This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02018R0273-20250313
Commission Delegated Regulation (EU) 2018/273 of 11 December 2017 supplementing Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council as regards the scheme of authorisations for vine plantings, the vineyard register, accompanying documents and certification, the inward and outward register, compulsory declarations, notifications and publication of notified information, and supplementing Regulation (EU) No 1306/2013 of the European Parliament and of the Council as regards the relevant checks and penalties, amending Commission Regulations (EC) No 555/2008, (EC) No 606/2009 and (EC) No 607/2009 and repealing Commission Regulation (EC) No 436/2009 and Commission Delegated Regulation (EU) 2015/560
Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560
02018R0273 — MT — 13.03.2025 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 (ĠU L 058 28.2.2018, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/840 tat-12 ta' Marzu 2019 |
L 138 |
74 |
24.5.2019 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2566 tat-13 ta’ Ottubru 2022 |
L 330 |
134 |
23.12.2022 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1606 tat-30 ta’ Mejju 2023 |
L 198 |
6 |
8.8.2023 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/382 tat-18 ta’ Settembru 2024 |
L 382 |
1 |
21.2.2025 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/273
tal-11 ta' Diċembru 2017
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Is-suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li jissupplimentaw r-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013, rispettivament, fir-rigward ta':
l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli;
ir-reġistru tal-vinji;
dokumenti ta' akkumpanjament rikonoxxuti, iċ-ċertifikazzjoni u r-regoli għall-importazzjonijiet tal-nbid;
ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ;
id-dikjarazzjonijiet obbligatorji;
il-kontrolli u l-bank tad-dejta analitika tad-dejta isotopika;
l-awtoritajiet kompetenti u l-assistenza reċiproka bejniethom;
il-penali;
in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata.
Artikolu 2
Id-definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
“vitikultur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x’inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li l-impriża tagħhom tinsab fit-territorju tal-Unjoni, kif definit fl-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea b’rabta mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li jkollhom żona mħawla bid-dwieli fejn il-prodott ta’ din iż-żona jintuża għall-produzzjoni kummerċjali tal-prodotti tal-inbid, jew iż-żona tibbenefika mill-eżenzjonijiet għal finijiet esperimentali, għall-istabbiliment tal-kollezzjonijiet tal-varjetajiet tad-dwieli maħsuba għall-preservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi jew għal mixtliet tat-tilqim kif imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament;
“prodotti tal-inbid” tfisser il-prodotti elenkati fil-Parti XII tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għajr il-ħall tal-inbid li jaqa' fil-kodiċijiet NM 2209 00 11 u 2209 00 19 ;
“ħabel tal-vinji” tfisser żona agrikola kif definit fl-Artikolu 67(4)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li titħawwel bid-dwieli mmirati għall-produzzjoni kummerċjali tal-prodotti tal-inbid jew li jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet għal finijiet esperimentali, għall-istabbiliment tal-kollezzjonijiet tal-varjetajiet tad-dwieli maħsuba għall-preservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi jew għal mixtliet tat-tilqim kif imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament;
“żona tat-tkabbir tad-dwieli mitluqa” tfisser żona mħawla bid-dwieli li ma għadhiex soġġetta għall-kultivazzjoni regolari bil-ħsieb li tkabbar prodott kummerċjabbli għal aktar minn ħames snin tal-inbid, mingħajr preġudizzju għal każijiet speċifiċi definiti mill-Istati Membri, li l-qlugħ ta' dawn id-dwieli ma għadux jippermetti li l-produttur jerġa' jingħata awtorizzazzjoni tat-tħawwil mill-ġdid skont l-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
“ħassad” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x'inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li jiġbru l-għeneb maħsud minn żona mħawla bid-dwieli ħalli dak l-għeneb jiġi kkummerċjalizzat għall-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid minn partijiet terzi, jew biex jiġi pproċessat fi prodotti tal-inbid fl-impriża tagħhom, jew minn ħaddieħor f'isimhom, għal finijiet kummerċjali;
“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x'inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li huma jew ħaddieħor f'isimhom iwettqu l-ipproċessar tal-inbejjed li jwassal għal inbejjed, inbejjed likurużi, inbejjed frizzanti u semifrizzanti, inbejjed frizzanti u semifrizzanti bil-gass, inbejjed frizzanti ta' kwalità jew inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità;
“bejjiegħ bl-imnut” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x'inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li l-attività kummerċjali tagħhom tinkludi l-bejgħ dirett lill-konsumaturi tal-inbid u tal-most bi kwantitajiet żgħar, li għandhom jiġu ddefiniti minn kull Stat Membru, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċjali tal-kummerċ u tad-distribuzzjoni, iżda minbarra l-persuni li jużaw kantini mgħammra għall-ħażna jew faċilitajiet għall-ibbottiljar tal-inbid bi kwantitajiet kbar, u dawk involuti f'negozju ambulanti tal-inbid trasportat bl-ingrossa;
“ibbottiljar” tfisser it-tiswir tal-inbid fi prodott finali għal finijiet kummerċjali f'kontenituri ta' kapaċità li ma taqbiżx is-60 litru;
“bottiljatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x'inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li jwettqu l-ibbottiljar tal-inbid jew li ħaddieħor iwettaq l-ibbottilljar f'isimhom;
“negozjant” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, hu x'inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, għajr il-konsumaturi privati u l-bejjiegħa bl-imnut, li għandhom ħażniet ta' prodotti tal-inbid b'finijiet kummerċjali jew li huma involuti fil-kummerċ tagħhom u aktarx jibbottiljawhom ukoll, ħlief distilleriji;
“sena tal-inbid” tfisser is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni għas-settur tal-inbid kif imsemmija fl-Artikolu 6(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
“kollezzjoni ta’ varjetajiet ta’ dwieli” tfisser ħabel tal-vinji mħawla b’diversi varjetajiet ta’ dwieli fejn kull varjetà ma tammontax għal aktar minn 50 pjanta.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-definizzjoni ta' “produttur żgħir” ma tkunx tkopri lill-produtturi li jixtru l-għeneb frisk, il-most jew l-inbid ġdid għadu qed jiffermenta, biex jipproċessawhom fi nbid.
KAPITOLU II
L-ISKEMA TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET GĦAT-TĦAWWIL TAD-DWIELI
Artikolu 3
Iż-żoni eżentati mill-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli
Jekk ma jkunx jeżisti xi riskju ta' tfixkil tas-suq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li matul il-perjodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-għeneb imkabbar f'dawk iż-żoni u l-prodotti tal-inbid miksuba minn dak l-għeneb jistgħu jiġu kkummerċjalizzati. Fi tmiem dawk il-perjodi, il-produttur għandu:
jikseb awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 64, 66 jew 68 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għaż-żona kkonċernata, b’mod li l-għeneb imkabbar f’dik iż-żona u l-prodotti tal-inbid miksuba minn dak l-għeneb jistgħu jiġu kummerċjalizzati; jew
jaqla' d-dwieli minn din iż-żona u jġarrab l-ispejjeż hu skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Kull żona maħsuba għall-esperimenti jew għall-mixtliet tat-tilqim li tħawlet qabel l-1 ta' Jannar 2016 wara l-għoti ta' drittijiet ġodda tat-tħawwil għandha tkompli tikkonforma wara dik id-data ma' kull kundizzjoni ddefinita għall-użu ta' dawn id-drittijiet sa tmiem il-perjodu tal-esperiment jew il-perjodu tal-produzzjoni tal-mixtliet tat-tilqim li għalih ikunu ngħataw. Malli jiskadu dawn il-perjodi, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi.
L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika għaż-żoni maħsuba għall-istabbiliment tal-kollezzjonijiet tal-varjetajiet tad-dwieli biss fejn il-fini tal-istabbiliment ta’ tali kollezzjonijiet hija l-preservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-varjetajiet tad-dwieli li huma tipiċi ta’ ċertu reġjun tal-produzzjoni tal-inbid u fejn iż-żona koperta minn kull ġbir ma taqbiżx ż-żewġ ettari.
L-Istati Membri jistgħu jfasslu lista ta’ varjetajiet tal-għeneb tal-inbid ikklassifikati f’konformità mal-Artikolu 81(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fit-territorji tagħhom, li huma eliġibbli fil-livell nazzjonali jew reġjonali għall-fini tal-istabbiliment tal-kollezzjoni tal-varjetajiet għall-preservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiffissaw żona massima għall-kollezzjonijiet ta’ tali varjetajiet tad-dwieli taħt ż-żewġ ettari, kif ukoll għadd massimu ta’ dwieli għal kull varjetà inqas mil-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 2(1)(l) ta’ dan ir-Regolament.
It-tħawwil jew it-tħawwil mill-ġdid ta’ żoni li l-prodotti tal-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsuba biss għall-konsum mill-unità domestika ta’ persuna fiżika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi li mhumiex vitikulturi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a), għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
iż-żona ma taqbiżx iż-0,1 ettaru;
il-persuna fiżika jew il-grupp ta’ persuni fiżiċi kkonċernati ma jkunx involut fil-produzzjoni kummerċjali tal-inbid jew fil-produzzjoni kummerċjali ta’ prodotti oħrajn tal-inbid.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jqisu ċerti organizzazzjonijiet mingħajr attività kummerċjali bħala ekwivalenti għall-unità domestika tal-persuna fiżika.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li t-tħawwil msemmi fl-ewwel subparagrafu jkun soġġett għal notifika.
Artikolu 4
Il-kriterji għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet
L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll il-kriterju oġġettiv u nondiskriminatorju addizzjonali li l-applikazzjoni ma għandhiex tkun ta' riskju sinifikanti ta' miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti speċifiċi, li għandha tkun preżunta diment li l-awtoritajiet pubbliċi juru l-eżistenza ta' dan ir-riskju.
Ir-regoli fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan il-kriterju addizzjonali huma stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness I.
L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll il-kriterju oġġettiv u nondiskriminatorju addizzjonali tal-imġiba preċedenti tal-produttur u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet sekwestrati f'każ ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità. Ir-regoli fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji addizzjonali huma stabbiliti fit-Taqsima I tal-Anness II.
Artikolu 5
Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid antiċipat
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti tal-awtorizzazzjoni lill-produtturi involuti fil-qlugħ tad-dwieli miż-żona mħawla bid-dwieli skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, soġġett għall-ħtieġa li tiġi ddepożitata garanzija.
Fi kwalunkwe każ, jekk il-qlugħ tad-dwieli ma jsirx mill-produtturi sa tmiem ir-raba' sena mid-data meta jkunu tħawlu d-dwieli l-ġodda, għandu japplika l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward taż-żona mwiegħda li ma jkunux inqalgħulha d-dwieli.
Artikolu 6
Restrizzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw it-tħawwil mill-ġdid abbażi tal-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, meta ż-żona speċifika li għandha titħawwel mill-ġdid tkun tinsab fiż-żona li għaliha jkun limitat il-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ġdid f’konformità mal-Artikolu 63(2)(b), ta’ dak ir-Regolament, u diment li d-deċiżjoni tkun ġustifikata mill-ħtieġa li jkun evitat riskju muri sew ta’ żvalutar ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (“DOP”) speċifika jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“IĠP”) speċifika.
Ir-riskju ta’ żvalutar msemmi fl-ewwel paragrafu ma jkunx jeżisti jekk:
iż-żona speċifika li għandha titħawwel mill-ġdid tkun tinsab fl-istess żona tad-DOP jew tal-IĠP bħaż-żona li jkunu nqalgħulha d-dwieli, u t-tħawwil mill-ġdid tad-dwieli jkun konformi mal-istess speċifikazzjoni tad-DOP jew tal-IĠP bħaż-żona li jkunu nqalgħulha d-dwieli;
it-tħawwil mill-ġdid ikun immirat għall-produzzjoni tal-inbejjed mingħajr indikazzjoni ġeografika diment li l-applikant jintrabat bl-istess impenji bħal dawk stabbiliti fil-punt (2) tat-Taqsimiet A u B tal-Anness I ta' dan ir-Regolament fir-rigward tat-tħawwil ġdid.
KAPITOLU III
IR-REĠISTRU TAL-VINJI
Artikolu 7
L-informazzjoni minima fir-reġistru tal-vinji
KAPITOLU IV
ID-DOKUMENTI TA' AKKUMPANJAMENT U R-REGOLI DWAR L-IMPORTAZZJONIJIET TAL-PRODOTTI TAL-INBID
TAQSIMA I
ID-DOKUMENTI TA' AKKUMPANJAMENT GĦALL-MONITORAĠĠ U Ċ-ĊERTIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI TAL-INBID
Artikolu 8
Ir-regoli ġenerali
L-operaturi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu jistgħu jressqu dokument ta' akkumpanjament lill-awtoritajiet kompetenti waqt l-operazzjoni tal-ġarr.
Artikolu 9
Eżenzjonijiet
B'deroga mill- Artikolu 8 , ma għandu jkun meħtieġ l-ebda dokument anċillari f'dawn il-każijiet:
għall-prodotti tal-inbid trasportati mill-vinja lejn il-bini tal-produzzjoni tal-inbid, bejn iż-żewġ stabbilimenti tal-istess impriża jew bejn stabbilimenti li jappartjenu għal grupp tal-produtturi, tal-istess sid, diment li l-ġarr isir għall-finijiet tal-produzzjoni tal-inbid, l-ipproċessar, il-ħżin jew l-ibbottiljar, id-distanza sħiħa tat-triq ma taqbiżx is-70 km u t-trasport isir esklussivament fit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew li jkun ġie approvat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati;
għall-karfa tal-għeneb u l-fond tal-inbid:
trasportati lejn distillerija jew impjant tal-produzzjoni tal-ħall, meta l-prodott ikun akkumpanjat b'nota tad-distribuzzjoni tal-produttur skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn jibda l-ġarr, jew
meta l-ġarr isir għall-għan tal-irtirar tal-prodott mill-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, jew kwalunkwe pproċessar ieħor tal-għeneb, bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti, kif previst fl-Artikoli 14(1)(b)(vii) u 18(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274;
għall-meraq tal-għeneb u l-most li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 2009 61 u 2009 69 imwassla lil operaturi mhux involuti fil-produzzjoni tal-inbid, meta l-prodott ikun akkumpanjat minn dokument kummerċjali;
għall-prodotti tal-inbid imkabbra u trasportati esklussivament fit-territorju tal-Istati Membri li mhumiex soġġetti għall-obbligu li jżommu reġistru tal-vinji b'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
għal dawn il-każijiet ta' prodotti tal-inbid trasportati esklussivament fit-territorju ta' Stat Membru f'kontenituri ta' volum nominali sa 60 litru:
il-prodotti tal-inbid f'kontenituri tikkettati ta' volum nominali ta' 10 litri jew inqas, magħluqa b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, meta l-kwantità kollha trasportata ma taqbiżx:
l-inbejjed jew il-meraq tal-għeneb maħsuba għal rappreżentanzi diplomatiċi, konsulati u stabbilimenti simili, fil-limiti tal-għotjiet konferiti lilhom;
l-inbejjed jew il-meraq tal-għeneb:
inbid, inbid iffermentat parzjalment, most tal-għeneb iffermentat parzjalment u most tal-għeneb trasportati minn individwi privati u maħsuba għall-konsum personali tad-destinatarju tal-konsenja jew tal-familja tiegħu, meta l-kwantità trasportata ma taqbiżx it-30 litru;
kull prodott maħsub għall-esperimenti xjentifiċi jew tekniċi, meta l-kwantità kollha trasportata ma taqbiżx l-ettolitru;
kampjuni kummerċjali;
il-kampjuni għal awtorità kompetenti jew laboratorju deżinjat.
Artikolu 10
Id-dokumenti ta' akkumpanjament rikonoxxuti
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu dawn id-dokumenti bħala dokumenti ta' akkumpanjament, diment li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 u fl-Anness V:
għall-prodotti tal-inbid trasportati fi ħdan Stat Membru jew minn Stat Membru għal ieħor, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) ta' dan is-subparagrafu:
wieħed mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 21(6) jew fl-Artikolu 26(1)(a) tad-Direttiva 2008/118/KE għall-prodotti trasportati bl-arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju fi ħdan l-Unjoni, diment li dan ikun jindika b'mod mill-aktar ċar il-kodiċi ta' referenza amministrattiva unika msemmi fl-Artikolu 21(3) ta' dik id-Direttiva (“in-numru ARC”), hu mfassal b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 ( 1 ) u, jekk jintuża d-dokument imsemmi fl-Artikolu 26(1)(a) tad-Direttiva 2008/118/KE, il-konsenjatur ikun konformi ma' dak il-paragrafu 1;
għall-prodotti soġġetti għas-sisa li jiġu trasportati fl-Unjoni, wara li jkunu ġew rilaxxati għall-konsum fl-Istat Membru minn fejn tkun bdiet l-operazzjoni tal-ġarr, id-dokument ta' akkumpanjament simplifikat imsemmi fl-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2008/118/KE, imfassal u użat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3649/92 ( 2 );
għall-prodotti tal-inbid soġġetti għas-sisa trasportati minn produtturi żgħar, skont l-Artikolu 40 tad-Direttiva 2008/118/KE, u għall-prodotti tal-inbid li mhumiex soġġetti għas-sisa, wieħed minn dawn id-dokumenti mfassla bil-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru tad-dispaċċ:
għall-prodotti tal-inbid trasportati lejn pajjiż terz jew lejn territorju msemmi fl-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2008/118/KE, wieħed mid-dokumenti msemmija fil-punt (a)(i) jew (iii).
Id-dokumenti msemmija fit-tieni inċiż tal-punt (a)(iii) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jintużaw biss sal-31 ta' Diċembru 2020.
Meta dawn id-dokumenti jkollhom numru ARC mogħti mis-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2008/118/KE, jew kodiċi MMV mogħti mis-sistema tal-informazzjoni stabbilita mill-Istat Membru tad-dispaċċ kif imsemmija fl-ewwel inċiż tal-punt (a)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-informazzjoni msemmija fit-Taqsima A tal-Anness V ta' dan ir-Regolament għandha tiġi inkluża fis-sistema użata.
Id-dokumenti msemmija fit-tieni inċiż tal-punt (a)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u l-kopja tagħhom għandhom jiġu vvalidati qabel id-dispaċċ permezz ta':
id-data, il-firma ta' uffiċjal tal-awtorità kompetenti, u t-timbru ta' dak l-uffiċjal; jew
id-data, il-firma tal-konsenjatur, u skont il-każ:
timbru speċjali mill-konsenjatur skont il-mudell imsemmi fit-Taqsima C tal-Anness V;
timbru mill-konsenjatur kif preskritt mill-awtoritajiet kompetenti, jew
marka mill-konsenjatur b'magna tat-timbrar kif approvata mill-awtoritajiet kompetenti.
It-timbru speċjali jew it-timbru preskritt imsemmijin fil-punt (b) jistgħu jiġu stampati minn qabel fuq il-formoli, meta l-istampar ikun fdat f'idejn apparat awtorizzat għal dan il-għan.
Artikolu 11
Iċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini jew il-provenjenza, il-karatteristiċi, is-sena tal-qtugħ tal-għeneb jew il-varjetà tal-għeneb u d-DOP jew l-IĠP tal-inbid
Artikolu 12
Iċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tal-inbid esportati
Kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz tad-destinazzjoni jeżiġu ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11 għall-prodotti tal-inbid trasportati lejn dak il-pajjiż terz, dik iċ-ċertifikazzjoni għandu jkollha waħda minn dawn l-għamliet:
id-dokument amministrattiv elettroniku jew xi dokument kummerċjali ieħor użat b'konformità mal-Artikolu 21(6) tad-Direttiva 2008/118/KE jew dokument kif imsemmi fl-Artikolu 10(1)(a)(iii) ta' dan ir-Regolament, diment li l-konsenjatur jew il-persuna awtorizzata taġixxi f'isem il-konsenjatur jindikaw l-informazzjoni rilevanti kif stabbilit fil-Parti I tal-Anness VI ta' dan ir-Regolament;
ċertifikat speċifiku għall-esportazzjoni mfassal abbażi tal-mudell previst u r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti II tal-Anness VI ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Id-dokumenti użati bħala prova tal-esportazzjoni
Dik l-informazzjoni għandha tittieħed mill-oriġinal tad-dokument ta' akkumpanjament li l-inbid ġie trasportat bil-kopertura tiegħu lejn l-uffiċċju doganali fejn tinħareġ il-folja tal-informazzjoni. It-tip, id-data u n-numru tad-dokument ta' akkumpanjament preċedenti tal-konsenja għandhom jidhru fuq il-folja tal-informazzjoni.
Meta l-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu qed jerġgħu jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-folja tal-informazzjoni għandha timtela kif suppost mill-uffiċċju doganali kompetenti tal-EFTA. Dak id-dokument għandu jitqies ekwivalenti għad-dokument ta' akkumpanjament fil-ġarr sal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fl-Unjoni jew sal-uffiċċju doganali tar-rilaxx għall-konsum, diment li fil-kaxxa riżervata għad-deskrizzjoni tal-prodotti, dan id-dokument ikollha l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
L-uffiċċju doganali rilevanti fl-Unjoni għandu jittimbra l-kopja jew il-fotokopja tad-dokument mogħti mid-destinatarju tal-konsenja jew mir-rappreżentant tiegħu, u jagħtihulu lura għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 14
Il-ġarr tal-prodotti tal-inbid mhux ippakkjati
Meta s-sistema kompjuterizzata jew is-sistema tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel inċiż tal-punt (a)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) jew fl-Artikolu 10(5) ma jintużawx, jew meta din is-sistema ma tippermettix li l-awtorità kompetenti fil-post tal-ħatt tkun infurmata, il-konsenjatur tal-prodotti tal-inbid mhux ippakkjati għandu jibgħat kopja tad-dokument ta' akkumpanjament, sa mhux aktar tard minn qabel it-tluq tal-ġarr, lill-awtorità kompetenti fit-territorju tal-post tat-tagħbija, fir-rigward ta' dawn il-prodotti:
għall-prodotti li joriġinaw mill-Unjoni, bi kwantità ta' iżjed minn 60 litru:
l-inbid maħsub għall-ipproċessar fi nbejjed b'DOP jew b'IĠP, jew inbid ta' varjetà(jiet) jew ta' sena partikolari, jew maħsub għall-ippakkjar biex jiġi kkummerċjalizzat b'dan il-mod;
il-most tal-għeneb iffermentat parzjalment;
il-most tal-għeneb ikkonċentrat, rettifikat jew le;
il-most tal-għeneb frisk bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda tal-alkoħol;
il-meraq tal-għeneb;
il-meraq tal-għeneb ikkonċentrat;
għall-prodotti li ma joriġinawx mill-Unjoni, bi kwantità ta' iżjed minn 60 litru:
l-għeneb frisk, minbarra l-għeneb tal-ikel;
il-most tal-għeneb;
il-most tal-għeneb ikkonċentrat, rettifikat jew le;
il-most tal-għeneb iffermentat parzjalment;
il-most tal-għeneb frisk bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda tal-alkoħol;
il-meraq tal-għeneb;
il-meraq tal-għeneb ikkonċentrat;
l-inbid likur għall-preparazzjoni tal-prodotti li ma jaqgħux fil-kodiċi NM 2204 ;
għall-prodotti, irrispettivament mill-oriġini tagħhom u mill-kwantità trasportata, mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9:
il-fond tal-inbid;
il-karfa tal-għeneb maħsuba għad-distillazzjoni jew għal forma oħra ta' pproċessar industrijali;
il-piquette;
l-inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni;
l-inbid mill-għeneb ta' varjetajiet mhux imniżżla bħala varjetajiet tal-għeneb tal-inbid fil-klassifika stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-unità amministrattiva fejn ikunu nħasdu;
il-prodotti li ma jistgħux jiġu offruti jew fornuti għall-konsum dirett tal-bniedem.
Meta jibda l-ġarr, l-awtorità kompetenti tal-post tat-tagħbija għandha tinforma b'dan lill-awtorità kompetenti tal-post tal-ħatt.
Artikolu 15
Il-ġarr tal-prodotti tal-pajjiżi terzi jew ta' prodotti tal-Unjoni li inizjalment kienu esportati lejn pajjiż terz
Għall-ġarr fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni ta' konsenji ta' prodotti tal-pajjiżi terzi rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera, id-dokument ta' akkumpanjament għandu jkun ibbażat fuq id-dokument VI-1 imsemmi fl-Artikolu 20 jew fuq dokument ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 26 jew 27, u għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja, jew jippermetti li l-awtoritajiet kompetenti jaċċessaw din l-informazzjoni:
in-numru tad-dokument VI-1 jew ir-referenza għal wieħed mid-dokumenti msemmija fl-Artikoli 26 u 27;
l-isem u l-indirizz tal-korp tal-pajjiż terz li lesta d-dokument imsemmi fil-punt (a) jew li jkun awtorizza l-konklużjoni tiegħu minn xi produttur;
id-data meta d-dokument imsemmi fil-punt (a) ikun ġie konkluż.
L-operatur għandu jkun jista' jippreżenta d-dokument VI-1, dokument ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 26 jew 27 jew l-estratt VI-2 imsemmi fl-Artikolu 22 kull meta jintalab mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
Għall-ġarr fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni ta' konsenja tal-prodotti tal-inbid li toriġina mill-Unjoni, li inizjalment kienet esportata lejn pajjiż terz jew lejn territorju msemmi fl-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2008/118/KE, id-dokument ta' akkumpanjament għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja, jew jippermetti li l-awtoritajiet kompetenti jaċċessaw din l-informazzjoni:
ir-referenza għad-dokument ta' akkumpanjament imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) ta' dan ir-Regolament, stabbilita għad-dispaċċ inizjali, jew
ir-referenzi għal dokumenti ta' sostenn oħrajn imfassla mill-importatur biex juru l-oriġini tal-prodott u meqjusa sodisfaċenti mill-awtorità kompetenti waqt ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.
Artikolu 16
Rifjut mid-destinatarju tal-konsenja
Meta parti mill-prodott jew il-prodott kollu li jinġarr bil-kopertura ta' dokument ta' akkumpanjament jiġi rrifjutat mid-destinatarju tal-konsenja, dan tal-aħħar għandu jikteb il-frażi “refused by the consignee” (il-konsenja hija rrifjutata mid-destinatarju) fuq in-naħa ta' wara tad-dokument, flimkien mad-data u l-firma tad-destinatarju tal-konsenja, u fejn xieraq, indikazzjoni tal-kwantità rrifjutata f'litri jew f'kilogrammi.
F'dan il-każ, il-prodott jista' jintbagħat lura lill-konsenjatur bil-kopertura tal-istess dokument ta' akkumpanjament, jew jista' jinżamm fl-istabbiliment tat-trasportatur sakemm jimtela dokument ta' akkumpanjament ġdid għall-ġarr lura tal-prodott.
Artikolu 17
Validazzjoni tad-dokument ta' akkumpanjament fil-każ ta' ksur serju jew nuqqas ta' konformità
Meta tingħata, il-validazzjoni tista' tintrabat mal-kundizzjonijiet tal-użu futur tal-prodott jew projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. Din għandha ssir bit-timbru, il-firma tal-uffiċjal tal-awtorità kompetenti u d-data.
Artikolu 18
Il-miżuri f'każ ta' ksur relatat mad-dokumenti ta' akkumpanjament għajr il-ksur serju
L-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tittimbra d-dokumenti korreġuti jew mimlija permezz ta' dik id-dispożizzjoni. Ir-regolarizzazzjoni ta' irregolaritajiet ma għandhiex tittardja l-operazzjoni tal-ġarr ikkonċernata aktar minn dak li hu strettament meħtieġ.
F'każ ta' irregolaritajiet ripetuti mill-istess konsenjatur, l-awtorità msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tinforma lill-awtorità kompetenti responsabbli fit-territorju tal-post tat-tagħbija. Fil-każ tal-ġarr fl-Unjoni, għandhom japplikaw l-assistenza reċiproka jew in-notifika ta' suspett ta' nuqqas ta' konformità skont l-Artikoli 43 u 45.
Artikolu 19
Il-forza maġġuri jew inċidenti mhux previsti
Jekk waqt il-ġarr, minħabba forza maġġuri jew minħabba xi inċident mhux previst, konsenja li tkun teħtieġ dokument ta' akkumpanjament ikollha tinqasam jew tintilef parzjalment jew kollha kemm hi, it-trasportatur għandu jitlob lill-eqreb awtorità kompetenti tal-post tal-inċident jew tal-forza maġġuri biex tiddikjara l-fatti u tieħu l-miżuri meħtieġa biex tirregolarizza l-operazzjoni tal-ġarr ikkonċernata.
TAQSIMA II
ID-DOKUMENT TA' AKKUMPANJAMENT GĦAR-RILAXX TAL-PRODOTTI TAL-INBID IMPORTATI FIĊ-ĊIRKOLAZZJONI LIBERA
Artikolu 20
Iċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-inbid importati
Il-korpi kompetenti jew il-korpi u d-dipartimenti maħtura msemmija fl-Artikolu 90(3)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikolu 51(1)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-pajjiżi terzi kkonċernati.
Id-dokument VI-1 għandu jitfassal u jintuża skont l-Artikoli 22 sa 25, u għandu jitqies li jiċċertifika li l-prodott importat:
għandu l-karatteristiċi ta' prodott tal-inbid skont il-liġi tal-Unjoni jew b'konformità ma' ftehim bilaterali fis-seħħ bejn l-Unjoni u pajjiż terz;
sar mill-għeneb ta' sena tal-qtugħ tal-għeneb partikolari jew sar minn varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid deżinjati;
meta applikabbli, hu konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika b'konformità mal-Ftehim dwar Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (it-TRIPS) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) jew mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi jew ma' xi ftehim dwar ir-rikonoxximent u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz imnejn joriġina l-inbid.
Artikolu 21
Eżenzjonijiet
B'deroga mill-Artikolu 90(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom japplikaw dawn l-eżenzjonijiet:
mhu meħtieġ jiġi ppreżentat l-ebda dokument VI-1 għal:
il-prodotti f'kontenituri tikkettati ta' volum nominali sa 10 litri, magħluqa b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, meta l-kwantità kollha trasportata, anki jekk tkun f'konsenji separati, ma taqbiżx il-100 litru;
l-inbid u l-meraq tal-għeneb li jifforma parti mill-proprjetà personali ta' individwi privati li jibdlu l-post tar-residenza normali tagħhom minn pajjiż terz lejn l-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009;
l-inbid mibgħut f'konsenji minn individwu privat wieħed lil individwu privat ieħor, skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 sa massimu ta' 30 litru għal kull konsenja;
l-inbid, il-most tal-għeneb u l-meraq tal-għeneb li jkun hemm fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi skont it-tifsira tal-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 sa massimu ta' 30 litru għal kull vjaġġatur;
l-inbid u l-meraq tal-għeneb għall-fieri kummerċjali kif definit fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, diment li l-prodotti kkonċernati jitqiegħdu f'kontenituri tikkettati ta' mhux aktar minn żewġ litri, magħluqin b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw;
il-kwantitajiet tal-inbid, il-most tal-għeneb u l-meraq tal-għeneb f'kontenituri oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (v), importati għall-finijiet ta' esperimenti xjentifiċi u tekniċi sa massimu ta' 100 litru;
l-inbejjed u l-meraq tal-għeneb importati skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-relazzjonijiet diplomatiċi tat-18 ta' April 1961, il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-relazzjonijiet konsulari tal-24 ta' April 1963 jew konvenzjonijiet konsulari oħra, jew il-Konvenzjoni ta' New York tas-16 ta' Diċembru 1969 dwar il-missjonijiet speċjali;
l-inbejjed u l-meraq tal-għeneb miżmuma fi mħażen abbord bastimenti u inġenji tal-ajru li joperaw għall-ġarr internazzjonali;
l-inbejjed u l-meraq tal-għeneb li joriġinaw mill-Unjoni u li jiġu bbottiljati fl-Unjoni, esportati lejn pajjiż terz u mibgħuta lura fit-territorju doganali tal-Unjoni u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera;
fil-każ tal-inbid imqiegħed f'kontenituri tikkettati li ma jesgħux aktar minn 60 litru, magħluqin b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, u diment li l-inbid ikun joriġina minn pajjiż li offra garanziji speċjali aċċettati mill-Unjoni kif elenkat fit-Taqsima A tal-Parti IV tal-Anness VII, it-taqsima tar-rapport ta' analiżi tad-dokument VI-1 jeħtieġ timtela biss fir-rigward ta':
il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum;
l-aċidità totali;
il-kontenut totali tad-diossidu tal-kubrit.
Artikolu 22
Ir-regoli għat-tfassil tad-dokument VI-1 u tal-estratt VI-2
Dan għandu jiġi ffirmat minn uffiċjal ta' korp kompetenti u minn uffiċjal ta' korp jew dipartiment maħtura inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 51(1).
L-oriġinal u kopja ta' dan id-dokument VI-1 għandhom jakkumpanjaw il-prodott.
L-estratt, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-estratt VI-2”, jista' jitfassal skont il-mudell mogħti fil-Parti II tal-Anness VII, li jkun fih id-dejta mogħtija fid-dokument VI-1 jew, jekk jiġi ppreżentat l-estratt VI-2, id-dejta mogħtija f'dak l-estratt VI-2, bit-timbru ta' uffiċċju doganali tal-Unjoni. L-oriġinal u żewġ kopji tal-estratt VI-2 għandhom jakkumpanjaw il-prodott.
Artikolu 23
L-użu tad-dokument VI-1 u tal-estratti VI-2
L-oriġinal u l-kopja tad-dokument VI-1 jew l-oriġinal u ż-żewġ kopji tal-estratt VI-2 għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih isiru l-formalitajiet doganali meħtieġa biex il-konsenja relatata magħhom tiġi rilaxxata fiċ-ċirkolazzjoni libera, malli jsiru dawk il-formalitajiet, kif ġej:
l-awtoritajiet doganali għandhom japprovaw l-oriġinal u l-kopja tad-dokument VI-1 jew l-oriġinal u ż-żewġ kopji tal-estratt VI-2, jibagħtu lura l-oriġinal tad-dokument VI-1 jew l-oriġinal u kopja tal-estratt VI-2 lill-persuna kkonċernata, u jżommu l-kopja tad-dokument VI-1 jew il-kopja tal-estratt VI-2 għal mill-inqas ħames snin;
meta l-konsenja tkun trid terġa' tiġi konsenjata qabel ma tiġi rilaxxata fiċ-ċirkolazzjoni libera, il-konsenjatur il-ġdid għandu jagħti d-dokument VI-1 u l-estratt VI-2 relatati ma' dik il-konsenja lill-awtoritajiet doganali li jkunu qed jissorveljaw il-konsenja jew, meta l-konsenja tkun koperta b'estratt VI-2 mimli preċedentement u b'estratt VI-2 mimli konsekuttivament, għandu jagħtihom dawk iż-żewġ estratti VI-2.
Jekk l-estratt VI-2 jingħata flimkien mad-dokument VI-1, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw li d-dettalji mniżżla fid-dokument VI-1 ikunu jikkorrispondu għal dawk imniżżla fl-estratt VI-2. Jekk l-estratt VI-2 mimli konsekuttivament jingħata flimkien mal-estratt VI-2 mimli preċedentement, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw li d-dettalji mniżżla f'dak l-estratt VI-2 mimli preċedentement ikunu jikkorrispondu għal dawk imniżżla fl-estratt VI-2 mimli konsekuttivament u għandhom jittimbraw dan tal-aħħar, li mbagħad għandu jkun ekwivalenti għall-estratt VI-2 mimli preċedentement.
L-awtoritajiet doganali għandhom japprovaw l-oriġinal u l-kopja tad-dokument VI-1 jew l-oriġinal u l-kopja tal-estratt VI-2 mimli preċedentement.
L-awtoritajiet doganali għandhom jibagħtu lura l-oriġinal tad-dokument VI-1 u ta' kull estratt VI-2 lill-konsenjatur il-ġdid u għandhom iżommu l-kopji għal mill-inqas ħames snin.
Iżda ma hemmx bżonn jimtela estratt VI-2 meta l-konsenja ta' prodott terġa' tiġi esportata lejn pajjiż terz.
meta konsenja tinqasam qabel ma tiġi rilaxxata fiċ-ċirkolazzjoni libera, il-persuna kkonċernata għandha tagħti l-oriġinal u l-kopja tad-dokument VI-1 jew l-oriġinal u l-kopja tal-estratt VI-2 mimli preċedentement li huma relatati mal-konsenja li trid tinqasam lill-awtoritajiet doganali li jkunu qed jissorveljaw dik il-konsenja, flimkien mal-oriġinal tal-estratt VI-2 mimli konsekuttivament għal kull konsenja ġdida u żewġ kopji tagħhom.
L-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw li d-dettalji mniżżla fid-dokument VI-1 jew fl-estratt VI-2 mimli preċedentement ikunu jikkorrispondu għal dawk imniżżla fl-estratt VI-2 mimli konsekuttivament għal kull konsenja ġdida. Jekk dawn ikunu jikkorrispondu, l-awtoritajiet doganali għandhom jittimbraw dan tal-aħħar, li mbagħad għandu jkun ekwivalenti għall-estratt VI-2 mimli preċedentement, u japprovaw l-oriġinal u l-kopja tad-dokument VI-1 jew l-oriġinal u l-kopja tal-estratt VI-2 mimli preċedentement. Dawn għandhom jibagħtu lura l-oriġinal tal-estratt VI-2 mimli konsekuttivament flimkien mal-oriġinal tad-dokument VI-1 jew tal-estratt VI-2 mimli preċedentement lill-persuna kkonċernata, u jżommu kopja ta' kull wieħed minn dawk id-dokumenti għal mill-anqas ħames snin.
Artikolu 24
L-użu tad-dokument VI-1 fil-każ ta' importazzjonijiet indiretti
Meta l-inbid ikun ġie esportat minn pajjiż terz li fit-territorju tiegħu jkun ġie magħmul (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-pajjiż tal-oriġini”) lejn pajjiż terz ieħor (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-pajjiż esportatur”) qabel ma jiġi esportat lejn l-Unjoni, id-dokument VI-1 għall-inbid ikkonċernat għandu jitqies validu għall-importazzjoni fl-Unjoni jekk dan ikun tfassal mill-korpi kompetenti tal-pajjiż esportatur, mingħajr aktar analiżi fuq dak l-inbid, abbażi ta' dokument VI-1 jew ekwivalenti mħejji mill-korpi kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini, diment li l-inbid:
ikun ġie bbottiljat u ttikkettat fil-pajjiż tal-oriġini u jibqa' hekk; jew
ikun esportat bl-ingrossa mill-pajjiż tal-oriġini u bbottiljat u ttikkettat fil-pajjiż esportatur mingħajr aktar ipproċessar.
Id-dokument VI-1 tal-pajjiż esportatur għandu juri ċ-ċertifikazzjoni tal-korp kompetenti ta' dak il-pajjiż li l-inbid ikkonċernat hu nbid li għalih jirreferi l-ewwel paragrafu u li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fih.
L-oriġinal jew il-kopja ċċertifikata tad-dokument VI-1 jew ekwivalenti tal-pajjiż tal-oriġini għandhom jinhemżu mad-dokument VI-1 tal-pajjiż esportatur.
Il-korpi kompetenti tal-pajjiżi terzi għall-finijiet ta' dan l-Artikolu għandhom jitniżżlu fil-lista prevista fl-Artikolu 51(1).
Artikolu 25
Regoli speċjali dwar iċ-ċertifikazzjoni għal inbejjed partikolari
Għall-inbejjed likurużi u l-inbejjed imsaħħin għad-distillazzjoni, id-dokumenti VI-1 għandhom jitqiesu validi biss meta l-korp kompetenti inkluż fil-lista prevista fl-Artikolu 51(1) ikun niżżel dan li ġej fil-kaxxa 14:
“l-alkoħol miżjud ma' dan l-inbid hu ċċertifikat bħala alkoħol tal-inbid” (the alcohol added to this wine is certified as being wine alcohol).
F'dan il-każ, il-kaxxa 14 għandha turi dan li ġej:
“l-inbid kopert b'dan id-dokument hu ċċertifikat li ġie magħmul fir-reġjun tal-vitikultura u ngħata l-indikazzjoni ġeografika murija fil-kaxxa 6 skont id-dispożizzjonijiet tal-pajjiż tal-oriġini” (the wine covered by this document is certified as having been produced in the winegrowing region and was given the geographical indication shown in box 6 in accordance with the provisions of the country of origin).
Iċ-ċertifikazzjoni fil-kaxxa 14 imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi din l-informazzjoni:
l-isem sħiħ u l-indirizz tal-korp kompetenti tal-ħruġ;
il-firma ta' uffiċjal tal-korp kompetenti;
it-timbru tal-korp kompetenti.
Artikolu 26
Proċedura simplifikata
Il-produtturi awtorizzati kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jużaw u jimlew sew id-dokumenti VI-1, b'mod partikolari:
fil-kaxxa 1, iniżżlu isimhom, l-indirizzi tagħhom u n-numri tar-reġistrazzjoni tagħhom fil-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima B tal-Parti IV tal-Anness VII;
fil-kaxxa 9, l-isem u l-indirizz tal-korp kompetenti tal-pajjiż terz li awtorizzahom;
fil-kaxxa 10, mill-anqas id-dettalji previsti fl-Artikolu 21(b).
Il-produtturi għandhom jiffirmaw fl-ispazju pprovdut fil-kaxex 9 u 10, wara li jaqtgħu l-kliem “l-isem u t-titlu tal-uffiċjal” (name and title of official).
La t-timbri u lanqas l-isem u l-indirizz ta' xi korp jew dipartiment maħtur ma għandhom ikunu meħtieġa.
Artikolu 27
Dokument elettroniku
Sistema tal-kontrolli f'pajjiż terz tista' tiġi aċċettata bħala ekwivalenti għal dik stabbilita mill-Unjoni għall-istess prodotti jekk tkun tissodisfa mill-inqas dawn il-kundizzjonijiet:
toffri garanziji biżżejjed fir-rigward tan-natura, l-oriġini u t-traċċabbiltà tal-prodotti tal-inbid magħmulin jew ikkummerċjalizzati fit-territorju tal-pajjiż terz ikkonċernat;
tiżgura aċċess għad-dejta miżmuma fis-sistema elettronika użata fir-rigward tar-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni tal-operaturi, il-korpi kompetenti, u l-korpi u d-dipartimenti maħtura;
tiżgura li jkunu jistgħu jsiru kontrolli tad-dejta msemmija fil-punt (b) fi ħdan il-qafas ta' koperazzjoni amministrattiva reċiproka.
Il-pajjiżi terzi li jħaddmu sistema tal-kontrolli aċċettata mill-Unjoni bħala ekwivalenti skont it-tieni subparagrafu għandhom jitniżżlu fil-lista stabbilita fit-Taqsima C tal-Parti IV tal-Anness VII.
KAPITOLU V
IR-REĠISTRU TAD-DĦUL U L-ĦRUĠ
Artikolu 28
Iż-żamma tar-reġistru tad-dħul u l-ħruġ
B'deroga mill-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u diment li d-daħliet, l-irtirar u l-ħażniet ikunu jistgħu jiġu vverifikati fi kwalunkwe ħin abbażi tad-dokumenti kummerċjali użati għall-kontijiet finanzjarji, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ li f'dan il-Kapitolu qed jissejjaħ “ir-reġistru” ma hemmx bżonn jinżamm minn:
l-operaturi li jżommu ħażniet ta' prodotti tal-inbid jew li joffruhom għall-bejgħ esklussivament f'kontenituri tikkettati ta' volum nominali ta' 10 litri jew anqas, magħluqin b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, meta l-kwantità kollha ma tkunx taqbeż il-5 litri jew il-5 kilogrammi fil-każ tal-most ikkonċentrat tal-għeneb, rettifikat jew le, u l-100 litru għall-prodotti l-oħra kollha;
l-operaturi li jbigħu xorb esklussivament għall-konsum fil-post;
bejjiegħa bl-imnut.
Meta l-ħwienet tal-imnut li jbigħu direttament lil konsumaturi finali jkunu parti mill-istess impriża u jkunu fornuti minn maħżen ċentrali wieħed jew bosta ta' dak in-negozju, dawn l-imħażen ċentrali għandhom iżommu r-reġistru, mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-paragrafu 1, fir-rigward tal-prodotti li jfornu. Il-konsenji lill-ħwienet tal-imnut għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru bħala rtirati.
Iżda jekk id-daħliet, l-irtirar u l-ħażniet jistgħu jiġu vverifikati fi kwalunkwe ħin fil-post proprja fejn jinżammu l-prodotti abbażi ta' dokumenti oħra ta' sostenn, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni biex ir-reġistru:
jinżamm fil-post tan-negozju rreġistrat tal-impriża, meta l-prodotti jkunu maħżuna f'diversi imħażen tal-istess impriża li jkunu jinsabu fl-istess unità amministrattiva lokali jew li jkunu jinsabu f'unitajiet amministrattivi lokali ħdejn xulxin;
ikun fdat f'idejn impriża speċjalizzata fil-qasam.
Artikolu 29
L-operazzjonijiet li għandhom jitniżżlu fir-reġistru
Meta implimentati, l-operazzjonijiet li jikkonċernaw dawn it-trattamenti li ġejjin għandhom jitniżżlu fir-reġistru skont l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274, inkluż, jekk previst mill-Istati Membri, referenzi xierqa għal notifiki li saru lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 30(2):
korrezzjoni tal-qawwa alkoħolika ta' nbid (il-Punt 40 u l-Appendiċi 10 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009) u tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor fil-most permezz tal-akkoppjament tal-membrani (il-Punt 49 u l-Appendiċi 16 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);
arrikkiment u ħlewwa (il-Partijiet I A u B tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; l-Artikoli 11 u 12 u l-Annessi I D u II tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);
aċidifikazzjoni u deaċidifikazzjoni (il-Partijiet I C u D tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; l-Artikolu 13 u l-Punti 12, 13, 46, 48 u 50 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);
trattament bil-faħam għall-użu enoloġiku (il-Punt 9 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);
trattament bil-ferroċanur tal-potassju (il-Punt 26 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);
trattament bl-elettrodijaliżi, jew trattament bl-iskambju tal-katjoni biex tkun żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid, jew aċidifikazzjoni bi trattament bl-iskambju tal-katjoni (il-Punti 20, 36 u 43 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);
żieda tad-dimetildikarbonat (DMDC) mal-inbid (il-Punt 34 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);
l-użu ta' biċċiet tal-injam tal-ballut fil-produzzjoni tal-inbid (il-Punt 38 u l-Appendiċi 9 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);
l-użu esperimentali ta' prattiki enoloġiċi ġodda (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);
il-ġestjoni ta' gass maħlul fl-inbid bl-użu ta' kuntatturi tal-membrana (il-Punt 52 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);
trattament permezz ta' teknoloġija tal-membrana flimkien ma' karbonju attivat (il-Punt 53 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);
l-użu ta' kopolimeri tal-polivinilimidażol u l-polivinilpirrolidon (il-Punt 54 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009);
l-użu tal-klorur tal-fidda (il-Punt 55 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009).
Meta jiġu implimentati, dawn l-operazzjonijiet speċifiċi għandhom jitniżżlu fir-reġistru:
it-taħlit u l-coupage, kif previst fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 606/2009;
l-ibbottiljar;
il-produzzjoni ta' kull kategorija ta' nbejjed frizzanti, inbejjed semifrizzanti, u nbejjed semifrizzanti bil-gass;
il-produzzjoni ta' nbid likuruż;
il-produzzjoni ta' most tal-għeneb ikkonċentrat, rettifikat jew le;
il-produzzjoni ta' nbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni;
l-ipproċessar f'xi kategorija oħra tal-prodotti, bħall-inbid aromatizzat.
Fil-każ tal-ibbottiljar, għandhom jiġu speċifikati l-għadd ta' reċipjenti mimlija u l-kontenut tagħhom.
Artikolu 30
Ir-regoli nazzjonali
L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli kumplimentari dwar id-dettalji tar-reġistrazzjoni b'rabta ma':
il-prodotti f'kontenituri tikkettati ta' volum nominali ta' 10 litri jew anqas, magħluqin b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1)(a), biex jiġu rilaxxati fis-suq tat-territorju tagħhom;
ċerti kategoriji ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274;
ċerti operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-obbligu li jżommu kontijiet separati jew li jiġi adattat ir-reġistru eżistenti.
In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tkun meħtieġa għall-prodotti tal-inbid soġġetti għal kontrolli analitiċi sistematiċi tal-lottijiet kollha tal-prodotti mill-awtoritajiet kompetenti ta' spezzjoni tal-Istati Membri.
KAPITOLU VI
ID-DIKJARAZZJONIJIET
Artikolu 31
Id-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni
L-Istati Membri li jkunu stabbilew reġistru tal-vinji aġġornat kull sena li abbażi tiegħu jkunu jistgħu joħolqu rabta bejn id-dikjaranti, il-produzzjoni ddikjarata u l-ħbula tal-vinji kkonċernati, jistgħu jeżentaw lill-produtturi mill-obbligu li jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(2)(e) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom huma stess jimlew id-dikjarazzjonijiet billi jindikaw iż-żona abbażi tad-dejta fir-reġistru tal-vinji.
F'dak il-każ, il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 32
Id-dikjarazzjonijiet tal-ħażniet
Artikolu 33
Id-dikjarazzjonijiet tal-ħsad
L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-ħassada, jew uħud mill-ħassada abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, iressqu dikjarazzjoni tal-ħsad lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-sena tal-inbid meta jkun sar il-ħsad.
Artikolu 34
Id-dikjarazzjonijiet tat-trattament jew tal-kummerċjalizzazzjoni
Artikolu 35
Dispożizzjonijiet komuni
L-Istati Membri jistgħu jitolbu aktar informazzjoni komprensiva fir-rigward tar-reġistru tal-vinji jew tad-dikjarazzjonijiet tal-produzzjoni jew tal-ħażniet.
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil xi operatur mill-obbligu li jressaq id-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikoli 31 u 32, li għandhom x'jaqsmu mas-snin tal-inbid li matulhom ma tkun saret l-ebda produzzjoni jew ma jkun baqa' l-ebda ħażna.
KAPITOLU VII
IL-KONTROLLI, L-AWTORITAJIET KOMPETENTI, L-ASSISTENZA REĊIPROKA U L-PENALI
TAQSIMA I
IL-KONTROLLI, L-AWTORITAJIET KOMPETENTI, IL-KORPI TA' KOLLEGAMENT U L-ASSISTENZA REĊIPROKA
Artikolu 36
Prinċipji ġenerali
L-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandu japplika mutatis mutandis għall-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli.
Artikolu 37
Dispożizzjonijiet komuni dwar il-kontrolli
Jekk il-kontrolli jsiru b'kampjuni, l-għadd, in-natura u l-frekwenza tal-kontrolli għandhom ikunu b'tali mod li l-kontrolli jkunu rappreżentattivi għat-territorju kollu tal-Istat Membru u jkunu jikkorrispondu, fejn japplika, għall-volum tal-prodotti tas-settur tal-inbid magħmula, ikkummerċjalizzati jew maħżuna bil-ħsieb li jiġu kkummerċjalizzati.
Fejn xieraq, il-kontrolli amministrattivi għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, kontroverifiki ma' dejta mis-sistema tal-amministrazzjoni u tal-kontroll integrata stipulata fil-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Il-kontrolli fuq il-post ma għandhomx jitħabbru. Madankollu, sakemm l-għan tal-kontroll ma jiġix kompromess, jista' jsir avviż bil-quddiem limitat għall-minimu meħtieġ. Dan l-avviż bil-quddiem ma għandux jaqbeż it-48 siegħa, għajr meta jkun ġustifikat jew għal dawk il-miżuri fejn hemm previsti kontrolli sistematiċi fuq il-post. Dawn għandhom isiru billi jittieħed kampjun ta' persentaġġ xieraq ta' produtturi abbażi ta' analiżi tar-riskju. Kull kontroll fuq il-post għandu jkun soġġett għal rapport tal-kontroll ħalli jkunu jistgħu jiġu mistħarrġa d-dettalji tal-kontrolli mwettqa.
Artikolu 38
Il-persuni soġġetti għall-kontrolli
L-operaturi li mingħandhom jittieħdu l-kampjuni mill-uffiċjali ta' awtorità kompetenti:
ma jistgħux iwaqqfu b'xi mod li jsir dan il-ġbir; u
lil dawn l-uffiċjali għandhom jagħtuhom kull informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274.
Artikolu 39
Il-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika
Iċ-ċentru ta' referenza Ewropew għal kontrolli fis-settur tal-inbid għandu jżomm u jaġġorna l-bank tad-dejta analitiku tad-dejta isotopika fil-livell tal-Unjoni abbażi tad-dejta nnotifikata mil-laboratorji nnominati mill-Istati Membri. Dik id-dejta għandha tinkiseb minn analiżi isotopika armonizzata tal-komponenti tal-etanol u l-ilma fi prodotti tal-inbid, u għandha tippermetti l-kontrolli rilevanti kollha waqt il-kummerċjalizzazzjoni, b'konformità mal-metodi ta' analiżi stabbiliti skont l-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 u 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274.
Artikolu 40
L-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta' kollegament
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 37. Dawk l-awtoritajiet għandu jkollhom persunal biżżejjed li jkun kwalifikat u esperjenzat sew biex iwettaq dawn il-kontrolli b'mod effettiv.
Meta Stat Membru jaħtar diversi awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw il-konformità mar-regoli li jirregolaw is-settur tal-inbid, dan għandu jindika r-responsabbiltà speċifika tagħhom u jikkoordina ħidmithom.
Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed ta' kollegament bir-responsabbiltà li jżomm kuntatt mal-Kummissjoni, mal-korpi ta' kollegament ta' Stati Membri oħra u ma' pajjiżi terzi, u biex jirċievi u jressaq talbiet għall-assistenza amministrattiva.
Artikolu 41
Is-setgħat tal-uffiċjali
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiffaċilita x-xogħol tal-uffiċjali tal-korpi kompetenti tiegħu. Dan għandu jiżgura li dawn l-uffiċjali, flimkien ma' uffiċjali ta' korpi oħra meta meħtieġ u meta jawtorizzahom:
ikollhom aċċess għall-vinji, għall-produzzjoni tal-inbid u għall-installazzjonijiet tal-ipproċessar tal-prodotti fis-settur tal-inbid u għall-vetturi li jġorru dawk il-prodotti;
ikollhom aċċess għall-istabbiliment kummerċjali jew għall-imħażen u l-vetturi ta' kull impriża li tkun qed tbigħ, tikkummerċjalizza jew iġġorr prodotti tas-settur tal-inbid jew prodotti li jistgħu jkunu maħsuba biex jintużaw fis-settur tal-inbid;
ikunu jistgħu jagħmlu inventarju tal-prodotti u s-sustanzi tas-settur tal-inbid, jew tal-prodotti li jistgħu jintużaw għat-tħejjija ta' prodotti bħal dawn;
ikunu jistgħu jieħdu kampjuni ta' prodotti jew sustanzi tas-settur tal-inbid, jew ta' prodotti li jistgħu jintużaw għat-tħejjija ta' prodotti bħal dawn u ta' prodotti maħżuna bil-ħsieb li jinbiegħu, jiġu kkummerċjalizzati jew jinġarru;
ikunu jistgħu jistudjaw id-dejta tal-kontijiet u ta' dokumenti oħra li jintużaw fil-proċeduri tal-kontrolli, u jagħmlu kopji tagħhom jew jieħdu estratti minnhom;
ikunu jistgħu jieħdu miżuri protettivi xierqa fir-rigward tat-tħejjija, iż-żamma, it-trasport, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' xi prodotti tas-settur tal-inbid jew ta' prodott maħsub biex jintuża fit-tħejjija ta' prodott bħal dak, jekk ikun hemm raġuni biex wieħed jaħseb li jkun sar ksur gravi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-aktar fil-każ tat-trattament frawdolenti jew ir-riskji għas-saħħa.
Artikolu 42
Il-koordinazzjoni tal-kontrolli u l-aċċess għall-informazzjoni
Fir-rigward tal-kontrolli fuq il-konsenji li jsiru bil-kopertura tad-dokumenti ta' akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 10, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 40 għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni miżmuma fis-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2008/118/KE, kif ukoll għall-informazzjoni dwar il-movimenti tal-prodotti tal-inbid li jiċċirkolaw bl-arranġamenti stabbiliti fil-Kapitolu IV ta' dik id-Direttiva.
Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess ukoll għall-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tal-informazzjoni stabbiliti għall-kontrolli tal-movimenti tal-prodotti tal-inbid, għajr dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu.
L-informazzjoni miksuba skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi tista' tintuża biss għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 43
L-assistenza reċiproka
Il-Kummissjoni għandha tkun notifikata kull meta l-prodott soġġett għall-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu jkun joriġina minn pajjiż terz, u jekk il-kummerċjalizzazzjoni ta' dan il-prodott tista' tkun ta' interess speċifiku għal Stati Membri oħra.
L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tagħti kull informazzjoni li tista' tgħin lill-awtorità rikjedenti biex iwettaq dmirijietha.
L-awtorità li ssirilha t-talba għandha taġixxi daqslikieku f'isimha.
Bi qbil mal-awtorità li ssirilha t-talba, l-awtorità rikjedenti tista' taħtar uffiċjali biex:
jiksbu informazzjoni, fil-bini tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn hi stabbilita l-awtorità li ssirilha t-talba, dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-prodotti tal-inbid tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274 jew dwar kontrolli relatati magħhom, inkluż li jagħmlu kopji tad-dokumenti tal-ġarr u dokumenti oħrajn jew ta' estratti mir-reġistri; jew
ikunu preżenti waqt il-kontrolli mitluba skont il-paragrafu 2, wara li l-awtorità li ssirilha t-talba tkun mgħarrfa f'ħin adegwat qabel ma jsiru l-kontrolli.
Il-kopji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jsiru biss bi qbil mal-awtorità li ssirilha t-talba.
L-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti:
għandhom jipproduċu ordni bil-miktub li turi l-identità u l-kariga uffiċjali tagħhom;
mingħajr preġudizzju għal-limiti imposti mill-Istat Membru tal-awtorità li ssirilha t-talba fuq l-uffiċjali tiegħu stess waqt it-twettiq tal-kontrolli inkwistjoni, għandu jkollhom
id-drittijiet tal-aċċess imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 41;
id-dritt li jkunu mgħarrfa bir-riżultati tal-kontrolli mwettqin mill-uffiċjali tal-awtorità li ssirilha t-talba, skont il-punti (c) u (e) tal-Artikolu 41.
Artikolu 44
Forza konklussiva
Is-sejbiet tal-uffiċjali ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru waqt l-applikazzjoni ta' din it-Taqsima jistgħu jiġu invokati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u għandhom l-istess valur daqslikieku kienu s-sejbiet tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 45
Notifika ta' suspett ta' nuqqas ta' konformità
Meta awtorità kompetenti ta' Stat Membru jkollha raġunijiet biex tissuspetta jew tkun taf li prodott tal-inbid mhuwiex konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-prodotti tal-inbid tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274, jew li kien soġġett għal azzjoni frawdolenti biex jinkiseb jew jiġi kkummerċjalizzat, il-korp ta' kollegament ta' dak l-Istat Membru għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-korp ta' kollegament ta' kull Stat Membru li għandu interess speċifiku f'dan in-nuqqas ta' konformità ma' dawn ir-regoli, u dan biex iwassal għal miżuri amministrattivi jew azzjoni legali.
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jsibu jew jissuspettaw li l-prodotti tal-inbid kienu soġġetti għal falsifikazzjoni li aktarx twassal għal riskju għas-saħħa lill-konsumaturi, jew li mhumiex konformi mal-Artikolu 80 jew l-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-korp ta' kollegament ta' dak l-Istat Membru għandu jinforma dwar dan mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, lill-korpi ta' kollegament tal-Istati Membri l-oħra, u jekk ikun il-każ lill-korp ta' kollegament tal-pajjiżi terzi kkonċernati, permezz tas-sistema tal-informazzjoni stabbilita mill-Kummissjoni.
TAQSIMA II
IL-PENALI
Artikolu 46
Il-penali u l-irkupru tal-ispejjeż għat-tħawwil mhux awtorizzat
L-Istati Membri għandhom jimponu penali finanzjarji fuq il-produtturi li ma jikkonformawx mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
L-ammont minimu tal-penali finanzjarja għandu jkun:
EUR 6 000 għal kull ettaru, jekk il-produttur jaqla' d-dwieli kollha mħawla mingħajr l-awtorizzazzjoni, fi żmien erba' xhur mid-data meta jkun ġie nnotifikat bl-irregolarità, kif imsemmi fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
EUR 12 000 għal kull ettaru, jekk il-produttur jaqla' d-dwieli kollha mħawla mingħajr l-awtorizzazzjoni, matul l-ewwel sena wara l-iskadenza tal-perjodu ta' erba' (4) xhur;
EUR 20 000 għal kull ettaru, jekk il-produttur jaqla' d-dwieli kollha mħawla mingħajr l-awtorizzazzjoni, wara l-ewwel sena mill-iskadenza tal-perjodu ta' erba' (4) xhur.
Jekk l-introjtu annwali miksub fiż-żona tal-vinji kkonċernati jkun stmat li jaqbeż is-EUR 6 000 għal kull ettaru, l-Istati Membri jistgħu jżidu l-ammonti minimi stabbiliti fit-tieni subparagrafu proporzjonalment mal-introjtu medju annwali għal kull ettaru stmat għal dik iż-żona.
Jekk l-Istat Membru jiżgura li juża l-mezzi tiegħu biex jinqalgħu d-dwieli li ma kinux awtorizzati biex jitħawlu, l-ispiża rilevanti imposta fuq il-produttur skont l-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi kkalkulata b'mod oġġettiv u b'mod li jitqiesu l-ispejjeż tax-xogħol, l-użu tal-makkinarju u t-trasport jew spejjeż oħra mġarrba. Dik l-ispiża għandha tiżdied mal-penali applikabbli.
Artikolu 47
Penali b'rabta mad-dokumenti ta' akkumpanjament u d-dokumenti VI-1 għan-nuqqas ta' konformità ma' ċerti regoli tal-Unjoni
Artikolu 48
Penali għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi li jinżamm reġistru tad-dħul u l-ħruġ, jitressqu d-dikjarazzjonijiet jew isiru n-notifiki
F'każijiet ta' nuqqas ta' konformità serju jew ripetut mal-obbligu li jitressqu d-dikjarazzjonijiet sad-dati msemmija fil-paragrafu 1, l-operatur ikkonċernat ma għandux jibbenefika mill-miżuri ta' appoġġ previsti fl-Artikoli 47 u 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għas-sena finanzjarja inkwistjoni jew għas-sena finanzjarja ta' wara, u soġġett għal dan li ġej:
meta d-dati msemmija fl-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274 jinqabżu, iżda b'mhux aktar minn 15-il jum tax-xogħol, għandhom jiġu applikati biss il-penali amministrattivi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;
meta l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 titqies mhux kompluta jew mhux preċiża mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u meta l-għarfien tal-informazzjoni nieqsa jew mhux preċiża tkun essenzjali għall-applikazzjoni korretta tal-miżuri previsti fl-Artikoli 47 u 50 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-appoġġ li jrid jitħallas għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat b'ammont stabbilit mill-awtorità kompetenti skont il-gravità tal-ksur.
Artikolu 49
Ċirkostanzi eċċezzjonali u żbalji ovvji
KAPITOLU VIII
IN-NOTIFIKI
Artikolu 50
In-natura u t-tip tal-informazzjoni li għandha tiġi notifikata
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dan:
il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu adottaw skont l-Artikolu 120(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274;
l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex iwettqu l-analiżi uffiċjali, il-proċedura taċ-ċertifikazzjoni amministrattiva u l-kontrolli relatati mar-reġistri u d-dokumenti ta' akkumpanjament;
l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jagħtu l-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, u tal-awtoritajiet responsabbli biex iżommu u jaġġornaw ir-reġistru tal-vinji u biex iressqu inventarju aġġornat tal-potenzjal tal-produzzjoni;
il-limiti msemmija fil-punti (1) u (2) tal-ewwel subparagrafu tat-Taqsima H tal-Anness II;
il-miżuri li ttieħdu biex jiġi implimentat il-Kapitolu VII, meta n-notifika ta' dawk il-miżuri tkun rilevanti għall-koperazzjoni bejn l-Istati Membri, u l-isem u l-indirizz tal-korp ta' kollegament maħtur minn kull Stat Membru;
il-kundizzjonijiet applikati għat-tfassil tad-dokumenti ta' akkumpanjament imsemmija fil-punti (a)(iii) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1);
il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid ikkonċernati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 81 u tal-Artikolu 120(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 51
Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata
Abbażi tan-notifiki mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna l-listi li jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:
l-isem u l-indirizz tal-korpi kompetenti fil-pajjiż tal-oriġini tal-prodott li huma responsabbli għall-ħruġ tad-dokumenti VI-1;
l-isem u l-indirizz tal-korpi u d-dipartimenti maħtura mill-pajjiż tal-oriġini jew, meta ma jkunx hemm fil-pajjiż tal-oriġini, l-isem u l-indirizz ta' laboratorju diġà awtorizzat minn barra l-pajjiż tal-oriġini tal-prodott, inkarigati biex jimlew it-taqsima tar-rapport ta' analiżi tad-dokumenti VI-1;
l-isem, l-indirizz u n-numru uffiċjali tar-reġistrazzjoni tal-produtturi u l-proċessuri tal-inbid awtorizzati mill-pajjiż tal-oriġini tal-prodott biex ifasslu d-dokumenti VI-1;
l-isem u l-indirizz ta' korp ta' kollegament wieħed maħtur f'kull pajjiż terz biex jirċievi u jibgħat it-talbiet għall-assistenza amministrattiva u biex jirrappreżenta lil pajjiżu fir-rigward tal-Kummissjoni u l-Istati Membri.
KAPITOLU IX
EMENDI, TĦASSIR, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 52
Emendi fir-Regolament (KE) Nru 555/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 hu emendat kif ġej:
Jitħassru l-Artikoli 1, 21, 22 u 23, 38 sa 54, 74, 83 sa 95a u 98 sa 102;
Jitħassru l-Annessi IX sa XIII u XVI sa XXI.
Artikolu 53
Emendi fir-Regolament (KE) Nru 606/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 hu emendat kif ġej:
Jitħassru l-Artikoli 12 u 13;
Jiddaħħlu l-Artikoli 14a u 14b li ġejjin:
“Article 14a
Iffissar ta' persentaġġ minimu tal-alkoħol fil-prodotti sekondarji
Għall-fini li jinstab il-volum tal-alkoħol fil-prodotti sekondarji f'relazzjoni ma' dak li jkun hemm fl-inbid prodott, il-qawwiet standard tal-alkoħol naturali tal-inbid skont il-volum, li għandhom jiġu applikati fiż-żoni differenti tal-produzzjoni tal-inbid, għandhom ikunu:
8,0 % għaż-żona A;
8,5 % għaż-żona B;
9,0 % għaż-żona C I;
9,5 % għaż-żona C II;
10,0 % għaż-żona C III.
Artikolu 14b
Ir-rimi tal-prodotti sekondarji
Artikolu 54
Emenda fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009
Jitħassar l-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009.
Artikolu 55
Tħassir
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 huma mħassra.
Artikolu 56
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
IR-REGOLI MARBUTA MAL-KRITERJU TAL-ELIĠIBBILTÀ ELENKAT FL-ARTIKOLU 64(1)(c) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1308/2013 U MAL-KRITERJU ADDIZZJONALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 4(1) TA' DAN IR-REGOLAMENT
A. Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk tintlaħaq waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:
iż-żoni li jridu jitħawlu mill-ġdid huma maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed bid-DOP speċifika taż-żona kkonċernata; jew,
meta ż-żoni li jridu jitħawlu mill-ġdid huma maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed bid-DOP speċifika, l-applikant għandu jwettaq l-impenji li ġejjin:
la juża u lanqas ma jikkummerċjalizza l-għeneb imkabbar f'dawk iż-żoni li jkun għadhom kif tħawlu għall-produzzjoni tal-inbejjed b'DOP, meta dawn iż-żoni jkunu qegħdin fiż-żoni eliġibbli għal dak il-għan;
la jaqla' u lanqas ma jerġa' jħawwel bil-għan li ż-żona mħawla mill-ġdid jagħmilha eliġibbli għall-produzzjoni tal-għeneb għall-inbejjed bid-DOP speċifika.
L-applikanti għandhom iwettqu l-impenji msemmija fil-punt (2) għal perjodu taż-żmien limitat li għandu jiġi ffissat mill-Istat Membru u li ma jistax jaqbeż ►M2 il-31 ta’ Diċembru 2045 ◄ .
B. Il-kriterju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament
Il-kriterju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament għandu jitqies issodisfat jekk tintlaħaq waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:
iż-żona/i li jridu jitħawlu mill-ġdid huma maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed bl-IĠP speċifika taż-żona kkonċernata; jew,
meta ż-żona/i li jridu jitħawlu mill-ġdid huma maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed bl-IĠP speċifika, l-applikant għandu jwettaq dawn l-impenji:
la juża u lanqas ma jikkummerċjalizza l-għeneb imkabbar f'dawk iż-żoni li jkun għadhom kif tħawlu għall-produzzjoni tal-inbejjed b'IĠP, meta dawn iż-żoni jkunu qegħdin fiż-żoni eliġibbli għal dak il-għan;
la jaqla' u lanqas ma jerġa' jħawwel bil-għan li ż-żona mħawla mill-ġdid jagħmilha eliġibbli għall-produzzjoni tal-għeneb għall-inbejjed bl-IĠP speċifika.
L-applikanti għandhom iwettqu l-impenji msemmija fil-punt (2) għal perjodu taż-żmien limitat li għandu jiġi ffissat mill-Istat Membru u li ma jistax jaqbeż ►M2 il-31 ta’ Diċembru 2045 ◄ .
ANNESS II
IR-REGOLI MARBUTA MAL-KRITERJI TA' PRIJORITÀ ELENKATI FL-ARTIKOLU 64(2)(a) SA (h) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1308/2013 U L-KRITERJI ADDIZZJONALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3) TA' DAN IR-REGOLAMENT
A. Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
(1) Il-persuni ġuridiċi, irrispettivament mill-forma legali tagħhom, għandhom jitqiesu konformi ma' dan il-kriterju, jekk jissodisfaw waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:
persuna fiżika li qed tistabbilixxi tħawwil tad-dwieli għall-ewwel darba u li hija l-kap tal-impriża (“parteċipant ġdid”) teżerċita kontroll effettiv u fit-tul fuq il-persuna ġuridika f'termini ta' deċiżjonijiet relatati mal-ġestjoni, il-benefiċċji u r-riskji finanzjarji. Meta fil-kapital jew fil-ġestjoni tal-persuna ġuridika jkunu qed jieħdu sehem diversi persuni fiżiċi, inkluż persuni li mhumiex parteċipanti ġodda, il-parteċipant il-ġdid għandu jkun kapaċi jeżerċita kontroll effettiv u fit-tul bħal dan, waħdu jew b'mod konġunt ma' persuni oħrajn; jew
meta persuna ġuridika tkun qed tiġi kkontrollata waħedha jew b'mod konġunt minn persuna ġuridika oħra, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) għandhom japplikaw għal kull persuna fiżika li għandha kontroll fuq dik il-persuna ġuridika l-oħra.
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' grupp ta' persuni fiżiċi irrispettivament mill-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali.
(2) L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-kundizzjoni addizzjonali li l-applikant għandu jkun persuna fiżika li fis-sena tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni ma jkollhiex aktar minn 40 sena (“produttur żagħżugħ”).
Il-persuni ġuridiċi msemmija fil-punt (1) għandhom jitqiesu konformi mal-kundizzjoni addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, jekk fis-sena tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, il-persuna fiżika msemmija fil-punti (1)(a) u (b) ma jkollhiex aktar minn 40 sena.
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-grupp ta' persuni fiżiċi msemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt (1).
(3) L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-applikanti jimpenjaw ruħhom li matul perjodu ta' ħames snin la jikru u lanqas ma jbigħu ż-żoni li għadhom kif tħawlu lil persuna fiżika jew ġuridika oħra.
Meta l-applikant ikun persuna ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll li matul perjodu ta' ħames snin, l-applikant ma jittrasferix l-eżerċizzju ta' kontroll effettiv u fit-tul tal-impriża f'termini ta' deċiżjonijiet relatati mal-ġestjoni, il-benefiċċji u r-riskji finanzjarji lil persuna/i oħrajn, sakemm dik il-persuna jew dawk il-persuni ma jkunux issodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punti (1) u (2) li applikaw meta ngħataw l-awtorizzazzjonijiet.
B. Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk tintlaħaq waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:
l-applikant jimpenja ruħu li għal perjodu minimu ta' ħames sa seba' snin jikkonforma mar-regoli dwar il-produzzjoni organika stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 ( 6 ) u meta applikabbli r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 ( 7 ) fir-rigward taż-żona/i li jridu jitħawlu mill-ġdid jew għall-impriża kollha. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż ►M2 il-31 ta’ Diċembru 2045 ◄ .
L-Istati Membri jistgħu jqisu dan il-kriterju bħala ssodisfat jekk l-applikanti jkunu diġà vitikulturi waqt is-sottomissjoni tal-applikazzjoni, u jkunu applikaw b'mod effettiv ir-regoli dwar il-produzzjoni organika msemmija fl-ewwel subparagrafu għaż-żona kollha mħawla bid-dwieli fl-impriża rispettiva għal mill-inqas ħames snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
l-applikant jimpenja ruħu li jikkonforma ma' waħda minn dawn il-linji gwida jew l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal perjodu minimu ta' ħames sa seba' snin li fi kwalunkwe każ ma jaqbiżx ►M2 il-31 ta’ Diċembru 2045 ◄ :
il-linji gwida speċifiċi għall-għelejjel jew għas-setturi għall-ġestjoni integrata tal-pesti li huma adegwati għat-tkabbir tad-dwieli, skont l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), meta dawn il-linji gwida jkunu jeżistu;
l-iskemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni għall-produzzjoni integrata li huma adegwati għall-produzzjoni tal-inbid;
l-iskemi nazzjonali jew reġjonali taċ-ċertifikazzjoni ambjentali li jiċċertifikaw il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali b'rabta mal-kwalità tal-ħamrija u/jew tal-ilma, il-bijodiversità, il-konservazzjoni tal-pajsaġġ, u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u/jew l-adattament għat-tibdil fil-klima, u li huma rilevanti għall-produzzjoni tal-inbid.
L-iskemi taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) għandhom jiċċertifikaw li l-bidwi jimxi bi prattiki fl-impriża tiegħu li jikkonformaw mar-regoli definiti b'mod nazzjonali għall-produzzjoni integrata jew għall-għanijiet imsemmija fil-punt (c). Din iċ-ċertifikazzjoni għandhom jagħmluha l-korpi taċ-ċertifikazzjoni akkreditati skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) u konformi mal-istandards armonizzati rilevanti għal “Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi” jew għal “Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti għal korpi li jipprovdu l-awditjar u ċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni”.
L-Istati Membri jistgħu jqisu dan il-kriterju bħala ssodisfat jekk l-applikanti jkunu diġà vitikulturi waqt is-sottomissjoni tal-applikazzjoni, u jkunu applikaw b'mod effettiv il-linji gwida jew l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għaż-żona kollha mħawla bid-dwieli fl-impriża rispettiva għal mill-inqas ħames snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
meta l-programmi tal-iżvilupp rurali tal-Istati Membri jkunu jinkludu tip speċifiku ta' operazzjonijiet “agroambjentali klimatiċi” kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) li jkun applikabbli għaż-żoni mħawlin bid-dwieli b'rilevanza għaż-żona speċifika indikata fl-applikazzjoni, u diment li jkun hemm biżżejjed fondi, l-applikant hu eliġibbli u jimpenja ruħu li japplika għal dak it-tip ta' operazzjonijiet għaż-żona li trid titħawwel mill-ġdid u li jikkonforma mal-impenji stabbiliti fil-programmi tal-iżvilupp rurali rispettivi għal dawk it-tipi speċifiċi ta' operazzjonijiet “agroambjentali klimatiċi”.
il-ħbula tar-raba' speċifiċi identifikati fl-applikazzjoni jinsabu fuq għoljiet imtarrġa.
L-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll li matul perjodu minimu ta' ħames sa seba' snin, il-produtturi jimpenjaw ruħhom li la jaqilgħu d-dwieli u lanqas ma jħawluhom mill-ġdid f'żoni li mhumiex konformi ma' dawn il-kundizzjonijiet. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż ►M2 il-31 ta’ Diċembru 2045 ◄ .
l-applikant jimpenja ruħu li, għal perjodu minimu ta’ 7 sa 10 snin, iżomm iż-żona/i li għandhom jitħawlu mill-ġdid b’mill-inqas waħda mill-varjetajiet elenkati fil-lista nazzjonali tal-varjetajiet tad-dwieli eliġibbli għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi mfassla mill-Istat Membru għal dak il-fini. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż il-31 ta’ Diċembru 2045.
C. Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk tintlaħaq waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:
il-ħbula tar-raba' speċifiċi identifikati fl-applikazzjoni jkunu ġew fil-pussess tal-applikant bi skambji ma' ħbula tar-raba' oħrajn imħawla bid-dwieli fil-qafas ta' proġetti tal-konsolidazzjoni tal-art;
il-ħbula tar-raba' identifikati fl-applikazzjoni ma jkunux tħawlu bid-dwieli, jew tħawlu bid-dwieli li jokkupaw superfiċje iżgħar minn dik mitlufa minħabba l-implimentazzjoni ta' dak il-proġett tal-konsolidazzjoni tal-art;
iż-żona kollha li għaliha tkun intalbet l-awtorizzazzjoni ma għandhiex taqbeż id-differenza, jekk ikun hemm, bejn iż-żona mħawla bid-dwieli fil-ħbula tar-raba' li qabel kienu proprjetà ta' xi ħadd u dik iż-żona identifikata fl-applikazzjoni.
D. Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(d) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk il-ħbula tar-raba' speċifiċi identifikati fl-applikazzjoni jkunu qegħdin f'wieħed minn dawn it-tipi ta' żoni:
iż-żoni milquta min-nixfa, bi proporzjon tal-preċipitazzjoni annwali mal-evapotranspirazzjoni potenzjali annwali jkun inqas minn 0,5;
iż-żoni b'għeruq mhux fil-fond sa inqas minn 30 cm;
iż-żoni b'konsistenza tal-ħamrija u natura ġeblija mhux favorevoli, skont id-definizzjoni u l-limiti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
iż-żoni b'għoljiet weqfin aktar minn 15 %;
iż-żoni li jinsabu fil-meded muntanjużi li għandhom altitudni ogħla minn 500 m, għajr il-pjanuri għoljin;
iż-żoni li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u fil-gżejjer minuri tal-Eġew kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) jew fi gżejjer żgħar b'medda totali ta' art li ma taqbiżx il-250 km2 u kkaratterizzati minn limiti strutturali jew soċjoekonomiċi.
L-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll li matul perjodu minimu ta' ħames sa seba' snin, il-produtturi jimpenjaw ruħhom li la jaqilgħu id-dwieli u lanqas ma jħawluhom mill-ġdid f'żoni li ma jġarrbux limiti naturali jew speċifiċi. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż ►M2 il-31 ta’ Diċembru 2045 ◄ .
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu sa mhux aktar tard mill-2018 li jeskludu waħda jew aktar miż-żoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-konformità ma' dan il-kriterju ta' prijorità meta ma jkunux f'pożizzjoni li jevalwaw din il-konformità b'mod effettiv.
E. Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(e) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk is-sostenibbiltà ekonomika tal-proġett rispettiv tkun stabbilita abbażi ta' waħda jew aktar minn dawn il-metodoloġiji standard ta' analiżi finanzjarja għall-proġetti ta' investiment agrikoli:
il-Valur Preżenti Nett (NPV);
ir-Rata tar-Redditu Interna (IRR);
il-Proporzjon tal-Ispiża u l-Benefiċċji (BCR);
il-Perjodu tar-Ripagament (PP);
il-Benefiċċju Nett Inkrementali (INB).
Il-metodoloġija għandha tiġi applikata b'mod li tkun adattata għat-tip ta' applikant.
L-Istati Membri għandhom jeżiġu wkoll li l-applikant jistabbilixxi t-tħawwil tad-dwieli ġodda skont il-karatteristiċi tekniċi identifikati fl-applikazzjoni.
F. Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(f), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(f), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk iż-żieda fil-kosteffiċjenza, jew fil-kompetittività jew fil-preżenza tas-swieq tkun stabbilita abbażi ta’ wieħed minn dawn l-elementi:
il-kostijiet tal-unità tal-prodott tal-impriża fis-settur tat-tkabbir tal-inbid naqsu f’sena partikolari meta mqabbla mal-medja tal-5 snin preċedenti;
l-impriża ddiversifikat il-mezzi ta’ distribuzzjoni u/jew id-domanda għolja għall-prodotti tagħha f’sena partikolari meta mqabbla mal-medja tal-5 snin preċedenti.
L-Istati Membri jistgħu jagħtu aktar dettalji dwar il-kunsiderazzjonijiet elenkati fil-punti (1) u (2).
G. Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat jekk il-ħbula tar-raba' li jridu jitħawlu jkunu qegħdin fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni ta' DOP jew IĠP eżistenti, jekk l-għeneb li jrid jitkabbar ikun maħsub għal inbejjed b'DOP jew IĠP, u tintlaħaq xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:
il-ħbula tar-raba' li jridu jitħawlu jkollhom karatteristiċi pedoklimatiċi aħjar, meta mqabbla ma' medja tal-ħbula tar-raba' l-oħrajn imħawla bid-dwieli li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika fl-istess reġjun;
il-varjetà(jiet) tal-għeneb jew il-kloni rispettivi li jridu jitħawlu huma adattati aħjar għall-karatteristiċi pedoklimatiċi speċifiċi tal-ħbula tar-raba' li jridu jitħawlu meta mqabbla mal-ħbula tar-raba' mħawla bid-dwieli li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika, b'karatteristiċi pedoklimatiċi simili u fl-istess reġjun, iżda stabbiliti b'varjetajiet oħrajn jew bi kloni oħrajn tal-istess varjetà(jiet);
il-varjetà(jiet) tal-għeneb jew il-kloni rispettivi li jridu jitħawlu jikkontribwixxu biex tiżdied id-diversità tal-varjetajiet tal-għeneb jew tal-kloni tal-varjetajiet eżistenti fl-istess żona ġeografika tal-produzzjoni tad-DOP jew tal-IĠP;
is-sistemi tat-taħriġ tad-dwieli li jridu jintużaw jew l-istruttura tal-vinja li trid tiġi stabbilita fiż-żoni mħawla mill-ġdid għandhom il-potenzjal li jwasslu għal kwalità aħjar tal-għeneb, meta mqabbla mas-sistemi tat-taħriġ u/jew strutturi li jintużaw l-aktar fl-istess żona ġeografika tal-produzzjoni tad-DOP jew tal-IĠP.
L-Istati Membri jistgħu jagħtu aktar dettalji dwar il-kundizzjonijiet elenkati fil-punti (1) sa (4).
L-Istati Membri għandhom jeżiġu wkoll li l-applikant jistabbilixxi t-tħawwil tad-dwieli ġodda skont il-karatteristiċi tekniċi identifikati fl-applikazzjoni.
L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan il-kriterju ta' prijorità għall-applikazzjonijiet tat-tħawwil ġdid f'żona li tkun ġiet demarkata fil-fajl tekniku li jakkumpanja applikazzjoni għall-protezzjoni ta' denominazzjoni tal-oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika li tkun fil-proċedura nazzjonali preliminari jew waqt il-perjodu tal-iskrutinju tal-Kummissjoni. F'dak il-każ, il-kundizzjonijiet elenkati fil-punti (1) sa (4) japplikaw mutatis mutandis.
H. Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(h), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies issodisfat diment li ż-żona tal-ħbula tal-vinji tal-impriża tal-applikant waqt l-applikazzjoni tkun konformi mal-limiti li għandhom jistabbilixxu l-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali abbażi ta’ kriterji oġġettivi. Dawn il-limiti għandhom jiġu stabbiliti bħala:
mhux inqas minn 0,1 ettaru ta’ ħbula tal-vinji għall-impriżi żgħar;
mhux aktar minn 50 ettaru ta’ ħbula tal-vinji għall-impriżi medji.
Iż-żoni mħawlin bid-dwieli li jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 62(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandhomx jitqiesu għall-kalkolu taż-żona tal-ħbula tal-vinji.
I. Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament
I. “L-imġiba preċedenti tal-produttur”
Il-kriterju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament għandu jitqies issodisfat jekk l-applikant ma jkollux dwieli mħawlin mingħajr l-awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew mingħajr id-dritt tat-tħawwil kif imsemmi fl-Artikoli 85a u 85b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
L-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll li jkun hemm konformità ma' waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet:
l-ebda awtorizzazzjoni mogħtija lill-applikant skont l-Artikolu 64 tar-Regolament Nru 1308/2013 ma tkun skadiet minħabba n-nuqqas ta' użu;
l-applikant ma jkunx naqas li jikkonforma ma' xi impenn minn dawk imsemmija fil-Taqsimiet A u B tal-Anness I, fit-Taqsimiet A, B, u D sa G ta' dan l-Anness u fil-punt II ta' din it-Taqsima;
l-applikant ma għandux żoni mħawlin bid-dwieli li ma jkunx għadhom fis-sistema tal-produzzjoni għal mill-inqas tmien snin.
II. “Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet ikkonfiskati f'każijiet ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità”
Il-kriterju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament (UE) għandu jitqies issodisfat jekk l-applikant ikun persuna ġuridika, irrispettivament mill-forma legali tiegħu, u jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:
l-applikant ikun organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ li għandha biss l-għan soċjali bħala l-attività tagħha;
l-applikant juża l-art ikkonfiskata biss biex jilħaq l-għanijiet soċjali tiegħu skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ).
L-Istati Membri jistgħu jeżiġu wkoll li l-applikanti konformi ma' dan il-kriterju jimpenjaw ruħhom għal perjodu taż-żmien stabbilit mill-Istat Membru li matulu la jikru u lanqas ma jbigħu ż-żoni mħawla mill-ġdid lil xi persuna fiżika jew ġuridika oħra. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż ►M2 il-31 ta’ Diċembru 2045 ◄ .
ANNESS III
L-INFORMAZZJONI MINIMA MOGĦTIJA U AĠĠORNATA FIR-REĠISTRU TAL-VINJI U L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET MARBUTA MA' DIN L-INFORMAZZJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7
1. IL-FAJL TAL-VITIKULTUR
1.1. Identifikazzjoni u l-post ġeografiku
L-identità tal-vitikultur (kompatibbli mas-sistema unika għar-reġistrazzjoni tal-identità ta' kull benefiċjarju msemmi fl-Artikolu 68(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u mar-reġistri jew l-informazzjoni miżmuma mill-Istat Membru).
Lista u l-post ġeografiku tal-ħbula tar-raba' tal-vinji kollha li mhumiex meqjusa li għandhom biss żoni tat-tkabbir tad-dwieli mitluqin (identifikazzjoni kompatibbli mas-sistema tal-identifikazzjoni tal-ħbula tar-raba' msemmija fl-Artikoli 68(1)(b) u 70(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013).
1.2. Il-karatteristiċi taż-żoni mħawla bid-dwieli fil-ħabel tar-raba' tal-vinji
Din l-informazzjoni dwar kull ħabel tar-raba' tal-vinji għandha tidher b'mod separat fil-fajl tal-vitikultur. Iżda meta jkun possibbli minħabba n-natura uniformi tal-ħbula tar-raba' tal-vinji, l-informazzjoni tista' tkun marbuta ma' bosta ħbula tar-raba' ħdejn xulxin jew ma' parti(jiet) ta' ħbula tar-raba' ħdejn xulxin, diment li dik l-identifikazzjoni ta' kull ħabel tar-raba' tibqa' garantita.
L-identifikazzjoni tal-ħabel tar-raba' tal-vinji: is-sistema tal-identifikazzjoni għall-ħbula tar-raba' tal-vinji għandha tiġi stabbilita abbażi ta' mapep, dokumenti tar-reġistrazzjonijiet tal-artijiet jew referenzi kartografiċi oħra. Għandhom jintużaw tekniki ta' sistemi kompjuterizzati tal-informazzjoni ġeografika, fosthom ortofotografija mill-ajru jew spazjali, bi standard omoġenju li jiżgura livell ta' preċiżjoni li mill-anqas ikun ekwivalenti għal dak tal-kartografija bi skala ta' 1:5 000 (jew 1:10 000 meta dawn ikunu nkisbu permezz ta' kuntratti fit-tul maqbula qabel Novembru 2012), filwaqt li jitqiesu l-perimetru u l-kundizzjoni tal-ħabel tar-raba'. Dan għandu jiġi stabbilit b'konformità mal-istandards eżistenti tal-Unjoni.
Iż-żona tal-ħabel tar-raba' tal-vinji
Meta d-dwieli jitkabbru ma' wċuħ oħrajn:
iż-żona sħiħa tal-ħabel ikkonċernat;
iż-żona mħawla bid-dwieli espressa f'termini ta' għelejjel puri (għall-finijiet tal-konverżjoni għandhom jintużaw koeffiċjenti xierqa stabbiliti mill-Istat Membru).
Iż-żona tal-ħabel tar-raba' tal-vinji, jew jekk xieraq, iż-żona espressa f'termini ta' għelejjel puri, b'dan it-tqassim li ġej dwar iż-żoni mħawla bid-dwieli (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274, u l-Parti I tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament, li jekk tiġi applikata hi l-bażi għall-kalkolu ta' 1 % msemmi fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013):
żoni mħawla bid-dwieli li huma eliġibbli għall-produzzjoni tal-nbid b'DOP;
żoni mħawla bid-dwieli li huma eliġibbli għall-produzzjoni tal-nbid b'IĠP:
żoni mħawla bid-dwieli li huma eliġibbli biss għall-produzzjoni tal-inbid mingħajr DOP/IĠP iżda jinsabu f'żona ġeografika tal-produzzjoni ta' DOP/IĠP;
żoni mħawla bid-dwieli li huma eliġibbli biss għall-produzzjoni tal-inbid mingħajr DOP/IĠP iżda jinsabu 'l barra minn żona ġeografika tal-produzzjoni ta' DOP/IĠP;
żoni mħawla bid-dwieli b'destinazzjoni oħra.
Il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid imkabbra, iż-żoni u l-proporzjonijiet korrispondenti stmati fil-ħabel tar-raba' tal-vinji kkonċernat, kif ukoll il-kulur tal-għeneb (informazzjoni kompatibbli mar-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 )).
Is-sena tat-tħawwil jew, fin-nuqqas tagħha, is-sena stmata tal-ħabel tar-raba' tal-vinji kkonċernat (informazzjoni kompatibbli mar-Regolament (KE) Nru 1337/2011).
Iż-żona mħawla bid-dwieli li ġiet ristrutturata jew konvertita skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fit-tabelli fil-Partijiet IV, V u VI tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274).
Iż-żona mħawla bid-dwieli li kienet soġġetta għal ħsad bikri skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fit-tabelli fil-Partijiet IV, V u VI tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274).
L-informazzjoni msemmija fil-punti (6) u (7) trid tinkludi wkoll il-ħbula tar-raba' kollha ristrutturati jew konvertiti jew soġġetti għal ħsad bikri skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Anness IV jew IVa u fl-Anness VI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150) ( 14 ).
Meta ż-żoni kollha mħawla bid-dwieli inklużi fil-fajl tal-vitikultur isiru mitluqa jew ikollhom użu ieħor għajr għall-produzzjoni tal-inbid, il-fajl għandu jitneħħa mir-reġistru tal-vinji jew jiġi mmarkat u ż-żoni rispettivi għandhom jitneħħew minn dawk imsemmija fil-punt 1.2 ta' dan l-Anness.
1.3. Id-dikjarazzjonijiet
Id-dikjarazzjoni tal-ħsad (informazzjoni kompatibbli mad-dikjarazzjoni tal-ħsad imsemmija fl-Artikolu 33).
2. IL-FAJL TAL-PRODUZZJONI
2.1. Identifikazzjoni
L-identifikazzjoni ta' kull persuna fiżika jew ġuridika jew tal-gruppi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li hija meħtieġa għad-dikjarazzjoni tal-produzzjoni prevista fl-Artikolu 31.
2.2. Id-dikjarazzjonijiet
Id-dikjarazzjoni tal-produzzjoni (informazzjoni kompatibbli mad-dikjarazzjoni tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 31).
Id-dikjarazzjoni tal-ħażniet (informazzjoni kompatibbli mad-dikjarazzjoni tal-ħażniet imsemmija fl-Artikolu 32).
ANNESS IV
L-INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI MINIMA MOGĦTIJA FIR-REĠISTRU TAL-VINJI U L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET MARBUTA MA' DIN L-INFORMAZZJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 7(1)
1. IL-FAJL TAL-VITIKULTUR
1.1. Identifikazzjoni u l-post ġeografiku
L-awtorizzazzjonijiet mitluba, mogħtija u mhux imħawla, u ż-żona speċifika rispettiva (informazzjoni kompatibbli man-notifiki msemmija fl-Artikolu 33(2)(a) u fit-tabelli tal-Parti IV tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274).
Id-drittijiet tat-tħawwil miżmuma (għal kull tip) sal-iskadenza għall-konverżjoni f'awtorizzazzjonijiet kif deċiż mill-Istati Membri (informazzjoni kompatibbli man-notifika li riedet issir sal-1 ta' Marzu 2016 kif imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561 ( 15 ) u fit-Tabella A tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament).
1.2. Il-karatteristiċi taż-żoni mħawla bid-dwieli fil-ħbula tar-raba' tal-vinji
Din l-informazzjoni dwar kull ħabel tar-raba' tal-vinji għandha tidher b'mod separat fil-fajl tal-vitikultur. Iżda meta jkun possibbli minħabba n-natura uniformi tal-ħbula tar-raba' tal-vinji, l-informazzjoni tista' tkun marbuta ma' bosta ħbula tar-raba' ħdejn xulxin jew ma' parti(jiet) ta' ħbula tar-raba' ħdejn xulxin, diment li dik l-identifikazzjoni ta' kull ħabel tar-raba' tibqa' garantita.
Iż-żoni li jibbenefikaw minn dawn l-eżenzjonijiet li ġejjin għall-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli:
iż-żoni mħawla jew imħawla mill-ġdid għal finijiet esperimentali (inkluż dawk b'varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li mhumiex klassifikati skont l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013);
iż-żoni mħawla jew imħawla mill-ġdid għall-mixtliet tat-tilqim;
iż-żoni mħawla jew imħawla mill-ġdid għall-istabbiliment tal-kollezzjonijiet tal-varjetajiet tad-dwieli maħsuba għall-preservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi.
Fiż-żoni mħawla bid-dwieli mingħajr awtorizzazzjoni wara l-31 ta' Diċembru 2015, kif ukoll iż-żoni mhux awtorizzati li nqalgħu (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(1)(e) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274 u fil-Parti III tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament).
Iż-żoni mħawla bid-dwieli mingħajr dritt tat-tħawwil qabel l-1 ta' Jannar 2016 u t-tħawwil illegali li nqala' (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 u fil-Tabelli 3 u 7 tal-Anness XIII ta' dak ir-Regolament).
ANNESS V
ID-DOKUMENTI TA' AKKUMPANJAMENT
A. REKWIŻITI GĦALL-UŻU TA' DOKUMENT TA' AKKUMPANJAMENT
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2) għandha tiġi ppreżentata bil-għamla tal-entrati stabbiliti fil-kolonna 1 ta' din it-tabella li ġejja.
Għad-dokumenti msemmija fil-punti (a)(i) u (iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1), dawn l-entrati huma identifikati bin-numri u bl-ittri li jidhru fil-kolonni A u B tat-tabelli fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 (il-kolonna 2 ta' din it-tabella li ġejja).
Għad-dokumenti msemmija fil-punti (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1), dawn l-entrati huma identifikati bin-numri u bl-ittri tar-Regolament (KEE) Nru 3649/92 (il-kolonna 3 ta' din it-tabella li ġejja).
L-ordni u d-dettalji speċifiċi dwar il-format tal-entrati għandhom jiddeterminawhom l-Istati Membri, abbażi tar-regoli stabbiliti fit-Taqsima B ta' dan l-Anness.
|
1 |
2 |
3 |
|
In-numru ta' referenza: kull konsenja għandu jkollha numru ta' referenza li jidentifikaha fil-kontijiet tal-konsenjatur. Meta applikabbli, dan in-numru għandu jkun in-numru ARC, il-kodiċi MVV jew in-numru ta' referenza tad-dokument ta' akkumpanjament simplifikat assenjati lid-dokument ta' akkumpanjament fil-għamla amministrattiva jew kummerċjali tiegħu. |
Nru 1d |
Nru 2 |
|
Il-konsenjatur: l-isem sħiħ u l-indirizz bil-kodiċi postali u meta xieraq, in-numru tas-sisa tal-magazzinier awtorizzat jew tal-konsenjatur reġistrat kif imdaħħal fis-Sistema tal-Iskambju tad-Dejta dwar is-Sisa (SEED). |
Nru 2 |
Nru 1 |
|
Il-post tad-dispaċċ: il-post proprja tad-dispaċċ, jekk l-oġġetti ma jitilqux mill-indirizz mogħti mill-konsenjatur. |
Nru 3 |
Nru 1 |
|
Id-destinatarju: l-isem sħiħ u l-indirizz bil-kodiċi postali u meta xieraq, in-numru tas-sisa tal-magazzinier awtorizzat jew tal-konsenjatur reġistrat kif imdaħħal fis-sistema SEED. |
Nru 5 |
Nru 4 |
|
Il-post tal-wasla: il-post proprja tal-wasla, jekk l-oġġetti ma jitwasslux fl-indirizz mogħti mid-destinatarju. |
Nru 7 |
Nru 7 |
|
L-awtoritajiet kompetenti fil-post tad-dispaċċ: l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti responsabbli biex tivverifika t-tfassil tad-dokument ta' akkumpanjament fil-post tad-dispaċċ. Dan hu meħtieġ biss jekk id-dispaċċ ikun lejn Stat Membru ieħor jew għall-esportazzjoni barra mill-Unjoni. |
Nru 10 |
Kaxxa A |
|
It-trasportatur: l-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli biex torganizza l-ewwel ġarr (jekk hu differenti mill-konsenjatur). |
Nru 15 |
Nru 5 |
|
Detallji oħra tal-ġarr: (A) it-tip tat-trasport użat (trakk, vann, tanker, karozza, vagun tal-ferrovija, tanker tal-ferrovija, ajruplan, bastiment); (B) in-numru tar-reġistrazzjoni jew, fil-każ ta' vapur, ismu (dettalji fakultattivi). Meta l-mezz tat-trasport jinbidel, fuq wara tad-dokument, it-trasportatur li jgħabbi l-prodott għandu jindika: — id-data tad-dispaċċ, — it-tip ta' mezz tat-trasport u n-numru tar-reġistrazzjoni għall-vetturi u l-isem għall-bastimenti, — isimhom, kunjomhom jew l-isem tal-kumpanija u l-indirizz bil-kodiċi postali. Meta jinbidel il-post tal-wasla: il-post proprja tal-wasla. |
Nru 16 |
Nru 5 |
|
Il-kodiċi NM |
Nru 17c |
Nru 9 |
|
Deskrizzjoni tal-prodott: skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ, b'mod partikolari l-indikazzjonijiet obbligatorji. |
Nru 17p |
Nru 8 |
|
Deskrizzjoni tal-imballaġġi tal-oġġetti: in-numri tal-identifikazzjoni u l-għadd ta' imballaġġi, l-għadd ta' imballaġġi interni. Għal dokumenti oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1), id-deskrizzjoni tista' titkompla fuq folja separata li tinhemeż ma' kull kopja. Għal dan il-għan tista' tintuża lista tal-imballaġġi. |
Nru 17.1 |
Nru 8 |
|
Għall-ġarr bl-ingrossa: — tal-inbid, il-qawwa alkoħolika proprja — tal-prodotti mhux iffermentati, l-indiċi rifrattiv jew id-densità, — tal-prodotti li jkunu qed jiffermentaw, il-qawwa alkoħolika totali — tal-inbejjed b'kontenut ta' zokkor residwu aktar minn erba' grammi kull litru, apparti l-qawwa alkoħolika proprja, il-qawwa alkoħolika totali. |
Nru 17 g u 17o |
Nru 8 |
|
Indikazzjonijiet fakultattivi għall-ġarr bl-ingrossa: Għall-ġarr bl-ingrossa tal-inbejjed imsemmija fil-paragrafi 1 sa 9, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-deskrizzjoni tal-prodott għandu jkollha d-dettalji fakultattivi stabbiliti fl-Artikolu 120 ta' dak ir-Regolament, diment li dawn ikunu jidhru fuq it-tikkettar jew ikun previst li jidhru fuq it-tikkettar. |
Nru 17p |
Nru 8 |
|
Il-kwantità: — għall-prodotti bl-ingrossa, il-kwantità netta totali, — għall-prodotti ppakkjati, l-għadd ta' reċipjenti użati. |
Nru 17d/f u 17.l |
Nru 8 |
|
Iċ-ċertifkazzjonijiet: iċ-ċertifikazzjoni tad-DOP, iċ-ċertifikazzjoni tal-IĠP jew iċ-ċertifikazzjoni tas-sena tal-qtugħ tal-għeneb jew tal-varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid: ara l-Artikoli 11 u 12 |
Nru 17 l |
Nru 14 |
|
Il-kategorija tal-prodott tal-inbid |
Nru 17.2a |
Nru 8 |
|
Il-kodiċi taż-żona tal-produzzjoni tal-inbid |
Nru 17.2b |
Nru 8 |
|
Il-kodiċi tal-operazzjoni tal-inbid |
Nru 17.2.1a |
Nru 8 |
|
Ċertifikat — kontrolli waqt l-esportazzjoni, jekk ikun meħtieġ |
Nru 18 |
A |
|
Id-data tad-dispaċċ u, meta jkun stabbilit mill-Istat Membru li l-operazzjoni tal-ġarr tibda fit-territorju tiegħu, il-ħin tad-dispaċċ. |
Nru 18 |
Nru 15 |
|
Il-viża tal-korp kompetenti tal-post tad-dispaċċ, għal dokumenti oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1), jekk tkun meħtieġa. |
Nru 18 |
Nru 15 |
B. STRUZZJONIJIET GĦAT-TFASSIL U L-UŻU TAD-DOKUMENTI TA' AKKUMPANJAMENT
1. Ir-regoli ġenerali
1.1. Meta d-dokumenti msemmija fil-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) ikollhom numru ARC mogħti mis-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2008/118/KE, jew kodiċi MMV mogħti mis-sistema tal-informazzjoni stabbilita mill-Istat Membru tad-dispaċċ kif imsemmi fil-punt (a)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1), l-informazzjoni msemmija fit-Taqsima A għandha tinżamm fis-sistema użata.
1.2. Id-dokumenti msemmija fit-tieni inċiż tal-punt (a)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) għandu jkollhom il-logo tal-Unjoni fuq nett bil-kliem “L-Unjoni Ewropea”, isem l-Istat Membru tad-dispaċċ, u l-arma jew il-logo li jidentifika l-Istat Membru tad-dispaċċ.
Id-dokumenti msemmija fil-punti (a)(i) u (ii) u fl-ewwel inċiż tal-punt (a)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) jistgħu jinkludu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt.
1.3. Id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom jimtlew b'mod leġibbli u li ma jitħassarx. Id-dokument ma għandux ikollu xi tħassir ta' kliem jew kliem miktub fuq xulxin.
Kull kopja preskritta tad-dokument għandha tkun immarkata bħala “kopja” jew għandu jkollha marka ekwivalenti.
1.4. Jista' jimtela dokument uniku biex jakkumpanja l-ġarr f'konsenja waħda mingħand l-istess konsenjatur waħdieni lill-istess destinatarju waħdieni ta':
diversi lottijiet tal-istess kategorija tal-prodott; jew
diversi lottijiet ta' kategoriji differenti tal-prodott, diment li jkunu f'reċipjenti tikkettati ta' volum nominali ta' mhux aktar minn 60 litru, magħluqa b'għotjien li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw.
1.5. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 17(1) jew meta d-dokument ta' akkumpanjament fil-ġarr timlieh l-awtorità kompetenti, id-dokument għandu jkun validu biss jekk il-ġarr jibda sa mhux aktar tard mill-ħames jum tax-xogħol wara, skont il-każ, id-data tal-validazzjoni jew id-data meta jimtela.
1.6. Meta l-prodotti jinġarru f'kompartimenti separati tal-istess kontejner jew jitħalltu waqt il-ġarr, għandu jimtela dokument ta' akkumpanjament fil-ġarr għal kull porzjon, kemm jekk jinġarru separatament kif ukoll jekk jitħalltu. Dawn id-dokumenti għandhom jindikaw, skont ir-regoli stabbiliti minn kull Stat Membru, l-użu tal-prodott imħallat.
Iżda l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-konsenjaturi jew lil persuna approvata biex jimlew dokument ta' akkumpanjament wieħed biss għall-prodott kollu miksub mit-taħlit. F'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina kif għandha tingħata l-evidenza dwar il-kategorija, l-oriġini u l-kwantità tat-tagħbijiet differenti.
2. Regoli speċjali
2.1. Indikazzjonijiet li jirreferu għad-deskrizzjoni tal-prodott
It-tip tal-prodott
Indika t-tip tal-prodott permezz ta' espressjoni konformi mar-regoli tal-Unjoni li tagħti l-aktar deskrizzjoni preċiża tal-prodott, eż: inbid b'DOP/IĠP jew inbid mingħajr DOP/IĠP jew inbid varjetali mingħajr DOP/IĠP jew most tal-għeneb għall-inbid b'DOP/IĠP jew inbid ta' annata ta' kwalità mingħajr DPO/IĠP.
Il-ġarr bl-ingrossa
Għall-ġarr bl-ingrossa tal-inbejjed imsemmija fil-paragrafi 1 sa 9, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-deskrizzjoni tal-prodott għandu jkollha d-dettalji fakultattivi stabbiliti fl-Artikolu 120 ta' dak ir-Regolament, diment li dawn ikunu jidhru fuq it-tikkettar jew ikun previst li jidhru fuq it-tikkettar.
Il-qawwa alkoħolika u d-densità
Għall-ġarr tal-prodotti bl-ingrossa jew f'reċipjenti mhux tikkettati ta' volum nominali sa 60 litru:
il-qawwa alkoħolika proprja tal-inbid, għajr l-inbejjed ġodda li jkunu qed jiffermentaw, jew il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid ġdid li jkun qed jiffermenta u tal-most tal-għeneb parzjalment iffermentat, għandhom jiġu espressi bħala % vol u għexur (10ths) ta' % vol.
l-indiċi rifrattiv tal-most tal-għeneb għandu jinkiseb permezz tal-metodu tal-kejl rikonoxxut mill-Unjoni. Dan għandu jiġi espress bħala l-kontenut potenzjali tal-alkoħol f'% vol. Dan jista' jinbidel bid-densità espressa fi grammi għal kull cm3;
id-densità tal-most tal-għeneb frisk b'fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda tal-alkoħol għandha tiġi espressa fi grammi għal kull cm3 u l-qawwa alkoħolika proprja ta' dak il-prodott għandha tiġi espressa f'% vol u għexur ta' % vol;
il-kontenut taz-zokkor tal-most tal-għeneb ikkonċentrat, il-most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat, u l-meraq tal-għeneb ikkonċentrat għandhom jiġu espressi permezz tal-kontenut taż-zokkor totali, fi grammi għal kull litru u għal kull kilogramma;
anki l-qawwa alkoħolika proprja tal-karfa tal-għeneb u tal-fond tal-għeneb tista' tingħata b'mod fakultattiv u tiġi espressa f'litri ta' alkoħol pur kull deċitunnellata.
Din l-informazzjoni għandha tiġi espressa permezz tat-tabelli ta' ekwivalenza rikonoxxuti mill-Unjoni fir-regoli dwar il-metodi tal-analiżi.
It-tolleranzi
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jistabbilixxu l-limiti għal ċerti prodotti tal-inbid, għandhom ikunu permessi dawn it-tolleranzi li ġejjin:
għall-qawwa alkoħolika proprja jew totali, tolleranza ta' ± 0,2 % vol;
għad-densità, tolleranza ta' sitt unitajiet aktar jew inqas mar-raba' ċifra wara l-punt deċimali (± 0,0006);
għall-kontenut taz-zokkor, tolleranza ta' ± 3 %.
Indikazzjonijiet oħra għall-ġarr tal-prodotti bl-ingrossa:
Iż-żona tal-produzzjoni tal-inbid
Iż-żona tal-produzzjoni tal-inbid imnejn joriġina l-prodott trasportat għandha tiġi indikata b'konformità mal-Appendiċi I tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, b'dawn l-abbrevjazzjonijiet: A, B, C I, C II, C III(a) u C III(b).
L-operazzjonijiet imwettqa
L-operazzjonijiet li jgħaddu minnhom il-prodotti trasportati għandhom jiġu indikati fil-parenteżi b'dawn in-numri li ġejjin:
|
0. |
il-prodott ma għadda mill-ebda operazzjoni minn dawn li ġejjin; |
|
1. |
il-prodott sarlu arrikkiment; |
|
2. |
il-prodott ġie aċidifikat; |
|
3. |
il-prodott ġie deaċidifikat; |
|
4. |
il-prodott sar aktar ħelu; |
|
5. |
il-prodott ġie msaħħaħ għad-distillazzjoni; |
|
6. |
il-prodott ġie miżjud bi prodott li joriġina minn unità ġeografika oħra għajr dik indikata fid-deskrizzjoni; |
|
7. |
il-prodott ġie miżjud bi prodott miksub minn varjetà tad-dwieli oħra għajr dik indikata fid-deskrizzjoni; |
|
8. |
il-prodott ġie miżjud bi prodott imkabbar matul sena oħra għajr dik indikata fid-deskrizzjoni; |
|
9. |
il-prodott sar bl-użu ta' biċċiet tal-injam tal-ballut; |
|
10. |
Il-prodott sar bl-użu esperimentali ta' prattika enoloġika ġdida; |
|
11. |
il-kontenut tal-alkoħol tal-prodott ġie kkoreġut; |
|
12. |
operazzjonijiet oħra (speċifika). Eżempji:
(a)
għall-inbid li joriġina miż-żona B u li ġie msaħħaħ, indika B(5);
(b)
għall-most tal-għeneb li joriġina miż-żona C III(b) u li ġie aċidifikat, indika: C III(b)(2). |
Għandhom jingħataw l-indikazzjonijiet dwar iż-żona tal-produzzjoni tal-inbid u l-operazzjonijiet imwettqa, apparti dawk dwar id-deskrizzjoni tal-prodott u fl-istess kamp viżiv.
2.2. Indikazzjonijiet li jirreferu għall-kwantità netta
tal-għeneb, tal-most tal-għeneb ikkonċentrat, tal-most tal-għeneb ikkonċentrat rettifikat, tal-meraq tal-għeneb ikkonċentrat, tal-karfa tal-għeneb u tal-fond tal-inbid f'tunnellati jew f'kilogrammi, għandhom jiġu espressi bis-simboli “t” jew “kg”;
ta' prodotti oħra f'ettolitri jew f'litri, għandhom jiġu espressi bis-simboli “hl” jew “l”.
Għall-indikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti trasportati bl-ingrossa, hija permessa tolleranza ta' 1,5 % tal-kwantità netta totali.
C. IT-TIMBRU SPEĊJALI MSEMMI FIL-PUNT (b)(i) TAL-EWWEL SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 10(3)
1. Simbolu tal-Istat Membru
2. L-awtorità kompetenti responsabbli fit-territorju
3. Awtentikazzjoni
D. L-INDIKAZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 13(2):
|
bil-Bulgaru |
: |
Изнесено: Декларация за износ № … от [дата] |
|
bil-Kroat |
: |
Izvezeno: Izvozna deklaracija br. ….[datum] |
|
biċ-Ċek |
: |
Vyvezeno: Vývozní prohlášení č. … ze dne [datum] |
|
bid-Daniż |
: |
Udførsel: Udførselsangivelse-nr.: … af [dato] |
|
bl-Olandiż |
: |
Uitgevoerd: Uitvoeraangifte nr. … van [datum] |
|
bl-Ingliż |
: |
Exported: Export declaration No … of [date] |
|
bl-Estonjan |
: |
Eksporditud: Ekspordideklaratsiooni nr …, … [kuupäev] |
|
bil-Finlandiż |
: |
Viety: Vienti-ilmoitus nro …, … [päiväys] |
|
bil-Franċiż |
: |
Exporté: Déclaration d'exportation no … du [date] |
|
bil-Ġermaniż |
: |
Ausgeführt: Ausfuhranmeldung Nr. … vom [Datum] |
|
bil-Grieg |
: |
Εξαχθέν: Δήλωση εξαγωγής αριθ. … της [ημερομηνία] |
|
bl-Ungeriż |
: |
Exportálva: Exportnyilatkozat-sz.: …, [dátum] |
|
bit-Taljan |
: |
Esportato: Dichiarazione di esportazione n. … del [data] |
|
bil-Latvjan |
: |
Eksportēts: [datums] Eksporta deklarācija Nr. … |
|
bil-Litwan |
: |
Eksportuota: Eksporto deklaracija Nr. …, [data] |
|
bil-Malti |
: |
Esportat: Dikjarazzjoni tal-esportazzjoni Nru … ta' [data] |
|
bil-Polakk |
: |
Wywieziono: Zgłoszenie eksportowe nr … z dnia [data] |
|
bil-Portugiż |
: |
Exportado: Declaração de exportação n.o … de [data] |
|
bir-Rumen |
: |
Exportat: Declarație de export nr. … din [data] |
|
bis-Slovakk |
: |
Vyvezené: Vývozné vyhlásenie č. … zo dňa [dátum] |
|
bis-Sloven |
: |
Izvoženo: Izvozna deklaracija št. … z dne [datum] |
|
bl-Ispanjol |
: |
Exportado: Declaración de exportación n.o … de [fecha] |
|
bl-Iżvediż |
: |
Exporterad: Export deklaration nr … av den [datum]. |
ANNESS VI
ĊERTIFIKAT TAL-ORIĠINI JEW PROVENJENZA U L-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTTI TAL-INBID, JEW IS-SENA TAL-QTUGĦ TAL-GĦENEB JEW IL-VARJETÀ(JIET) TAL-GĦENEB LI MINNHOM ISIRU L-PRODOTTI U D-DOP JEW L-IĠP TAL-INBEJJED TAL-UNJONI
(L-Artikoli 11(1) u 12(1))
PARTI I
L-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 11(1) jew fl-Artikolu 12(1)(a)
L-informazzjoni li trid tissemma fil-kaxxa 17 l tad-dokument ta' akkumpanjament jew fid-dokument kummerċjali użati skont l-Artikolu 21(6) tad-Direttiva 2008/118/KE jew skont l-Artikolu 12(1)(a) ta' dan ir-Regolament
Jiena, hawn taħt iffirmat, responsabbli għall-prodotti elenkati hawn taħt, niċċertifika li ġew magħmulin u bbottiljati fi [Stat Membru jew l-Unjoni Ewropea] u li:
jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tikkettar u l-preżentazzjoni b'rabta ma':
id-denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP) jew l-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) Nru […, …] irreġistrati fir-“reġistru E-Bacchus” stabbilit mill-Unjoni, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009;
is-sena tal-qtugħ tal-għeneb, skont ir-regoli previsti fl-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
il-varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid (“l-inbejjed varjetali”), skont ir-regoli previsti fl-Artikoli 81 u 120 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;
kull prodott hu konformi mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-produzzjoni u r-rilaxx tal-prodotti għall-konsum dirett mill-bniedem skont il-liġi tal-Unjoni;
il-prodotti saru b'metodi tal-produzzjoni approvati u mhux speċifikament għall-fini tal-esportazzjoni; u
il-prodotti huma awtentiċi u tajbin għall-konsum mill-bniedem fl-Unjoni.
|
Firma u Data L-isem u t-titlu tal-prodottur/proċessur |
Ir-referenza amministrattiva assenjata mill-awtorità kompetenti “In-numru ARC” jew “il-kodiċi MVV” |
PARTI II
Ċertifikat speċifiku għall-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1)(b)
A. MUDELL
|
ĊERTIFIKAT GĦALL-ESPORTAZZJONI TAL-INBID Għall-inbejjed esportati mill-Unjoni Ewropea lejn … Dan hu ċertifikat b'diversi użi, stabbilit skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273 użat għal iċ-Ċertifikat tal-Oriġini, iċ-Ċertifikat tas-Saħħa u ċ-Ċertifikat tal-Awtentiċità L-Unjoni Ewropea
|
||||
|
2. Il-konsenjatur: 2a. Identifikazzjoni: |
A. L-esportatur: Aa. Identifikazzjoni: |
|||
|
3. Il-post tad-dispaċċ: |
A1. L-istabbiliment: |
|||
|
5. L-identità tal-mezzi tat-trasport (in-natura): |
6. Referenza: |
|||
|
B. L-importatur: |
Ba. Il-post tal-wasla: |
|||
|
17p. Deskrizzjoni |
17df. Il-kwantità (litri) |
Dettalji |
||
|
17 l. Ċertifikazzjoni: Jiena, hawn taħt iffirmat, responsabbli għal dawn il-prodotti għall-esportazzjoni, nikkonferma din l-informazzjoni li ġejja: Il-prodotti elenkati hawn fuq ġew magħmulin u bbottiljati fl-Unjoni Ewropea/fi … Kull prodott hu konformi mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-produzzjoni u r-rilaxx tal-prodotti għall-konsum dirett mill-bniedem skont il-liġi tal-UE; Il-prodotti saru b'metodi tal-produzzjoni normali u approvati, u mhux speċifikament għall-fini tal-esportazzjoni u il-prodotti huma awtentiċi u tajbin għall-konsum mill-bniedem fl-Unjoni Ewropea. Il-prodotti elenkati hawn fuq ġew magħmulin u bbottiljati skont ir-regoli tal-UE bħall-inbejjed: □ b'denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP) jew b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) irreġistrati fir-“reġistru E-Bacchus” stabbilit mill-UE skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009; □ b'indikazzjoni tas-sena tal-qtugħ tal-għeneb, skont ir-regoli previsti fl-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; □ b'indikazzjoni tal-varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid (“l-inbejjed varjetali”), skont ir-regoli previsti fl-Artikoli 81 u 120 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Ċertifikazzjoni kumplimentari (fakultattiva) |
||||
|
Il-logo tal-lstat Membru |
10. L-awtoritajiet tal-kontrolli jikkonfermaw li l-konsenjatur tal-prodotti tal-inbid deskritti f'dan iċ-ċertifikat hu rreġistrat minn u marbut ma' … bl-obbligu li kull prodott tal-inbid jiġi rreġistrat u soġġett għas-superviżjoni u l-ispezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. |
|||
|
18. Firma |
Data: |
18a. Ir-referenza amministrattiva unika assenjata mill-awtorità kompetenti |
||
|
L-isem u t-titlu |
(il-punti (a)(i) u (iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273) ARC/MVV |
|||
|
Il-konsenjatur jew ir-rappreżentant li jiċċertifika l-informazzjoni ta' hawn fuq (l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273) |
||||
B. IR-REKWIŻITI GĦALL-UŻU TAĊ-ĊERTIFIKAT SPEĊIFIKU GĦALL-ESPORTAZZJONI
L-informazzjoni li trid tingħata fiċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 12(1)(b) għandha tiġi ppreżentata bil-għamla tal-entrati stabbiliti fil-kolonna 1 ta' din it-tabella li ġejja.
Dawk l-entrati huma identifikati bin-numri u bl-ittri li jidhru fil-kolonna 2 tat-tabella li ġejja:
|
1 |
2 |
|
Il-konsenjatur: l-isem sħiħ u l-indirizz bil-kodiċi postali Identifikazzjoni: in-numru tas-sisa kif imdaħħal fis-Sistema tal-Iskambju tad-Dejta dwar is-Sisa (SEED), jew referenza għan-numru fil-lista jew fir-reġistru kif previst fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 |
Nru 2 |
|
Il-post tad-dispaċċ: il-post proprja tad-dispaċċ, jekk l-oġġetti ma jitilqux mill-indirizz mogħti mill-konsenjatur. |
Nru 3 |
|
L-esportatur: l-isem sħiħ u l-indirizz |
Nru A |
|
L-istabbiliment: il-post proprja tad-dispaċċ, jekk l-oġġetti ma jitilqux mill-indirizz mogħti mill-esportatur |
Nru A1 |
|
L-identità tal-mezzi tat-trasport: kontejner, bastiment, ajruplan... |
Nru 5 |
|
Referenza: l-isem u l-identità tal-mezzi tat-trasport |
Nru 6 |
|
L-importatur: l-isem sħiħ u l-indirizz |
Nru B |
|
Il-post tal-wasla: il-post proprja tal-wasla, jekk l-oġġetti ma jitwasslux fl-indirizz mogħti mill-importatur. |
Nru Ba |
|
Il-logo tal-Istat Membru tad-dispaċċ u l-isem, l-indirizz u l-punt tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti responsabbli biex tivverifika l-konsenajtur fil-post tad-dispaċċ Rekwiżiti speċifiċi fakultattivi: konferma mill-awtoritajiet tal-kontrolli li “Ġie stabbilit kontroll intern tal-kwalità għall-konformità tal-prodotti.” |
Nru 10 |
|
Deskrizzjoni tal-prodott: skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ, b'mod partikolari l-indikazzjonijiet obbligatorji. Id-dettalji tad-deskrizzjoni jistgħu jingħataw fid-dokumenti separati msemmija f'din il-kaxxa. |
Nru 17p |
|
Il-kwantità: — għall-prodotti bl-ingrossa, il-kwantità netta totali, — għall-prodotti ppakkjati, l-għadd ta' reċipjenti użati. |
Nru 17d/f |
|
Ċertifikazzjoni: Iċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini jew il-provenjenza u l-konformità mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-produzzjoni u r-rilaxx għall-konsum dirett mill-bniedem skont il-liġi tal-Unjoni u bi proċeduri u metodi tal-produzzjoni approvati (prattiki enoloġiċi, aġenti tal-ipproċessar u addittivi); Iċ-ċertifikazzjoni tad-DOP jew tal-IĠP, iċ-ċertifikazzjoni tas-sena tal-qtugħ tal-għeneb jew tal-varjetà(jiet) tal-għeneb tal-inbid, skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Ċertifikazzjoni kumplimentari (fakultattiva): tista' tinhemeż mill-konsenjatur fil-għamla ta' entrati fakultattivi kif ġej: — Il-kumpanija tiegħi tħaddem sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità — Il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodotti msemmija hawn fuq huma awtorizzati fl-UE skont il-leġiżlazzjoni tal-UE u nazzjonali — Il-kampjuni tal-prodotti jintgħażlu b'mod aleatorju u jiġu eżaminati f'laboratorji uffiċjali — Abbażi ta' analiżi minn parti terza, il-livell tar-radjuattività f'termini ta' Caesium 134 + 137 għal dawn il-prodotti ma jaqbiżx [hu] ... Bq/kg (ara d-dokumentazzjoni, ir-rapporti tat-testijiet mehmuża) — Ċertifikazzjoni oħra |
Nru 17 l |
|
Il-firma, l-isem u t-titlu tal-firmatarju u d-data tal-firma |
Nru 18 |
|
In-numru ta' referenza: kull ċertifikat għandu jkollu numru ta' referenza li jidentifikah fil-kontijiet tal-konsenjatur. Meta applikabbli, dan in-numru għandu jkun in-numru ARC jew il-kodiċi MVV assenjati lid-dokument ta' akkumpanjament fil-għamla amministrattiva jew kummerċjali tiegħu. |
Nru 18 a |
ANNESS VII
IR-REKWIŻITI GĦAD-DOKUMENT VI-1 U GĦALL-ESTRATTI VI-2
PARTI I
Mudell tad-dokument VI-1 imsemmi fl-Artikolu 22
|
1. L-esportatur (l-isem u l-indirizz) |
IL-PAJJIŻ TERZ TAL-ĦRUĠ: |
|||
|
VI-1 |
In-numru tas-serje |
|||
|
DOKUMENT GĦALL-IMPORTAZZJONI TAL-INBID, IL-MERAQ TAL-GĦENEB JEW IL-MOST TAL-GĦENEB FL-UNJONI EWROPEA |
||||
|
2. Id-destinatarju (l-isem u l-indirizz) |
3. Timbru tad-dwana (għall-użu uffiċjali tal-UE biss) |
|||
|
4. Il-mezzi tat-trasport u dettalji dwar il-ġarr |
5. Il-post tal-ħatt (jekk differenti minn 2) |
|||
|
6. Deskrizzjoni tal-prodott importat |
7. Il-kwantità fi l/hl/kg (1) |
|||
|
8. L-għadd ta' reċipjenti |
||||
|
9. ĊERTIFIKAT Il-prodott deskritt hawn fuq (2) □ huwa/□ mhuwiex maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem, jikkonforma mad-definizzjonijiet tal-Unjoni jew il-kategoriji ta' prodotti tal-għeneb, u ġie magħmul bi prattiki enoloġiċi (2) □ rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV/□ awtorizzati mill-Unjoni. |
||||
|
L-isem sħiħ u l-indirizz tal-korp kompetenti: |
Il-post u d-data: |
|||
|
Timbru: |
Il-firma, l-isem u t-titlu tal-uffiċjal: |
|||
|
10. RAPPORT TA' ANALIŻI (li jiddeskrivi l-karatteristiċi analitiċi tal-prodott deskritt hawn fuq) GĦALL-MOST TAL-GĦENEB U GĦALL-MERAQ TAL-GĦENEB — Id-densità: GĦALL-INBID U GĦALL-MOST TAL-GĦENEB LI QED JIFFERMENTA |
||||
|
— Il-qawwa alkoħolika totali: |
— Il-qawwa alkoħolika proprja: |
|||
|
GĦALL-PRODOTTI KOLLHA |
||||
|
— L-estratt niexef totali: |
— Id-diossidu tal-kubrit totali: |
|||
|
— L-aċidità totali: |
— L-aċidità volatili: |
— L-aċidità ċitrika: |
||
|
L-isem sħiħ u l-indirizz tal-korp jew dipartimenti maħtura (il-laboratorju): |
||||
|
Timbru: |
Il-post u d-data: Il-firma, l-isem u t-titlu tal-uffiċjal: |
|||
|
(1)
Ħassar kif xieraq.
(2)
Ixħet salib “X” fil-kaxxa t-tajba. |
||||
Attribuzzjoni (ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera u l-ħruġ ta' estratti)
|
Kwantità |
11. In-numru u d-data tad-dokument doganali tar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera u tal-estratt |
12. L-isem sħiħ u l-indirizz tad-destinatarju (l-estratt) |
13. Timbru tal-awtorità kompetenti |
|
Disponibbli |
|
|
|
|
Attribwit |
|||
|
Disponibbli |
|
|
|
|
Attribwit |
|||
|
Disponibbli |
|
|
|
|
Attribwit |
|||
|
Disponibbli |
|
|
|
|
Attribwit |
|||
|
14. Rimarki oħrajn |
|||
PARTI II
Mudell tal-estratt VI-2 imsemmi fl-Artikolu 22
|
L-UNJONI EWROPEA |
L-ISTAT MEMBRU TAL-ĦRUĠ: |
|||
|
1. Il-konsenjatur (l-isem u l-indirizz) |
VI 2 |
In-numru tas-serje |
||
|
ESTRATT TA' DOKUMENT GĦALL-IMPORTAZZJONI TAL-INBID, IL-MERAQ TAL-GĦENEB JEW IL-MOST TAL-GĦENEB FL-UNJONI EWROPEA |
||||
|
2. Id-destinatarju (l-isem u l-indirizz) |
||||
|
3. Estratt tad-dokument VI-1 |
4. Estratt tal-estratt VI-2 |
|||
|
Nru |
Nru |
|||
|
Maħruġ minn (isem il-pajjiż terz): |
Bit-timbru ta' (l-isem sħiħ u l-indirizza tal-uffiċċju doganali fl-Unjoni): |
|||
|
Fi: |
Fi: |
|||
|
5. Deskrizzjoni tal-prodott importat |
6. Il-kwantità fi l/hl/kg (1) |
|||
|
7. L-għadd ta' reċipjenti |
||||
|
8. DIKJARAZZJONI TAL-KONSENJATUR (2) Id-dokument VI-1 imsemmi fil-kaxxa 3 □/L-estratt imsemmi fil-kaxxa 4 □ imtela għad-dokument deskritt hawn fuq u jinkludi: □ĊERTIFIKAT li jiddikjara li l-prodott deskritt hawn fuq □ huwa/□ mhuwiex maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem, jikkonforma mad-definizzjonijiet tal-Unjoni jew il-kategoriji ta' prodotti tal-għeneb, u ġie magħmul bi prattiki enoloġiċi (2) □ rrakkomandati u ppubblikati mill-OIV/□ awtorizzati mill-Unjoni. □RAPPORT TA' ANALIŻI li juri li l-prodott għandu dawn il-karatteristiċi analitiċi li ġejjin: GĦALL-MOST TAL-GĦENEB U GĦALL-MERAQ TAL-GĦENEB — Id-densità: GĦALL-INBID U GĦALL-MOST TAL-GĦENEB LI QED JIFFERMENTA |
||||
|
— Il-qawwa alkoħolika totali: |
— Il-qawwa alkoħolika proprja: |
|||
|
GĦALL-PRODOTTI KOLLHA |
||||
|
— L-estratt niexef totali: |
— Id-diossidu tal-kubrit totali: |
|||
|
— L-aċidità totali: |
— L-aċidità volatili: |
— L-aċidità ċitrika: |
||
|
□L-APPROVAZZJONI (2) tal-korp kompetenti li tiċċertifika li: — l-inbid kopert b'dan id-dokument hu ċċertifikat li ġie magħmul fir-reġjun tal-produzzjoni tal-inbid u ngħata l-indikazzjoni ġeografika murija fil-kaxxa 5 skont id-dispożizzjonijiet tal-pajjiż tal-oriġini. — l-alkoħol miżjud ma' dan l-inbid hu ċċertifikat bħala alkoħol tal-inbid. Firma: |
||||
|
9. DWANA |
||||
|
Id-dikjarazzjoni hi ċċertifikata bħala awtentika Il-post u d-data: Firma: |
Timbru: |
L-isem sħiħ u l-indirizza tal-uffiċċju doganali kkonċernat: |
||
|
(1)
Ħassar kif xieraq.
(2)
Ixħet salib “X” fil-kaxxa t-tajba. |
||||
Attribuzzjoni (ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera u l-ħruġ ta' estratti)
|
Kwantità |
10. In-numru u d-data tad-dokument doganali tar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera u tal-estratt |
11. L-isem sħiħ u l-indirizz tad-destinatarju (l-estratt) |
12. Timbru tal-awtorità kompetenti |
|
Disponibbli |
|
|
|
|
Attribwit |
|||
|
Disponibbli |
|
|
|
|
Attribwit |
|||
|
Disponibbli |
|
|
|
|
Attribwit |
|||
|
Disponibbli |
|
|
|
|
Attribwit |
|||
|
13. Rimarki oħrajn |
|||
PARTI III
Struzzjonijiet biex jimtlew id-dokument VI-1 u l-estratti VI-2
Id-dokument VI-1 u l-estratti VI-2 għandhom jimtlew b'mod elettroniku jew bl-idejn, jew b'xi mezz tekniku ekwivalenti rikonoxxut minn korp uffiċjali. L-estratti mimlija bl-idejn għandhom isiru bil-linka u b'ittri kbar. Ma għandu jitħalla l-ebda tħassir ta' kliem u l-ebda kliem ma għandu jinkiteb fuq xulxin. Kull tibdil għandu jsir bi qtugħ tad-dettalji skorretti u, meta meħtieġ, b'żieda ta' dettalji ġodda. Kull tibdil b'dan il-mod għandu jkun approvat mill-awtur tiegħu u ttimbrat, skont il-każ, mill-korp kompetenti, mil-laboratorju maħtur jew mill-awtoritajiet doganali.
A. L-istampar tad-dokument VI-1 u l-estratti VI-2
1. Id-daqs tal-formoli għandu jkun madwar 210 × 297 mm.
2. Id-dokument jew l-estratti għandhom jiġu stampati b'xi waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Għall-estratti VI-2, il-lingwa tal-estratti għandha tiddeċidiha l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-estratti jridu jiġu ttimbrati.
B. It-tlestija tad-dokument VI-1 u tal-estratti VI-2
Id-dokument jew l-estratti għandhom jimtlew bil-lingwa kif stampati.
Kull dokument jew estratt għandu jkollu n-numru tas-serje allokat:
fil-każ tad-dokument VI-1, mill-korp kompetenti li jiffirma l-parti taċ-“ċertifikat”,
Fil-każ tal-estratti VI-2, mill-uffiċċju doganali li jittimbrahom.
C. Il-kontenut
|
Kaxxa 1 |
: |
Esportatur: l-isem u l-indirizz sħaħ fil-pajjiż terz ikkonċernat |
|
Kaxxa 2 |
: |
Id-destinatarju: l-isem sħiħ u l-indirizz fl-UE |
|
Kaxxa 4 |
: |
(id-dokument VI-1) Il-mezzi tat-trasport u dettalji dwar il-ġarr:
—
Irreferi biss għat-trasport użat għall-ġarr lejn il-punt tad-dħul fit-territorju tal-UE
—
Speċifika l-mezz tat-trasport (bil-baħar, bl-ajru, eċċ.), indika isem il-bastiment, eċċ.
|
|
Kaxxa 6 |
: |
(il-kaxxa 5 għall-VI-2) Deskrizzjoni tal-prodott importat:
—
Id-deżinjazzjoni tal-bejgħ (kif jidher fuq it-tikketta, bħall-isem tal-produttur u r-reġjun tal-produzzjoni tal-inbid, il-marka kummerċjali, eċċ.),
—
Isem il-pajjiż tal-oriġini,
—
L-isem tal-indikazzjoni ġeografika, jekk l-inbid ikun jikkwalifika għall-indikazzjoni ġeografika,
—
Il-qawwa alkoħolika proprja bil-volum,
—
Il-kulur tal-prodott (indika “aħmar”, “rożè”, “roża” jew “abjad” biss),
—
Il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (il-kodiċi NM),
—
Lista tal-ingredjenti: għall-prodotti tal-inbid prodotti biss mit-8 ta’ Diċembru 2023 li ma jiġux ibbottiljati u ttikkettati.
|
PARTI IV
Lista tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 21(b), l-Artikolu 26 u l-Artikolu 27
Lista tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 21(b):
Lista tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 26:
Lista tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 27:
—.
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3649/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar dokument ta' sostenn simplifikat għall-ispostament ta' ġewwa l-Komunità ta' prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa li ġew mogħtija għall-konsum fl-Istat Membru ta' dispaċċ (ĠU L 369, 18.12.1992, p. 17).
( 3 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
( 4 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
( *1 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1).
( *2 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, u d-dikjarazzjonijiet obbligatorji, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/561 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 60).”
( 6 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).
( 8 ) Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
( 9 ) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
( 10 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
( 11 ) Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).
( 12 ) Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39).
( 13 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 7).
( 14 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150 tal-15 ta' April 2016 li jistabbilixxi r-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta' programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid (ĠU L 190, 15.7.2016, p. 23).
( 15 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561 tas-7 ta' April 2015 li jistipula regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 12).