EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02018R0196-20190501

Consolidated text: Regolament (UE) 2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Frar 2018 dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (kodifikazzjoni)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/196/2019-05-01

02018R0196 — MT — 01.05.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2018/196 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Frar 2018

dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka

(kodifikazzjoni)

(ĠU L 044 16.2.2018, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/632 tad-19 ta' Frar 2018

  L 105

3

25.4.2018

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/673 tas-27 ta' Frar 2019

  L 114

5

30.4.2019




▼B

REGOLAMENT (UE) 2018/196 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Frar 2018

dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka

(kodifikazzjoni)



Artikolu 1

Il-konċessjonijiet tariffarji u l-obbligazzjonijiet relatati taħt il-GATT 1994 tal-Unjoni għandhom ikunu sospiżi fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

▼M2

Artikolu 2

Dazju ad valorem ta' 0,001 % apparti d-dazju doganali applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) għandu jiġi impost fuq il-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 3

1.  Il-Kummissjoni għandha taġġusta l-livell ta' sospensjoni kull sena għal-livell ta' tixjin jew ħsara kkawżat mill-Continued Dumping and Subsidy Offset Act (“CDSOA”) tal-Istati Uniti lill-Unjoni f'dak il-waqt. Il-Kummissjoni għandha temenda r-rata ta' dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni jew il-lista fl-Anness I taħt dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-livell ta' tixjin jew ħsara għandu jkun ekwivalenti għal 72 % tal-ammont ta' żburzar taħt is-CDSOA relatati ma' dazji anti-dumping jew kompensatorji mħallsa fuq importazzjonijiet mill-Unjoni għall-aktar sena reċenti li għaliha tkun disponibbli data f'dak il-waqt, kif ippubblikata mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti;

(b) l-emenda għandha tkun tali li l-effett tad-dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti magħżula li joriġinaw mill-Istati Uniti jirrappreżenta, fuq sena, valur tal-kummerċ li ma jaqbiżx il-livell ta' tixjin jew ħsara;

(c) ħlief f'ċirkostanzi previsti fil-punt (e), meta l-livell ta' sospensjoni jiżdied, il-Kummissjoni għandha żżid prodotti fil-lista fl-Anness I; dawk il-prodotti għandhom ikunu magħżula mil-lista fl-Anness II skont l-ordni ta' dik il-lista;

(d) ħlief f'ċirkostanzi previsti fil-punt (e), meta l-livell ta' sospensjoni jonqos, prodotti għandhom ikunu irtirati mil-lista fl-Anness I; il-Kummissjoni għandha tneħħi, l-ewwel, prodotti li kienu fil-lista fl-Anness II fl-1 ta' Mejju 2005 u ġew miżjuda fil-lista fl-Anness I aktar tard; il-Kummissjoni għandha mbagħad tneħħi prodotti li kienu fil-lista fl-Anness I fl-1 ta' Mejju 2005 skont l-ordni ta' dik il-lista;

(e) il-Kummissjoni għandha temenda r-rata ta' dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni meta l-livell ta' sospensjoni ma jistax jiġi aġġustat għal-livell ta' tixjin jew ħsara biż-żieda jew it-tneħħija ta' prodotti mil-lista fl-Anness I.

2.  Meta jiżdiedu xi prodotti fil-lista fl-Anness I, il-Kummissjoni għandha, fl-istess ħin, temenda l-lista fl-Anness II billi tneħħi dawk il-prodotti minn dik il-lista. L-ordni tal-prodotti li jifdal fil-lista fl-Anness II m'għandhiex tinbidel.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 4 biex tagħmel l-aġġustamenti u l-emendi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Meta l-informazzjoni dwar l-ammont ta' żborżamenti li jsiru mill-Istati Uniti tkun disponibbli tard fis-sena, b'mod tali li ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati l-iskadenzi tad-WTO u dawk statutorji permezz tal-użu tal-proċedura prevista fl-Artikolu 4, u fejn, fil-każ ta' aġġustamenti u emendi għall-Annessi, raġunijiet imperattivi ta' urġenza hekk jeħtieġu, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 5 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont l-ewwel subparagrafu.

Artikolu 4

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-20 ta' Frar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti speċifikata hemmhekk. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li huwa diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 5

1.  Atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

2.  Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(6). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 6

L-oriġini ta' kwalunkwe prodott li għalih japplika dan ir-Regolament għandha tiġi determinata skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Artikolu 7

1.  Prodotti elenkati fl-Anness I li għalihom inħarġet liċenzja ta' importazzjoni b'eżenzjoni mid-dażju jew bi tnaqqis tad-dazju qabel it-30 ta' April 2005 m'għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni.

2.  Prodotti elenkati fl-Anness I li jiddaħħlu mingħajr dazji ta' importazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 ( 2 ) m'għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M2




ANNESS I

Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni huma identifikati permezz tal-kodiċijiet NM bi tmien ċifri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti kklassifikati taħt dawn il-kodiċijiet jistgħu jinstabu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 3 ).

0710 40 00

ex 9003 19 00 “frejms u immuntar ta' nuċċalijiet minn metall ta' valur baxx”

8705 10 00

6204 62 31

▼B




ANNESS II

Il-prodotti f'dan l-Anness huma identifikati mill-kodiċijiet NM bi tmien ċifri tagħhom. Id-deskrizzjoni tal-prodotti kklassifikati taħt dawn il-kodiċijiet tista' tinstab fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.




ANNESS III

Regolament imħassar u elenku tal-emendi suċċessivi tiegħu



Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005

(ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1).

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 632/2006

(ĠU L 111, 25.4.2006, p. 5).

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 409/2007

(ĠU L 100, 17.4.2007, p. 16).

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 283/2008

(ĠU L 86, 28.3.2008, p. 19).

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 317/2009

(ĠU L 100, 18.4.2009, p. 6).

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2010

(ĠU L 94, 15.4.2010, p. 15).

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 311/2011

(ĠU L 86, 1.4.2011, p. 51).

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2013

(ĠU L 108, 18.4.2013, p. 6).

 

Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1).

Biss il-punt 11 tal-Anness

Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 18, 21.1.2014, p. 52).

Biss il-punt 4 tal-Anness

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 303/2014

(ĠU L 90, 26.3.2014, p. 6).

 

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/675

(ĠU L 111, 30.4.2015, p. 16).

 

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/654

(ĠU L 114, 28.4.2016, p. 1).

 

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/750

(ĠU L 113, 29.4.2017, p. 12).

 




ANNESS IV

Tabella ta' Korrelazzjoni



Regolament (KE) Nru 673/2005

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 4

Artikoli 1 sa 4

Artikolu 4a

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 7(2)

Artikolu 6(4)

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness IV



( 1 ) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

( 2 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23).

( 3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

Top