This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02018R0245-20240813
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/245 of 15 February 2018 concerning the authorisation of menthol, d-carvone, menthyl acetate, d,l-isomenthone, 3-methyl-2-(pent-2(cis)-enyl)cyclopent-2-en-1-one, 3,5,5-trimethylcyclohex-2-en-1-one, d-fenchone, fenchyl alcohol, carvyl acetate, dihydrocarvyl acetate and fenchyl acetate as feed additives for all animal species (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/245 tal-15 ta' Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi mentol, d-karvon, mentil aċetat, d,l-isomenton, 3-metil-2-(pent-2(ċis)-enil)ċiklopent-2-en-1-on, 3,5,5-trimetilċikloeż-2-en-1-on, d-fenċon, alkoħol fenċiliku, karvil aċetat, diidrokarvil aċetat u fenċil aċetat bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta' annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/245 tal-15 ta' Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi mentol, d-karvon, mentil aċetat, d,l-isomenton, 3-metil-2-(pent-2(ċis)-enil)ċiklopent-2-en-1-on, 3,5,5-trimetilċikloeż-2-en-1-on, d-fenċon, alkoħol fenċiliku, karvil aċetat, diidrokarvil aċetat u fenċil aċetat bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta' annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
02018R0245 — MT — 13.08.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/245 tal-15 ta' Frar 2018 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi mentol, d-karvon, mentil aċetat, d,l-isomenton, 3-metil-2-(pent-2(ċis)-enil)ċiklopent-2-en-1-on, 3,5,5-trimetilċikloeż-2-en-1-on, d-fenċon, alkoħol fenċiliku, karvil aċetat, diidrokarvil aċetat u fenċil aċetat bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta' annimali (ĠU L 053 23.2.2018, p. 87) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1989 tat-22 ta’ Lulju 2024 |
L 1989 |
1 |
24.7.2024 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/245
tal-15 ta' Frar 2018
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi mentol, d-karvon, mentil aċetat, d,l-isomenton, 3-metil-2-(pent-2(ċis)-enil)ċiklopent-2-en-1-on, 3,5,5-trimetilċikloeż-2-en-1-on, d-fenċon, alkoħol fenċiliku, karvil aċetat, diidrokarvil aċetat u fenċil aċetat bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha ta' annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li huma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti li jagħtu t-togħma”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
|
mg tas-sustanza attiva għal kull kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti li jagħtu t-togħma |
|||||||||
|
2b02015 |
— |
Mentol |
Kompożizzjoni tal-addittiv Mentol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Mentol Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 95 % Formula kimika: C10H20O Numru CAS: 89-78-1 Numru FLAVIS: 02.015 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-mentol fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel tas-sustanzi li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
1. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel. 2. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà. 3. Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: 25 mg/kg.” 4. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell ta' użu ssuġġerit fuq it-tikketta tat-taħlita minn qabel ikun iwassal biex jinqabeż il-livell imsemmi fil-punt 3. 5. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, meta l-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż:25 mg/kg 6. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u b'miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel. |
15.3.2028 |
|
2b07146 |
— |
d-Karvon |
Kompożizzjoni tal-addittiv d-Karvon Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva d-Karvon Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 95 % Formula kimika: C10H14O Numru CAS: 2244-16-8 Numru FLAVIS: 07.146 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni tad-d-karvon fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel tas-sustanzi li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
1. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel. 2. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà. 3. Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: 5 mg/kg.” 4. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell ta' użu ssuġġerit fuq it-tikketta tat-taħlita minn qabel ikun iwassal biex jinqabeż il-livell imsemmi fil-punt 3. 5. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, meta l-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż:5 mg/kg 6. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u b'miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel. |
15.3.2028 |
|
2b09016 |
— |
Mentil aċetat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Mentil aċetat Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Mentil aċetat Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 97 % Formula kimika: C12H22O2 Numru CAS: 29066-34-0 Numru FLAVIS: 09.016 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-mentil aċetat fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
1. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel. 2. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà. 3. Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: 5 mg/kg.” 4. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell ta' użu ssuġġerit fuq it-tikketta tat-taħlita minn qabel ikun iwassal biex jinqabeż il-livell imsemmi fil-punt 3. 5. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, meta l-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż: 5 mg/kg. 6. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u b'miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel. |
15.3.2028 |
|
2b07078 |
— |
d,l-Isomenton |
Kompożizzjoni tal-addittiv d,l-Isomenton Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva d,l-Isomenton Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 98 % Formula kimika: C10H18O Numru CAS: 491-07-6 Numru FLAVIS: 07.078 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni tad-d,l-isomenton fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
1. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel. |
15.3.2028 |
|
2b07094 |
— |
3-Metil-2-(pent-2(ċis)-enil)ċiklopent-2-en-1-on |
Kompożizzjoni tal-addittiv 3-Metil-2-(pent-2(ċis)-enil)ċiklopent-2-en-1-on Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 3-Metil-2-(pent-2(ċis)-enil)ċiklopent-2-en-1-on Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 98 % Formula kimika: C11H16O Numru CAS:488-10-8 Numru FLAVIS: 07.094 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' 3-metil-2-(pent-2(ċis)-enil)ċiklopent-2-en-1-on fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
1. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel. 2. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà. 3. Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: — 0,3 mg/kg għall-ħnieżer u għall-pollam; — 0,5 mg/kg għal kull speċi u kategorija oħra.” 4. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell ta' użu ssuġġerit fuq it-tikketta tat-taħlita minn qabel ikun iwassal biex jinqabżu l-livelli msemmija fil-punt 3. 5. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, meta l-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż: — 0,3 mg/kg għall-ħnieżer u għall-pollam; — 0,5 mg/kg għal kull speċi u kategorija oħra. 6. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u b'miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel. |
15.3.2028 |
|
2b07126 |
— |
3,5,5-Trimetilċikloeż-2-en-1-on |
Kompożizzjoni tal-addittiv 3,5,5-Trimetilċikloeż-2-en-1-on Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 3,5,5-Trimetilċikloeż-2-en-1-on Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 98 % Formula kimika: C9H14O Numru CAS:78-59-1 Numru FLAVIS: 07.126 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' 3,5,5-trimetilċikloeż-2-en-1-on fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
1. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel. 2. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà. 3. Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: — 0,3 mg/kg għall-ħnieżer u għall-pollam; — 0,5 mg/kg għal kull speċi u kategorija oħra.” 4. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell ta' użu ssuġġerit fuq it-tikketta tat-taħlita minn qabel ikun iwassal biex jinqabżu l-livelli msemmija fil-punt 3. 5. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, meta l-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż: — 0,3 mg/kg għall-ħnieżer u għall-pollam; — 0,5 mg/kg għal kull speċi u kategorija oħra. 6. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u b'miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel. |
15.3.2028 |
|
2b07159 |
— |
d-Fenċon |
Kompożizzjoni tal-addittiv d-Fenċon Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva d-Fenċon Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 97 % Formula kimika: C10H16O Numru CAS: 4695-62-9 Numru FLAVIS: 07.159 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni tad-d-fenċon fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel tas-sustanzi li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
1. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel. 2. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà. 3. Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: — 0,3 mg/kg għall-ħnieżer u għall-pollam; — 0,5 mg/kg għal kull speċi u kategorija oħra.” 4. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell ta' użu ssuġġerit fuq it-tikketta tat-taħlita minn qabel ikun iwassal biex jinqabżu l-livelli msemmija fil-punt 3. 5. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, meta l-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż: — 0,3 mg/kg għall-ħnieżer u għall-pollam; — 0,5 mg/kg għal kull speċi u kategorija oħra. 6. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u b'miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel. |
15.3.2028 |
|
2b02038 |
— |
Alkoħol fenċiliku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Alkoħol fenċiliku Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Alkoħol fenċiliku Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 97 % Formula kimika: C10H18O Numru CAS: 1632-73-1 Numru FLAVIS: 02.038 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-alkoħol fenċiliku fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
1. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel. 2. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà. 3. Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: 1 mg/kg.” 4. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell ta' użu ssuġġerit fuq it-tikketta tat-taħlita minn qabel ikun iwassal biex jinqabeż il-livell imsemmi fil-punt 3. 5. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, meta l-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż:1 mg/kg 6. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u b'miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel. |
15.3.2028 |
|
2b09215 |
— |
Karvil aċetat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Karvil aċetat Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Karvil aċetat Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 98 % Formula kimika: C12H18O2 Numru CAS: 97-42-7 Numru FLAVIS: 09.215 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-karvil aċetat fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
1. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel. 2. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà. 3. Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: 1 mg/kg.” 4. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell ta' użu ssuġġerit fuq it-tikketta tat-taħlita minn qabel ikun iwassal biex jinqabeż il-livell imsemmi fil-punt 3. 5. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, meta l-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż: 1 mg/kg. 6. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u b'miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel. |
15.3.2028 |
|
2b09216 |
— |
Diidrokarvil aċetat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Diidrokarvil aċetat Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Diidrokarvil aċetat Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 97 % Formula kimika: C12H20O2 Numru CAS: 20777-49-5 Numru FLAVIS: 09.216 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni tad-diidrokarvil aċetat fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
1. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel. 2. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà. 3. Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: 1 mg/kg.” 4. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell ta' użu ssuġġerit fuq it-tikketta tat-taħlita minn qabel ikun iwassal biex jinqabeż il-livell imsemmi fil-punt 3. 5. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, meta l-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż: 1 mg/kg. 6. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u b'miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel. |
15.3.2028 |
|
2b09269 |
— |
Fenċil aċetat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Fenċil aċetat Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Fenċil aċetat Prodott bis-sinteżi kimika Purità: assaġġ minimu ta' 98 % Formula kimika: C12H20O2 Numru CAS: 13851-11-1 Numru FLAVIS: 09.269 Metodu ta' analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-fenċil aċetat fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel li jagħtu t-togħma fl-għalf: Kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa b'illokkjar tal-ħin ta' żamma GC-MS-RTL |
L-ispeċijiet kollha ta' annimali |
— |
— |
— |
1. L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel. 2. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà. 3. Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: 1 mg/kg.” 4. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell ta' użu ssuġġerit fuq it-tikketta tat-taħlita minn qabel ikun iwassal biex jinqabeż il-livell imsemmi fil-punt 3. 5. Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, meta l-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % jaqbeż: 1 mg/kg. 6. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u b'miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel. |
15.3.2028 |
|
(1)
Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports |
|||||||||