikati skont l-Artikolu 17 għall-Artikolu 18;

(h) 

lista tal-valutazzjonijiet tal-konformità identifikati skont l-Artikolu 21, inkluż il-moduli li għandhom jiġu applikati u l-użu ta' Dikjarazzjonijiet Intermedji ta' Verifika (“ISV”), meta applikabbli;

(i) 

deskrizzjoni tal-arranġamenti prattiċi biex il-vettura tintuża għat-testijiet fuq in-netwerk, meta applikabbli;

(j) 

lista tal-kontenut tad-dokumentazzjoni li l-applikant jantiċipa li jressaq quddiem l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

(k) 

proposta dwar il-lingwa li trid tintuża għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi skont l-Artikolu 10;

(l) 

deskrizzjoni tal-organizzazzjoni tal-applikant mill-parti tiegħu tal-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, inkluż iżda mhux limitata għall-informazzjoni ta' kuntatt tal-applikant, informazzjoni dwar il-persuni ta' kuntatt, it-talbiet biex issir il-koordinazzjoni, u l-laqgħat mal-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu.

Artikolu 24

Ir-referenzi tal-impenn preliminari

1.  Fi żmien xahar mid-data meta tasal l-applikazzjoni tal-impenn preliminari, l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jinformaw lill-applikant li l-fajl tal-impenn preliminari hu komplut jew jitolbu l-informazzjoni supplimentari rilevanti, filwaqt li jistabbilixxu data ta' skadenza raġonevoli biex din tingħata.

2.  Meta l-applikant ikun informat li l-fajl tiegħu jkun komplut, l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom joħorġu opinjoni mill-punt uniku ta' kuntatt dwar l-approċċ propost mill-applikant fl-applikazzjoni tal-impenn preliminari sa mhux aktar tard minn xahrejn wara l-konferma li l-fajl hu komplut. Dik l-opinjoni maħruġa tistabbilixxi r-referenzi tal-impenn preliminari, inkluż determinazzjoni tal-verżjoni tat-TSIs u r-regoli nazzjonali li jridu jiġu applikati għall-applikazzjoni sussegwenti tal-awtorizzazzjoni mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.

3.  Ir-referenzi tal-impenn preliminari għandhom jispeċifikaw liema lingwa għandha tintuża skont l-Artikolu 10.

4.  F'każ ta' bidliet li jaffettwaw il-fajl tal-impenn preliminari u li huma rilevanti għar-referenzi tal-impenn preliminari, l-applikant għandu jibgħat applikazzjoni emendata u aġġornata tal-impenn preliminari li tikkunsidra biss il-bidliet u l-interfaċċi bil-partijiet li ma nbidlux. Dan jista' jiġri fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

bidliet fid-disinn jew fil-metodoloġija tal-valutazzjoni li jirriżultaw mill-kwistjonijiet ewlenin tas-sikurezza;

(b) 

bidliet fir-rekwiżiti ġuridiċi li jinvalidaw ir-referenzi tal-impenn preliminari; jew

(c) 

kwalunkwe bidla introdotta mill-applikant b'mod volontarju;

5.  L-entità awtorizzanti u, meta applikabbli, l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jagħmlu rieżami u joħorġu opinjoni fi żmien (1) xahar dwar l-applikazzjoni emendata u aġġornata tal-impenn preliminari u jirreġistraw dik l-opinjoni fir-referenzi emendati u aġġornati tal-impenn preliminari.



KAPITOLU 4

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 25

Il-valutazzjoni tal-konformità

Kull korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun responsabbli li jiġbor id-dokumenti u jipproduċi r-rapporti kollha meħtieġa u relatati mal-valutazzjonijiet tal-konformità mwettqa skont l-Artikolu 26.

Artikolu 26

It-twettiq tal-verifiki u l-kisba tal-evidenza

1.  Kif ikun japplika skont il-każ tal-awtorizzazzjoni, l-applikant għandu jwettaq il-verifiki meħtieġa biex jistabbilixxi l-evidenza msemmija fl-Anness I.

2.  L-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu m'għandhomx jippreskrivu rekwiżiti biex l-evidenza tiddaħħal fil-fajls tekniċi li jakkumpanjaw id-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi, iżda meta jkun hemm dubju ġustifikat, dawn jistgħu jitolbu lill-applikant biex iwettaq verifiki addizzjonali.

Artikolu 27

It-tiswija tan-nuqqas ta' konformità

1.  It-tiswija tan-nuqqas ta' konformità mat-TSIs u/jew mar-rekwiżiti tar-regoli nazzjonali għandu jagħmilha l-applikant, diment li jkun ingħata l-permess li ma tiġix applikata TSI skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Dan jista' japplika mutatis mutandis għar-regoli nazzjonali meta jkun permess mill-qafas ġuridiku nazzjonali tal-Istat Membru.

2.  Biex jittaffa n-nuqqas ta' konformità, l-applikant jista' jwettaq waħda jew iżjed mill-miżuri li ġejjin:

(a) 

ibiddel id-disinn; f'dan il-każ, il-proċess għandu jibda mill-ġdid mill-kompilazzjoni tar-rekwiżiti stabbilita fl-Artikolu 13, għall-elementi mibdula biss u għal dawk l-elementi affettwati bil-bidla;

(b) 

jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra skont l-Artikolu 20; f'dan il-każ, il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra għandu jiddefinihom l-applikant u għandu jivverifikahom il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità rilevanti.

3.  Il-proposta tal-applikant għall-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra skont l-Artikolu 20 biex jissewwa nuqqas ta' konformità għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjonijiet tal-konformità meħtieġa skont l-Artikolu 25.



KAPITOLU 5

IT-TRESSIQ TAL-APPLIKAZZJONI

Artikolu 28

Il-kisba tal-evidenza għall-applikazzjoni

L-applikant għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għal awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandu jistabbilixxi l-evidenza għall-applikazzjoni billi:

(a) 

jiġbor flimkien id-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi li jiffurmaw il-vettura u jipprovdi l-evidenza, fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-KE, tal-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet tal-konformità magħmula wara li tkun saret l-identifikazzjoni skont l-Artikolu 21;

(b) 

jiżgura li l-interfaċċi bejn is-sottosistemi li mhumiex definiti fit-TSIs u/jew ir-regoli nazzjonali, ikunu koperti mill-kompilazzjoni tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 13 u jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

Artikolu 29

It-tiswir tal-fajl li jakkumpanja l-applikazzjoni

1.  L-applikant għandu jipprepara u jsawwar b'mod strutturat il-kontenut meħtieġ għall-fajl li jakkumpanjaw l-applikazzjoni skont l-Anness I.

2.  Għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1)(b), (c), (d) u (e), l-applikant għandu jivverifika l-validità tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura eżistenti.

3.  Għall-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1)(c) u (d), l-applikant għandu jressaq id-dokumentazzjoni meħtieġa biex l-entità awtorizzanti toħroġ id-deċiżjoni tagħha, inkluż meta disponibbli kull dokumentazzjoni li takkumpanja l-fajl tal-awtorizzazzjoni ta' qabel.

Artikolu 30

Il-kontenut tal-applikazzjoni u l-kompletezza

1.  Biex l-applikazzjoni titqies kompluta mill-entità awtorizzanti u, meta rilevanti, mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I.

2.  Għall-awtorizzazzjoni taż-żona tal-użu estiża msemmija fl-Artikolu 14(1)(c), għandhom japplikaw il-punti li ġejjin:

(a) 

id-dokumentazzjoni li għandha tiżdied mal-fajl sħiħ oriġinali li jakkumpanja d-deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 46 mill-applikant għandha tkun limitata għal aspetti li jikkonċernaw ir-regoli nazzjonali rilevanti u l-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk taż-żona tal-użu estiża;

(b) 

meta l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura oriġinali jkun fiha n-nuqqas ta' applikazzjoni ta' TSIs, l-applikant għandu jżid id-deċiżjonijiet rilevanti għan-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797 li jkopru ż-żona tal-użu estiża, mal-fajl sħiħ oriġinali li jakkumpanja d-deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 46;

(c) 

fil-każ ta' vetturi u/jew tipi ta' vetturi awtorizzati skont id-Direttiva 2008/57/KE jew qabel, l-informazzjoni li jrid iżid l-applikant mal-fajl oriġinali dwar l-aspetti koperti mill-punt (a) għandha tinkludi wkoll ir-regoli nazzjonali applikabbli.

Artikolu 31

Is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mill-punt uniku ta' kuntatt

1.  L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għal awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandu jressaqha formalment l-applikant mid-depożitarju uniku tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796, u għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I.

2.  Meta jressaq l-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għal awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, l-applikant għandu jagħżel l-entità awtorizzanti skont l-Artikolu 21(5) u 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

3.  L-għażla tal-entità awtorizzanti mill-applikant għandha tkun vinkolanti sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq jew dwar ir-rifjut tal-applikazzjoni min-naħa tal-entità awtorizzanti jew l-applikazzjoni tkun intemmet mill-applikant.

4.  Permezz tal-punt uniku ta' kuntatt, il-fajl tal-applikant għandu jiġi rreferit lill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu.



KAPITOLU 6

L-IPPROĊESSAR TAL-APPLIKAZZJONI

Artikolu 32

Verifika tal-kompletezza tal-applikazzjoni

1.  L-entità awtorizzanti għandha tivverifika l-kompletezza tal-informazzjoni u tad-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant fl-applikazzjoni skont l-Artikolu 30.

2.  L-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom:

(a) 

jivverifikaw li ż-żona tal-użu hi speċifikata sew għall-parti tagħhom;

(b) 

iqajmu kwistjonijiet dwar il-kompletezza tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mogħtija għall-valutazzjoni tar-regoli nazzjonali applikabbli kif speċifikat fl-Anness III.

3.  Il-verifika tal-kompletezza msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tikkostitwixxi verifika mill-entità awtorizzanti, u mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, li:

(a) 

l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa msemmija fl-Artikolu 30 ingħataw mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għal awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

(b) 

l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mogħtija jitqiesu rilevanti biex l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu jkunu jistgħu jwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 38 sal-Artikolu 40.

Artikolu 33

Il-konferma tal-applikazzjoni

1.  Il-punt uniku ta' kuntatt għandu jiġġenera konferma awtomatika lill-applikant li l-applikazzjoni tiegħu ġiet irċevuta.

2.  Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni għandha tibda mid-data tal-wasla tal-applikazzjoni.

Artikolu 34

Il-perjodu taż-żmien għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni

1.  L-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jevalwaw, ilkoll għall-parti tagħhom, il-kompletezza tal-applikazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 32 fi żmien xahar wara d-data tal-wasla tal-applikazzjoni. L-entità awtorizzanti għandha tinforma lill-applikant b'dan.

2.  Meta l-applikant ikun infurmat li l-fajl tiegħu hu komplut, id-deċiżjoni finali dwar il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha tittieħed sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-konferma li l-fajl huwa komplut.

3.  Id-deċiżjoni tal-entità awtorizzanti għandha tinħareġ fi żmien xahar wara d-data tal-wasla tal-applikazzjoni fil-każ ta' awtorizzazzjoni konformi mat-tip skont l-Artikolu 14(1)(e).

4.  Meta l-applikant ikun infurmat li l-fajl tiegħu mhuwiex komplut, id-deċiżjoni finali dwar il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha tittieħed sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara s-sottomissjoni tal-informazzjoni nieqsa mill-applikant, diment li l-applikazzjoni ma tkunx defiċjenti fil-qofol tagħha, f'liema każ għandha tiġi rrifjutata.

5.  Waqt il-valutazzjoni, anki jekk l-applikazzjoni hi kompluta kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-entità awtorizzanti jew l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu jistgħu jitolbu informazzjoni supplimentari fi kwalunkwe żmien, filwaqt li jistabbilixxu data ta' skadenza raġonevoli biex din tingħata, mingħajr ma titwaqqaf il-valutazzjoni diment li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.

6.  Meta jkun hemm dubju ġustifikat min-naħa tal-entità awtorizzanti jew tal-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, u l-applikant ikun jeħtieġlu jipprovdi informazzjoni supplimentari, l-entità awtorizzanti tista' tissospendi l-valutazzjoni, u bi qbil debitament irreġistrat mal-applikant, testendi l-perjodu taż-żmien lil hinn minn dak stabbilit fl-Artikolu 21(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797. Il-perjodu taż-żmien biex tingħata l-informazzjoni supplimentari għandu jkun proporzjonat mad-diffikultà biex l-applikant jagħti l-informazzjoni mitluba. Il-valutazzjoni u l-perjodu taż-żmien għandhom jibdew mill-ġdid malli l-applikant jagħti l-informazzjoni mitluba. Fin-nuqqas ta' ftehim mal-applikant, l-entità awtorizzanti jew l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom abbażi tal-informazzjoni disponibbli.

Artikolu 35

Il-komunikazzjoni waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjoni

1.  L-entità awtorizzanti, l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu u l-applikant għandhom jikkomunikaw mill-punt uniku ta' kuntatt fejn jidħlu l-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 41.

2.  L-istatus ta' kull stadju tal-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u r-raġunijiet dokumentati għal dik id-deċiżjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-applikant mill-punt uniku ta' kuntatt.

3.  Il-linji gwida tal-Aġenzija u tal-NSAs għandhom jindikaw l-arranġamenti għall-komunikazzjoni bejniethom u mal-applikant.

Artikolu 36

Il-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-applikazzjoni

1.  L-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jirreġistraw fil-punt uniku ta' kuntatt l-eżiti tal-istadji tal-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi li jkunu involuti fihom, ilkoll għall-parti rispettiva tagħhom tal-valutazzjoni kif applikabbli, inkluż id-dokumenti kollha relatati mal-applikazzjoni dwar dawn li ġejjin:

(a) 

il-wasla;

(b) 

it-trattament;

(c) 

il-valutazzjoni;

(d) 

il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 45;

(e) 

id-deċiżjoni finali għall-ħruġ jew għar-rifjut tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

(f) 

id-dokumentazzjoni finali għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 47.

2.  Id-deċiżjoni finali għall-ħruġ jew għar-rifjut tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha tiġi kkomunikata lill-applikant mill-punt uniku ta' kuntatt.

3.  Għad-dokumenti elenkati fil-paragrafu 1, l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jużaw il-proċess tal-kontroll tad-dokumenti li hemm fil-punt uniku ta' kuntatt.

4.  Meta l-NSAs jużaw sistema tal-ġestjoni tal-informazzjoni biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet indirizzati lilhom, dawn għandhom jittrasferixxu l-informazzjoni rilevanti kollha lejn il-punt uniku ta' kuntatt.

Artikolu 37

Il-koordinazzjoni bejn l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni

1.  Għall-fini tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni, l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jippjanaw, jorganizzaw u jaqblu dwar l-arranġamenti meħtieġa biex jitqiesu l-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali u l-aċċettazzjoni reċiproka msemmija fl-Artikolu 14(10) tad-Direttiva (UE) 2016/797. L-arranġamenti miftiehma għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-entità awtorizzanti u lill-applikant.

2.  L-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jikkoordinaw ma' xulxin biex jindirizzaw il-kwistjonijiet, fosthom iċ-ċirkostanzi, li jaf ikunu jeħtieġu li ssir emenda fl-applikazzjoni u/jew talba għal informazzjoni supplimentari, meta l-għoti tal-informazzjoni supplimentari jħalli impatt fuq il-perjodu taż-żmien għall-valutazzjoni jew għandu l-potenzjal li jħalli impatt fuq ħidmithom, u jaqblu dwar it-triq 'il quddiem.

3.  Meta jikkonkludu l-attivitajiet ta' koordinazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jieħdu d-deċiżjoni, ilkoll għall-parti tagħhom, li jinfurmaw lill-applikant mill-punt uniku ta' kuntatt dwar ċirkostanzi li jaf ikollhom bżonn li ssir emenda fl-applikazzjoni u/jew talba għal informazzjoni supplimentari.

4.  Qabel ma l-entità awtorizzanti tieħu d-deċiżjoni finali tagħha u qabel ma l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu jressqu il-fajls tal-valutazzjoni tagħhom, l-entità awtorizzanti u l-NSAs rilevanti taż-żona tal-użu għandhom:

(a) 

jiddiskutu r-riżultat tal-valutazzjonijiet rispettivi tagħhom; u

(b) 

jaqblu dwar il-kundizzjonijiet tal-użu u restrizzjonijiet oħra u/jew l-esklużjonijiet taż-żona tal-użu li jridu jkunu inklużi fl-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew fl-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

5.  Abbażi tal-eżitu tal-attivitajiet ta' koordinazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-entità awtorizzanti għandha tagħti r-raġunijiet dokumentati tagħha lill-applikant għal din id-deċiżjoni. Waqt li tagħmel dan, din għandha tqis il-fajls tal-valutazzjoni tal-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, imsemmija fl-Artikolu 40(6), dwar il-ħruġ jew ir-rifjut tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, inkluż il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra u/jew l-esklużjonijiet taż-żona tal-użu li jridu jkunu inklużi fl-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew fl-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

6.  L-entità awtorizzanti għandha tqis ir-rekords tal-attivitajiet ta' koordinazzjoni, u dawn għandhom jinżammu fil-punt uniku ta' kuntatt skont l-Artikolu 36.

Artikolu 38

Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni

Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni għandhom jagħmluha l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu biex jistabbilixxu assigurazzjoni raġonevoli li l-applikant u l-atturi li qed jappoġġawh issodisfaw l-obbligi u r-responsabbilitajiet tagħhom fejn jidħlu l-istadji tad-disinn, il-manifattura, il-verifika u l-validazzjoni tal-vettura u/jew tat-tip ta' vettura biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-leġiżlazzjoni applikabbli ħalli dawn ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jkunu jistgħu jintużaw b'mod sikur fiż-żona tal-użu tat-tip ta' vettura skont il-kundizzjonijiet tal-użu u restrizzjonijiet oħra speċifikati fl-applikazzjoni.

Artikolu 39

Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-entità awtorizzanti

1.  L-entità awtorizzanti għandha tivvaluta l-aspetti speċifikati fl-Anness II.

2.  Meta awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tkun trid tinħareġ għal żona tal-użu li hi limitata għan-netwerks fi ħdan Stat Membru wieħed, u meta l-applikant ikun talab li l-NSA tkun l-entità awtorizzanti skont l-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797, minbarra l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-entità awtorizzanti għandha tivvaluta l-aspetti msemmija fl-Anness III. F'dak il-każ, minbarra dawk l-aspetti elenkati fl-Anness III, l-entità awtorizzanti għandha tivverifika wkoll jekk hemmx xi informazzjoni rilevanti rreġistrata skont l-Artikolu 8(2), u għandha tqisha waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjoni. Kull kwistjoni mqajma għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-kwistjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 41.

3.  Meta għall-kompilazzjoni tar-rekwiżiti, l-applikant juża metodoloġija mhux standardizzata, l-entità awtorizzanti għandha tivvaluta l-metodoloġija billi tapplika l-kriterji stabbiliti fl-Anness II.

4.  L-entità awtorizzanti għandha tivverifika l-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza tal-evidenza mill-metodoloġija applikata għall-kompilazzjoni tar-rekwiżiti irrispettivament mill-metodu użat. Għal awtorizzazzjoni ġdida kif speċifikat fl-Artikolu 14(1)(d), il-valutazzjoni mwettqa mill-entità awtorizzanti għandha tkun limitata għall-partijiet mibdula tal-vettura u l-impatti tagħhom fuq il-partijiet tal-vettura li ma jinbidlux. Il-verifiki li għandha tagħmel l-entità awtorizzanti għal awtorizzazzjoni ta' “żona tal-użu estiża” kif speċifikat fl-Artikolu 14(1)(c) għandhom ikunu limitati għar-regoli nazzjonali applikabbli u għall-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk taż-żona tal-użu estiża. L-entità awtorizzanti m'għandhiex tirrepeti l-verifiki li jkunu diġà saru fuq l-awtorizzazzjoni ta' qabel.

5.  Il-fajl tal-valutazzjoni għandha toħorġu l-entità awtorizzanti, u għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(a) 

dikjarazzjoni ċara dwar jekk ir-riżultat tal-valutazzjoni hux negattiv jew pożittiv, għal kull talba tal-applikant għaż-żona tal-użu kkonċernata u, meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu jew restrizzjonijiet;

(a) 

sommarju tal-valutazzjonijiet imwettqa;

(b) 

rapport abbażi tar-reġistru tal-kwistjonijiet għaż-żona tal-użu kkonċernata;

(c) 

lista ta' kontroll mimlija li tagħti evidenza li ġew ivvalutati l-aspetti kollha speċifikati fl-Anness II, u, meta applikabbli, fl-Anness III.

Artikolu 40

Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu

1.  L-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jivvalutaw l-aspetti elenkati fl-Anness III. Il-valutazzjonijiet li jridu jagħmlu l-NSAs taż-żona tal-użu għandhom jikkonċernaw biss ir-regoli nazzjonali rilevanti għaż-żona tal-użu filwaqt li jitqiesu l-arranġamenti miftiehma u msemmija fl-Artikolu 37(1).

2.  Fil-valutazzjoni tal-kompilazzjoni tar-rekwiżiti, l-NSAs taż-żona tal-użu għandhom jivverifikaw il-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza tal-evidenza li jagħti l-applikant mill-metodoloġija applikata għall-kompilazzjoni tar-rekwiżiti.

3.  Għal awtorizzazzjoni ġdida kif speċifikat fl-Artikolu 14(1)(d), il-valutazzjoni mwettqa mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandha tkun limitata għall-partijiet mibdula tal-vettura u l-impatti tagħhom fuq il-partijiet tal-vettura li ma jinbidlux.

4.  Il-verifiki li għandhom jagħmlu l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għal awtorizzazzjoni ta' żona tal-użu estiża kif speċifikat fl-Artikolu 14(1)(c) għandhom ikunu limitati għar-regoli nazzjonali applikabbli u għall-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk taż-żona tal-użu estiża. L-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu m'għandhomx jirrepetu l-verifiki li jkunu diġà saru fuq l-awtorizzazzjoni ta' qabel.

5.  B'konformità mal-Artikoli 6 u 14 tad-Direttiva (UE) 2016/797, minbarra dawk l-aspetti speċifikati fl-Anness III, l-NSAs taż-żona tal-użu għandhom jivverifikaw jekk hemmx xi informazzjoni rilevanti rreġistrata skont l-Artikolu 8(2), u għandhom iqisu dan fil-valutazzjoni tal-applikazzjoni. Kull kwistjoni mqajma għandha titniżżel fir-reġistru tal-kwistjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 41.

6.  Il-fajl tal-valutazzjoni għandhom joħorġuh l-NSAs taż-żona tal-użu, u għandu jinkludi dan li ġej:

(a) 

dikjarazzjoni ċara dwar jekk ir-riżultat tal-valutazzjoni hux negattiv jew pożittiv, għal kull talba tal-applikant għaż-żona tal-użu kkonċernata u, meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu jew restrizzjonijiet;

(b) 

sommarju tal-valutazzjonijiet imwettqa;

(c) 

rapport abbażi tar-reġistru tal-kwistjonijiet għaż-żona tal-użu kkonċernata;

(d) 

lista ta' kontroll mimlija li tagħti evidenza li ġew ivvalutati l-aspetti kollha speċifikati fl-Anness III.

Artikolu 41

Il-kategorizzazzjoni tal-kwistjonijiet

1.  L-entità awtorizzanti u, meta applikabbli, l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, għandhom jirreġistraw il-kwistjonijiet identifikati waqt il-valutazzjoni tagħhom tal-fajl tal-applikazzjoni fir-reġistru tal-kwistjonijiet u jikkategorizzahom kif ġej:

(a)

“tat-tip 1” : kwistjonijiet li jeħtieġu r-reazzjoni tal-applikant għall-fehim tal-fajl tal-applikazzjoni;

(b)

“tat-tip 2” : kwistjonijiet li jistgħu jwasslu għal emenda fil-fajl tal-applikazzjoni jew għal azzjoni minuri mill-applikant; l-azzjoni li trid tittieħed għandha titħalla għall-ġudizzju tal-applikant u m'għandhiex twaqqaf il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

(c)

“tat-tip 3” : kwistjonijiet li jeżiġu emenda fil-fajl tal-applikazzjoni mill-applikant iżda li ma jwaqqfux il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq b'kundizzjonijiet addizzjonali u/jew aktar restrittivi tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra meta mqabbla ma' dawk speċifikati mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu, iżda l-kwistjonijiet iridu jiġu indirizzati biex tinħareġ l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq; kull azzjoni li jrid iwettaq l-applikant biex issolvi l-kwistjoni għandha tiġi proposta mill-applikant u għandha tiġi miftiehma mal-parti li identifikat il-kwistjoni;

(d)

“tat-tip 4” : kwistjonijiet li jeżiġu emenda fil-fajl tal-applikazzjoni mill-applikant; l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq m'għandhomx jingħataw sakemm tissolva l-kwistjoni; kull azzjoni li jrid iwettaq l-applikant biex issolvi l-kwistjoni għandha tiġi proposta mill-applikant u għandha tiġi miftiehma mal-parti li identifikat il-kwistjoni. Il-kwistjonijiet tat-tip 4 għandhom jinkludu b'mod partikolari n-nuqqas ta' konformità skont l-Artikolu 26(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

2.  Wara r-reazzjoni jew l-azzjoni meħuda mill-applikant skont il-kwistjoni, l-entità awtorizzanti jew l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jevalwaw mill-ġdid il-kwistjonijiet li identifikaw, jerġgħu jikklassifikawhom meta dan ikun rilevanti, u jassenjaw status minn dawn li ġejjin għal kull waħda mill-kwistjonijiet identifikati:

(a) 

“kwistjoni pendenti” jekk l-evidenza mogħtija mill-applikant ma tkunx sodisfaċenti u jkun jonqosha informazzjoni addizzjonali;

(b) 

“kwistjoni magħluqa” meta l-applikant ikun ta reazzjoni xierqa u ma jkun baqa' l-ebda ħjiel ta' tħassib.

Artikolu 42

Dubju ġustifikat

1.  Meta jkun hemm dubju ġustifikat, l-entità awtorizzanti u/jew l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu jistgħu jagħżlu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

iwettqu verifika rigoruża u dettaljata tal-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni;

(b) 

jitolbu informazzjoni supplimentari mingħand l-applikant;

(c) 

jitolbu li l-applikant iwettaq testijiet fuq in-netwerk.

2.  It-talba tal-entità awtorizzanti u/jew tal-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jispeċifikaw il-kwistjoni li teħtieġ l-azzjoni tal-applikant, iżda m'għandhomx jispeċifikaw in-natura jew il-kontenut tal-azzjonijiet korrettivi li jrid iwettaq l-applikant. L-applikant għandu jiddeċiedi dwar x'inhu l-aktar mod xieraq għalih biex jirreaġixxi għat-talba tal-entità awtorizzanti u/jew tal-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu.

3.  L-entità awtorizzanti għandha tikkoordina mal-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu fejn jidħlu l-azzjonijiet proposti mill-applikant.

4.  L-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu għandhom jużaw, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 35, ir-reġistru tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 41 biex jittrattaw kull dubju ġustifikat. Kull dubju ġustifikat għandu dejjem:

(a) 

jiġi kklassifikat bħala kwistjoni tat-tip 4 skont l-Artikolu 41(1)(d);

(b) 

ikun akkumpanjat minn ġustifikazzjoni; u

(c) 

jinkludi deskrizzjoni ċara tal-kwistjoni li teħtieġ ir-reazzjoni tal-applikant.

5.  Jekk l-applikant jaqbel li jipprovdi informazzjoni supplimentari, skont il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, meta jintalab mill-entità awtorizzanti u/jew mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, l-iskeda taż-żmien għall-għoti ta' dik l-informazzjoni supplimentari għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 34(5) u l-Artikolu 34(6).

6.  Meta hu possibbli li jitneħħa dubju ġustifikat billi jiddaħħlu kundizzjonijiet addizzjonali u/jew aktar restrittivi tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra meta mqabbla ma' dawk speċifikati mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu u l-applikant jaqbel ma' dan, l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tista' tinħareġ b'dawn il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra.

7.  Meta l-applikant ma jkunx jaqbel li jagħti aktar informazzjoni biex jitneħħa d-dubju ġustifikat imqajjem mill-entità awtorizzanti u/jew milll-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, l-entità awtorizzanti għandha tieħu deċiżjoni skont l-informazzjoni disponibbli.

Artikolu 43

Il-verifiki li trid tagħmel l-entità awtorizzanti dwar il-valutazzjonijiet imwettqa mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu

1.  L-entità awtorizzanti għandha tivverifika jekk il-valutazzjonijiet tal-NSAs taż-żona tal-użu humiex konsistenti bejniethom fejn jidħlu r-riżultati tal-valutazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 40(6)(a).

2.  Meta r-riżultat tal-verifika msemmija fil-paragrafu 1 juri li l-valutazzjonijiet tal-NSAs taż-żona tal-użu huma konsistenti, l-entità awtorizzanti għandha tivverifika li:

(a) 

il-listi ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 40(6)(d) ikunu mtlew kompletament;

(b) 

ikunu ngħalqu l-kwistjonijiet rilevanti kollha.

3.  Meta r-riżultat tal-verifika fil-paragrafu 1 juri li l-valutazzjonijiet mhumiex konsistenti, l-entità awtorizzanti għandha titlob lill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu biex ikomplu jistħarrġu r-raġunijiet. Minħabba din l-investigazzjoni, għandhom japplikaw waħda jew it-tnejn minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-entità awtorizzanti tista' tagħmel rieżami tal-valutazzjoni tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 39;

(b) 

l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu jistgħu jagħmlu rieżami tal-valutazzjoni tagħhom.

4.  L-eżiti tal-investigazzjonijiet tal-NSAs taż-żona tal-użu msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu skambjati ma' kull NSA taż-żona tal-użu involuta fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għall-awtorizzazzjoni tal-vettura.

5.  Meta lista ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 2(a) ma tkunx kompluta jew meta jkun hemm kwistjonijiet pendenti skont il-paragrafu 2(b), l-entità awtorizzanti għandha titlob lill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu biex ikomplu jistħarrġu r-raġunijiet.

6.  L-NSAs taż-żona tal-użu għandhom jipprovdu reazzjonijiet għat-talbiet tal-entità awtorizzanti fejn jidħlu l-inkonsistenzi fil-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, in-nuqqasijiet fil-kompletezza tal-listi ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 2(a) u/jew kwistjonijiet pendenti skont il-paragrafu 2(b). L-entità awtorizzanti għandha tqis għalkollox il-valutazzjonijiet tal-NSAs taż-żona tal-użu li jikkonċernaw ir-regoli nazzjonali applikabbli. Il-firxa tal-kontrolli mwettqa mill-entità awtorizzanti għandha tkun limitata għall-konsistenza tal-valutazzjonijiet u għall-kompletezza tal-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

7.  Jekk ikun hemm nuqqas ta' qbil bejn l-entità awtorizzanti u l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu, għandha tiġi applikata l-proċedura tal-arbitraġġ imsemmija fl-Artikolu 21(7) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

Artikolu 44

Arbitraġġ skont l-Artikolu 21(7) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-Artikolu 12(4)(b) tar-Regolament (UE) 2016/796

Meta l-Aġenzija taġixxi bħala l-entità awtorizzanti, din tista' tissospendi l-proċess tal-awtorizzazzjoni, b'konsultazzjoni mal-NSAs taż-żona tal-użu, matul il-koperazzjoni meħtieġa biex tinkiseb valutazzjoni aċċettabbli reċiprokament u meta applikabbli, sakemm il-Bord tal-Appell jieħu deċiżjoni, fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 21(7) tad-Direttiva (UE) 2016/797. L-Aġenzija għandha tagħti lill-applikant ir-raġunijiet għas-sospensjoni.

Artikolu 45

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni

1.  L-entità awtorizzanti għandha tiżgura li l-proċess tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni jkun sar sew billi twettaq verifika b'mod indipendenti li:

(a) 

l-istadji differenti tal-proċess tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni ġew applikati sew;

(b) 

hemm biżżejjed evidenza li turi li ġew ivvalutati l-aspetti rilevanti kollha tal-applikazzjoni;

(c) 

ir-reazzjonijiet bil-miktub tal-kwistjonijiet tat-tip 3 u tat-tip 4 u t-talbiet għal informazzjoni supplimentari waslu mingħand l-applikant;

(d) 

il-kwistjonijiet tat-tip 3 u tat-tip 4 issolvew kollha jew ma ssolvewx, flimkien ma' raġunijiet dokumentati b'mod ċar;

(e) 

il-valutazzjonijiet u d-deċiżjonijiet meħuda jiġu dokumentati u jkunu ġusti u konsistenti;

(f) 

il-konklużjonijiet li jsiru jkunu bbażati fuq il-fajls tal-valutazzjoni u jirriflettu l-valutazzjoni inġenerali.

2.  Meta jiġi konkluż li l-proċess tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni jkun ġie applikat sew, il-konferma tal-applikazzjoni korretta tal-paragrafu 1 flimkien ma' xi kummenti għandhom ikunu biżżejjed.

3.  Meta jiġi konkluż li l-proċess tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni ma jkunx ġie applikat sew, ir-raġunijiet għal dik il-konklużjoni għandhom ikunu ċari u speċifiċi.

4.  Fil-konklużjoni tal-attivitajiet tal-valutazzjoni, l-entità awtorizzanti għandha timla fajl tal-valutazzjoni li jkopri l-paragrafi 2 jew 3 skont il-fajls tal-valutazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 39(5) u l-Artikolu 40(6).

5.  L-entità awtorizzanti għandha tagħti r-raġunijiet dokumentati għall-konklużjoni tagħha fil-fajl tal-valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.

Artikolu 46

Deċiżjoni favur l-awtorizzazzjoni jew ir-rifjut tal-applikazzjoni

1.  L-entità awtorizzanti għandha tieħu d-deċiżjoni li toħroġ awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq jew li tirrifjuta l-applikazzjoni fi żmien ġimgħa wara li tintemm il-valutazzjoni mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed skont ir-raġunijiet dokumentati msemmija fl-Artikolu 45(5).

2.  L-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandha toħroġhom l-entità awtorizzanti meta l-valutazzjoni tal-aspetti elenkati fl-Anness II u meta l-Anness III applikabbli jkun favur assigurazzjoni raġonevoli li l-applikant u l-atturi li qed jappoġġawh issodisfaw ir-responsabbilitajiet tagħhom kemm meħtieġ, b'konformità mal-Artikolu 38.

3.  Jekk, wara l-valutazzjoni tal-aspetti elenkati fl-Anness II u meta applikabbli l-Anness III ma tkunx favur assigurazzjoni raġonevoli li l-applikant u l-atturi li qed jappoġġawh issodisfaw l-obbligi u r-responsabbilitajiet tagħhom kemm meħtieġ, b'konformità mal-Artikolu 38, l-entità awtorizzanti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni.

4.  Fid-deċiżjoni tagħha, l-entità awtorizzanti għandha tiddikjara dan li ġej:

(a) 

kull kundizzjoni tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra

(b) 

ir-raġunijiet għad-deċiżjoni;

(c) 

il-possibbiltà u l-mezz ta' appell għad-deċiżjoni u l-limiti taż-żmien rilevanti.

5.  Il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra għandhom jiġu definiti skont il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tat-tip ta' vettura.

6.  Id-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni m'għandux ikun fiha kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra limitati bil-ħin, sakemm ma jiġux issodisfati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

id-deċiżjoni tkun meħtieġa għax il-konformità mat-TSIs u/jew mar-regoli nazzjonali ma tistax tiġi pprovata qabel tinħareġ l-awtorizzazzjoni; u/jew

(b) 

it-TSIs u/jew ir-regoli nazzjonali jkunu jeħtieġu li l-applikant jipproduċi stima plawżibbli tal-konformità.

Imbagħad l-awtorizzazzjoni tkun tista' tinkludi kundizzjoni li l-użu reali juri l-prestazzjoni skont l-istimi f'perjodu taż-żmien speċifikat.

7.  Id-deċiżjoni finali li tinħareġ l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq jew li l-applikazzjoni tiġi rifjutata għandha tiġi rreġistrata fil-punt uniku ta' kuntatt u tiġi kkomunikata flimkien mal-fajls tal-valutazzjoni mill-punt uniku ta' kuntatt lill-applikant u lill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu.

8.  Meta d-deċiżjoni tirrifjuta l-applikazzjoni jew tagħti l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq soġġetti għal kundizzjonijiet differenti tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra meta mqabbla ma' dawk speċifikati mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu, l-applikant jista' jitlob li l-entità awtorizzanti tagħmel rieżami tad-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 51 ta' dan ir-Regolament. Jekk l-applikant ma jkunx sodisfatt bir-reazzjoni tal-entità awtorizzanti, dan jista' jressaq appell quddiem l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva (UE) 2016/797.



KAPITOLU 7

ID-DOKUMENTAZZJONI FINALI

Artikolu 47

Id-dokumentazzjoni finali għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq

1.  Awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandu jkollhom l-għamla ta' dokument li jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 48 u/jew l-Artikolu 49.

2.  L-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġin għandhom jiġu assenjati numru ta' identifikazzjoni Ewropew (“EIN”) uniku li l-istruttura u l-kontenut tiegħu jiġu definiti u amministrati mill-Aġenzija.

3.  L-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq jistgħu jkunu jinkludu kundizzjonijiet differenti tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra meta mqabbla ma' dawk speċifikati mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu.

4.  L-entità awtorizzanti għandha tiddata u debitament tiffirma l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

5.  L-entità awtorizzanti għandha tiżgura li d-deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 46 u l-fajl sħiħ li jakkumpanja dik id-deċiżjoni jiġu arkivjati skont l-Artikolu 52.

Artikolu 48

L-informazzjoni fl-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura maħruġa

L-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura maħruġa mill-entità awtorizzanti għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-bażi ġuridika li tagħti s-setgħa lill-entità awtorizzanti biex toħroġ l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura;

(b) 

identifikazzjoni ta':

(i) 

l-entità awtorizzanti;

(ii) 

l-applikazzjoni;

(iii) 

il-każ tal-awtorizzazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 14;

(iv) 

l-applikant tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura;

(v) 

l-EIN assoċjat mal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura.

(c) 

identifikazzjoni tal-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tat-tip ta' vettura:

(i) 

iddikjarati fiċ-ċertifikati tat-tip u/jew tal-eżami tad-disinn;

(ii) 

iż-żona tal-użu tal-vettura;

(iii) 

il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra;

(iv) 

ir-referenza, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013, inkluż l-identifikazzjoni tad-dokument u l-verżjoni, għad-dikjarazzjoni bil-miktub mill-proponent imsemmija fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament (UE) Nru 402/2013, li tkopri t-tip ta' vettura.

(d) 

Identifikazzjoni ta':

(i) 

l-ID tat-tip ta' vettura, skont l-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE ( 2 );

(ii) 

il-varjanti tat-tip ta' vettura, meta applikabbli;

(iii) 

il-verżjonijiet tat-tip ta' vettura, meta applikabbli;

(iv) 

il-valuri tal-parametri stabbiliti fit-TSIs u, meta applikabbli, fir-regoli nazzjonali, għall-verifika tal-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u ż-żona tal-użu;

(v) 

il-konformità tat-tip ta' vettura mat-TSIs rilevanti u s-settijiet tar-regoli nazzjonali, b'rabta mal-parametri msemmija fil-paragrafu 1(d)(iv).

(e) 

referenza għad-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi;

(f) 

referenza għal liġi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali li magħha hu konformi t-tip ta' vettura;

(g) 

referenza għar-raġunijiet dokumentati għad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 45(5);

(h) 

id-data u l-post tad-deċiżjoni biex tinħareġ l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura;

(i) 

il-firmatarju tad-deċiżjoni biex tinħareġ l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura; u

(j) 

il-possibbiltà u l-mezz ta' appell għad-deċiżjoni u l-limiti taż-żmien rilevanti, inkluż l-informazzjoni dwar il-proċess nazzjonali tal-appell.

Artikolu 49

L-informazzjoni fl-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġa

L-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġa mill-entità awtorizzanti għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-bażi ġuridika li tagħti s-setgħa lill-entità awtorizzanti biex toħroġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

(b) 

identifikazzjoni ta':

(i) 

l-entità awtorizzanti;

(ii) 

l-applikazzjoni;

(iii) 

il-każ tal-awtorizzazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 14;

(iv) 

l-applikant tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

(v) 

l-EIN assoċjat mal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

(c) 

referenza għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura fl-ERATV, inkluż l-informazzjoni dwar il-varjant tat-tip ta' vettura u/jew il-verżjoni tat-tip ta' vettura, meta applikabbli;

(d) 

identifikazzjoni ta':

(i) 

il-vetturi;

(ii) 

iż-żoni tal-użu;

(iii) 

il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra.

(e) 

referenza għad-dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE għas-sottosistemi;

(f) 

referenza għal liġi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali li magħha hi konformi l-vettura;

(g) 

referenza għar-raġunijiet dokumentati għad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 45(5);

(h) 

f'każ ta' awtorizzazzjoni konformi mat-tip skont l-Artikolu 14(1)(e), ir-referenza għad-dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip ta' vettura awtorizzat, inkluż informazzjoni dwar il-verżjoni tat-tip ta' vettura u/jew il-varjant tat-tip ta' vettura, meta applikabbli;

(i) 

id-data u l-post tad-deċiżjoni biex tinħareġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq;

(j) 

il-firmatarju tad-deċiżjoni biex tinħareġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq; u

(k) 

il-possibbiltà u l-mezz ta' appell għad-deċiżjoni u l-limiti taż-żmien rilevanti, inkluż l-informazzjoni dwar il-proċess nazzjonali tal-appell.

Artikolu 50

Ir-reġistrazzjoni fl-ERATV u fl-ERADIS

1.  Ir-reġistru tal-ERATV għandha timlieh l-entità awtorizzanti billi tuża l-informazzjoni li ta l-applikant bħala parti mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura. L-applikant għandu jkun responsabbli għall-integrità tad-dejta mogħtija lill-entità awtorizzanti. L-entità awtorizzanti għandha tkun responsabbli biex tivverifika l-konsistenza tad-dejta mogħtija mill-applikant u tagħmel l-entrata tal-ERATV disponibbli għall-pubbliku.

2.  L-entità awtorizzanti għandha tiżgura li l-Bażi tad-Dejta tal-Interoperabbiltà u s-Sikurezza tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (“l-ERADIS”) ġiet aġġornata kif xieraq qabel ma tagħti awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq.

3.  Għal bidliet skont l-Artikolu 15(1)(c) u 15(3), l-entità awtorizzanti għandha tirreġistra fl-ERATV il-verżjoni ġdida tat-tip ta' vettura jew il-verżjoni ġdida tal-varjant tat-tip ta' vettura, billi tuża l-informazzjoni li ta d-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura. Id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura hu responsabbli għall-integrità tad-dejta mogħtija lill-entità awtorizzanti. L-entità awtorizzanti għandha tkun responsabbli biex tivverifika l-konsistenza tad-dejta mogħtija mid-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura, u tagħmel l-entrata tal-ERATV disponibbli għall-pubbliku.

Sakemm tiġi konkluża r-reġistrazzjoni tal-verżjoni ġdida tat-tip ta' vettura jew tal-verżjoni ġdida tal-varjant tat-tip ta' vettura, il-vetturi modifikati biex ikunu konformi mal-verżjoni ġdida jistgħu diġà jitħaddmu mingħajr dewmien.

Artikolu 51

Rieżami skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva (UE) 2016/797

1.  Meta d-deċiżjoni tal-entità awtorizzanti jkollha rifjut jew kundizzjonijiet differenti tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra meta mqabbla ma' dawk speċifikati mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu, l-applikant jista' jitlob li jsir rieżami tad-deċiżjoni fi żmien xahar mid-data meta tasal. Dik it-talba għandu jippreżentaha l-applikant mill-punt uniku ta' kuntatt.

2.  It-talba għal rieżami għandha tinkludi lista ta' kwistjonijiet li, skont l-applikanti, ma tqisux kif xieraq matul il-proċess tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi.

3.  Kull informazzjoni supplimentari li ġiet żviluppata u ppreżentata mill-punt uniku ta' kuntatt wara d-data tal-ħruġ tad-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni m'għandhiex tkun ammissibbli bħala evidenza.

4.  L-entità awtorizzanti, meta applikabbli, b'koordinazzjoni mal-NSAs rilevanti taż-żona tal-użu, għandha tiżgura l-imparzjalità tal-proċess tar-rieżami.

5.  Il-proċess tar-rieżami għandu jindirizza l-kwistjonijiet li jiġġustifikaw id-deċiżjoni negattiva tal-entità awtorizzanti skont it-talba tal-applikant.

6.  Meta l-Aġenzija taġixxi bħala l-entità awtorizzanti, kull deċiżjoni li tbiddel jew li ma tbiddilx id-deċiżjoni tagħha għandha tkun soġġetta għal rieżami b'koordinazzjoni mal-NSAs rilevanti taż-żona tal-użu, meta applikabbli.

7.  L-entità awtorizzanti għandha tikkonferma jew tirrevoka l-ewwel deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba għal rieżami. Dik id-deċiżjoni għandha tintbagħat lill-partijiet rilevanti mill-punt uniku ta' kuntatt.

Artikolu 52

L-arkivjar tad-deċiżjoni u tal-fajl sħiħ li jakkumpanja d-deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 46

1.  Id-deċiżjoni u l-fajl sħiħ li jakkumpanja d-deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 46 għandhom jintrefgħu fil-punt uniku ta' kuntatt għal mill-inqas 15-il sena.

2.  Il-fajl sħiħ li jakkumpanja d-deċiżjoni tal-entità awtorizzanti maħruġa skont l-Artikolu 46 għandu jinkludi d-dokumenti kollha użati mill-entità awtorizzanti u l-fajls tal-valutazzjoni tal-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu.

3.  Wara l-iskadenza tal-perjodu taż-żmien ta' ritenzjoni stabbilit fil-paragrafu 1, id-deċiżjoni mogħtija skont l-Artikolu 46 għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, u l-fajl sħiħ li jakkumpanja d-deċiżjoni għandhom jiġu trasferiti lejn arkivji storiċi u jinżammu għal perjodu ta' ħames snin wara li tintemm il-ħajja operattiva tal-vettura, kif irreġistrata fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797.



KAPITOLU 8

SOSPENSJONI JEW REVOKA JEW EMENDA TA' AWTORIZZAZZJONI MAĦRUĠA

Artikolu 53

Sospensjoni, revoka jew emenda ta' awtorizzazzjoni maħruġa

1.  L-entità awtorizzanti tista' tapplika miżuri temporanji ta' sikurezza bl-għamla ta' sospensjoni ta' awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura skont l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

2.  Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 26(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u wara rieżami tal-miżuri meħuda biex jindirizzaw ir-riskju serju għas-sikurezza, l-entità awtorizzanti li ħarġet l-awtorizzazzjoni tista' tiddeċiedi li tirrevoka jew temenda l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 26(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

3.  L-applikant jista' jressaq appell kontra d-deċiżjoni li tirrevoka jew temenda awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 26(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

4.  L-entità awtorizzanti għandha tinforma lill-Aġenzija meta jkun hemm deċiżjoni li tirrevoka jew temenda awtorizzazzjoni, u għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. L-Aġenzija għandha tinforma lill-NSAs kollha bid-deċiżjoni li tirrevoka jew temenda awtorizzazzjoni, u għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni.

Artikolu 54

L-effett ta' sospensjoni jew revoka jew emenda ta' awtorizzazzjoni maħruġa fuq ir-reġistrazzjoni fl-ERATV, fl-ERADIS u fir-Reġistri tal-vettura

1.  Meta l-entità awtorizzanti tieħu deċiżjoni biex tirrevoka, tissospendi jew temenda awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura, għandha taġġorna r-reġistru tal-ERATV skont dan, soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797, u għandha tiżgura li l-ERADIS jiġi aġġornat kif xieraq.

2.  L-Istat Membru fejn il-vettura hi rreġistrata għandu jiżgura li kull deċiżjoni li tirrevoka jew temenda awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq tkun riflessa fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797.



KAPITOLU 9

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 55

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.  Meta NSA tagħraf li mhux se tkun tista' toħroġ awtorizzazzjoni tal-vettura skont id-Direttiva 2008/57/KE qabel id-data rilevanti fl-Istat Membru kkonċernat, għandha tinforma lill-applikant u lill-Aġenzija minnufih.

2.  Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-applikant għandu jiddeċiedi jekk għandux jibqa' jiġi vvalutat mill-NSA jew jekk għandux iressaq applikazzjoni lill-Aġenzija. L-applikant għandu jinforma lit-tnejn li huma u għandu japplika dan li ġej:

(a) 

jekk l-applikant ikun iddeċieda li jressaq applikazzjoni lill-Aġenzija, l-NSA għandha tittrasferixxi l-fajl tal-applikazzjoni u r-riżultati tal-valutazzjoni tagħha lill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha taċċetta l-valutazzjoni tal-NSA;

(b) 

jekk l-applikant ikun iddeċieda li jkompli mal-NSA, l-NSA għandha tiffinalizza l-valutazzjoni tal-applikazzjoni u tiddeċiedi dwar il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u dan ir-Regolament.

3.  Meta ż-żona tal-użu ma tkunx limitata għal Stat Membru wieħed, l-entità awtorizzanti għandha tkun l-Aġenzija u tiġi applikata l-proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

4.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-applikant għandu jressaq applikazzjoni riveduta għal awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq mill-punt uniku ta' kuntatt, skont dan ir-Regolament. Meta jkun qed jissupplimenta l-fajl, l-applikant jista' jitlob l-għajnuna tal-entitajiet awtorizzanti involuti.

▼M1

4a.  Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, f’dawk l-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u meta d-Direttiva (UE) 2016/797 għandha tapplika mis-16 ta’ Ġunju 2020, l-NSA għandha, wara talba tal-applikant, tkompli l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tat-tip ta’ vettura jew għal awtorizzazzjoni ta’ vettura għat-tqegħid fis-suq skont id-Direttiva 2008/57/KE, wara s-16 ta’ Ġunju 2020, diment li din toħroġ l-awtorizzazzjoni tat-tip tal-vettura u/jew l-awtorizzazzjoni tal-vettura qabel it-30 ta’ Ottubru 2020.

Meta NSA tagħraf li mhux se tkun tista’ toħroġ awtorizzazzjoni tat-tip ta’ vettura u/jew awtorizzazzjoni ta’ vettura qabel it-30 ta’ Ottubru 2020, din għandha tinforma lill-applikant u lill-Aġenzija minnufih u għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 4.

▼B

5.  Awtorizzazzjoni ta' vettura u/jew awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura maħruġin mill-Aġenzija bejn is-16 ta' Ġunju 2019 u s-16 ta' Ġunju 2020 għandhom jeskludu n-netwerk(s) f'kull Stat Membru li nnotifika lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u li għadhom ma ttrasponewx dik id-Direttiva u ma daħħlux fis-seħħ il-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni tagħha. L-NSAs tal-Istati Membri li jkunu għamlu din in-notifika għandhom:

(a) 

jittrattaw awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura maħruġa mill-Aġenzija bħala ekwivalenti għall-awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura maħruġin skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/57/KE, u japplikaw il-paragrafu 3 tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/57/KE fejn jidħol dan it-tip ta' vettura;

(b) 

jaċċettaw awtorizzazzjoni ta' vettura maħruġa mill-Aġenzija bħala ekwivalenti għall-ewwel awtorizzazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 22 jew l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2008/57/KE, u joħorġu awtorizzazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 23 jew l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2008/57/KE.

▼M1

5a.  Awtorizzazzjoni ta’ vettura u/jew awtorizzazzjoni tat-tip ta’ vettura maħruġa mill-Aġenzija bejn is-16 ta’ Ġunju 2020 u t-30 ta’ Ottubru 2020 għandha teskludi n-netwerk jew in-netwerks fi kwalunkwe Stat Membru li nnotifika lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/797. L-NSAs tal-Istati Membri li għamlu din in-notifika għandhom:

(a) 

jittrattaw awtorizzazzjoni tat-tip ta’ vettura maħruġa mill-Aġenzija bħala ekwivalenti għall-awtorizzazzjonijiet tat-tip ta’ vettura maħruġin skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/57/KE, u japplikaw il-paragrafu 3 tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/57/KE fir-rigward ta’ din it-tip ta’ vettura;

(b) 

jaċċettaw awtorizzazzjoni ta’ vettura maħruġa mill-Aġenzija bħala ekwivalenti għall-ewwel awtorizzazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 22 jew l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2008/57/KE, u joħorġu awtorizzazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 23 jew l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2008/57/KE.

▼M1

6.  Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafi 5 u 5a, l-NSA għandha tikkopera u tikkoordina mal-Aġenzija biex issir valutazzjoni tal-elementi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

▼B

7.  Il-vaguni tal-merkanzija li huma konformi mal-paragrafu 7.1.2. tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 (tal-WAG TSI) u li għandhom awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq għandhom jiġu trattati bejn is-16 ta' Ġunju 2019 u s-16 ta' Ġunju 2020 bħala vettura b'awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz għall-finijiet tad-Direttiva 2008/57/KE, mill-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u li għadhom ma ttrasponewx dik id-Direttiva u ma daħħlux fis-seħħ il-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni tagħha.

▼M1

7a.  Il-vaguni tal-merkanzija konformi mal-paragrafu 7.1.2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 321/2013 tad-WAG TSI u b’awtorizzazzjoni ta’ vettura għat-tqegħid fis-suq għandhom jiġu ttrattati bejn is-16 ta’ Ġunju 2020 u t-30 ta’ Ottubru 2020 bħala vetturi b’awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz għall-fini tad-Direttiva 2008/57/KE mill-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

8.  Bejn is-16 ta’ Ġunju 2020 u t-30 ta’ Ottubru 2020, fl-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-applikanti għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta’ vettura jew ta’ awtorizzazzjoni tat-tip għall-finijiet tad-Direttiva 2008/57/KE jistgħu jissottomettu fajl lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, li jkun jikkonċerna vettura jew tip ta’ vettura, imfassal skont l-Artikoli 29(1) u 30(1) u skont l-Anness I.

L-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta’ vettura jew ta’ awtorizzazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament għandhom jiġu aċċettati mill-NSA għall-finijiet tad-Direttiva 2008/57/KE.

▼B

Artikolu 56

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M1

Dan għandu japplika mis-16 ta’ Ġunju 2019 fl-Istati Membri li ma nnotifikawx lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

Għandu japplika mis-16 ta’ Ġunju 2020 fl-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u f’dawk li ma nnotifikawx lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

L-Artikoli 55(5a) u 55(7a) għandhom japplikaw mis-16 ta’ Ġunju 2020 fl-Istati Membri kollha.

L-Artikolu 55(8) għandu japplika mis-16 ta’ Ġunju 2020 fl-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2a) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

Dan ir-Regolament għandu japplika fl-Istati Membri kollha mill-31 ta’ Ottubru 2020.

▼B

Madankollu, l-Artikolu 55(1) għandu japplika fl-Istati Membri kollha mis-16 ta' Frar 2019. Il-miżuri ta' faċilitazzjoni previsti fl-Artikolu 55(2), (3), (4) u (6) għandhom isiru disponibbli mis-16 ta' Frar 2019. L-Artikolu 55(5) għandu japplika fl-Istati Membri kollha mis-16 ta' Ġunju 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Il-kontenut tal-applikazzjoni

(M) tfisser informazzjoni li l-applikant irid iressaq.
(O) tfisser informazzjoni li l-applikant mhux obbligat iressaq.

1.    It-tip tal-applikazzjoni (M):

1.1. 

Awtorizzazzjoni tat-tip

(a) 

Varjanti tat-tip ta' vettura (meta applikabbli)

(b) 

Verżjonijiet tat-tip ta' vettura (meta applikabbli)

1.2. 

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

(a) 

Vettura waħda; jew

(b) 

Serje ta' vetturi

2.    Il-każ tal-awtorizzazzjoni (M):

2.1. 

L-ewwel awtorizzazzjoni

2.2. 

Awtorizzazzjoni ġdida

2.3. 

Żona tal-użu estiża

2.4. 

Awtorizzazzjoni tat-tip imġedda

2.5. 

Awtorizzazzjoni konformi mat-tip

3.    Iż-żona tal-użu (M):

3.1. 

L-Istati Membri

3.2. 

Netwerks (għal kull Stat Membru)

3.3. 

Stazzjonijiet b'karatteristiċi simili tan-netwerks fi Stati Membri ġirien, meta dawk l-istazzjonijiet ikunu qrib il-fruntiera, kif speċifikat fl-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797 (meta applikabbli)

3.4. 

Definizzjoni taż-żona tal-użu estiża (applikabbli biss għall-każ tal-awtorizzazzjoni “Żona tal-użu estiża”)

3.5. 

In-netwerk kollu tal-UE

4.    L-awtorità tal-ħruġ (M):

4.1. 

L-Aġenzija; jew

4.2. 

L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tal-Istat Membru (applikabbli biss jekk iż-żona tal-użu tkun limitata għal Stat Membru wieħed u jekk tintalab mill-applikant kif speċifikat fl-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797)

5.    Informazzjoni dwar l-applikant:

5.1. 

Id-denominazzjoni ġuridika (M)

5.2. 

Isem l-applikant (M)

5.3. 

Akronimu (O)

5.4. 

L-indirizz postali sħiħ (M)

5.5. 

Tel. (M)

5.6. 

Fax (O)

5.7. 

Email (M)

5.8. 

Website (O)

5.9. 

In-numru tal-VAT (O)

5.10. 

Informazzjoni rilevanti oħra (O)

6.    Informazzjoni dwar il-persuna tal-kuntatt:

6.1. 

L-isem (M)

6.2. 

Il-kunjom (M)

6.3. 

Titolu jew funzjoni (M)

6.4. 

L-indirizz postali sħiħ (M)

6.5. 

Tel. (M)

6.6. 

Fax (O)

6.7. 

Email (M)

6.8. 

Il-lingwi li jridu jintużaw (M)

7.    Id-detentur (holder) attwali tal-awtorizzazzjoni tat-tip tal-vettura (mhux applikabbli fil-każ tal-ewwel awtorizzazzjoni) (M):

7.1. 

Id-denominazzjoni ġuridika (M)

7.2. 

Isem id-detentur (holder) tal-awtorizzazzjoni tat-tip (M)

7.3. 

Akronimu (O)

7.4. 

L-indirizz postali sħiħ (M)

7.5. 

Tel. (M)

7.6. 

Fax (O)

7.7. 

Email (M)

7.8. 

Website (O)

7.9. 

In-numru tal-VAT (M)

7.10. 

Informazzjoni rilevanti oħra (O)

8.    Informazzjoni dwar il-korpi tal-valutazzjoni (M):

8.1. 

Il-korp(i) notifikat(i):

(a) 

Id-denominazzjoni ġuridika (M)

(b) 

Isem il-korp notifikat (M)

(c) 

In-numru tal-ID tal-korp notifikat (M)

(d) 

Akronimu (O)

(e) 

L-indirizz postali sħiħ (M)

(f) 

Tel. (M)

(g) 

Fax (O)

(h) 

Email (M)

(i) 

Website (O)

(j) 

In-numru tal-VAT (M)

(k) 

Informazzjoni rilevanti oħra (O)

8.2. 

Il-korp(i) nominat(i):

(a) 

Id-denominazzjoni ġuridika (M)

(b) 

Isem il-korp nominat (M)

(c) 

Akronimu (O)

(d) 

L-indirizz postali sħiħ (M)

(e) 

Tel. (M)

(f) 

Fax (O)

(g) 

Email (M)

(h) 

Website (O)

(i) 

In-numru tal-VAT (M)

(j) 

Informazzjoni rilevanti oħra (O)

8.3. 

Il-korp tal-valutazzjoni (CSM RA), mhux applikabbli għal awtorizzazzjoni konformi tat-tip:

(a) 

Id-denominazzjoni ġuridika (M)

(b) 

Isem il-korp tal-valutazzjoni (CSM RA) (M)

(c) 

Akronimu (O)

(d) 

L-indirizz postali sħiħ (M)

(e) 

Tel. (M)

(f) 

Fax (O)

(g) 

Email (M)

(h) 

Website (O)

(i) 

In-numru tal-VAT (M)

(j) 

Informazzjoni rilevanti oħra (O)

9.    L-impenn preliminari:

9.1. 

Referenza għar-referenzi tal-impenn preliminari (O)

9.2. 

Informazzjoni rilevanti oħra dwar il-proġett (O)

10.    Deskrizzjoni tat-tip ta' vettura ((*) trid issir skont l-Anness II tad-Deċiżjoni 2011/665/UE) (M):

10.1. 

ID tat-tip (*)

10.2. 

Verżjonijiet tat-tip ta' vettura (meta applikabbli)

10.3. 

Varjanti tat-tip ta' vettura (meta applikabbli)

10.4. 

Id-data tar-reġistrazzjoni fl-ERATV (*) (mhux applikabbli għall-ewwel awtorizzazzjoni)

10.5. 

Isem it-tip (*)

10.6. 

Isem it-tip alternattiv (*) (jekk applikabbli)

10.7. 

Il-kategorija

10.8. 

Is-sottokategorija (*)

11.    Informazzjoni dwar il-vetturi (trid tingħata skont id-Deċiżjoni 2007/756/UE ( 3 )meta disponibbli) (M)

11.1. 

In-numri EVN jew in-numri tal-vetturi prenotati minn qabel

11.2. 

Speċifikazzjoni oħra tal-vetturi meta n-numri EVN jew in-numri tal-vetturi prenotati minn qabel ma jkunux disponibbli

12.    Referenza għall-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura eżistenti (mhux applikabbli fil-każ tal-ewwel awtorizzazzjoni) (M)

13.    Deskrizzjoni tal-bidliet meta mqabbla mat-tip ta' vettura awtorizzat (applikabbli biss f'każ ta' awtorizzazzjoni ġdida) (M)

14.    Il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra (trid issir skont l-Anness II tad-Deċiżjoni 2011/665/UE) (M):

14.1. 

Restrizzjonijiet kodifikati

14.2. 

Restrizzjonijiet mhux kodifikati

15.    Funzjonijiet CCS addizzjonali (M)

16.    Ir-regoli applikabbli (M):

16.1. 

It-TSIs, inkluż ir-referenza legali f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

16.2. 

Klawżoli ta' TSIs speċifiċi għal żona tal-użu li jkopru n-netwerk kollu tal-UE (meta applikabbli)

16.3. 

Speċifikazzjoni tal-għażla tar-rekwiżiti minn verżjoni aktar riċenti ta' TSI meta mqabbla mat-TSI applikabbli għall-valutazzjoni (inkluż ir-rekwiżiti rtirati) (meta applikabbli)

16.4. 

Ir-regoli nazzjonali (meta applikabbli)

16.5. 

In-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797 (meta applikabbli)

16.6. 

Ir-regoli applikabbli għaż-żona tal-użu estiża.

16.7. 

TSIs u/jew regoli nazzjonali aġġornati (applikabbli biss għal awtorizzazzjoni tat-tip imġedda)

17.    Il-konferma u l-firma tal-applikant (M)

18.    Annessi (M):

L-informazzjoni li għandha tinkludi l-applikazzjoni hi speċifikata għal kull każ tal-awtorizzazzjoni. Salib (x) fil-kolonna tal-każ tal-awtorizzazzjoni applikabbli juri li l-informazzjoni hi obbligatorja (M) għal dan il-każ tal-awtorizzazzjoni.



 

 

L-ewwel awtorizzazzjoni

Awtorizzazzjoni tat-tip imġedda

Żona tal-użu estiża

Awtorizzazzjoni ġdida

Awtorizzazzjoni konformi mat-tip

18.1

L-evidenza dokumentata għall-qabda tar-rekwiżiti b'konformità mal-Artikolu 13(1).

Jekk l-applikant juża l-metodoloġija stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 402/2013, l-evidenza dokumentata tikkonsisti fid-dikjarazzjoni tal-proponent imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013 u fir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza msemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013.

Jekk tintuża metodoloġija oħra, l-evidenza hi dik meħtieġa biex jintwera li l-metodoloġija tagħti l-istess livell ta' assigurazzjoni bħall-metodoloġija stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 402/2013.

X

 

X

X

 

18.2

It-tabella tal-immappjar li tindika mnejn tista' tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa għall-aspetti li jridu jiġu vvalutati skont l-Anness II u III

X

X

X

X

 

18.3

Id-deċiżjonijiet rilevanti biex ma jiġux applikati t-TSIs, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797 (meta applikabbli)

X

X

X

X

X

18.4

Id-dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip u d-dokumentazzjoni assoċjata (l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2016/797)

 

 

 

 

X

18.5

Id-Dikjarazzjonijiet ta' Verifika tal-KE għas-sottosistemi mobbli, inkluż il-fajls tekniċi ta' akkumpanjament (l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797).

X

X

X

X

 

18.6

Il-fajl li jakkumpanja l-applikazzjoni u d-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni preċedenti, jew meta applikabbli, ir-referenza għad-deċiżjoni maħruġa skont l-Artikolu 46 u għall-fajl sħiħ ta' akkumpanjament għad-deċiżjoni arkivjata fil-punt uniku ta' kuntatt.

 

X

X

X

 

18.7

Speċifikazzjoni tal-metodoloġija użata għall-qabda tar-rekwiżiti, u meta applikabbli (1), deskrizzjoni tagħha:

(a)  għar-rekwiżiti essenzjali għas-sottosistemi kif speċifikat fl-Artikolu 3 u fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(b)  għall-kompatibbiltà teknika ta' dawn is-sottosistemi fil-vettura;

(c)  għall-integrazzjoni sikura tas-sottosistemi fil-vettura; u

(d)  għall-kompatibbiltà teknika tal-vettura man-netwerk fiż-żona tal-użu.

X

 

X

X

 

18.8

Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li jkopri l-qabda tar-rekwiżiti għar-rekwiżiti essenzjali ta' “sikurezza” għas-sottosistemi u l-integrazzjoni sikura bejn is-sottosistemi.

X

 

X

X

 

18.9

Meta ma jkunux koperti għalkollox bit-TSIs u/jew ir-regoli nazzjonali, l-evidenza dokumentata tal-kompatibbiltà teknika tal-vettura man-netwerk fiż-żona tal-użu.

X

 

X

X

 

18.10

Id-dikjarazzjoni tar-riskju (l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li tkopri l-qabda tar-rekwiżiti għar-rekwiżiti essenzjali ta' “sikurezza” għas-sottosistemi u l-integrazzjoni sikura bejn is-sottosistemi għall-aspetti li ma jkoprux it-TSIs u r-regoli nazzjonali.

X

 

X

X

 

18.11

Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li jkopri l-modifika potenzjali fil-livell ġenerali tas-sikurezza tal-vettura

 

 

X

X

 

18.12

Id-dikjarazzjoni tar-riskju (l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li tkopri l-modifika potenzjali fil-livell ġenerali tas-sikurezza tal-vettura

 

 

X

X

 

18.13

L-informazzjoni meħtieġa għall-ERATV (skont l-Anness II tad-Deċiżjoni 2011/665/UE)

X

 

X

X

 

18.14

Id-dokumentazzjoni tal-manutenzjoni u tal-operazzjoni (inkluż is-salvataġġ), meta dawn ma jkunux inklużi f'18.4 u/jew f'18.5.

X

 

X

X

 

(1)   Metodoloġija mhux standardizzata.




ANNESS II

Aspetti għall-valutazzjoni mill-entità awtorizzanti

L-informazzjoni li għandha tivvaluta l-entità awtorizzanti hi speċifikata għal kull każ tal-awtorizzazzjoni. Salib (x) fil-kolonna tal-każ tal-awtorizzazzjoni applikabbli juri li dan l-aspett irid jiġi vvalutat b'mod obbligatorju għal dan il-każ tal-awtorizzazzjoni.



 

 

L-ewwel awtorizzazzjoni

Awtorizzazzjoni tat-tip imġedda

Żona tal-użu estiża

Awtorizzazzjoni ġdida

Awtorizzazzjoni konformi mat-tip

1

L-applikazzjoni hi konsistenti mar-referenzi tal-impenn preliminari (meta applikabbli)

X

X

X

X

X

2

Il-każ tal-awtorizzazzjoni li għażel l-applikant hu xieraq

X

X

X

X

X

3

It-TSIs u l-liġijiet tal-Unjoni l-oħra applikabbli li identifika l-applikant huma korretti

X

X

X

X

 

4

Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità magħżula (il-korpi notifikati, il-korp tal-valutazzjoni (CSM RA)) għandhom l-akkreditament xieraq jew ir-rikonoxximent, kif applikabbli

X

X

X

X

 

5

In-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797:

5.1.  Il-validità (il-ħin u ż-żona tal-użu);

5.2.  Applikabbli għall-proġett; u

5.3.  Konsistenti mar-regoli identifikati u applikati.

X

X

X

X

X

6

6.1.  Il-metodoloġija applikata li tintuża għall-qabda tar-rekwiżiti hi adattata għall-iskop tagħha, fejn jidħlu dawn l-aspetti li ġejjin?

(a)  Intużat metodoloġija standardizzata/aċċettata? u

(b)  Il-metodoloġija hi maħsuba u adattata għar-rekwiżiti essenzjali li tkopri?

6.2.  Meta l-metodoloġija applikata ma tkunx standardizzata jew tkun tkopri rekwiżiti essenzjali oħra li mhumiex dawk maħsuba għalihom, għandhom jiġu verifikati dawn l-aspetti li ġejjin biex jiġi evalwat jekk il-metodoloġija tikkunsidrawhomx u tkoprihomx biżżejjed:

(a)  Il-grad ta' valutazzjoni indipendenti applikat

(b)  Id-definizzjoni tas-sistema

(c)  L-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-perikli

(d)  Il-prinċipji ta' aċċettazzjoni tar-riskji

(e)  L-evalwazzjoni tar-riskji

(f)  Ir-rekwiżiti stabbiliti

(g)  It-turija tal-konformità mar-rekwiżiti

(h)  L-immaniġġjar tal-perikli (reġistru)

X

 

X

X

 

7

Evidenza biżżejjed mill-metodoloġija użata għall-qabda tar-rekwiżiti:

7.1.  Meta l-proċess tal-immaniġġjar tar-riskji stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 402/2013 jintuża bħala l-metodoloġija għall-qabda tar-rekwiżiti, għandhom jiġu verifikati dawn li ġejjin:

(a)  Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, id-dikjarazzjoni tal-proponent (l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) hi ffirmata mill-proponent u taqbel li l-perikli u r-riskji assoċjati identifikati kollha huma miżmuma sa livell aċċettabbli.

(b)  Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) jaqbel mad-dikjarazzjoni tal-proponent għall-ambitu speċifikat skont l-Artikolu 13 u mill-inqas ir-rekwiżit essenzjali ta' “sikurezza” għas-sottosistemi u l-integrazzjoni sikura bejn is-sottosistemi tal-vettura.

7.2.  Meta minflok il-proċess tal-immaniġġjar tar-riskji stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 402/2013 tintuża metodoloġija oħra bħala l-metodoloġija għall-qabda tar-rekwiżiti, għandhom jiġu verifikati dawn li ġejjin:

(a)  Id-definizzjoni tas-sistema hija kompluta u konsistenti mad-disinn tal-vettura?

(b)  L-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-perikli hija konsistenti u plawżibbli?

(c)  Kull riskju ġie mmaniġġjat u mitigat sew?

(d)  Ir-rekwiżiti derivati mill-immaniġġjar tar-riskji huma traċċati kif xieraq skont ir-riskju u skont l-evidenza tal-konformità mar-rekwiżit?

(e)  Sar immaniġġjar tal-perikli strutturat u konsistenti tul il-proċess kollu?

(f)  Il-valutazzjoni indipendenti tagħti opinjoni pożittiva?

X

 

X

X

 

8

Id-Dikjarazzjonijiet ta' Verifika tal-KE u ċ-ċertifikati tal-KE (l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797), jivverifikaw:

8.1.  Il-firem

8.2.  Il-validità

8.3.  L-ambitu

8.4.  Il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħrajn, in-nuqqas ta' konformità.

8.5.  In-nuqqas ta' applikazzjoni tat-TSIs (meta applikabbli)

8.6.  Il-leġiżlazzjoni applikabbli kollha hi koperta, inkluż leġiżlazzjoni oħra li mhix relatata mal-qasam ferrovjarju

8.7.  Il-kostitwenti tal-interoperabbiltà (il-validità, l-ambitu, il-kundizzjonijiet tal-użu u restrizzjonijiet oħrajn):

(a)  Iċ-ċertifikati tal-konformità tal-KE

(b)  Iċ-ċertifikati ta' adegwatezza tal-użu tal-KE

X

X

X

X

 

9

Ir-rapporti tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità (l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797) jivverifikaw:

9.1.  Il-konsistenza mad-Dikjarazzjonijiet ta' Verifika tal-KE u maċ-ċertifikati tal-KE

9.2.  Kull regola applikabbli hi koperta

9.3.  Id-devjazzjonijiet u n-nuqqas ta' konformità (meta applikabbli) huma identifikati u jaqblu mat-talbiet tan-nuqqas ta' applikazzjoni

9.4.  It-taħlita ta' moduli użati hi permessa

9.5.  Il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u r-restrizzjonijiet l-oħrajn huma identifikati sew u huma konsistenti mal-kundizzjonijiet fl-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni

9.6.  L-evidenza dokumentata li użaw il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità taqbel mal-frażijiet tal-valutazzjoni applikabbli deskritti fit-TSIs (ir-reviżjoni tad-disinn, it-test tat-tip, eċċ.).

X

X

X

X

 

10

Il-verifika tal-valutazzjonijiet tal-NSA taż-żona tal-użu, kif speċifikat fl-Artikolu 43

X

X

X

X

 

11

Il-validità tal-awtorizzazzjoni tat-tip oriġinali ta' vettura

 

X

X

X

X

12

L-awtorizzazzjoni tat-tip oriġinali ta' vettura hi valida għaż-żoni tal-użu konċernati

 

X

 

X

X

13

Il-kundizzjonijiet tal-użu eżistenti tal-vettura u restrizzjonijiet oħrajn

 

X

X

X

 

14

Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li jkopri l-qabda tar-rekwiżiti għar-rekwiżiti essenzjali ta' “sikurezza” għas-sottosistemi u l-opinjoni pożittiva dwar l-integrazzjoni sikura bejn is-sottosistemi.

X

 

X

X

 

15

Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li jkopri l-opinjoni pożittiva dwar il-modifika potenzjali fil-livell ġenerali tas-sikurezza tal-vettura (bidla sinifikanti)

 

 

X

X

 

16

Il-bidliet kif imqabbla mat-tip ta' vettura awtorizzat huma deskritti biżżejjed u jaqblu mas-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013)

 

 

 

X

 

17

Id-Dikjarazzjonijiet ta' Verifika tal-KE u ċ-ċertifikati tal-KE huma aġġornati sew fejn jidħlu r-regoli mibdula u/jew aġġornati

 

X

 

 

 

18

Ir-rapporti tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità huma aġġornati sew fejn jidħlu r-regoli mibdula u/jew aġġornati:

18.1  Ir-regoli mibdula u/jew aġġornati huma koperti

18.2  Hemm evidenza li t-tip ta' vettura għadu jissodisfa r-rekwiżiti

 

X

 

 

 

19

Hemm evidenza li d-disinn tat-tip ta' vettura ma nbidilx

 

X

X

 

 

20

L-identifikazzjoni tal-vettura jew tas-serje ta' vetturi koperti mid-dikjarazzjoni ta' konformità mat-tip ta' vettura

 

 

 

 

X

21

Id-dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip u l-evidenza dokumentata (l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2016/797)

 

 

 

 

X




ANNESS III

Aspetti għall-valutazzjoni mill-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu

Dan l-Anness ma japplikax meta ż-żona tal-użu tkun tkopri n-netwerk kollu tal-UE u t-TSIs ikollhom kundizzjonijiet speċifiċi għal dan.

L-informazzjoni li jridu jivvalutaw l-NSAs ikkonċernati taż-żona tal-użu fejn jidħlu r-regoli nazzjonali rilevanti hi speċifikata għal kull każ tal-awtorizzazzjoni. Salib (x) fil-kolonna tal-każ tal-awtorizzazzjoni applikabbli juri li dan l-aspett irid jiġi vvalutat b'mod obbligatorju għal dan il-każ tal-awtorizzazzjoni.



 

 

L-ewwel awtorizzazzjoni

Awtorizzazzjoni ġdida

Żona tal-użu estiża

Awtorizzazzjoni tat-tip imġedda

1

L-applikazzjoni hi konsistenti mar-referenzi tal-impenn preliminari (meta applikabbli)

X

X

X

X

2

Iż-żona tal-użu għall-Istat Membru kkonċernat hi speċifikata sew

X

X

X

X

3

Ir-regoli nazzjonali u r-rekwiżiti għaż-żona tal-użu kkonċernata li identifika l-applikant huma korretti.

X

X

X

 

4

Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità magħżula u rilevanti għaż-żona tal-użu kkonċernata (il-korpi notifikati, il-korp tal-valutazzjoni (CSM RA)) għandhom l-akkreditament jew ir-rikonoxximent xieraq, kif applikabbli.

X

X

X

X

5

Evidenza biżżejjed mill-metodoloġija użata għall-qabda tar-rekwiżiti biss għar-regoli nazzjonali taż-żona tal-użu kkonċernata:

5.1.  Meta minflok il-proċess tal-immaniġġjar tar-riskji stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 402/2013 tintuża metodoloġija oħra bħala l-metodoloġija għall-qabda tar-rekwiżiti, għandhom jiġu verifikati dawn li ġejjin:

(a)  Id-definizzjoni tas-sistema hija kompluta u konsistenti mad-disinn tal-vettura?

(b)  L-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-perikli hija konsistenti u plawżibbli?

(c)  Kull riskju ġie mmaniġġjat u mitigat sew?

(d)  Ir-rekwiżiti derivati mill-immaniġġjar tar-riskji huma traċċati kif xieraq skont ir-riskju u skont l-evidenza tal-konformità mar-rekwiżit?

X

X

X

 

6

Id-Dikjarazzjonijiet ta' Verifika tal-KE u ċ-ċertifikati (ir-regoli nazzjonali) (l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797) jivverifikaw:

6.1.  Il-firem

6.2.  Il-validità

6.3.  L-ambitu

6.4.  Il-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħrajn, in-nuqqas ta' konformità.

X

X

X

X

7

Ir-rapporti tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità (l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797), jivverifikaw:

7.1.  Il-konsistenza mad-Dikjarazzjonijiet ta' Verifika tal-KE u maċ-ċertifikati.

7.2.  Id-devjazzjonijiet u n-nuqqas ta' konformità (meta applikabbli) huma identifikati

7.3.  Il-kundizzjonijiet tal-użu u r-restrizzjonijiet l-oħrajn huma identifikati sew u huma konsistenti mal-kundizzjonijiet fl-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni.

7.4.  L-evidenza dokumentata li użaw il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità taqbel mal-frażijiet tal-valutazzjoni applikabbli deskritti fir-regoli nazzjonali.

X

X

X

X

8

Il-kundizzjonijiet tal-użu eżistenti tal-vettura u restrizzjonijiet oħrajn

 

X

X

X

9

Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li jkopri l-qabda tar-rekwiżiti għar-rekwiżiti essenzjali ta' “sikurezza” għas-sottosistemi u l-opinjoni pożittiva dwar l-integrazzjoni sikura bejn is-sottosistemi.

X

X

X

 

10

Is-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013) li jkopri l-opinjoni pożittiva dwar il-modifika potenzjali fil-livell ġenerali tas-sikurezza tal-vettura (bidla sinifikanti)

 

X

X

 

11

Il-bidliet kif imqabbla mat-tip ta' vettura awtorizzat huma deskritti biżżejjed u jaqblu mas-CSM tal-valutazzjoni tar-riskju, ir-rapport tal-valutazzjoni tas-sikurezza (Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 402/2013)

 

X

 

 

12

Id-Dikjarazzjonijiet ta' Verifika tal-KE u ċ-ċertifikati tal-KE huma aġġornati sew fejn jidħlu r-regoli nazzjonali mibdula/aġġornati

 

 

 

X

13

Ir-rapporti tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità huma aġġornati sew fejn jidħlu r-regoli nazzjonali mibdula/aġġornati:

13.1.  Ir-regoli nazzjonali mibdula/aġġornati huma koperti

13.2.  Hemm evidenza li t-tip ta' vettura għadu jissodisfa r-rekwiżiti

 

 

 

X



( 1 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2013 tat-30 ta' April 2013 dwar il-metodu komuni ta' sikurezza għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 352/2009 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 8-25).

( 2 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta' Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta' vetturi ferrovjarji awtorizzati (ĠU L 264, 8.10.2011, p. 32-54).

( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta' Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5357) (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30).

Top