This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02017R1485-20210315
Commission Regulation (EU) 2017/1485 of 2 August 2017 establishing a guideline on electricity transmission system operation (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 tat-2 ta' Awwissu 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 tat-2 ta' Awwissu 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02017R1485 — MT — 15.03.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1485 tat-2 ta' Awwissu 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku (ĠU L 220 25.8.2017, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/280 tat-22 ta’ Frar 2021 |
L 62 |
24 |
23.2.2021 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1485
tat-2 ta' Awwissu 2017
li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
PARTI I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Għall-finijiet tas-salvagwardja tas-sigurtà operazzjonali, tal-kwalità tal-frekwenza u tal-użu effiċjenti tas-sistema u tar-riżorsi interkonnessi, dan ir-Regolament jistabbilixxi linji gwida ddettaljati dwar l-affarijiet li ġejjin:
ir-rekwiżiti u l-prinċipji marbutin mas-sigurtà operazzjonali;
ir-regoli u r-responsabbiltajiet għall-koordinazzjoni u għall-iskambju tad-dejta bejn it-TSOs, bejn it-TSOs u d-DSOs, u bejn it-TSOs jew id-DSOs u l-SGUs, fl-ippjanar operazzjonali u fit-tħaddim kważi f'ħin reali;
ir-regoli għat-taħriġ u għaċ-ċertifikazzjoni tal-impjegati tal-operaturi tas-sistema;
ir-rekwiżiti dwar il-koordinazzjoni tal-indisponibilità;
ir-rekwiżiti għall-iskedar bejn iż-żoni ta' kontroll tat-TSOs; u
ir-regoli li għandhom l-għan li jistabbilixxu qafas tal-Unjoni għall-kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija u għar-riservi.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Ir-regoli u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-SGUs li ġejjin:
għall-moduli eżistenti u ġodda tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li huma kklassifikati bħala moduli tat-tip B, Ċ u D skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/631 ( 1 ) jew li se jiġu kklassifikati bħala tali skont dawn il-kriterji;
għall-faċilitajiet eżistenti u ġodda tad-domanda konnessi mat-trażmissjoni;
għas-sistemi ta' distribuzzjoni eżistenti u ġodda magħluqin konnessi mat-trażmissjoni;
għall-faċilitajiet eżistenti u ġodda tad-domanda, għas-sistemi ta' distribuzzjoni magħluqin u għal partijiet terzi jekk dawn jipprovdu rispons tad-domanda direttament lit-TSO skont il-kriterji mogħtija fl-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1388 ( 2 );
għall-fornituri tar-ridispaċċ tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jew tal-faċilitajiet tad-domanda permezz tal-aggregazzjoni u għall-fornituri tar-riserva tal-potenza attiva skont it-Titolu 8 tal-Parti IV ta' dan ir-Regolament; u
għas-sistemi eżistenti u ġodda ta' kurrent dirett b'vultaġġ għoli (“HVDC”) skont il-kriterji mogħtija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1447 ( 3 ).
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
“sigurtà operazzjonali” tfisser il-kapaċità tas-sistema ta' trażmissjoni li żżomm stat normali jew li tirritorna għal stat normali mill-iktar fis, u li hija kkaratterizzata minn limiti tas-sigurtà operazzjonali;
“restrizzjoni” tfisser sitwazzjoni li fiha jkun hemm bżonn li titħejja u tiġi attivata azzjoni ta' rimedju sabiex jiġu rrispettati l-limiti tas-sigurtà operazzjonali;
“sitwazzjoni-N” tfisser is-sitwazzjoni li fiha ma jkun hemm l-ebda element tas-sistema ta' trażmissjoni li ma jkunx disponibbli minħabba kontinġenza;
“lista ta' kontinġenza” tfisser il-lista ta' kontinġenzi li jridu jiġu simulati sabiex tiġi ttestjata l-konformità mal-limiti tas-sigurtà operazzjonali;
“stat normali” tfisser sitwazzjoni li fiha s-sistema tkun fil-limiti tas-sigurtà operazzjonali fis-sitwazzjoni-N u wara li sseħħ kwalunkwe kontinġenza mil-lista ta' kontinġenzi, filwaqt li jitqies l-effett tal-azzjonijiet ta' rimedju disponibbli;
“riservi ta' konteniment tal-frekwenza” jew “FCR” tfisser ir-riservi tal-potenza attiva disponibbli sabiex tiġi kontenuta l-frekwenza tas-sistema wara li jseħħ żbilanċ;
“riservi tar-restawr tal-frekwenza” jew “FRR” tfisser ir-riservi tal-potenza attiva disponibbli sabiex il-frekwenza tas-sistema terġa' tinġieb fil-frekwenza nominali u, fil-każ ta' żona sinkronika li tikkonsisti f'iktar minn żona LFC waħda, sabiex il-bilanċ tal-potenza jerġa' jinġieb fil-valur skedat;
“riservi ta' rimpjazzament” jew “RR” tfisser ir-riservi tal-potenza attiva disponibbli għar-restawr jew għas-sostenn tal-livell meħtieġ ta' FRR sabiex ikun hemm kollox imħejji lest għal żbilanċi addizzjonali fis-sistema, inklużi r-riservi tal-ġenerazzjoni;
“fornitur tar-riservi” tfisser entità ġuridika b'obbligu legali jew kuntrattwali li tforni FCR, FRR jew RR minn tal-inqas unità waħda tal-forniment tar-riservi jew grupp wieħed tal-forniment tar-riservi;
“unità tal-forniment tar-riservi” tfisser modulu wieħed jew aggregazzjoni ta' moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u/jew ta' unitajiet tad-domanda konnessi ma' punt ta' konnessjoni komuni li jissodisfa r-rekwiżiti għall-forniment tal-FCR, tal-FRR jew tal-RR;
“grupp tal-forniment tar-riservi” tfisser aggregazzjoni ta' moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, ta' unitajiet tad-domanda u/jew ta' unitajiet tal-forniment tar-riservi konnessi ma' iktar minn punt wieħed ta' konnessjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-forniment tal-FCR, tal-FRR jew tal-RR;
“żona ta' kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija” jew “żona LFC” tfisser parti minn żona sinkronika jew żona sinkronika sħiħa, demarkata b'mod fiżiku minn punti ta' kejl fl-interkonnetturi ma' żoni LFC oħrajn, operata minn TSO wieħed jew iktar li jissodisfaw l-obbligi ta' kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija;
“ħin għar-restawr tal-frekwenza” tfisser il-ħin massimu mistenni wara li jseħħ żbilanċ istantanju tal-potenza iżgħar minn jew daqs l-inċident ta' referenza li matulu l-frekwenza tas-sistema tirritorna għall-firxa tar-restawr tal-frekwenza għal żoni sinkroniċi b'żona LFC waħda u, fil-każ ta' żoni sinkroniċi b'iktar minn żona LFC waħda, il-ħin massimu mistenni wara li jseħħ żbilanċ istantanju tal-potenza f'żona LFC li matulu jiġi kkumpensat l-iżbilanċ;
“kriterju (N-1)” tfisser ir-regola li skont din l-elementi li jibqgħu jaħdmu f'żona ta' kontroll tat-TSO wara li sseħħ kontinġenza jkunu kapaċi jifilħu għas-sitwazzjoni operazzjonali l-ġdida bla ma jiksru l-limiti tas-sigurtà operazzjonali;
“sitwazzjoni (N-1)” tfisser is-sitwazzjoni fis-sistema ta' trażmissjoni li fiha seħħet kontinġenza waħda mil-lista ta' kontinġenzi;
“riserva tal-potenza attiva” tfisser ir-riservi tal-ibbilanċjar disponibbli għaż-żamma tal-frekwenza;
“stat ta' allert” tfisser l-istat tas-sistema li fih is-sistema tkun fil-limiti tas-sigurtà operazzjonali, iżda tkun ġiet identifikata kontinġenza mil-lista ta' kontinġenzi u, f'każ li sseħħ, l-azzjonijiet ta' rimedju disponibbli ma jkunux biżżejjed biex iżommu l-istat normali;
“blokka ta' kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija” jew “blokka LFC” tfisser parti minn żona sinkronika jew żona sinkronika sħiħa, demarkata b'mod fiżiku minn punti ta' kejl fl-interkonnetturi ma' blokok LFC oħrajn, li jikkonsistu f'żona LFC waħda jew iktar, operata minn TSO wieħed jew iktar li jissodisfaw l-obbligi ta' kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija;
“errur tal-kontroll taż-żoni” jew “ACE” tfisser is-somma tal-errur tal-kontroll tal-potenza (“ΔP”), jiġifieri d-differenza f'ħin reali bejn il-valur attwalment imkejjel tal-interkambju tal-enerġija f'ħin reali (“P”) u l-programm ta' kontroll (“P0”) ta' żona jew blokka LFC speċifika u l-errur tal-kontroll tal-frekwenza (“K*Δf”), jiġifieri l-valur tal-multiplikazzjoni tal-fattur-K u tad-devjazzjoni tal-frekwenza ta' dik iż-żona jew blokka LFC speċifika, fejn l-errur tal-kontroll taż-żoni jkun ΔP+K*Δf;
“programm ta' kontroll” tfisser sekwenza ta' valuri programmati għall-interkambju tal-enerġija nett ta' żona jew blokka LFC fuq interkonnetturi tal-kurrent alternat (“AC”);
“kontroll tal-vultaġġ” tfisser l-azzjonijiet ta' kontroll manwali jew awtomatiċi fin-nodu ta' ġenerazzjoni, fin-nodi aħħarin tal-linji AC jew tas-sistemi HVDC, fuq it-transformers, jew fuq mezzi oħrajn, magħmulin apposta sabiex iżommu l-livell ta' vultaġġ stabbilit jew il-valur stabbilit tal-potenza reattiva;
“stat ta' blekawt” tfisser l-istat tas-sistema li fih jieqaf l-operat ta' parti mis-sistema ta' trażmissjoni jew tas-sistema kollha ta' trażmissjoni;
“kontinġenza interna” tfisser kontinġenza fiż-żona ta' kontroll tat-TSO, inklużi l-interkonnetturi;
“kontinġenza esterna” tfisser kontinġenza barra ż-żona ta' kontroll tat-TSO esklużi l-interkonnetturi, b'fattur ta' influwenza ogħla mis-soll ta' influwenza tal-kontinġenza;
“fattur ta' influwenza” tfisser il-valur numeriku użat sabiex jiġi kkwantifikat l-ikbar effett tal-indisponibilità ta' element tas-sistema ta' trażmissjoni li jinsab barra ż-żona ta' kontroll tat-TSO esklużi l-interkonnetturi, f'termini ta' bidla fil-flussi tal-enerġija jew fil-vultaġġ ikkawżata minn dik l-indisponibilità, fuq kwalunkwe element tas-sistema ta' trażmissjoni. Iktar ma jkun kbir il-valur, iktar ikun kbir l-effett;
“soll ta' influwenza tal-kontinġenza” tfisser valur numeriku ta' limitu li miegħu jiġu ċċekkjati l-fatturi ta' influwenza u meta sseħħ kontinġenza barra ż-żona ta' kontroll tat-TSO li jkollha fattur ta' influwenza ikbar mis-soll ta' influwenza tal-kontinġenza, din titqies li għandha impatt sinifikanti fuq iż-żona ta' kontroll tat-TSO inklużi l-interkonnetturi;
“analiżi tal-kontinġenza” tfisser simulazzjoni bbażata fuq il-kompjuter tal-kontinġenzi mil-lista ta' kontinġenzi;
“ħin tal-ikklerjar ta' ħsara kruċjali” tfisser id-durata massima tal-ħsara li matulha s-sistema ta' trażmissjoni żżomm l-istabbiltà tal-operat;
“ħsara” tfisser kull tip ta' ċirkwit kort (monofażi, bifażi u trifażi, b'kuntatt tal-ert jew mingħajru), konduttur imkisser, ċirkwit interrott, jew konnessjoni intermittenti, li jwasslu għall-indisponibilità permanenti tal-element tas-sistema ta' trażmissjoni affettwat;
“element tas-sistema ta' trażmissjoni” tfisser kwalunkwe komponent tas-sistema ta' trażmissjoni;
“disturb” tfisser kwalunkwe avveniment mhux ippjanat li jista' jwassal sabiex is-sistema ta' trażmissjoni ma tibqax fl-istat normali tagħha;
“stabilità dinamika” hija terminu komuni li jinkludi l-istabilità tal-angolu tar-rotor, l-istabilità tal-frekwenza u l-istabilità tal-vultaġġ;
“valutazzjoni tal-istabilità dinamika” tfisser il-valutazzjoni tas-sigurtà operazzjonali f'termini tal-istabilità dinamika;
“stabilità tal-frekwenza” tfisser il-ħila tas-sistema ta' trażmissjoni li żżomm il-frekwenza stabbli fis-sitwazzjoni-N u wara li tkun ġiet suġġetta għal disturb;
“stabilità tal-vultaġġ” tfisser il-ħila ta' sistema ta' trażmissjoni li żżomm vultaġġi aċċettabbli fin-nodi kollha fis-sistema ta' trażmissjoni fis-sitwazzjoni-N u wara li tkun ġiet suġġetta għal disturb;
“stat tas-sistema” tfisser l-istat operazzjonali tas-sistema ta' trażmissjoni b'rabta mal-limiti tas-sigurtà operazzjonali, li jista' jkun stat normali, stat ta' allert, stat ta' emerġenza, stat ta' blekawt u stat ta' restawr;
“stat ta' emerġenza” tfisser l-istat tas-sistema li fih jinkiser wieħed jew aktar mil-limiti tas-sigurtà operazzjonali;
“stat ta' restawr” tfisser l-istat tas-sistema li fih l-għan tal-attivitajiet kollha fis-sistema ta' trażmissjoni jkun li jerġgħu jistabbilixxu t-tħaddim tas-sistema u li jżommu s-sigurtà operazzjonali wara l-istat ta' blekawt jew l-istat ta' emerġenza;
“kontinġenza eċċezzjonali” tfisser l-okkorrenza simultanja ta' bosta kontinġenzi kkawżati mill-istess ħaġa;
“devjazzjoni tal-frekwenza” tfisser id-differenza bejn il-frekwenza attwali u dik nominali taż-żona sinkronika, li tista' tkun negattiva jew pożittiva;
“frekwenza tas-sistema” tfisser il-frekwenza elettrika tas-sistema li tista' titkejjel fil-partijiet kollha taż-żona sinkronika bis-suppożizzjoni ta' valur koerenti għas-sistema fi żmien sekondi, b'differenzi żgħar biss bejn il-postijiet ta' kejl differenti;
“proċess tar-restawr tal-frekwenza” jew “FRP” tfisser proċess li għandu l-għan li jirrestawra l-frekwenza għall-frekwenza nominali u, għal żoni sinkroniċi li jikkonsistu f'iktar minn żona LFC waħda, proċess li għandu l-għan li jirrestawra l-bilanċ tal-potenza għall-valur skedat;
“errur tal-kontroll tar-restawr tal-frekwenza” jew “FRCE” tfisser l-errur tal-kontroll għall-FRP li huwa daqs l-ACE ta' żona LFC jew daqs id-devjazzjoni tal-frekwenza meta ż-żona LFC tkun tikkorrispondi b'mod ġeografiku għaż-żona sinkronika;
“skeda” tfisser sett ta' valuri ta' referenza li jirrappreżenta l-ġenerazzjoni, il-konsum jew l-iskambju tal-elettriku għal perjodu partikulari taż-żmien;
“fattur-K ta' żona LFC jew ta' blokka LFC” tfisser valur espress f'megawatts għal kull hertz (“MW/Hz”), li huwa l-iktar prattikament qrib għal jew ikbar mis-somma tal-awtokontroll tal-ġenerazzjoni, tal-awtoregolamentazzjoni tat-tagħbija u tal-kontribuzzjoni tar-riserva ta' konteniment tal-frekwenza b'rabta mad-devjazzjoni statika massima tal-frekwenza;
“stat lokali” tfisser il-kwalifikazzjoni ta' stat ta' allert, ta' emerġenza jew ta' blekawt meta ma jkun hemm l-ebda riskju ta' estensjoni tal-konsegwenzi barra ż-żona ta' kontroll, inklużi l-interkonnetturi konnessi ma' din iż-żona ta' kontroll;
“devjazzjoni statika massima tal-frekwenza” tfisser id-devjazzjoni massima tal-frekwenza mistennija wara li jseħħ żbilanċ li jkun daqs jew inqas mill-inċident ta' referenza li fih il-frekwenza tas-sistema hija ppjanata li tiġi stabbilizzata;
“żona ta' osservabilità” tfisser is-sistema ta' trażmissjoni ta' TSO stess u l-partijiet rilevanti tas-sistemi ta' distribuzzjoni u tas-sistemi ta' trażmissjoni ta' TSOs interkonnessi, li fihom it-TSO jimplimenta monitoraġġ u mmudellar f'ħin reali sabiex iżomm is-sigurtà operazzjonali fiż-żona ta' kontroll tiegħu inklużi l-interkonnetturi;
“TSOs interkonnessi” tfisser it-TSOs konnessi direttament tal-inqas b'interkonnettur AC jew DC wieħed;
“analiżi tas-sigurtà operazzjonali” tfisser l-ambitu sħiħ tal-attivitajiet ibbażati fuq il-kompjuter, manwali u awtomatiċi, li jsiru sabiex tiġi vvalutata s-sigurtà operazzjonali tas-sistema ta' trażmissjoni u sabiex jiġu evalwati l-azzjonijiet ta' rimedju meħtieġa sabiex tinżamm is-sigurtà operazzjonali;
“indikaturi tas-sigurtà operazzjonali” tfisser l-indikaturi użati mit-TSOs sabiex jimmonitorjaw is-sigurtà operazzjonali f'termini tal-istati tas-sistema kif ukoll tal-ħsarat u tad-disturbi li jinfluwenzaw is-sigurtà operazzjonali;
“klassifikazzjoni tas-sigurtà operazzjonali” tfisser il-klassifikazzjoni użata mit-TSOs sabiex jimmonitorjaw is-sigurtà operazzjonali abbażi tal-indikaturi tas-sigurtà operazzjonali;
“testijiet operazzjonali” tfisser it-testijiet li jagħmel TSO jew DSO sabiex iżomm u jiżviluppa l-prattiki tal-operat tas-sistema u t-taħriġ fih u sabiex jikseb informazzjoni dwar l-imġiba tas-sistema ta' trażmissjoni f'kundizzjonijiet anormali tas-sistema u t-testijiet li jagħmlu l-utenti sinifikanti tal-grilja fil-faċilitajiet tagħhom għall-istess għanijiet;
“kontinġenza ordinarja” tfisser l-okkorrenza ta' kontinġenza ta' fergħa waħda jew ta' injezzjoni waħda;
“kontinġenza straordinarja” tfisser l-okkorrenza simultanja ta' bosta kontinġenzi mingħajr kawża komuni, jew it-telf ta' moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija b'telf totali tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni li jisboq l-inċident ta' referenza;
“rata ta' kalar” tfisser ir-rata ta' bidla tal-potenza attiva minn modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, faċilità tad-domanda jew sistema HVDC;
“riserva tal-potenza reattiva” tfisser il-potenza reattiva disponibbli għaż-żamma tal-vultaġġ;
“inċident ta' referenza” tfisser id-devjazzjoni pożittiva jew negattiva massima tal-enerġija li dlonk isseħħ bejn il-ġenerazzjoni u d-domanda f'żona sinkronika, ikkunsidrata fid-dimensjonar tal-FCR;
“stabilità tal-angolu tar-rotor” tfisser il-ħila ta' magni sinkroniċi li jibqgħu f'sinkronija fis-sitwazzjoni-N u wara li jkunu suġġetti għal disturb;
“pjan tas-sigurtà” tfisser il-pjan li fih valutazzjoni tar-riskju tal-assi kritiċi tat-TSO għal xenarji ta' theddid fiżiku u ċibernetiku serju b'valutazzjoni tal-impatti potenzjali;
“limiti tal-istabilità” tfisser il-konfini awtorizzati għall-operat tas-sistema ta' trażmissjoni f'termini tar-rispett tal-limiti tal-istabilità tal-vultaġġ, tal-istabilità tal-angolu tar-rotor u tal-istabilità tal-frekwenza;
“stat ta' żona wiesgħa” tfisser il-kwalifikazzjoni ta' stat ta' allert, ta' stat ta' emerġenza jew ta' stat ta' blekawt meta jkun hemm ir-riskju ta' propagazzjoni għas-sistemi ta' trażmissjoni interkonnessi;
“pjan ta' difiża tas-sistema” tfisser il-miżuri tekniċi u organizzattivi li jridu jittieħdu sabiex tiġi evitata l-propagazzjoni jew id-deterjorazzjoni ta' disturb fis-sistema ta' trażmissjoni, sabiex jiġu evitati d-disturbi tal-istat ta' żona wiesgħa u l-istat ta' blekawt;
“topoloġija” tfisser id-dejta li tikkonċerna l-konnettività tal-elementi differenti tas-sistema ta' trażmissjoni jew tas-sistema ta' distribuzzjoni f'substazzjon u tinkludi l-konfigurazzjoni elettrika u l-pożizzjoni tal-interrutturi u tal-iżolaturi taċ-ċirkwit;
“tagħbijiet eċċessivi tranżitorji ammissibbli” tfisser it-tagħbijiet eċċessivi temporanji tal-elementi tas-sistema ta' trażmissjoni li jkunu permessi għal perjodu limitat u li ma jikkaġunawx ħsara fiżika lill-elementi tas-sistema ta' trażmissjoni sakemm jitħarsu d-durata u l-limiti ddefiniti;
“linja ta' ekwilibriju virtwali” tfisser input addizzjonali tal-kontrolluri taż-żoni LFC involuti li jkollu l-istess effett bħal valur tal-kejl ta' interkonnettur fiżiku u li jippermetti l-iskambju tal-enerġija elettrika bejn iż-żoni rispettivi;
“sistemi ta' trażmissjoni tal-kurrent alternat flessibbli” jew “FACTS” tfisser tagħmir għat-trażmissjoni tal-kurrent alternat tal-potenza elettrika, li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kontrollabilità u li jżid il-kapaċità ta' trasferiment tal-potenza attiva;
“adegwatezza” tfisser il-ħila ta' alimentazzjonijiet f'żona sabiex tintlaħaq it-tagħbija f'dik iż-żona;
“skeda esterna tal-aggregazzjoni netta” tfisser skeda li tirrappreżenta l-aggregazzjoni netta tal-iskedi esterni tat-TSOs u tal-iskedi kummerċjali esterni tan-negozjar kollha bejn żewġ żoni ta' skedar jew bejn żona ta' skedar u grupp ta' żoni ta' skedar oħrajn;
“pjan tad-disponibilità” tfisser it-taħlita tal-istatusijiet tad-disponibilità kollha ppjanati ta' assi rilevanti għal perjodu taż-żmien partikulari;
“status tad-disponibilità” tfisser il-ħila ta' modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, ta' element tal-grilja jew ta' faċilità tad-domanda li tipprovdi servizz għal perjodu taż-żmien partikulari, indipendentement minn jekk tkunx qed taħdem jew le;
“kważi f'ħin reali” tfisser perjodu ta' ħin ta' mhux iktar minn 15-il minuta bejn l-aħħar għeluq tan-negozju tal-istess ġurnata u l-ħin reali;
“skeda tal-konsum” tfisser skeda li tirrappreżenta l-konsum ta' faċilità tad-domanda jew ta' grupp ta' faċilitajiet tad-domanda;
“ambjent ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali tal-ENTSO-E” tfisser is-sett ta' programmi u ta' tagħmir ta' applikazzjoni żviluppat sabiex jippermetti l-ħażna, l-iskambju u l-immaniġġjar tad-dejta użata għall-proċessi ta' ppjanar operazzjonali bejn it-TSOs;
“skeda kummerċjali esterna tan-negozjar” tfisser skeda li tirrappreżenta l-iskambju kummerċjali tal-elettriku bejn il-parteċipanti fis-suq f'żoni ta' skedar differenti;
“skeda esterna tat-TSOs” tfisser skeda li tirrappreżenta l-iskambju tal-elettriku bejn it-TSOs f'żoni ta' skedar differenti;
“indisponibilità forzata” tfisser it-tneħħija mhux ippjanata mis-servizz ta' assi rilevanti għal kull raġuni urġenti li ma tkunx taħt il-kontroll operazzjonali tal-operatur tal-assi rilevanti kkonċernat;
“skeda tal-ġenerazzjoni” tfisser skeda li tirrappreżenta l-ġenerazzjoni tal-elettriku ta' modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jew ta' grupp ta' moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija;
“skeda kummerċjali interna tan-negozjar” tfisser skeda li tirrappreżenta l-iskambju kummerċjali tal-elettriku f'żona ta' skedar bejn parteċipanti differenti fis-suq;
“assi rilevanti intern” tfisser assi rilevanti li huwa parti miż-żona ta' kontroll ta' TSO jew assi rilevanti li jinsab f'sistema ta' distribuzzjoni, inkluża sistema ta' distribuzzjoni magħluqa, li hija mqabbda b'mod dirett jew indirett maż-żona ta' kontroll ta' dak it-TSO;
“pożizzjoni AC ta' żona nnettjata” tfisser l-aggregazzjoni nnettjata tal-iskedi esterni AC kollha ta' żona;
“reġjun ta' koordinazzjoni tal-indisponibilità” tfisser taħlita taż-żoni ta' kontroll li għalihom it-TSOs jiddefinixxu l-proċeduri sabiex jimmonitorjaw u, fejn ikun hemm bżonn, jikkoordinaw l-istatus tad-disponibilità tal-assi rilevanti f'kull ħin;
“faċilità tad-domanda rilevanti” tfisser faċilità tad-domanda li tieħu sehem fil-koordinazzjoni tal-indisponibilità u li l-istatus tad-disponibilità tagħha jinfluwenza s-sigurtà operazzjonali transfruntiera;
“assi rilevanti” tfisser kwalunkwe faċilità tad-domanda rilevanti, modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rilevanti, jew element tal-grilja rilevanti li jieħu sehem fil-koordinazzjoni tal-indisponibilità;
“element tal-grilja rilevanti” tfisser kwalunkwe komponent ta' sistema ta' trażmissjoni, inklużi l-interkonnetturi, jew ta' sistema ta' distribuzzjoni, inkluża sistema ta' distribuzzjoni magħluqa, bħal linja waħda, ċirkwit wieħed, transformer wieħed, transformer wieħed li jaqleb il-fażijiet, jew installazzjoni ta' kumpens tal-vultaġġ, li jieħu sehem fil-koordinazzjoni tal-indisponibilità u li l-istatus tad-disponibilità tiegħu jinfluwenza s-sigurtà operazzjonali transfruntiera;
“inkompatibilità tal-ippjanar tal-indisponibilità” tfisser l-istat li fih taħlita tal-istatus tad-disponibilità ta' element wieħed jew iktar tal-grilja rilevanti, tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rilevanti u/jew tal-faċilitajiet tad-domanda rilevanti u l-aħjar stima tas-sitwazzjoni tal-grilja tal-elettriku prevista twassal għal ksur tal-limiti tas-sigurtà operazzjonali filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet ta' rimedju mingħajr kostijiet li huma għad-dispożizzjoni tat-TSO;
“aġent tal-ippjanar tal-indisponibilità” tfisser entità bil-kompitu li tippjana l-istatus tad-disponibilità ta' modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rilevanti, ta' faċilità tad-domanda rilevanti jew ta' element tal-grilja rilevanti;
“modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rilevanti” tfisser modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jieħu sehem fil-koordinazzjoni tal-indisponibilità u li l-istatus tad-disponibilità tiegħu jinfluwenza s-sigurtà operazzjonali transfruntiera;
“koordinatur reġjonali tas-sigurtà” (“RSC”) tfisser l-entità jew l-entitajiet f'reġjun wieħed jew iktar bil-kapaċità kalkulata li jwettqu kompiti marbutin mal-koordinazzjoni reġjonali tat-TSOs u li jkunu proprjetà tat-TSOs jew li jkunu kkontrollati minnhom;
“aġent tal-iskedar” tfisser l-entità jew l-entitajiet bil-kompitu li jipprovdu l-iskedi mingħand il-parteċipanti fis-suq lit-TSOs jew, fejn applikabbli, lil partijiet terzi;
“żona ta' skedar” tfisser żona li fiha japplikaw l-obbligi tat-TSOs rigward l-iskedar minħabba ħtiġijiet operazzjonali jew organizzattivi;
“ġimgħa ta' qabel” tfisser il-ġimgħa ta' qabel il-ġimgħa kalendarja tal-operazzjoni;
“sena ta' qabel” tfisser is-sena ta' qabel is-sena kalendarja tal-operazzjoni;
“TSO affettwat” tfisser TSO li għalih hemm bżonn ta' informazzjoni dwar l-iskambju tar-riservi u/jew il-kondiviżjoni tar-riservi u/jew il-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi u/jew il-proċess ta' attivazzjoni transfruntiera għall-analiżi tas-sigurtà operazzjonali u għaż-żamma tagħha;
“kapaċità ta' riserva” tfisser l-ammont ta' FCR, ta' FRR jew ta' RR li jrid ikun disponibbli għat-TSO;
“skambju ta' riservi” tfisser il-possibbiltà ta' TSO li jaċċessa l-kapaċità ta' riserva konnessa ma' żona LFC, ma' blokka LFC jew ma' żona sinkronika oħra sabiex jissodisfa r-rekwiżiti ta' riservi tiegħu li jirriżultaw mill-proċess tad-dimensjonar tar-riservi tiegħu stess ta' FCR, FRR jew RR u meta dik il-kapaċità ta' riserva tkun għal dak it-TSO biss u ma titqiesx minn xi TSO ieħor sabiex jissodisfa r-rekwiżiti ta' riservi tiegħu li jirriżultaw mill-proċessi tad-dimensjonar tar-riservi rispettivi tiegħu;
“kondiviżjoni tar-riservi” tfisser mekkaniżmu li bih iktar minn TSO wieħed iqisu l-istess kapaċità ta' riserva, kemm jekk din tkun FCR, FRR jew inkella RR, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' riservi rispettivi tagħhom li jirriżultaw mill-proċessi tad-dimensjonar tar-riservi tagħhom;
“ħin għall-iskattar tal-istat ta' allert” tfisser il-ħin qabel ma l-istat ta' allert isir attiv;
“FRR awtomatiċi” tfisser FRR li jistgħu jiġu attivati b'apparat ta' kontroll awtomatiku;
“dewma għall-attivazzjoni tal-FRR awtomatiċi” tfisser il-perjodu ta' żmien bejn l-issettjar ta' valur programmat ġdid mill-kontrollur tar-restawr tal-frekwenza u l-bidu tal-konsenja fiżika tal-FRR awtomatiċi;
“ħin għall-attivazzjoni totali tal-FRR awtomatiċi” tfisser il-perjodu ta' żmien bejn l-issettjar ta' valur programmat ġdid mill-kontrollur tar-restawr tal-frekwenza u l-attivazzjoni jew id-diżattivazzjoni korrispondenti tal-FRR awtomatiċi;
“dejta medja tal-FRCE” tfisser is-sett ta' dejta li jikkonsisti fil-valur medju tal-FRCE istantanju rreġistrat ta' żona LFC jew ta' blokka LFC f'perjodu taż-żmien partikulari mkejjel;
“TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll” tfisser it-TSO li għandu jiskatta l-attivazzjoni tal-kapaċità ta' riserva tiegħu għal TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll bil-kundizzjonijiet ta' ftehim għall-kondiviżjoni tar-riservi;
“TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll” tfisser it-TSO li jikkalkula l-kapaċità ta' riserva billi jqis il-kapaċità ta' riserva li tkun aċċessibbli mingħand TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll bil-kundizzjonijiet ta' ftehim għall-kondiviżjoni tar-riservi;
“proċess ta' applikazzjoni tal-kriterji” tfisser il-proċess ta' kalkolu tal-parametri fil-mira għaż-żona sinkronika, għall-blokka LFC u għaż-żona LFC abbażi tad-dejta miksuba fil-proċess ta' ġbir u forniment tad-dejta;
“proċess ta' ġbir u forniment tad-dejta” tfisser il-proċess ta' ġbir tas-sett ta' dejta meħtieġa biex jitwettqu l-kriterji tal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza;
“proċess ta' attivazzjoni FRR transfruntier” tfisser proċess miftiehem bejn it-TSOs li jieħdu sehem fil-proċess li jippermetti l-attivazzjoni ta' FRR konnessi f'żona LFC differenti permezz ta' korrezzjoni tal-input tal-FRPs involuti kif xieraq;
“proċess ta' attivazzjoni RR transfruntier” tfisser proċess miftiehem bejn it-TSOs li jieħdu sehem fil-proċess li jippermetti l-attivazzjoni ta' RR konnessi f'żona LFC differenti permezz ta' korrezzjoni tal-input tal-RRP involut kif xieraq;
“inċident tad-dimensjonar” tfisser l-ogħla valur mistenni ta' żbilanċ tal-potenza attiva li jseħħ b'mod istantanju fi blokka LFC kemm f'direzzjoni pożittiva kif ukoll f'direzzjoni negattiva;
“devjazzjoni elettrika tal-ħin” tfisser id-diskrepanza ta' żmien bejn il-ħin sinkroniku u l-ħin universali koordinat (“UTC”);
“devjazzjoni tal-frekwenza ta' attivazzjoni totali tal-FCR” tfisser il-valur nominali tad-devjazzjoni tal-frekwenza li fih jiġu attivati totalment l-FCR f'żona sinkronika;
“ħin ta' attivazzjoni totali tal-FCR” tfisser il-perjodu ta' żmien bejn l-okkorrenza tal-inċident ta' referenza u l-attivazzjoni totali korrispondenti tal-FCR;
“obbligu ta' FCR” tfisser il-parti mill-FCR kollha li taqa' taħt ir-responsabbiltà ta' TSO;
“proċess għall-konteniment tal-frekwenza” jew “FCP” tfisser proċess li għandu l-għan li jistabbilizza l-frekwenza tas-sistema billi jikkumpensa għall-iżbilanċi permezz ta' riservi xierqa;
“proċess tal-akkoppjament tal-frekwenza” tfisser proċess miftiehem bejn it-TSOs kollha ta' żewġ żoni sinkroniċi li jippermetti għall-irbit tal-attivazzjoni ta' FCR permezz ta' adattament tal-flussi HVDC bejn iż-żoni sinkroniċi;
“parametri għad-definizzjoni tal-kwalità tal-frekwenza” tfisser il-varjabbli ewlenin tal-frekwenza tas-sistema li jiddefinixxu l-prinċipji tal-kwalità tal-frekwenza;
“parametru mira tal-kwalità tal-frekwenza” tfisser il-mira ewlenija tal-frekwenza tas-sistema li fuqha tiġi evalwata l-imġiba tal-proċessi ta' attivazzjoni FCR, FRR u RR fi stat normali;
“kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza” tfisser sett ta' kalkoli li jużaw qisien tal-frekwenza tas-sistema li jippermetti li tiġi evalwata l-kwalità tal-frekwenza tas-sistema meta mqabbla mal-parametri mira tal-kwalità tal-frekwenza;
“dejta tal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza” tfisser is-sett ta' dejta li jippermetti li jiġu kkalkulati l-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza;
“firxa tal-irkupru tal-frekwenza” tfisser il-firxa tal-frekwenza tas-sistema li għaliha mistennija tirritorna l-frekwenza tas-sistema fiż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI wara li jseħħ żbilanċ li jkun daqs jew iżgħar mill-inċident ta' referenza fil-ħin għall-irkupru tal-frekwenza;
“ħin għall-irkupru tal-frekwenza” tfisser, għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, il-ħin massimu mistenni wara li jseħħ żbilanċ li jkun iżgħar minn jew daqs l-inċident ta' referenza li fih il-frekwenza tas-sistema tirritorna għad-devjazzjoni statika massima tal-frekwenza;
“firxa tar-restawr tal-frekwenza” tfisser il-firxa tal-frekwenza tas-sistema li għaliha mistennija tirritorna l-frekwenza tas-sistema fiż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI u tal-pajjiżi Nordiċi wara li jseħħ żbilanċ li jkun daqs jew iżgħar mill-inċident ta' referenza fil-ħin għar-restawr tal-frekwenza;
“parametri fil-mira tal-FRCE” tfisser il-varjabbli ewlenin fil-mira tal-blokka LFC li abbażi tagħhom jiġu stabbiliti u evalwati l-kriterji tad-dimensjonar tal-FRR u tal-RR tal-blokka LFC u li jintużaw sabiex jirriflettu l-imġiba tal-blokka LFC fl-operat normali;
“interkambju tal-enerġija għar-restawr tal-frekwenza” tfisser il-potenza elettrika li hija skambjata bejn iż-żoni LFC fil-proċess ta' attivazzjoni tal-FRR transfruntier;
“valur programmat tal-frekwenza” tfisser il-valur fil-mira tal-frekwenza użat fl-FRP, iddefinit bħala s-somma tal-frekwenza tas-sistema nominali u valur ta' spustar meħtieġ biex titnaqqas id-devjazzjoni elettrika tal-ħin;
“rekwiżiti għad-disponibilità tal-FRR” tfisser sett ta' rekwiżiti ddefiniti mit-TSOs ta' blokka LFC rigward id-disponibbiltà tal-FRR;
“regoli tad-dimensjonar tal-FRR” tfisser l-ispeċifikazzjonijiet tal-proċess tad-dimensjonar tal-FRR ta' blokka LFC;
“proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi” tfisser proċess miftiehem bejn it-TSOs li jippermetti li tiġi evitata l-attivazzjoni simultanja tal-FRR f'direzzjonijiet opposti filwaqt li jitqiesu l-FRCEs rispettivi kif ukoll l-FRR attivati u billi jiġi kkoreġut l-input tal-FRPs involuti kif xieraq;
“interkambju tal-enerġija għan-nettjar tal-iżbilanċi” tfisser il-potenza elettrika li hija skambjata bejn iż-żoni LFC fil-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi;
“obbligu inizjali ta' FCR” tfisser l-ammont ta' FCR allokat għal TSO abbażi ta' skema ta' kondiviżjoni;
“data istantanja tal-frekwenza” tfisser sett ta' qisien tad-dejta tal-frekwenza tas-sistema kumplessiva għaż-żona sinkronika b'perjodu ta' kejl daqs jew iqsar minn sekonda użat għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza tas-sistema;
“devjazzjoni istantanja tal-frekwenza” tfisser sett ta' qisien tad-dejta tad-devjazzjonijiet tal-frekwenza tas-sistema kumplessiva għaż-żona sinkronika b'perjodu ta' kejl daqs jew iqsar minn sekonda użat għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza tas-sistema;
“data istantanja tal-FRCE” tfisser sett ta' dejta tal-FRCE ta' blokka LFC b'perjodu ta' kejl daqs jew iqsar minn 10 sekondi użat għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza tas-sistema;
“firxa ta' livell 1 tal-FRCE” tfisser l-ewwel firxa użata għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza tas-sistema fil-livell tal-blokka LFC li fiha l-FRCE għandu jinżamm għal perċentwal speċifikat tal-ħin;
“firxa ta' livell 2 tal-FRCE” tfisser it-tieni firxa użata għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza tas-sistema fil-livell tal-blokka LFC li fiha l-FRCE għandu jinżamm għal perċentwal speċifikat tal-ħin;
“ftehim operazzjonali dwar il-blokok LFC” tfisser ftehim b'ħafna partijiet bejn it-TSOs kollha ta' blokka LFC jekk il-blokka LFC tkun titħaddem minn iktar minn TSO wieħed u tfisser metodoloġija operazzjonali ta' blokka LFC li trid tiġi adottata b'mod unilaterali mit-TSO rilevanti jekk il-blokka LFC tkun titħaddem minn TSO wieħed biss;
“interkambju tal-enerġija ta' rimpjazzament” tfisser il-potenza elettrika li hija skambjata bejn iż-żoni LFC fil-proċess ta' attivazzjoni tal-RR transfruntier;
“żbilanċi bejn il-blokok LFC” tfisser is-somma tal-FRCE, l-attivazzjoni tal-FRR u l-attivazzjoni tal-RR fil-blokka LFC u l-interkambju tal-enerġija għan-nettjar tal-iżbilanċi, l-interkambju tal-enerġija għar-restawr tal-frekwenza u l-interkambju tal-enerġija ta' rimpjazzament ta' din il-blokka LFC ma' blokok LFC oħrajn;
“monitor tal-blokka LFC” tfisser TSO responsabbli għall-ġbir tad-dejta tal-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza u għall-applikazzjoni tal-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza għall-blokka LFC;
“struttura tal-kontroll tagħbija-frekwenza” tfisser l-istruttura bażika li tqis l-aspetti rilevanti kollha tal-kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija b'mod partikulari rigward ir-responsabbiltajiet u l-obbligi rispettivi kif ukoll it-tipi u l-għanijiet tar-riservi tal-potenza attiva;
“struttura tar-responsabilità għall-proċessi” tfisser l-istruttura sabiex jiġu stabbiliti r-responsabbiltajiet u l-obbligi fir-rigward tar-riservi tal-potenza attiva abbażi tal-istruttura ta' kontroll taż-żona sinkronika;
“struttura tal-attivazzjoni tal-proċessi” tfisser l-istruttura sabiex jiġu kkategorizzati l-proċessi li jikkonċernaw it-tipi differenti ta' riservi tal-potenza attiva f'termini tal-għan u tal-attivazzjoni tagħhom;
“ħin ta' attivazzjoni totali tal-FRR manwali” tfisser il-perjodu ta' żmien bejn il-bidla tal-valur programmat u l-attivazzjoni jew id-diżattivazzjoni korrispondenti tal-FRR manwali;
“devjazzjoni massima istantanja tal-frekwenza” tfisser il-valur assolut massimu mistenni ta' devjazzjoni istantanja tal-frekwenza wara li jseħħ żbilanċ li jkun daqs jew iżgħar mill-inċident ta' referenza, u li meta jinqabeż jiġu attivati l-miżuri ta' emerġenza;
“żona ta' monitoraġġ” tfisser parti minn żona sinkronika jew iż-żona sinkronika kollha, demarkata b'mod fiżiku minn punti ta' kejl fl-interkonnetturi ma' żoni ta' monitoraġġ oħrajn, operati minn TSO wieħed jew iktar li jissodisfaw l-obbligi ta' żona ta' monitoraġġ;
“prekwalifikazzjoni” tfisser il-proċess sabiex tiġi vverifikata l-konformità ta' unità tal-forniment tar-riservi jew ta' grupp tal-forniment tar-riservi mar-rekwiżiti stipulati mit-TSO;
“perjodu ta' kalar” tfisser perjodu ta' żmien iddefinit minn punt tat-tluq fiss u tul ta' żmien li matulu l-input u/jew l-output tal-potenza attiva se jiżdied jew jitnaqqas;
“TSO tal-istruzzjoni tar-riservi” tfisser it-TSO responsabbli għall-istruzzjoni tal-unità tal-forniment tar-riservi jew tal-grupp tal-forniment tar-riservi sabiex jiġu attivati l-FRR u/jew l-RR;
“DSO tal-konnessjoni mar-riservi” tfisser id-DSO responsabbli għan-netwerk ta' distribuzzjoni li miegħu huma mqabbdin unità tal-forniment tar-riservi jew grupp tal-forniment tar-riservi li jipprovdu r-riservi lil TSO;
“TSO tal-konnessjoni mar-riservi” tfisser it-TSO responsabbli għaż-żona ta' monitoraġġ li magħha jkunu mqabbdin unità tal-forniment tar-riservi jew grupp tal-forniment tar-riservi;
“TSO riċeventi ta' riserva” tfisser it-TSO involut fi skambju ma' TSO tal-konnessjoni mar-riservi u/jew ma' unità tal-forniment tar-riservi jew ma' grupp tal-forniment tar-riservi mqabbdin ma' żona ta' monitoraġġ jew ma' żona LFC oħra;
“proċess ta' rimpjazzament ta' riserva” jew “RRP” tfisser proċess għar-restawr tal-FRR attivati u, għall-GB u l-IE/NI, għar-restawr tal-FCR attivati wkoll;
“rekwiżiti għad-disponibilità tal-RR” tfisser sett ta' rekwiżiti ddefiniti mit-TSOs ta' blokka LFC rigward id-disponibbiltà tal-RR;
“regoli tad-dimensjonar tal-RR” tfisser l-ispeċifikazzjonijiet tal-proċess tad-dimensjonar tal-RR ta' blokka LFC;
“firxa tal-frekwenza standard” tfisser intervall simmetriku ddefinit madwar il-frekwenza nominali li fih suppost titħaddem il-frekwenza tas-sistema ta' żona sinkronika;
“devjazzjoni ta' frekwenza standard” tfisser il-valur assolut tad-devjazzjoni tal-frekwenza li jillimita l-firxa tal-frekwenza standard;
“devjazzjoni tal-frekwenza statika” tfisser il-valur assolut tad-devjazzjoni tal-frekwenza wara li jseħħ żbilanċ, ladarba tkun stabbilizzat ruħha l-frekwenza tas-sistema;
“monitor taż-żona sinkronika” tfisser TSO responsabbli għall-ġbir tad-dejta tal-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza u għall-applikazzjoni tal-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza għaż-żona sinkronika;
“proċess tal-kontroll tal-ħin” tfisser proċess għall-kontroll tal-ħin, fejn il-kontroll tal-ħin ikun azzjoni ta' kontroll imwettqa sabiex id-devjazzjoni elettrika tal-ħin bejn il-ħin sinkroniku u l-ħin UTC titreġġa' lura għal żero.
Artikolu 4
Għanijiet u aspetti regolatorji
Dan ir-Regolament għandu l-għan li:
jistabbilixxi r-rekwiżiti u l-prinċipji komuni tas-sigurtà operazzjonali;
jistabbilixxi l-prinċipji komuni tal-ippjanar operazzjonali tas-sistemi interkonnessi;
jistabbilixxi l-proċessi u l-istrutturi komuni tal-kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija;
jiżgura li jkun hemm il-kundizzjonijiet biex tinżamm is-sigurtà operazzjonali fl-Unjoni;
jiżgura li jkun hemm il-kundizzjonijiet biex jinżamm livell ta' kwalità tal-frekwenza taż-żoni sinkroniċi kollha fl-Unjoni;
jippromwovi l-koordinazzjoni tat-tħaddim tas-sistemi u tal-ippjanar operazzjonali;
jiżgura u jsaħħaħ it-trasparenza u l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni;
jikkontribwixxi għat-tħaddim u għall-iżvilupp effiċjenti tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku u tas-settur tal-elettriku fl-Unjoni.
Huma u japplikaw dan ir-Regolament, l-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tas-sistemi għandhom:
japplikaw il-prinċipji tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni;
jiżguraw it-trasparenza;
japplikaw il-prinċipju ta' ottimizzazzjoni bejn l-ogħla effiċjenza globali u l-inqas kostijiet totali għall-partijiet kollha involuti;
jiżguraw li, kemm jista' jkun, it-TSOs jużaw mekkaniżmi bbażati fuq is-suq sabiex jiżguraw is-sigurtà u l-istabilità tan-netwerk;
jirrispettaw ir-responsabbiltà assenjata lit-TSO rilevanti sabiex jiżguraw is-sigurtà tas-sistema, inkluż kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali;
jikkonsultaw mad-DSOs rilevanti u jqisu l-impatti potenzjali fuq is-sistema tagħhom; u
iqisu l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi Ewropej li ntlaħaq qbil dwarhom.
Artikolu 5
Il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji tat-TSOs
Meta t-TSOs li jiddeċiedu dwar proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji elenkati fl-Artikolu 6(2) ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, dawn għandhom jiddeċiedu permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata. Il-maġġoranza kwalifikata għall-proposti skont l-Artikolu 6(2) għandha teħtieġ maġġoranza ta’:
TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas 55 % tal-Istati Membri; u
TSOs li jirrappreżentaw Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.
Meta t-TSOs li jiddeċiedu dwar proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji skont l-Artikolu 6(3) ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim u meta r-reġjuni kkonċernati jkunu magħmula minn aktar minn ħames Stati Membri, dawn għandhom jiddeċiedu permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata. Il-maġġoranza kwalifikata għall-proposti skont l-Artikolu 6(3) għandha teħtieġ maġġoranza ta’:
TSOs li jirrappreżentaw mill-inqas 72 % tal-Istati Membri kkonċernati; u
TSOs li jirrappreżentaw Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tar-reġjun ikkonċernat.
Artikolu 6
Approvazzjoni tal-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji tat-TSOs
Il-proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li ġejjin u kwalunkwe emenda tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Aġenzija, li dwarhom Stat Membru jista’ jipprovdi opinjoni lill-awtorità regolatorja kkonċernata:
ir-rekwiżiti, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet organizzazzjonali ewlenin marbutin mal-iskambju tad-data b’rabta mas-sigurtà operazzjonali skont l-Artikolu 40(6);
il-metodoloġija għall-bini tal-mudelli tal-grilja komuni skont l-Artikolu 67(1) u l-Artikolu 70;
il-metodoloġija għall-koordinazzjoni tal-analiżi tas-sigurtà operazzjonali skont l-Artikolu 75.
Il-proposti għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li ġejjin u kwalunkwe emenda tagħhom għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji kollha tar-reġjun ikkonċernat, li dwarhom Stat Membru jista’ jagħti opinjoni lill-awtorità regolatorja kkonċernata:
il-metodoloġija għal kull żona sinkronika għad-definizzjoni ta’ inerzja minima skont l-Artikolu 39(3)(b);
dispożizzjonijiet komuni għal kull reġjun bil-kapaċità kalkolata għall-koordinazzjoni tas-sigurtà operazzjonali reġjonali skont l-Artikolu 76;
il-metodoloġija, tal-inqas għal kull żona sinkronika, għall-valutazzjoni tar-rilevanza tal-assi għall-koordinazzjoni tal-indisponibilità skont l-Artikolu 84;
il-metodoloġiji, il-kundizzjonijiet u l-valuri inklużi fil-ftehimiet operazzjonali dwar iż-żoni sinkroniċi fl-Artikolu 118 dwar:
il-parametri għad-definizzjoni tal-kwalità tal-frekwenza u parametru mira tal-kwalità tal-frekwenza skont l-Artikolu 127;
ir-regoli tad-dimensjonar tal-FCR skont l-Artikolu 153;
il-karatteristiċi addizzjonali tal-FCR skont l-Artikolu 154(2);
għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, il-miżuri li jiżguraw l-irkupru tal-kompartimenti tal-ħżin tal-enerġija skont l-Artikolu 156(6)(b);
għaż-żoni sinkroniċi Nordiċi u tal-Ewropa Kontinentali, il-perjodu minimu ta’ attivazzjoni li għandu jiġi żgurat mill-fornituri tal-FCR skont l-Artikolu 156(10);
għaż-żoni sinkroniċi Nordiċi u tal-Ewropa Kontinentali, is-suppożizzjonijiet u l-metodoloġija għal analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji skont l-Artikolu 156(11);
għaż-żoni sinkroniċi l-oħra għajr tal-Ewropa Kontinentali u, jekk ikun applikabbli, il-limiti għall-iskambju tal-FCR bejn it-TSOs skont l-Artikolu 163(2);
għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, il-metodoloġija biex jiġi ddeterminat il-forniment minimu tal-kapaċità ta’ riserva fuq l-FCR bejn iż-żoni sinkroniċi, iddefinita skont l-Artikolu 174(2)(b);
il-limiti fuq l-ammont ta’ skambju tal-FRR bejn iż-żoni sinkroniċi ddefiniti skont l-Artikolu 176(1) u l-limiti fuq l-ammont ta’ kondiviżjoni tal-FRR bejn iż-żoni sinkroniċi ddefiniti skont l-Artikolu 177(1);
il-limiti fuq l-ammont ta’ skambju tal-RR bejn iż-żoni sinkroniċi ddefiniti skont l-Artikolu 178(1) u l-limiti fuq l-ammont ta’ kondiviżjoni tal-RR bejn iż-żoni sinkroniċi ddefiniti skont l-Artikolu 179(1).
il-metodoloġiji u l-kundizzjonijiet inklużi fil-ftehimiet operazzjonali dwar il-blokok LFC imsemmija fl-Artikolu 119, li jikkonċernaw:
ir-restrizzjonijiet tal-kalar għall-output tal-potenza attiva skont l-Artikolu 137(3) u (4);
l-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni li għandhom l-għan li jnaqqsu l-FRCE kif iddefinit fl-Artikolu 152(14);
il-miżuri biex jitnaqqas l-FRCE billi jintalbu bidliet fil-produzzjoni jew fil-konsum tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-unitajiet tad-domanda b’rabta mal-potenza attiva skont l-Artikolu 152(16);
ir-regoli tad-dimensjonar tal-FRR skont l-Artikolu 157(1).
il-miżuri ta’ mitigazzjoni għal kull żona sinkronika jew għal kull blokka LFC skont l-Artikolu 138;
proposta komuni għal kull żona sinkronika għad-determinazzjoni tal-blokok LFC skont l-Artikolu 141(2).
Sakemm ma jiġix iddeterminat mod ieħor mill-Istat Membru, il-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji li ġejjin u kwalunkwe emenda tagħhom għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni individwali mill-entità maħtura skont il-paragrafu 1 mill-Istat Membru:
għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, il-proposta ta’ kull TSO li tispeċifika l-livell tat-telf tad-domanda li fih is-sistema ta’ trażmissjoni għandha tkun fl-istat ta’ blekawt;
l-ambitu tal-iskambju tad-data mad-DSOs u mal-utenti sinifikanti tal-grilja skont l-Artikolu 40(5);
ir-rekwiżiti addizzjonali għall-gruppi tal-forniment tal-FCR skont l-Artikolu 154(3);
l-esklużjoni tal-gruppi tal-forniment tal-FCR mill-forniment tal-FCR skont l-Artikolu 154(4);
għaż-żoni sinkroniċi Nordiċi u tal-Ewropa Kontinentali, il-proposta dwar il-perjodu interim minimu ta’ attivazzjoni li għandu jiġi żgurat mill-fornituri tal-FCR kif propost mit-TSO skont l-Artikolu 156(9);
ir-rekwiżiti tekniċi tal-FRR iddefiniti mit-TSO skont l-Artikolu 158(3);
ir-rifjut tal-gruppi tal-forniment tal-FRR mill-forniment tal-FRR skont l-Artikolu 159(7);
ir-rekwiżiti tekniċi għall-konnessjoni tal-unitajiet tal-forniment tal-RR u tal-gruppi tal-forniment tal-RR iddefiniti mit-TSO skont l-Artikolu 161(3); u
r-rifjut tal-gruppi tal-forniment tal-RR mill-forniment tal-RR skont l-Artikolu 162(6).
Artikolu 7
Emendi għall-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji tat-TSOs
Artikolu 8
Pubblikazzjoni tal-patti u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji fuq l-Internet
Il-pubblikazzjoni għandha tikkonċerna wkoll:
it-titjib tal-għodod tal-operat tan-network skont l-Artikolu 55(e);
il-parametri fil-mira tal-FRCE skont l-Artikolu 128;
ir-restrizzjonijiet fuq il-kalar fuq il-livell taż-żona sinkronika skont l-Artikolu 137(1);
ir-restrizzjonijiet fuq il-kalar fuq il-livell tal-blokka LFC skont l-Artikolu 137(3);
il-miżuri meħuda fl-istat ta’ allert minħabba li ma jkunx hemm biżżejjed riżervi ta’ potenza attiva skont l-Artikolu 152(11); u
t-talba tat-TSO tal-konnessjoni tar-riżervi lill-fornitur tal-FCR biex jagħmel l-informazzjoni disponibbli f’ħin reali skont l-Artikolu 154(11).
Artikolu 9
Irkupru tal-kostijiet
Artikolu 10
Involviment tal-partijiet ikkonċernati
L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mill-qrib man-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku, għandha torganizza l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fit-tħaddim sigur tas-sistema u f'aspetti oħrajn tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan l-involviment għandu jinkludi laqgħat regolari mal-partijiet ikkonċernati sabiex jiġu identifikati l-problemi u jiġi propost titjib b'rabta mat-tħaddim sigur tas-sistema.
Artikolu 11
Konsultazzjoni pubblika
Artikolu 12
Obbligi tal-kunfidenzjalità
Artikolu 13
Ftehimiet ma' TSOs li mhumiex marbutin b'dan ir-Regolament
Meta żona sinkronika tkun tkopri kemm TSOs tal-Unjoni kif ukoll TSOs ta' pajjiżi terzi, fi żmien 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha tal-Unjoni f'dik iż-żona sinkronika għandhom ifittxu li jikkonkludu ftehim mat-TSOs tal-pajjiżi terzi li mhumiex marbutin b'dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-bażi għall-kooperazzjoni tagħhom rigward it-tħaddim sigur tas-sistema u li jistabbilixxi l-arranġamenti sabiex dawk it-TSOs ta' pajjiżi terzi jkunu konformi mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Artikolu 14
Monitoraġġ
In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 8(8) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Il-monitoraġġ għandu jkopri tal-inqas il-kwistjonijiet li ġejjin:
l-indikaturi tas-sigurtà operazzjonali skont l-Artikolu 15;
il-kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija skont l-Artikolu 16;
il-valutazzjoni tal-koordinazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 17;
l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe diverġenza fl-implimentazzjoni nazzjonali ta' dan ir-Regolament għall-patti u l-kundizzjonijiet jew għall-metodoloġiji elenkati fl-Artikolu 6(3);
l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe titjib addizzjonali fl-għodod u fis-servizzi skont is-subparagrafi (a) u (b) tal-Artikolu 55, lil hinn mit-titjib identifikat mit-TSOs skont l-Artikolu 55(e);
l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe titjib neċessarju fir-rapport annwali dwar l-iskala ta' klassifikazzjoni tal-inċidenti skont l-Artikolu 15, li huwa neċessarju sabiex tkun sostnuta s-sigurtà operazzjonali sostenibbli u fit-tul; u
l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe diffikultà rigward il-kooperazzjoni ma' TSOs ta' pajjiżi terzi fit-tħaddim sigur tas-sistema.
Artikolu 15
Rapport annwali dwar l-indikaturi tas-sigurtà operazzjonali
Ir-rapporti annwali msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun fihom tal-inqas l-indikaturi tas-sigurtà operazzjonali li ġejjin li huma rilevanti għas-sigurtà operazzjonali:
l-għadd ta' elementi tas-sistema ta' trażmissjoni li ttrippjaw fis-sena għal kull TSO;
l-għadd ta' faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li ttrippjaw fis-sena għal kull TSO;
l-enerġija li ma ġietx fornuta fis-sena minħabba qtugħ mhux skedat tal-faċilitajiet tad-domanda għal kull TSO;
id-durata u l-għadd ta' drabi li kien hemm stat ta' allert jew ta'emerġenza għal kull TSO;
id-durata u l-għadd ta' avvenimenti li fihom ġie identifikat nuqqas ta' riservi għal kull TSO;
id-durata u l-għadd ta' devjazzjonijiet tal-vultaġġ li jisbqu l-firxiet mit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness II għal kull TSO;
l-għadd ta' minuti barra l-firxa tal-frekwenza standard u l-għadd ta' minuti barra l-50 % tad-devjazzjoni statika massima tal-frekwenza għal kull żona sinkronika;
l-għadd ta' separazzjonijiet ta' qsim tas-sistema jew ta' stati lokali ta' blekawt; u
l-għadd ta' blekawts li kienu jinvolvu żewġ TSOs jew iktar.
Ir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih l-indikaturi tas-sigurtà operazzjonali li ġejjin li huma rilevanti għall-ippjanar operazzjonali:
l-għadd ta' avvenimenti li fihom inċident li jinsab fil-lista ta' kontinġenzi wassal għal degradazzjoni tal-istat operazzjonali tas-sistema;
l-għadd ta' avvenimenti msemmijin fil-punt (a) li fihom seħħet degradazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-tħaddim tas-sistema minħabba diskrepanzi mhux mistennijin mill-previżjonijiet tal-ġenerazzjoni jew tat-tagħbija;
l-għadd ta' avvenimenti li fihom kien hemm degradazzjoni fil-kundizzjonijiet tat-tħaddim tas-sistema minħabba kontinġenza eċċezzjonali;
l-għadd ta' avvenimenti msemmijin fil-punt (c) li fihom seħħet degradazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-tħaddim tas-sistema minħabba diskrepanzi mhux mistennijin mill-previżjonijiet tal-ġenerazzjoni jew tat-tagħbija; u
l-għadd ta' avvenimenti li jwasslu għal degradazzjoni fil-kundizzjonijiet tat-tħaddim tas-sistema minħabba nuqqas ta' riservi tal-potenza attiva.
Artikolu 16
Rapport annwali dwar il-kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija
Mill-14 ta' Settembru 2018, it-TSOs ta' kull Stat Membru għandhom jinnotifikaw lin-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku, sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, l-informazzjoni li ġejja għas-sena ta' qabel:
l-identifikazzjoni tal-blokok LFC, taż-żoni LFC u taż-żoni ta' monitoraġġ fl-Istat Membru;
l-identifikazzjoni tal-blokok LFC li mhumiex fl-Istat Membru u li fihom żoni LFC u żoni ta' monitoraġġ li jinsabu fl-Istat Membru;
l-identifikazzjoni taż-żoni sinkroniċi li jappartjeni għalihom kull Stat Membru;
id-dejta marbuta mal-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza għal kull żona sinkronika u għal kull blokka LFC fis-subparagrafi (a), (b) u (c) li tkopri kull xahar ta' tal-inqas sentejn preċedenti tal-kalendarju;
l-obbligu ta' FCR u l-obbligu inizjali ta' FCR ta' kull TSO li jopera fl-Istat Membru li jkopru kull xahar ta' tal-inqas sentejn preċedenti tal-kalendarju; u
deskrizzjoni u d-data ta' implimentazzjoni ta' kull miżura ta' mitigazzjoni u ta' kull rekwiżit ta' kalar biex itaffu d-devjazzjonijiet deterministiċi tal-frekwenza meħudin fis-sena preċedenti tal-kalendarju skont l-Artikoli 137 u 138, li fihom kienu involuti t-TSOs tal-Istat Membru.
Artikolu 17
Rapport annwali dwar il-valutazzjoni tal-koordinazzjoni reġjonali
Sal-1 ta' Marzu, kull koordinatur reġjonali tas-sigurtà għandu jħejji rapport annwali u jibagħtu lin-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku u fih għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja għall-kompiti li jwettaq:
l-għadd ta' avvenimenti, id-durata medja u r-raġunijiet għaliex naqas milli jwettaq il-funzjonijiet tiegħu;
l-istatistika dwar ir-restrizzjonijiet, inklużi d-durata u l-post tagħhom u kemm-il darba seħħew, flimkien mal-azzjonijiet ta' rimedju assoċjati attivati u l-kost tagħhom f'każ li ġġarrab xi kost;
l-għadd ta' drabi li t-TSOs ċaħdu milli jimplimentaw l-azzjonijiet ta' rimedju rrakkomandati mill-koordinatur reġjonali tas-sigurtà u r-raġunijiet għal dan;
l-għadd ta' inkompatibilitajiet tal-indisponibilità identifikati skont l-Artikolu 80; u
deskrizzjoni tal-każijiet li fihom ġie vvalutat nuqqas ta' adegwatezza reġjonali u ġiet stabbilita deskrizzjoni tal-azzjonijiet ta' mitigazzjoni.
PARTI II
IS-SIGURTÀ OPERAZZJONALI
TITOLU 1
REKWIŻITI TAS-SIGURTÀ OPERAZZJONALI
KAPITOLU 1
L-istati tas-sistema, l-azzjonijiet ta' rimedju u l-limiti tas-sigurtà operazzjonali
Artikolu 18
Klassifikazzjoni tal-istati tas-sistema
Sistema ta' trażmissjoni għandha tkun fl-istat normali meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
meta l-flussi tal-vultaġġ u tal-enerġija jkunu fil-limiti tas-sigurtà operazzjonali ddefiniti skont l-Artikolu 25;
meta l-frekwenza tkun tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
id-devjazzjoni tal-frekwenza statika tas-sistema tkun fil-firxa tal-frekwenza standard; jew
il-valur assolut tad-devjazzjoni tal-frekwenza statika tas-sistema ma jkunx ikbar mid-devjazzjoni statika massima tal-frekwenza u l-limiti tal-frekwenza tas-sistema stabbiliti għall-istat ta' allert ma jintlaħqux;
meta r-riservi tal-potenza attiva u reattiva jkunu biżżejjed biex jifilħu għall-kontinġenzi mil-lista ta' kontinġenzi ddefinita skont l-Artikolu 33 mingħajr ma jiksru l-limiti tas-sigurtà operazzjonali;
meta l-operat taż-żona ta' kontroll tat-TSO kkonċernata jkun fil-limiti tas-sigurtà operazzjonali u se jibqa' fihom wara li jiġu attivati l-azzjonijiet ta' rimedju wara li sseħħ kontinġenza mil-lista ta' kontinġenzi ddefinita skont l-Artikolu 33.
Sistema ta' trażmissjoni għandha tkun fi stat ta' allert meta:
il-flussi tal-vultaġġ u tal-enerġija jkunu fil-limiti tas-sigurtà operazzjonali ddefiniti skont l-Artikolu 25; u
il-kapaċità ta' riserva tat-TSO tonqos b'iktar minn 20 % għal perjodu ta' iktar minn 30 minuta u ma jkun hemm l-ebda mezz li jikkumpensa għal dak it-tnaqqis fit-tħaddim tas-sistema f'ħin reali; jew
il-frekwenza tkun tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
il-valur assolut tad-devjazzjoni tal-frekwenza statika tas-sistema ma jkunx ikbar mid-devjazzjoni statika massima tal-frekwenza; u
il-valur assolut tad-devjazzjoni tal-frekwenza statika tas-sistema jkun baqa' kontinwament ogħla mill-50 % tad-devjazzjoni statika massima tal-frekwenza għal perjodu taż-żmien itwal mill-ħin għall-iskattar tal-istat ta' allert jew mill-firxa tal-frekwenza standard għal perjodu taż-żmien itwal mill-ħin għar-restawr tal-frekwenza; jew
tal-inqas kontinġenza waħda mil-lista ta' kontinġenzi ddefinita skont l-Artikolu 33 twassal għal ksur tal-limiti tas-sigurtà operazzjonali tat-TSO, anki wara li jiġu attivati l-azzjonijiet ta' rimedju.
Sistema ta' trażmissjoni għandha tkun fl-istat ta' emerġenza meta tkun issodisfata tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
meta jkun hemm tal-inqas każ wieħed ta' ksur tal-limiti tas-sigurtà operazzjonali ta' TSO ddefiniti skont l-Artikolu 25;
meta l-frekwenza ma tissodisfax il-kriterji għall-istat normali u għall-istat ta' allert iddefiniti skont il-paragrafi 1 u 2;
meta tkun attivata tal-inqas miżura waħda mill-pjan ta' difiża tas-sistema tat-TSO;
meta jkun hemm ħsara f'kif jaħdmu l-għodod, il-mezzi u l-faċilitajiet iddefinita skont l-Artikolu 24(1), li twassal biex dawk l-għodod, il-mezzi u l-faċilitajiet ikunu indisponibbli għal iktar minn 30 minuta.
Sistema ta' trażmissjoni għandha tkun fl-istat ta' blekawt meta tkun issodisfata tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
meta tintilef iktar minn 50 % tad-domanda fiż-żona ta' kontroll tat-TSO kkonċernata;
meta ma jkun hemm l-ebda vultaġġ għal tal-inqas tliet minuti fiż-żona ta' kontroll tat-TSO kkonċernata, u b'hekk jiskattaw il-pjanijiet ta' restawr.
TSO taż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI jista' jiżviluppa proposta li tispeċifika l-livell ta' telf tad-domanda li fih is-sistema ta' trażmissjoni se tkun fl-istat ta' blekawt. It-TSOs taż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI għandhom jinnotifikaw dan il-każ lin-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku.
Artikolu 19
Monitoraġġ u determinazzjoni tal-istati tas-sistema mit-TSOs
Kull TSO għandu jimmonitorja l-parametri li ġejjin tas-sistema ta' trażmissjoni f'ħin reali fiż-żona ta' kontroll tiegħu, abbażi ta' qisien tat-telemetrija f'ħin reali jew ta' valuri kkalkulati miż-żona ta' osservabilità tiegħu, filwaqt li jqis id-dejta strutturali u f'ħin reali skont l-Artikolu 42:
il-flussi tal-potenza attiva u reattiva;
il-vultaġġi tal-iżbarra ta' distribuzzjoni;
il-frekwenza u l-errur tal-kontroll tar-restawr tal-frekwenza taż-żona LFC tiegħu;
ir-riservi tal-potenza attiva u reattiva; u
il-ġenerazzjoni u t-tagħbija.
Jekk is-sistema ta' trażmissjoni tiegħu ma tkunx fi stat normali u jekk dak l-istat tas-sistema jiġi kkwalifikat bħala stat ta' żona wiesgħa, it-TSO għandu:
jgħarraf lit-TSOs kollha dwar l-istat tas-sistema tas-sistema ta' trażmissjoni tiegħu permezz ta' għodda informatika għall-iskambju tad-dejta f'ħin reali fil-livell pan-Ewropew; u
jipprovdi lil dawk it-TSOs b'iktar informazzjoni dwar l-elementi tas-sistema ta' trażmissjoni tiegħu li jiffurmaw parti miż-żona ta' osservabilità ta' TSOs oħrajn.
Artikolu 20
Azzjonijiet ta' rimedju fit-tħaddim tas-sistema
Artikolu 21
Prinċipji u kriterji applikabbli għall-azzjonijiet ta' rimedju
Kull TSO għandu japplika l-prinċipji li ġejjin meta jattiva u jikkoordina l-azzjonijiet ta' rimedju skont l-Artikolu 23:
għall-ksur tas-sigurtà operazzjonali li ma għandux bżonn jiġi mmaniġġjat b'mod ikkoordinat, TSO għandu jfassal, iħejji u jattiva l-azzjonijiet ta' rimedju sabiex jerġa' jġib is-sistema fl-istat normali tagħha u jipprevjeni l-propagazzjoni tal-istat ta' allert jew ta' emerġenza barra ż-żona ta' kontroll tat-TSO minn fost il-kategoriji ddefiniti fl-Artikolu 22;
għall-ksur tas-sigurtà operazzjonali li jrid jiġi mmaniġġjat b'mod ikkoordinat, TSO għandu jfassal, iħejji u jattiva azzjonijiet ta' rimedju f'koordinazzjoni ma' TSOs ikkonċernati oħrajn, billi jsegwi l-metodoloġija għat-tħejjija tal-azzjonijiet ta' rimedju b'mod ikkoordinat mogħtija fl-Artikolu 76(1)(b) u filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjoni ta' koordinatur reġjonali tas-sigurtà skont l-Artikolu 78(4).
Meta jkun qed jagħżel l-azzjonijiet ix-xierqa ta' rimedju, kull TSO għandu japplika l-kriterji li ġejjin:
għandu jattiva l-iktar azzjonijiet ta' rimedju effettivi u ekonomikament effiċjenti;
għandu jattiva l-azzjonijiet ta' rimedju kemm jista' jkun kważi fil-ħin reali filwaqt li jqis il-ħin mistenni tal-attivazzjoni u l-urġenza tas-sitwazzjoni tat-tħaddim tas-sistema li dawn huma maħsubin li jsolvu;
għandu jqis ir-riskji ta' ħsarat meta japplika l-azzjonijiet ta' rimedju disponibbli u l-impatt tagħhom fuq is-sigurtà operazzjonali, bħalma huma:
ir-riskji ta' ħsara jew ta' ċirkwit kort ikkawżati minn bidliet fit-topoloġija;
ir-riskji ta' indisponibilitajiet ikkawżati minn bidliet fil-potenza attiva jew reattiva fil-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jew fil-faċilitajiet tad-domanda; u
ir-riskji ta' ħsara kkawżata mill-imġiba tat-tagħmir;
għandu jagħti preferenza lill-azzjonijiet ta' rimedju li jqiegħdu għad-dispożizzjoni l-ikbar kapaċità transżonali għall-allokazzjoni tal-kapaċità, filwaqt li jħarsu l-limiti kollha tas-sigurtà operazzjonali.
Artikolu 22
Kategoriji tal-azzjonijiet ta' rimedju
Kull TSO għandu juża l-kategoriji tal-azzjonijiet ta' rimedju li ġejjin:
azzjonijiet li jimmodifikaw id-durata tal-indisponibilità ppjanata jew tar-ritorn għas-servizz ta' elementi tas-sistema ta' trażmissjoni sabiex tinkiseb id-disponibbiltà operazzjonali ta' dawk l-elementi tas-sistema ta' trażmissjoni;
azzjonijiet li għandhom impatt attiv fuq il-flussi tal-enerġija permezz ta':
varjazzjonijiet fil-punt ta' kuntatt tat-transformers tal-potenza;
varjazzjonijiet fil-punt ta' kuntatt tat-transformers li jaqilbu l-fażijiet;
bidliet fit-topoloġiji;
azzjonijiet li jikkontrollaw il-vultaġġ u jimmaniġġjaw il-potenza reattiva permezz ta':
varjazzjonijiet fil-punt ta' kuntatt tat-transformers tal-potenza;
kommutazzjoni tal-kapasiters u tar-reatturi;
kommutazzjoni tal-apparat ibbażat fuq l-elettronika tal-potenza użat għall-ġestjoni tal-vultaġġ u tal-potenza reattiva;
ordnijiet lid-DSOs konnessi mat-trażmissjoni u lill-utenti sinifikanti tal-grilja biex jimblokkaw il-kontroll awtomatiku tal-vultaġġ u tal-potenza reattiva tat-transformers jew biex jattivaw fil-faċilitajiet tagħhom l-azzjonijiet ta' rimedju stipulati fil-punti (i) sa (iii) jekk id-deterjorament tal-vultaġġ ixekkel is-sigurtà operazzjonali jew jhedded li jwassal għal kollass tal-vultaġġ f'sistema ta' trażmissjoni;
talba biex tinbidel il-produzzjoni tal-potenza reattiva jew biex jinbidel il-valur programmat tal-vultaġġ tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija sinkroniċi konnessi mat-trażmissjoni;
talba biex tinbidel il-produzzjoni tal-potenza reattiva tal-konvertituri tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mhux sinkroniċi konnessi mat-trażmissjoni;
azzjonijiet li jikkalkulaw mill-ġdid il-kapaċitajiet transżonali tal-istess ġurnata u tal-ġurnata ta' qabel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222;
azzjonijiet li jwettqu ridispaċċ tal-utenti tas-sistema ta' trażmissjoni jew tas-sistema konnessa mad-distribuzzjoni fiż-żona ta' kontroll tat-TSO, bejn żewġ TSOs jew iktar;
azzjonijiet ta' negozju kumpensatorju bejn żewġ żoni tal-offerti jew iktar;
azzjonijiet li jaġġustaw il-flussi tal-potenza attiva permezz tas-sistemi HVDC;
azzjonijiet li jattivaw il-proċeduri ta' ġestjoni tad-devjazzjoni tal-frekwenza;
azzjonijiet li jrażżnu, skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, il-kapaċità transżonali diġà allokata f'sitwazzjoni ta' emerġenza meta l-użu ta' dik il-kapaċità jkun jipperikola s-sigurtà operazzjonali, meta t-TSOs kollha f'interkonnettur partikulari jkunu jaqblu mat-tali aġġustament, u meta ma jkunx possibbli jsir ir-ridispaċċ jew in-negozju kumpensatorju; u
meta jkun applikabbli, azzjonijiet li jinkludu l-indisponibilità programmata tat-tagħbija kkontrollata b'mod manwali tal-istat normali jew tal-istat ta' allert.
Artikolu 23
Tħejjija, attivazzjoni u koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta' rimedju
Kull TSO għandu jħejji u jattiva azzjonijiet ta' rimedju skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 21(2) sabiex jipprevjeni l-istat tas-sistema milli jiddeterjora abbażi tal-elementi li ġejjin:
il-monitoraġġ u d-determinazzjoni tal-istati tas-sistema skont l-Artikolu 19;
l-analiżi tal-kontinġenza fit-tħaddim f'ħin reali skont l-Artikolu 34; u
l-analiżi tal-kontinġenza fl-ippjanar operazzjonali skont l-Artikolu 72.
Meta TSO jattiva azzjoni ta' rimedju, kull utent sinifikanti tal-grilja u DSO konness mat-trażmissjoni affettwat għandu jeżegwixxi l-ordnijiet li jagħtih it-TSO.
Artikolu 24
Disponibilità tal-mezzi, tal-għodod u tal-faċilitajiet tat-TSO
Kull TSO għandu jiżgura d-disponibilità, l-affidabilità u l-bżonn tal-affarijiet li ġejjin:
il-faċilitajiet għall-monitoraġġ tal-istat tas-sistema tas-sistema ta' trażmissjoni, inklużi l-applikazzjonijiet għall-valutazzjoni tal-istat u l-faċilitajiet għall-kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija;
il-mezzi għall-kontroll tal-kommutazzjoni tal-interrutturi taċ-ċirkwit, tal-interrutturi taċ-ċirkwit akkoppjaturi, tal-kommutaturi tat-transformers u ta' tagħmir ieħor li jservi sabiex jiġu kkontrollati l-elementi tas-sistema ta' trażmissjoni;
il-mezzi ta' komunikazzjoni mal-kmamar ta' kontroll ta' TSOs u RSCs oħrajn;
l-għodod għall-analiżi tas-sigurtà operazzjonali; u
l-għodod u l-mezzi ta' komunikazzjoni meħtieġa sabiex it-TSOs jiffaċilitaw l-operazzjonijiet transfruntiera tas-suq.
Artikolu 25
Limiti tas-sigurtà operazzjonali
Kull TSO għandu jispeċifika l-limiti tas-sigurtà operazzjonali għal kull element tas-sistema ta' trażmissjoni tiegħu, filwaqt li jqis tal-inqas il-karatteristiċi fiżiċi li ġejjin:
il-limiti tal-vultaġġ skont l-Artikolu 27;
il-limiti tal-kurrent taċ-ċirkwit kort skont l-Artikolu 30; u
il-limiti tal-kurrent f'termini tal-klassifikazzjoni termali inklużi t-tagħbijiet eċċessivi tranżitorji ammissibbli.
Artikolu 26
Pjan tas-sigurtà għall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika
KAPITOLU 2
Kontroll tal-vultaġġ u ġestjoni tal-potenza reattiva
Artikolu 27
Obbligi tat-TSOs kollha b'rabta mal-limiti tal-vultaġġ
Artikolu 28
Obbligi tal-SGUs b'rabta mal-kontroll tal-vultaġġ u mal-ġestjoni tal-potenza reattiva fit-tħaddim tas-sistema
Artikolu 29
Obbligi tat-TSOs kollha b'rabta mal-kontroll tal-vultaġġ u mal-ġestjoni tal-potenza reattiva fit-tħaddim tas-sistema
KAPITOLU 3
Ġestjoni tal-kurrent f'ċirkwit kort
Artikolu 30
Il-kurrent f'ċirkwit kort
Kull TSO għandu jistabbilixxi:
il-kurrent massimu f'ċirkwit kort li fih tinqabeż il-kapaċità nominali tal-interrutturi taċ-ċirkwit u ta' tagħmir ieħor; u
il-kurrent minimu f'ċirkwit kort għat-tħaddim korrett tat-tagħmir tal-protezzjoni.
Artikolu 31
Il-kalkolu tal-kurrent f'ċirkwit kort u miżuri relatati miegħu
Huwa u jagħmel il-kalkoli tal-kurrent f'ċirkwit kort, kull TSO għandu:
juża l-iktar dejta preċiża u ta' kwalità għolja li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu;
iqis l-istandards internazzjonali; u
jieħu bħala l-bażi tal-kalkolu tal-kurrent massimu f'ċirkwit kort dawk il-kundizzjonijiet operazzjonali li jipprovdu l-ogħla livell possibbli ta' kurrent f'ċirkwit kort, inkluż il-kurrent f'ċirkwit kort minn sistemi ta' trażmissjoni u sistemi ta' distribuzzjoni oħrajn, inklużi s-sistemi ta' distribuzzjoni magħluqin.
KAPITOLU 4
Ġestjoni tal-flussi tal-enerġija
Artikolu 32
Limiti tal-flussi tal-enerġija
KAPITOLU 5
Analiżi u mmaniġġjar tal-kontinġenzi
Artikolu 33
Listi ta' kontinġenzi
Sabiex jistabbilixxi lista ta' kontinġenzi, kull TSO għandu jikklassifika kull kontinġenza abbażi ta' jekk hijiex ordinarja, eċċezzjonali jew straordinarja, filwaqt li jqis il-probabbiltà li sseħħ u l-prinċipji li ġejjin:
kull TSO għandu jikklassifika l-kontinġenzi għaż-żona ta' kontroll tiegħu stess;
meta l-kundizzjonijiet operazzjonali jew tat-temp iżidu b'mod sinifikanti l-probabbiltà ta' kontinġenza eċċezzjonali, kull TSO għandu jinkludi dik il-kontinġenza eċċezzjonali fil-lista ta' kontinġenzi tiegħu; u
sabiex iqis il-kontinġenzi eċċezzjonali li jkollhom impatt qawwi fuq is-sistemi ta' trażmissjoni tiegħu stess jew fuq dawk interkonnessi miegħu, kull TSO għandu jinkludi kontinġenzi eċċezzjonali bħal dawn fil-lista ta' kontinġenzi tiegħu.
Artikolu 34
Analiżi tal-kontinġenzi
Artikolu 35
Immaniġġjar tal-kontinġenzi
TSO ma għandux ikollu jikkonforma mal-kriterju (N-1) fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
matul is-sekwenzi ta' kommutazzjoni;
matul il-perjodu taż-żmien meħtieġ biex iħejji u jattiva l-azzjonijiet ta' rimedju.
KAPITOLU 6
Protezzjoni
Artikolu 36
Rekwiżiti ġenerali dwar il-protezzjoni
Artikolu 37
Skemi ta' protezzjoni speċjali
Meta TSO juża skema ta' protezzjoni speċjali, huwa għandu:
jiżgura li kull skema ta' protezzjoni speċjali taġixxi b'mod selettiv, affidabbli u effettiv;
jevalwa, meta jfassal skema ta' protezzjoni speċjali, il-konsegwenzi għas-sistema ta' trażmissjoni f'każ li din ma taħdimx kif suppost, filwaqt li jqis l-impatt fuq it-TSOs ikkonċernati;
jivverifika li l-iskema ta' protezzjoni speċjali għandha affidabilità li tista' titqabbel ma' dik tas-sistemi ta' protezzjoni użati għall-protezzjoni primarja tal-elementi tas-sistema ta' trażmissjoni;
jopera s-sistema ta' trażmissjoni bl-iskema ta' protezzjoni speċjali fil-limiti tas-sigurtà operazzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 25; u
jikkoordina l-funzjonijiet, il-prinċipji ta' attivazzjoni u l-valuri programmati tal-iskema ta' protezzjoni speċjali mat-TSOs interkonnessi u mad-DSOs konnessi mat-trażmissjoni affettwati, inklużi s-sistemi ta' distribuzzjoni magħluqin, u mal-SGUs konnessi mat-trażmissjoni affettwati.
Artikolu 38
Monitoraġġ u valutazzjoni tal-istabilità dinamika
Meta jkunu qed jagħmlu l-valutazzjonijiet ikkoordinati tal-istabilità dinamika, it-TSOs ikkonċernati għandhom jistabbilixxu:
il-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjoni kkoordinata tal-istabilità dinamika, tal-inqas f'termini ta' mudell tal-grilja komuni;
is-sett ta' dejta li t-TSOs ikkonċernati jridu jiskambjaw bejniethom sabiex iwettqu l-valutazzjoni kkoordinata tal-istabilità dinamika;
lista ta' xenarji maqbulin bejniethom dwar il-valutazzjoni kkoordinata tal-istabilità dinamika; u
lista ta' kontinġenzi jew disturbi maqbulin bejniethom li l-impatt tagħhom għandu jiġi vvalutat permezz tal-valutazzjoni kkoordinata tal-istabilità dinamika.
Huwa u jiddeċiedi fuq il-metodi użati fil-valutazzjoni tal-istabilità dinamika, kull TSO għandu japplika r-regoli li ġejjin:
jekk, b'rabta mal-lista ta' kontinġenzi, il-limiti statiċi jintlaħqu qabel il-limiti tal-istabilità, it-TSO għandu jibbaża l-valutazzjoni tal-istabilità dinamika biss fuq l-istudji tal-istabilità offline imwettqin fil-fażi tal-ippjanar operazzjonali fit-tul;
jekk, b'rabta mal-lista ta' kontinġenzi, bil-kundizzjonijiet tal-indisponibilità ppjanata, il-limiti statiċi u l-limiti tal-istabilità jkunu qrib xulxin jew il-limiti tal-istabilità jintlaħqu qabel il-limiti statiċi, it-TSO għandu jagħmel valutazzjoni tal-istabilità dinamika fil-fażi tal-ippjanar operazzjonali ta' ġurnata bil-quddiem sakemm ikun għad hemm dawk il-kundizzjonijiet. It-TSO għandu jippjana l-azzjonijiet ta' rimedju li jridu jintużaw fit-tħaddim f'ħin reali jekk ikun hemm bżonn; u
jekk is-sistema ta' trażmissjoni tkun fis-sitwazzjoni-N b'rabta mal-lista ta' kontinġenzi u l-limiti tal-istabilità jintlaħqu qabel il-limiti statiċi, it-TSO għandu jagħmel valutazzjoni tal-istabilità dinamika fil-fażijiet kollha tal-ippjanar operazzjonali u jerġa' jivvaluta l-limiti tal-istabilità mill-iktar fis possibbli wara li tiġi nnutata bidla sinifikanti fis-sitwazzjoni-N.
Artikolu 39
Ġestjoni tal-istabilità dinamika
B'rabta mar-rekwiżiti dwar l-inerzja minima li huma rilevanti għall-istabilità tal-frekwenza fil-livell taż-żona sinkronika:
it-TSOs kollha ta' dik iż-żona sinkronika għandhom iwettqu, mhux iktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, studju komuni għal kull żona sinkronika sabiex jidentifikaw jekk hemmx bżonn li tiġi stabbilita l-inerzja minima meħtieġa, filwaqt li jqisu l-kostijiet u l-benefiċċji kif ukoll l-alternattivi potenzjali. It-TSOs kollha għandhom jinnotifikaw l-istudji tagħhom lill-awtoritajiet regolatorji tagħhom. It-TSOs kollha għandhom jagħmlu rieżami perjodiku u għandhom jaġġornaw dawk l-istudji kull sentejn;
meta l-istudji msemmijin fil-punt (a) juru li hemm bżonn li tiġi ddefinita l-inerzja minima meħtieġa, it-TSOs kollha miż-żona sinkronika kkonċernata għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt metodoloġija għad-definizzjoni tal-inerzja minima meħtieġa sabiex tinżamm is-sigurtà operazzjonali u sabiex jiġi evitat il-ksur tal-limiti tal-istabilità. Dik il-metodoloġija għandha tħares il-prinċipji tal-effiċjenza u tal-proporzjonalità, tkun żviluppata fi żmien sitt xhur mit-tlestija tal-istudji msemmijin fil-punt (a) u tkun aġġornata fi żmien sitt xhur wara li jiġu aġġornati u jsiru disponibbli l-istudji; u
matul it-tħaddim f'ħin reali, kull TSO għandu juża l-inerzja minima fiż-żona ta' kontroll tiegħu stess, skont il-metodoloġija ddefinita u r-riżultati miksubin skont il-paragrafu (b).
TITOLU 2
SKAMBJU TAD-DEJTA
KAPITOLU 1
Rekwiżiti ġenerali dwar l-iskambju tad-dejta
Artikolu 40
L-organizzazzjoni, ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-kwalità tal-iskambju tad-dejta
Kull TSO għandu jiġbor l-informazzjoni li ġejja dwar iż-żona ta' osservabilità tiegħu u għandu jiskambja din id-dejta mat-TSOs l-oħrajn kollha kemm ikun hemm bżonn biex titwettaq l-analiżi tas-sigurtà operazzjonali skont l-Artikolu 72:
il-ġenerazzjoni;
il-konsum;
l-iskedi;
il-pożizzjonijiet tal-bilanċ;
l-indisponibilitajiet ippjanati u t-topoloġiji tas-substazzjonijiet; u
il-previżjonijiet.
F'koordinazzjoni mad-DSOs u mal-SGUs, kull TSO għandu jistabbilixxi l-applikabbiltà u l-ambitu tal-iskambju tad-dejta abbażi tal-kategoriji li ġejjin:
id-dejta strutturali skont l-Artikolu 48;
id-dejta dwar l-iskedar u d-dejta prevista skont l-Artikolu 49;
id-dejta f'ħin reali skont l-Artikolu 44, l-Artikolu 47 u l-Artikolu 50; u
id-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 51, l-Artikolu 52 u l-Artikolu 53.
Sa sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom jaqblu bejniethom dwar ir-rekwiżiti, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet organizzazzjonali ewlenin b'rabta mal-iskambju tad-dejta. Dawk ir-rekwiżiti, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet organizzazzjonali għandhom iqisu u jikkumplimentaw, fejn ikun hemm bżonn, il-kundizzjonijiet operazzjonali tal-metodoloġija tad-dejta tal-ġenerazzjoni u tat-tagħbija żviluppata skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222. Huma għandhom japplikaw għad-dispożizzjonijiet kollha tal-iskambju tad-dejta f'dan it-Titolu u għandhom jinkludu r-rekwiżiti, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet organizzazzjonali għall-elementi li ġejjin:
l-obbligi tat-TSOs li javżaw mingħajr dewmien lit-TSOs interkonnessi kollha b'kull bidla fl-issettjar tal-protezzjoni, fil-limiti termali u fil-kapaċitajiet tekniċi fl-interkonnetturi ta' bejn iż-żoni ta' kontroll tagħhom;
l-obbligi tad-DSOs konnessi direttament mas-sistema ta' trażmissjoni li jgħarrfu lit-TSOs li magħhom huma konnessi, fil-perjodi taż-żmien maqbulin, dwar kull bidla fid-dejta u fl-informazzjoni skont dan it-Titolu;
l-obbligi tad-DSOs li jkunu jinsabu maġenb xulxin u/jew tad-DSOs li jkunu downstream u upstream li jgħarrfu lil xulxin, fil-perjodi taż-żmien maqbulin, dwar kull bidla fid-dejta u fl-informazzjoni skont dan it-Titolu;
l-obbligi tal-SGUs li jgħarrfu lit-TSO jew lid-DSO tagħhom, fil-perjodi taż-żmien maqbulin, dwar kull bidla rilevanti fid-dejta u fl-informazzjoni stabbilita skont dan it-Titolu;
il-kontenut iddettaljat tad-dejta u tal-informazzjoni stabbilit skont dan it-Titolu, inklużi l-prinċipji ewlenin, it-tip ta' dejta, il-mezzi ta' komunikazzjoni, il-format u l-istandards li jridu jiġu applikati, it-twaqqit u r-responsabbiltajiet;
il-kronogrammi u l-frekwenza tal-kunsinna tad-dejta u tal-informazzjoni li d-DSOs u l-SGUs iridu jipprovdu, li għandhom jintużaw mit-TSOs fil-perjodi taż-żmien differenti. Għandha tiġi ddefinita l-frekwenza tal-iskambji tal-informazzjoni għad-dejta f'ħin reali, għad-dejta skedata u għall-aġġornament tad-dejta strutturali; u
il-format għar-rappurtar tad-dejta u tal-informazzjoni stabbilita skont dan it-Titolu.
Ir-rekwiżiti, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet organizzazzjonali għandhom jiġu ppubblikati min-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku.
KAPITOLU 2
L-iskambju tad-dejta bejn it-TSOs
Artikolu 41
L-iskambju tad-dejta strutturali u prevista
It-TSOs interkonnessi għandhom jiskambjaw tal-inqas l-informazzjoni strutturali li ġejja b'rabta maż-żona ta' osservabilità:
it-topoloġija regolari tas-substazzjonijiet u dejta rilevanti oħra, imqassma skont il-livell tal-vultaġġ;
id-dejta teknika dwar il-linji ta' trażmissjoni;
id-dejta teknika dwar it-transformers li jikkollegaw lid-DSOs, lill-SGUs li huma faċilitajiet tad-domanda u lit-transformers blokka tal-ġeneraturi tal-SGUs li huma faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija;
il-potenza attiva u reattiva minima u massima tal-SGUs li huma moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija;
id-dejta teknika dwar it-transformers li jaqilbu l-fażijiet;
id-dejta teknika dwar is-sistemi HVDC;
id-dejta teknika dwar ir-reatturi, il-kapasiters u l-kumpensaturi statiċi tal-potenza reattiva; u
il-limiti tas-sigurtà operazzjonali ddefiniti minn kull TSO skont l-Artikolu 25.
Sabiex jikkoordinaw l-analiżi tas-sigurtà operazzjonali tagħhom u jistabbilixxu l-mudell tal-grilja komuni skont l-Artikolu 67, l-Artikolu 68, l-Artikolu 69 u l-Artikolu 70, it-TSOs kollha għandhom jiskambjaw, tal-inqas mat-TSOs l-oħrajn kollha mill-istess żona sinkronika, tal-inqas id-dejta li ġejja:
it-topoloġija tas-sistemi ta' trażmissjoni b'vultaġġ ta' 220 kV u iktar fiż-żona ta' kontroll tagħhom;
mudell jew ekwivalenti tas-sistema ta' trażmissjoni b'vultaġġ ta' inqas minn 220 kV b'impatt sinifikanti fuq is-sistema ta' trażmissjoni tagħhom stess;
il-limiti termali tal-elementi tas-sistema ta' trażmissjoni; u
ammont aggregat previst realistiku u preċiż tal-injezzjoni u tal-irtirar, għal kull sors tal-enerġija primarja, f'kull nodu tas-sistema ta' trażmissjoni, għal perjodi taż-żmien differenti.
Sabiex jikkoordina l-valutazzjonijiet tal-istabilità dinamika skont l-Artikolu 38(2) u (4), u sabiex iwettaqhom, kull TSO għandu jiskambja d-dejta li ġejja mat-TSOs l-oħrajn tal-istess żona sinkronika jew tal-parti rilevanti tagħha:
dejta dwar l-SGUs li huma moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija relatata mal-affarijiet li ġejjin, iżda mhux limitata għalihom:
il-parametri elettriċi tal-alternatur li huma xierqa għall-valutazzjoni tal-istabilità dinamika, inkluża l-inerzja totali;
il-mudelli tal-protezzjoni;
l-alternatur u s-sors ta' propulsjoni;
id-deskrizzjoni tat-transformer awmentatur;
il-potenza reattiva minima u massima;
il-mudelli tal-vultaġġ u l-mudelli tal-kontrolluri tal-veloċità; u
il-mudelli tas-sorsi ta' propulsjoni u l-mudelli tas-sistema ta' eċitazzjoni li huma adattati għad-disturbi l-kbar;
id-dejta dwar it-tip ta' regolazzjoni u l-firxa ta' regolazzjoni tal-vultaġġ b'rabta mal-kommutaturi, inkluża d-deskrizzjoni tal-kommutaturi eżistenti għat-transformers, u d-dejta dwar it-tip ta' regolazzjoni u l-firxa ta' regolazzjoni tal-vultaġġ b'rabta mat-transformers awmentaturi u mat-transformers tan-netwerk; u
id-dejta dwar is-sistemi HVDC u l-apparat tal-FACTS marbuta mal-mudelli dinamiċi tas-sistema jew tal-apparat u mar-regolazzjoni assoċjata miegħu li hija adattata għad-disturbi l-kbar.
Artikolu 42
L-iskambju tad-dejta f'ħin reali
Skont l-Artikoli 18 u 19, kull TSO għandu jiskambja mat-TSOs l-oħrajn tal-istess żona sinkronika d-dejta li ġejja dwar l-istat tas-sistema tas-sistema ta' trażmissjoni tiegħu billi juża l-għodda tal-informatika għall-iskambju tad-dejta f'ħin reali fil-livell pan-Ewropew li jipprovdi n-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku:
il-frekwenza;
l-errur tal-kontroll tar-restawr tal-frekwenza;
l-interkambji tal-potenza attiva mkejlin bejn iż-żoni LFC;
l-alimentazzjoni tal-ġenerazzjoni aggregata;
l-istat tas-sistema skont l-Artikolu 18;
il-valur programmat tal-kontrollur tal-frekwenza tat-tagħbija; u
l-iskambju intern tal-enerġija permezz ta' linji ta' ekwilibriju virtwali.
Kull TSO għandu jiskambja d-dejta li ġejja dwar is-sistema ta' trażmissjoni tiegħu mat-TSOs l-oħrajn fiż-żona ta' osservabilità tiegħu billi juża l-iskambji tad-dejta f'ħin reali bejn is-sistemi tal-kontroll superviżorju u tal-akkwiżizzjoni tad-dejta (SCADA) u dawk tal-ġestjoni tal-enerġija tat-TSOs:
it-topoloġija tas-substazzjon fir-realtà;
il-potenza attiva u reattiva fl-istazzjon tal-linji, fosthom it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-linji li jikkollegaw lill-SGUs;
il-potenza attiva u reattiva fl-istazzjon tat-transformers, fosthom it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u t-transformers li jikkollegaw lill-SGUs;
il-potenza attiva u reattiva fl-istazzjon tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija;
il-pożizzjonijiet regolaturi tat-transformers, inklużi t-transformers li jaqilbu l-fażijiet;
il-vultaġġ imkejjel jew stmat tal-iżbarra ta' distribuzzjoni;
il-potenza reattiva fl-istazzjon tar-reatturi u tal-kapasiters jew minn kumpensatur VAR statiku; u
ir-restrizzjonijiet fuq il-kapaċitajiet tal-provvista tal-potenza attiva u reattiva fir-rigward taż-żona ta' osservabilità.
KAPITOLU 3
L-iskambju tad-dejta bejn it-TSOs u d-DSOs fiż-żona ta' kontroll tat-TSO
Artikolu 43
L-iskambju tad-dejta strutturali
L-informazzjoni strutturali marbuta maż-żona ta' osservabilità msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li kull DSO jipprovdi lit-TSO għandha tinkludi tal-inqas:
is-substazzjonijiet skont il-vultaġġ;
il-linji li jikkollegaw lis-substazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a);
it-transformers mis-substazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a);
l-SGUs; u
ir-reatturi u l-kapasiters konnessi mas-substazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a).
Artikolu 44
L-iskambju tad-dejta f'ħin reali
Sakemm it-TSO ma jistipulax mod ieħor, kull DSO għandu jipprovdi lit-TSO tiegħu, f'ħin reali, l-informazzjoni marbuta maż-żona ta' osservabilità tat-TSO kif imsemmi fl-Artikolu 43(1) u (2), fosthom l-informazzjoni li ġejja:
it-topoloġija tas-substazzjon fir-realtà;
il-potenza attiva u reattiva fl-istazzjon tal-linji;
il-potenza attiva u reattiva fl-istazzjon tat-transformers;
l-injezzjoni tal-potenza attiva u reattiva fl-istazzjon tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija;
il-pożizzjonijiet tal-punti ta' kuntatt tat-transformers konnessi mas-sistema ta' trażmissjoni;
il-vultaġġi tal-iżbarra ta' distribuzzjoni;
il-potenza reattiva fl-istazzjon tar-reatturi u tal-kapasiters;
l-aqwa dejta disponibbli għall-ġenerazzjoni aggregata għal kull sors tal-enerġija primarja fiż-żona tad-DSO; u
l-aqwa dejta disponibbli għad-domanda aggregata fiż-żona tad-DSO.
KAPITOLU 4
L-iskambju tad-dejta bejn it-TSOs, is-sidien tal-interkonnetturi jew ta' linji oħrajn u l-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija konnessi mas-sistema ta' trażmissjoni
Artikolu 45
L-iskambju tad-dejta strutturali
Kull SGU li huwa sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ta' modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip D konness mas-sistema ta' trażmissjoni għandu jipprovdi tal-inqas id-dejta li ġejja lit-TSO:
dejta ġenerali dwar il-modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, fosthom il-kapaċità installata u s-sors tal-enerġija primarja;
dejta dwar it-turbina u dwar il-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, fosthom il-ħin għall-istartjar kiesaħ u sħun;
dejta għall-kalkolu tal-kurrent f'ċirkwit kort;
dejta dwar it-transformer tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija;
dejta dwar l-FCR tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li joffru jew li jfornu dak is-servizz, skont l-Artikolu 154;
dejta dwar l-FRR tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li joffru jew li jfornu dak is-servizz, skont l-Artikolu 158;
dejta dwar l-RR tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li joffru jew li jfornu dak is-servizz skont l-Artikolu 161;
id-dejta meħtieġa għar-restawr tas-sistema ta' trażmissjoni;
id-dejta u l-mudelli meħtieġa għat-twettiq tas-simulazzjoni dinamika;
id-dejta dwar il-protezzjoni;
id-dejta meħtieġa biex jiġu stabbiliti l-kostijiet tal-azzjonijiet ta' rimedju skont l-Artikolu 78(1)(b); meta TSO juża mekkaniżmi bbażati fuq is-suq skont l-Artikolu 4(2)(d), il-forniment tal-prezzijiet li jrid iħallas it-TSO għandu jitqies li huwa biżżejjed;
il-kapaċità ta' kontroll tal-vultaġġ u tal-potenza reattiva.
Kull SGU li huwa sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ta' modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B jew tat-tip Ċ konness mas-sistema ta' trażmissjoni għandu jipprovdi tal-inqas id-dejta li ġejja lit-TSO:
dejta ġenerali dwar il-modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, fosthom il-kapaċità installata u s-sors tal-enerġija primarja;
dejta għall-kalkolu tal-kurrent f'ċirkwit kort;
dejta dwar l-FCR skont id-definizzjoni u r-rekwiżiti tal-Artikolu 173 għall-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li joffru jew li jfornu dak is-servizz;
dejta dwar l-FRR għall-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li joffru jew li jfornu dak is-servizz;
dejta dwar l-RR għall-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li joffru jew li jfornu dak is-servizz;
id-dejta dwar il-protezzjoni;
il-kapaċità ta' kontroll tal-potenza reattiva;
id-dejta meħtieġa biex jiġu stabbiliti l-kostijiet tal-azzjonijiet ta' rimedju skont l-Artikolu 78(1)(b); meta TSO juża mekkaniżmi bbażati fuq is-suq skont l-Artikolu 4(2)(d), il-forniment tal-prezzijiet li jrid iħallas it-TSO għandu jitqies li huwa biżżejjed;
id-dejta meħtieġa biex issir valutazzjoni tal-istabilità dinamika skont l-Artikolu 38.
Kull sid ta' sistema HVDC jew ta' interkonnettur għandu jipprovdi d-dejta li ġejja dwar is-sistema HVDC jew dwar l-interkonnettur lit-TSO:
id-dejta tal-pjanċa tal-installazzjoni;
id-dejta dwar it-transformers;
id-dejta dwar il-filtri u l-banek tal-filtri;
id-dejta dwar il-kumpens tal-potenza reattiva;
il-kapaċità ta' kontroll tal-potenza attiva;
il-kapaċità ta' kontroll tal-potenza reattiva u tal-vultaġġ;
il-prijoritizzazzjoni tal-modalità operazzjonali attiva jew reattiva, jekk teżisti;
il-kapaċità ta' rispons tal-frekwenza;
il-mudelli dinamiċi għas-simulazzjoni dinamika;
id-dejta dwar il-protezzjoni; u
il-kapaċità ta' funzjonament minkejja ħsara.
Kull sid ta' interkonnettur AC għandu jipprovdi tal-inqas id-dejta li ġejja lit-TSO:
id-dejta tal-pjanċa tal-installazzjoni;
il-parametri elettriċi; u
il-protezzjonijiet assoċjati.
Artikolu 46
L-iskambju tad-dejta skedata
Kull SGU li huwa sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ta' modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B, Ċ jew D konness mas-sistema ta' trażmissjoni għandu jipprovdi tal-inqas id-dejta li ġejja lit-TSO:
l-ammont u d-disponibilità tar-riservi tal-potenza attiva u tal-output tal-potenza attiva, abbażi ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata;
mingħajr ebda dewmien, kull indisponibilità jew restrizzjoni tal-potenza attiva skedata;
kull restrizzjoni prevista fil-kapaċità ta' kontroll tal-potenza reattiva; u
bħala eċċezzjoni għall-punti (a) u (b), f'reġjuni b'sistema ċentrali tad-dispaċċ, id-dejta mitluba mit-TSO għat-tħejjija tal-iskeda tal-output tal-potenza attiva tiegħu.
Kull operatur ta' sistema HVDC għandu jipprovdi tal-inqas id-dejta li ġejja lit-TSOs:
l-iskeda u d-disponibilità tal-potenza attiva abbażi ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata;
mingħajr dewmien, l-indisponibilità jew ir-restrizzjoni tal-potenza attiva skedata tiegħu; u
kull restrizzjoni prevista fil-kapaċità ta' kontroll tal-potenza reattiva jew tal-vultaġġ.
Artikolu 47
L-iskambju tad-dejta f'ħin reali
Sakemm it-TSO ma jistipulax mod ieħor, kull utent sinifikanti tal-grilja li huwa sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ta' modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip B, Ċ jew D għandu jipprovdi tal-inqas id-dejta li ġejja, f'ħin reali, lit-TSO:
il-pożizzjoni tal-interrutturi taċ-ċirkwit fil-punt ta' konnessjoni jew f'punt ieħor ta' interazzjoni maqbul mat-TSO;
il-potenza attiva u reattiva fil-punt ta' konnessjoni jew f'punt ieħor ta' interazzjoni maqbul mat-TSO; u
fil-każ ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija b'konsum ieħor minbarra l-konsum awżiljari, il-potenza attiva u reattiva netta.
Sakemm it-TSO ma jistipulax mod ieħor, kull sid ta' sistema HVDC jew ta' interkonnettur AC għandu jipprovdi tal-inqas id-dejta li ġejja dwar il-punt ta' konnessjoni tas-sistema HVDC jew tal-interkonnettur AC, f'ħin reali, lit-TSOs:
il-pożizzjoni tal-interrutturi taċ-ċirkwit;
l-istatus operazzjonali; u
il-potenza attiva u reattiva.
KAPITOLU 5
L-iskambju tad-dejta bejn it-TSOs, id-DSOs u l-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija konnessi mad-distribuzzjoni
Artikolu 48
L-iskambju tad-dejta strutturali
Sakemm it-TSO ma jistipulax mod ieħor, kull sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ta' modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li huwa SGU skont l-Artikolu 2(1)(a) u, b'aggregazzjoni, tal-SGUs skont l-Artikolu 2(1)(e), konness mas-sistema ta' distribuzzjoni, għandu jipprovdi tal-inqas id-dejta li ġejja lit-TSO u lid-DSO li miegħu għandu punt ta' konnessjoni:
dejta ġenerali dwar il-modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, fosthom il-kapaċità installata u s-sors tal-enerġija primarja jew it-tip ta' fjuwil;
dejta dwar l-FCR skont id-definizzjoni u r-rekwiżiti tal-Artikolu 173 għall-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li joffru jew li jfornu s-servizz tal-FCR;
dejta dwar l-FRR għall-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li joffru jew li jfornu s-servizz tal-FRR;
dejta dwar l-RR għall-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li joffru jew li jfornu s-servizz tal-RR;
id-dejta dwar il-protezzjoni;
il-kapaċità ta' kontroll tal-potenza reattiva;
il-kapaċità ta' aċċess mill-bogħod għall-interruttur taċ-ċirkwit;
id-dejta meħtieġa biex issir is-simulazzjoni dinamika skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/631; u
il-livell ta' vultaġġ u l-post ta' kull modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija.
Artikolu 49
L-iskambju tad-dejta skedata
Sakemm it-TSO ma jistipulax mod ieħor, kull sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ta' modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li huwa SGU skont l-Artikolu 2(1)(a) u 2(1)(e) konness mas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jipprovdi tal-inqas id-dejta li ġejja lit-TSO u lid-DSO li miegħu għandu l-punt ta' konnessjoni:
l-indisponibilità skedata tiegħu, ir-restrizzjoni skedata tal-potenza attiva u l-output tal-potenza attiva skedat previst tiegħu fil-punt ta' konnessjoni;
kull restrizzjoni prevista fil-kapaċità ta' kontroll tal-potenza reattiva; u
bħala eċċezzjoni għall-paragrafi (a) u (b), f'reġjuni b'sistema ċentrali tad-dispaċċ, id-dejta mitluba mit-TSO għat-tħejjija tal-iskeda tal-output tal-potenza attiva tiegħu.
Artikolu 50
L-iskambju tad-dejta f'ħin reali
Sakemm it-TSO ma jistipulax mod ieħor, kull sid ta' faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ta' modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li huwa SGU skont l-Artikolu 2(1)(a) u 2(1)(e) konness mas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jipprovdi tal-inqas id-dejta li ġejja, f'ħin reali, lit-TSO u lid-DSO li miegħu għandu l-punt ta' konnessjoni:
l-istatus tal-apparat tal-kommutazzjoni u tal-interrutturi taċ-ċirkwit fil-punt ta' konnessjoni; u
il-flussi tal-potenza attiva u reattiva, il-kurrent u l-vultaġġ fil-punt ta' konnessjoni.
Artikolu 51
L-iskambju tad-dejta bejn it-TSOs u d-DSOs dwar moduli sinifikanti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija
KAPITOLU 6
L-iskambju tad-dejta bejn it-TSOs u l-faċilitajiet tad-domanda
Artikolu 52
L-iskambju tad-dejta bejn it-TSOs u l-faċilitajiet tad-domanda konnessi mat-trażmissjoni
Sakemm it-TSO ma jistipulax mod ieħor, kull sid ta' faċilità tad-domanda konnessa mat-trażmissjoni għandu jipprovdi d-dejta strutturali li ġejja lit-TSO:
id-dejta elettrika tat-transformers konnessi mas-sistema ta' trażmissjoni;
il-karatteristiċi tat-tagħbija tal-faċilità tad-domanda; u
il-karatteristiċi tal-kontroll tal-potenza reattiva.
Sakemm it-TSO ma jistipulax mod ieħor, kull sid ta' faċilità tad-domanda konnessa mat-trażmissjoni għandu jipprovdi d-dejta li ġejja lit-TSO:
il-konsum tal-potenza attiva skedat u tal-potenza reattiva previst abbażi ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata, fosthom kull bidla f'dawk l-iskedi jew f'dawk il-previżjonijiet;
kull restrizzjoni prevista fil-kapaċità ta' kontroll tal-potenza reattiva;
fil-każ ta' parteċipazzjoni fir-rispons tad-domanda, skeda tal-firxa tal-enerġija strutturali minima u massima tagħha li trid titnaqqas; u
bħala eċċezzjoni għall-punt (a), f'reġjuni b'sistema ċentrali tad-dispaċċ, id-dejta mitluba mit-TSO għat-tħejjija tal-iskeda tal-output tal-potenza attiva tiegħu.
Sakemm it-TSO ma jistipulax mod ieħor, kull sid ta' faċilità tad-domanda konnessa mat-trażmissjoni għandu jipprovdi d-dejta li ġejja lit-TSO f'ħin reali:
il-potenza attiva u reattiva fil-punt ta' konnessjoni; u
il-firxa tal-enerġija minima u massima li trid titnaqqas.
Artikolu 53
L-iskambju tad-dejta bejn it-TSOs u l-faċilitajiet tad-domanda konnessi mad-distribuzzjoni jew partijiet terzi li jkunu qed jieħdu sehem fir-rispons tad-domanda
Sakemm it-TSO ma jistipulax mod ieħor, kull SGU li huwa faċilità tad-domanda konnessa mad-distribuzzjoni u li jieħu sehem fir-rispons tad-domanda mhux permezz ta' parti terza għandu jipprovdi d-dejta skedata u f'ħin reali li ġejja lit-TSO u lid-DSO:
il-potenza attiva strutturali minima u massima disponibbli għar-rispons tad-domanda u d-durata minima u massima ta' kull użu potenzjali ta' din il-potenza għar-rispons tad-domanda;
previżjoni tal-potenza attiva mhux ristretta disponibbli għar-rispons tad-domanda u ta' kull rispons tad-domanda ppjanat;
il-potenza attiva u reattiva fil-punt ta' konnessjoni f'ħin reali; u
konferma li ġew applikati l-istimi tal-valuri reali tar-rispons tad-domanda.
Sakemm it-TSO ma jistipulax mod ieħor, kull SGU li huwa parti terza li tkun qed tieħu sehem fir-rispons tad-domanda kif iddefinit fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/1388 għandu jipprovdi d-dejta li ġejja lit-TSO u lid-DSO ġurnata bil-quddiem u kważi f'ħin reali u f'isem il-faċilitajiet tad-domanda kollha tiegħu konnessi mad-distribuzzjoni:
il-potenza attiva strutturali minima u massima disponibbli għar-rispons tad-domanda u d-durata minima u massima ta' kull attivazzjoni potenzjali tar-rispons tad-domanda f'żona ġeografika speċifika ddefinita mit-TSO u mid-DSO;
previżjoni tal-potenza attiva mhux ristretta disponibbli għar-rispons tad-domanda u ta' kull livell ta' rispons tad-domanda ppjanat f'żona ġeografika speċifika ddefinita mit-TSO u mid-DSO;
il-potenza attiva u reattiva f'ħin reali; u
konferma li ġew applikati l-istimi tal-valuri reali tar-rispons tad-domanda.
TITOLU 3
KONFORMITÀ
KAPITOLU 1
Rwoli u responsabbiltajiet
Artikolu 54
Ir-responsabbiltà tal-SGUs
Artikolu 55
Il-kompiti tat-TSOs rigward it-tħaddim tas-sistema
Kull TSO għandu jkun responsabbli għas-sigurtà operazzjonali taż-żona ta' kontroll tiegħu u, b'mod partikulari, għandu:
jiżviluppa u jimplimenta għodod tal-operat tan-netwerk li huma rilevanti għaż-żona ta' kontroll tiegħu u li huma marbutin mat-tħaddim f'ħin reali u mal-ippjanar operazzjonali;
jiżviluppa u jimplimenta għodod u soluzzjonijiet għall-prevenzjoni u għar-rimedju tad-disturbi;
juża servizzi pprovduti minn partijiet terzi, billi jixtrihom fejn dan ikun applikabbli, bħar-ridispaċċ jew l-iskambju kumpensatorju, is-servizzi ta' ġestjoni tal-konġestjoni, ir-riservi tal-ġenerazzjoni u servizzi anċillari oħrajn;
jikkonforma mal-iskala ta' klassifikazzjoni tal-inċidenti adottata min-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku f'konformità mal-Artikolu 8(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 u jissottometti lin-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti għall-produzzjoni tal-iskala ta' klassifikazzjoni tal-inċidenti; u
jimmonitorja fuq bażi annwali l-adegwatezza tal-għodod tal-operat tan-netwerk stabbiliti skont il-punti (a) u (b) meħtieġa sabiex tinżamm is-sigurtà operazzjonali. Kull TSO għandu jidentifika kull titjib xieraq f'dawk l-għodod tal-operat tan-netwerk, filwaqt li jqis ir-rapporti annwali mħejjijin min-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku abbażi tal-iskala ta' klassifikazzjoni tal-inċidenti skont l-Artikolu 15. Kull titjib identifikat imbagħad għandu jiġi implimentat mit-TSO.
KAPITOLU 2
Ittestjar operazzjonali
Artikolu 56
Skop u responsabbiltajiet
Kull TSO u kull DSO jew SGU konness mat-trażmissjoni jistgħu jagħmlu ttestjar operazzjonali tal-elementi tas-sistema ta' trażmissjoni u tal-faċilitajiet tagħhom rispettivament b'kundizzjonijiet operazzjonali simulati u għal perjodu taż-żmien limitat. Meta jkunu se jagħmlu dan, għandhom jipprovdu notifika fil-ħin u qabel ma jniedu t-test u għandhom inaqqsu kemm jista' jkun l-effett fuq it-tħaddim tas-sistema f'ħin reali. L-ittestjar operazzjonali għandu jkollu l-għan li jipprovdi:
prova tal-konformità mad-dispożizzjonijiet operazzjonali tekniċi u organizzazzjonali rilevanti kollha ta' dan ir-Regolament għal element ġdid tas-sistema ta' trażmissjoni malli jitħaddem għall-ewwel darba;
prova tal-konformità mad-dispożizzjonijiet operazzjonali tekniċi u organizzazzjonali rilevanti kollha ta' dan ir-Regolament għal faċilità ġdida tal-SGU jew tad-DSO malli titħaddem għall-ewwel darba;
prova tal-konformità mad-dispożizzjonijiet operazzjonali tekniċi u organizzazzjonali rilevanti kollha ta' dan ir-Regolament malli jkun hemm xi bidla f'element tas-sistema ta' trażmissjoni jew f'faċilità tal-SGU jew tad-DSO li tkun rilevanti għat-tħaddim tas-sistema;
valutazzjoni tal-effetti negattivi possibbli ta' ħsara, ta' ċirkwit kort jew ta' inċident mhux ippjanat u mhux mistenni ieħor fit-tħaddim tas-sistema fuq l-element tas-sistema ta' trażmissjoni jew fuq il-faċilità tal-SGU jew tad-DSO.
Ir-riżultati tal-ittestjar operazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jintużaw minn TSO, minn DSO jew minn SGU sabiex:
it-TSO jiżgura li l-elementi tas-sistema ta' trażmissjoni qegħdin jaħdmu kif suppost;
id-DSO u l-SGUs jiżguraw li s-sistemi ta' distribuzzjoni u l-faċilitajiet tal-SGUs qegħdin jaħdmu kif suppost;
it-TSO, id-DSO jew l-SGU jżomm il-prattiki operazzjonali eżistenti u jiżviluppa oħrajn ġodda;
it-TSO jiżgura li qegħdin jiġu fornuti s-servizzi anċillari;
it-TSO, id-DSO jew l-SGU jikseb informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-elementi tas-sistema ta' trażmissjoni u tal-faċilitajiet tal-SGUs u tad-DSOs f'kull kundizzjoni u f'konformità mad-dispożizzjonijiet operazzjonali rilevanti kollha ta' dan ir-Regolament, f'termini:
tal-applikazzjoni kkontrollata tal-varjazzjonijiet fil-frekwenza jew fil-vultaġġ bil-għan li jiġbor informazzjoni dwar l-imġiba tas-sistema ta' trażmissjoni u tal-elementi; u
tat-testijiet tal-prattiki operazzjonali fi stat ta' emerġenza u fi stat ta' restawr.
Kull TSO għandu jiżgura li r-riżultati tat-testijiet operazzjonali rilevanti mwettqin flimkien mal-analiżijiet kollha relatati:
jiġu inkorporati fil-proċess ta' taħriġ u ċertifikazzjoni tal-impjegati inkarigati mit-tħaddim f'ħin reali;
jintużaw sabiex jikkontribwixxu għall-proċess ta' riċerka u ta' żvilupp tan-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku; u
jintużaw sabiex itejbu l-prattiki operazzjonali, inklużi dawk fi stat ta' emerġenza u ta' restawr ukoll.
Artikolu 57
It-twettiq ta' testijiet operazzjonali u ta' analiżi
It-TSO jew id-DSO li miegħu għandu punt ta' konnessjoni l-SGU għandu jippubblika l-lista tal-informazzjoni u tad-dokumenti li jridu jiġu pprovduti kif ukoll ir-rekwiżiti li jrid jissodisfa l-SGU għall-ittestjar operazzjonali tal-konformità. It-tali lista għandha tkopri tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
id-dokumentazzjoni u ċ-ċertifikati dwar it-tagħmir kollha li jrid jipprovdi l-SGU;
dettalji dwar id-dejta teknika tal-faċilità tal-SGU b'rilevanza għat-tħaddim tas-sistema;
ir-rekwiżiti għall-mudelli għall-valutazzjoni tal-istabilità dinamika; u
studji mill-SGU li juru l-eżitu mistenni tal-valutazzjoni tal-istabilità dinamika, fejn dan ikun applikabbli.
TITOLU 4
TAĦRIĠ
Artikolu 58
Il-programm tat-taħriġ
Sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kull TSO għandu jiżviluppa u jadotta:
programm inizjali tat-taħriġ għaċ-ċertifikazzjoni u programm kontinwu għat-taħriġ kontinwu tal-impjegati tiegħu li huma inkarigati mit-tħaddim f'ħin reali tas-sistema ta' trażmissjoni;
programm tat-taħriġ għall-impjegati tiegħu li huma inkarigati mill-ippjanar operazzjonali. Kull TSO għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta' programmi tat-taħriġ għall-impjegati tal-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà rilevanti;
programm tat-taħriġ għall-impjegati tiegħu li huma inkarigati mill-ibbilanċjar.
Fil-programm tat-taħriġ tiegħu għall-impjegati li huma inkarigati mit-tħaddim f'ħin reali tas-sistema ta' trażmissjoni, kull TSO għandu jinkludi l-frekwenza tat-taħriġ u l-komponenti li ġejjin:
deskrizzjoni tal-elementi tas-sistema ta' trażmissjoni;
it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni fl-istati kollha tas-sistema, inkluż ir-restawr;
l-użu tas-sistemi u tal-proċessi ta' fuq ix-xogħol;
il-koordinazzjoni tal-arranġamenti tas-suq u tal-operazzjonijiet ta' bejn TSOs differenti;
ir-rikonoxximent ta' sitwazzjonijiet operazzjonali eċċezzjonali u r-rispons għalihom;
l-oqsma rilevanti tal-inġinerija tal-enerġija elettrika;
l-aspetti rilevanti tas-suq intern tal-enerġija tal-Unjoni;
l-aspetti rilevanti tal-kodiċijiet tan-netwerk jew tal-linji gwida dwar in-netwerk adottati skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;
is-sikurezza u s-sigurtà tal-persuni, tat-tagħmir nukleari u ta' tagħmir ieħor fit-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni;
il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn it-TSOs fit-tħaddim f'ħin reali u fl-ippjanar operazzjonali fil-livell tal-kmamar ewlenin ta' kontroll li għandu jingħata bl-Ingliż sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor;
taħriġ konġunt mad-DSOs u mal-SGUs konnessi mat-trażmissjoni, fejn dan ikun xieraq;
ħiliet fl-imġiba b'enfasi partikulari fuq il-ġestjoni tal-istress, l-aġir tal-bniedem f'sitwazzjoni kritika, ir-responsabbiltà u l-ħiliet ta' motivazzjoni; u
prattiki u għodod tal-ippjanar operazzjonali, inklużi dawk użati mal-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà rilevanti fl-ippjanar operazzjonali.
Artikolu 59
Kundizzjonijiet tat-taħriġ
Artikolu 60
Koordinaturi tat-taħriġ u ħarrieġa
Ir-responsabbiltajiet tal-koordinatur tat-taħriġ għandhom jinkludu t-tfassil, il-monitoraġġ u l-aġġornament tal-programmi tat-taħriġ, kif ukoll id-determinazzjoni tal-affarijiet li ġejjin:
il-kwalifiki u l-proċess tal-għażla għall-impjegati tat-TSO li jridu jitħarrġu;
it-taħriġ meħtieġ għaċ-ċertifikazzjoni tal-impjegati tal-operatur tas-sistema inkarigati mit-tħaddim f'ħin reali;
il-proċessi, inkluża d-dokumentazzjoni rilevanti, għall-programmi tat-taħriġ inizjali u tat-taħriġ kontinwu;
il-proċess għaċ-ċertifikazzjoni tal-impjegati tal-operatur tas-sistema inkarigati mit-tħaddim f'ħin reali; u
il-proċess għall-estensjoni ta' perjodu ta' taħriġ u ta' perjodu ta' ċertifikazzjoni għall-impjegati tal-operatur tas-sistema inkarigati mit-tħaddim f'ħin reali.
Artikolu 61
Ċertifikazzjoni tal-impjegati ta' operatur tas-sistema inkarigati mit-tħaddim f'ħin reali
Artikolu 62
Il-lingwa komuni għall-komunikazzjoni bejn l-impjegati ta' operatur tas-sistema inkarigati mit-tħaddim f'ħin reali
Artikolu 63
Kooperazzjoni bejn it-TSOs fit-taħriġ
PARTI III
L-IPPJANAR OPERAZZJONALI
TITOLU 1
DEJTA GĦALL-ANALIŻI TAS-SIGURTÀ OPERAZZJONALI FL-IPPJANAR OPERAZZJONALI
Artikolu 64
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-mudelli tal-grilja individwali u komuni
Sabiex jagħmel l-analiżi tas-sigurtà operazzjonali skont it-Titolu 2 ta' din il-Parti, kull TSO għandu jħejji mudelli tal-grilja individwali skont il-metodoloġiji stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 u tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1719 għal kull wieħed mill-perjodi taż-żmien li ġejjin billi japplika l-format tad-dejta stabbilit skont l-Artikolu 114(2):
għal sena bil-quddiem, skont l-Artikolu 66, l-Artikolu 67 u l-Artikolu 68;
fejn applikabbli, għal ġimgħa bil-quddiem, skont l-Artikolu 69;
għal ġurnata bil-quddiem, skont l-Artikolu 70; u
għall-istess ġurnata, skont l-Artikolu 70.
Artikolu 65
Ix-xenarji ta' sena bil-quddiem
It-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt lista komuni ta' xenarji ta' sena bil-quddiem li magħhom iqabblu u jivvalutaw it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni interkonnessa għas-sena ta' wara. Dawk ix-xenarji għandhom jippermettu li tiġi identifikata u vvalutata l-influwenza tas-sistema ta' trażmissjoni interkonnessa fuq is-sigurtà operazzjonali. Ix-xenarji għandhom jinkludu l-varjabbli li ġejjin:
id-domanda għall-elettriku;
il-kundizzjonijiet marbutin mal-kontribuzzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli;
il-pożizzjonijiet tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni stabbiliti, fosthom il-valuri ta' referenza miftehmin li jippermettu li jsir it-tgħaqqid;
ix-xejra tal-ġenerazzjoni, b'park tal-produzzjoni disponibbli bis-sħiħ;
l-iżvilupp tal-grilja ta' sena bil-quddiem.
Huma u jiżviluppaw il-lista komuni tax-xenarji, it-TSOs għandhom iqisu l-elementi li ġejjin:
ix-xejriet tipiċi tal-iskambju transfruntier għal-livelli differenti tal-konsum u tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għall-ġenerazzjoni konvenzjonali;
il-probabilità li jseħħu x-xenarji;
id-devjazzjonijiet potenzjali mil-limiti tas-sigurtà operazzjonali għal kull xenarju;
l-ammont ta' enerġija ġġenerata u kkunsmata mill-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u mill-faċilitajiet tad-domanda konnessi mas-sistemi ta' distribuzzjoni.
Meta t-TSOs ma jirnexxilhomx jistabbilixxu l-lista komuni ta' xenarji msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jużaw ix-xenarji prestabbiliti li ġejjin:
L-Eqqel tax-Xitwa, it-tielet Erbgħa ta' Jannar tas-sena attwali, fl-10:30 ĦEĊ;
L-Inqas Livell tax-Xitwa, it-tieni Ħadd ta' Jannar tas-sena attwali, fit-3:30 ĦEĊ;
L-Eqqel tar-Rebbiegħa, it-tielet Erbgħa ta' April tas-sena attwali, fl-10:30 ĦEĊ;
L-Inqas Livell tar-Rebbiegħa, it-tieni Ħadd ta' April tas-sena attwali, fit-3:30 ĦEĊ;
L-Eqqel tas-Sajf, it-tielet Erbgħa ta' Lulju tas-sena ta' qabel, fl-10:30 ĦEĊ;
L-Inqas Livell tas-Sajf, it-tieni Ħadd ta' Lulju tas-sena ta' qabel, fit-3:30 ĦEĊ;
L-Eqqel tal-Ħarifa, it-tielet Erbgħa ta' Ottubru tas-sena ta' qabel, fl-10:30 ĦEĊ;
L-Inqas Livell tal-Ħarifa, it-tieni Ħadd ta' Ottubru tas-sena ta' qabel, fit-3:30 ĦEĊ.
Artikolu 66
Mudelli tal-grilja individwali ta' sena bil-quddiem
Huwa u jiddefinixxi l-mudell tal-grilja individwali ta' sena bil-quddiem tiegħu, kull TSO għandu:
jiftiehem mat-TSOs interkonnessi fuq il-fluss tal-enerġija stmat fuq is-sistemi HVDC li jikkollegaw iż-żoni ta' kontroll tagħhom ma' xulxin;
jibbilanċja, għal kull xenarju, is-somma ta' dawn li ġejjin:
l-iskambji netti fuq il-linji AC;
il-flussi tal-enerġija stmati fuq is-sistemi HVDC;
it-tagħbija, inkluża stima tat-telf; u
il-ġenerazzjoni.
Fil-mudelli tal-grilja individwali ta' sena bil-quddiem tiegħu, kull TSO għandu jinkludi l-outputs aggregati tal-enerġija għall-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija konnessi mas-sistemi ta' distribuzzjoni. Dawk l-outputs aggregati tal-enerġija għandhom:
ikunu konsistenti mad-dejta strutturali pprovduta skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 41, tal-Artikolu 43, tal-Artikolu 45 u tal-Artikolu 48;
ikunu konsistenti max-xenarji żviluppati skont l-Artikolu 65; u
jagħmlu distinzjoni bejn it-tip ta' sorsi tal-enerġija primarja.
Artikolu 67
Mudelli tal-grilja komuni ta' sena bil-quddiem
Sa sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt proposta għall-metodoloġija għall-bini tal-mudelli tal-grilja komuni ta' sena bil-quddiem mill-mudelli tal-grilja individwali stabbiliti skont l-Artikolu 66(1) u għall-issejvjar tagħhom. Il-metodoloġija għandha tqis, u fejn ikun hemm bżonn tikkumplimenta, il-kundizzjonijiet operazzjonali tal-metodoloġija tal-mudelli tal-grilja komuni żviluppata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2015/1222 u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1719, b'rabta mal-elementi li ġejjin:
l-iskadenzi għall-ġbir tal-mudelli tal-grilja individwali ta' sena bil-quddiem, għat-tgħaqqid tagħhom f'mudell tal-grilja komuni u għall-issejvjar tal-mudelli tal-grilja individwali u komuni;
il-kontroll tal-kwalità tal-mudelli tal-grilja individwali u komuni li jridu jiġu implimentati sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu kompleti u konsistenti; u
il-korrezzjoni u t-titjib tal-mudelli tal-grilja individwali u komuni, sabiex jiġu implimentati tal-inqas il-kontrolli tal-kwalità msemmijin fil-punt (b).
Artikolu 68
Aġġornamenti tal-mudelli tal-grilja individwali u komuni ta' sena bil-quddiem
Artikolu 69
Mudelli tal-grilja individwali u komuni ta' ġimgħa bil-quddiem
Artikolu 70
Metodoloġija għall-bini tal-mudelli tal-grilja komuni ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata
Sa sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt proposta għall-metodoloġija għall-bini tal-mudelli tal-grilja komuni ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata mill-mudelli tal-grilja individwali u għall-issejvjar tagħhom. Dik il-metodoloġija għandha tqis, u fejn ikun hemm bżonn tikkumplimenta, il-kundizzjonijiet operazzjonali tal-metodoloġija tal-mudelli tal-grilja komuni żviluppata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2015/1222, b'rabta mal-elementi li ġejjin:
id-definizzjoni tal-kronogrammi;
l-iskadenzi għall-ġbir tal-mudelli tal-grilja individwali, għat-tgħaqqid tagħhom f'mudell tal-grilja komuni u għall-issejvjar tal-mudelli tal-grilja individwali u komuni. L-iskadenzi għandhom ikunu kompatibbli mal-proċessi reġjonali stabbiliti għat-tħejjija u għall-attivazzjoni tal-azzjonijiet ta' rimedju;
il-kontroll tal-kwalità tal-mudelli tal-grilja individwali u tal-mudell tal-grilja komuni li jridu jiġu implimentati sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu kompleti u konsistenti;
il-korrezzjoni u t-titjib tal-mudelli tal-grilja individwali u komuni, sabiex jiġu implimentati tal-inqas il-kontrolli tal-kwalità msemmijin fil-punt (c); u
it-trattament ta' informazzjoni addizzjonali marbuta mal-arranġamenti operazzjonali, bħall-valuri programmati tal-protezzjoni jew l-iskemi tal-protezzjoni tas-sistema, id-dijagrammi ta' linja waħda u l-konfigurazzjoni tas-substazzjonijiet sabiex tiġi mmaniġġjata s-sigurtà operazzjonali.
Huwa u joħloq il-mudelli tal-grilja individwali ta' ġurnata bil-quddiem jew tal-istess ġurnata msemmijin fil-paragrafu 2, kull TSO għandu jinkludi:
il-previżjonijiet aġġornati dwar it-tagħbija u l-ġenerazzjoni;
ir-riżultati disponibbli tal-proċessi tas-suq ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata;
ir-riżultati disponibbli tal-kompiti tal-iskedar deskritti fit-Titolu 6 tal-Parti III;
għall-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija konnessi mas-sistemi ta' distribuzzjoni, l-output aggregat tal-potenza attiva ddivrenzjat abbażi tat-tip ta' sors tal-enerġija primarja, f'konformità mad-dejta pprovduta skont l-Artikolu 40, l-Artikolu 43, l-Artikolu 44, l-Artikolu 48, l-Artikolu 49 u l-Artikolu 50;
it-topoloġija aġġornata tas-sistema ta' trażmissjoni.
Artikolu 71
Kontroll tal-kwalità għall-mudelli tal-grilja
Huma u jiddefinixxu l-kontrolli tal-kwalità skont l-Artikolu 67(1)(b) u l-Artikolu 70(1)(c), it-TSOs kollha għandhom jistabbilixxu flimkien kontrolli li jkollhom l-għan li jivverifikaw tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
il-koerenza tal-istatus tal-konnessjoni tal-interkonnetturi;
li l-valuri tal-vultaġġ huma fil-valuri operazzjonali tas-soltu għal dawk l-elementi tas-sistema ta' trażmissjoni li għandhom influwenza fuq żoni oħrajn ta' kontroll;
il-koerenza tat-tagħbijiet eċċessivi tranżitorji ammissibbli tal-interkonnetturi; u
li l-injezzjonijiet jew l-irtirar tal-potenza attiva u tal-potenza reattiva huma kompatibbli mal-valuri operazzjonali tas-soltu.
TITOLU 2
ANALIŻI TAS-SIGURTÀ OPERAZZJONALI
Artikolu 72
Analiżi tas-sigurtà operazzjonali fl-ippjanar operazzjonali
Kull TSO għandu jagħmel analiżi tas-sigurtà operazzjonali kkoordinata tal-inqas għall-perjodi taż-żmien li ġejjin:
għal sena bil-quddiem;
għal ġimgħa bil-quddiem, meta dan ikun applikabbli skont l-Artikolu 69;
għal ġurnata bil-quddiem; u
għall-istess ġurnata.
Artikolu 73
Analiżi tas-sigurtà operazzjonali ta' sena bil-quddiem sa ġimgħa bil-quddiem u inkluża dik il-ġimgħa
Kull TSO għandu jagħmel analiżi tas-sigurtà operazzjonali ta' sena bil-quddiem u, fejn ikun applikabbli, ta' ġimgħa bil-quddiem sabiex jidentifika tal-inqas ir-restrizzjonijiet li ġejjin:
il-flussi tal-enerġija u l-vultaġġi li jaqbżu l-limiti tas-sigurtà operazzjonali;
il-ksur tal-limiti tal-istabilità tas-sistema ta' trażmissjoni identifikat skont l-Artikolu 38(2) u (6); u
il-ksur tal-limiti taċ-ċirkwit kort tas-sistema ta' trażmissjoni.
Artikolu 74
Analiżi tas-sigurtà operazzjonali ta' ġurnata bil-quddiem, tal-istess ġurnata u kważi f'ħin reali
Artikolu 75
Metodoloġija għall-koordinazzjoni tal-analiżi tas-sigurtà operazzjonali
Sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt proposta għal metodoloġija għall-koordinazzjoni tal-analiżi tas-sigurtà operazzjonali. Dik il-metodoloġija għandu jkollha l-għan li tistandardizza l-analiżi tas-sigurtà operazzjonali tal-inqas għal kull żona sinkronika u għandha tinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
il-metodi għall-valutazzjoni tal-influwenza tal-elementi tas-sistema ta' trażmissjoni u tal-SGUs li jinsabu 'l barra miż-żona ta' kontroll ta' TSO sabiex jiġu identifikati dawk l-elementi li huma inklużi fiż-żona ta' osservabilità tat-TSO u s-sollijiet ta' influwenza tal-kontinġenza li f'livelli ogħla minnhom il-kontinġenzi ta' dawk l-elementi jikkostitwixxu kontinġenzi esterni;
il-prinċipji għall-valutazzjoni komuni tar-riskji, li jkopru tal-inqas l-affarijiet li ġejjin għall-kontinġenzi msemmijin fl-Artikolu 33:
il-probabilità assoċjata;
it-tagħbijiet eċċessivi tranżitorji ammissibbli; u
l-impatt tal-kontinġenzi;
il-prinċipji għall-valutazzjoni u għall-indirizzar tal-inċertezzi tal-ġenerazzjoni u tat-tagħbija, filwaqt li jitqies marġni ta' affidabilità f'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2015/1222;
ir-rekwiżiti dwar il-koordinazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà b'rabta mal-kompiti elenkati fl-Artikolu 77(3);
ir-rwol tan-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku fil-governanza tal-għodod komuni, fit-titjib fir-regoli dwar il-kwalità tad-dejta u fil-monitoraġġ tal-metodoloġija għall-analiżi kkoordinata tas-sigurtà operazzjonali u tad-dispożizzjonijiet komuni għall-koordinazzjoni tas-sigurtà operazzjonali reġjonali f'kull reġjun bil-kapaċità kalkulata.
Il-metodi msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jippermettu li jiġu identifikati l-elementi kollha taż-żona ta' osservabilità ta' TSO, jiġifieri l-elementi tal-grilja ta' TSOs oħrajn jew ta' DSOs konnessi mat-trażmissjoni, ta' moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jew ta' faċilitajiet tad-domanda. Dawk il-metodi għandhom iqisu l-elementi li ġejjin tas-sistema ta' trażmissjoni u l-karatteristiċi tal-SGUs:
l-istatus tal-konnettività jew il-valuri elettriċi (bħall-vultaġġi, il-flussi tal-enerġija u l-angolu tar-rotor) li jinfluwenzaw b'mod sinifikanti l-preċiżjoni tar-riżultati tal-istima tal-istat għaż-żona ta' kontroll tat-TSO, f'livelli ogħla mis-sollijiet komuni;
l-istatus tal-konnettività jew il-valuri elettriċi (bħall-vultaġġi, il-flussi tal-enerġija u l-angolu tar-rotor) li jinfluwenzaw b'mod sinifikanti l-preċiżjoni tar-riżultati tal-analiżi tas-sigurtà operazzjonali tat-TSO, f'livelli ogħla mis-sollijiet komuni; u
ir-rekwiżit li tiġi żgurata rappreżentazzjoni adegwata tal-elementi konnessi fiż-żona ta' osservabilità tat-TSO.
Il-metodi msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jippermettu li jiġu identifikati l-elementi kollha tal-lista ta' kontinġenzi esterni ta' TSO bil-karatteristiċi li ġejjin:
kull element għandu fattur ta' influwenza fuq il-valuri elettriċi, bħall-vultaġġi, il-flussi tal-enerġija u l-angolu tar-rotor, fiż-żona ta' kontroll tat-TSO, li huwa ogħla mis-sollijiet ta' influwenza tal-kontinġenza komuni, li jfisser li l-indisponibilità ta' dan l-element tista' tinfluwenza b'mod sinifikanti r-riżultati tal-analiżi tal-kontinġenza tat-TSO;
l-għażla tas-sollijiet ta' influwenza tal-kontinġenza għandha tnaqqas ir-riskju li meta sseħħ kontinġenza identifikata fiż-żona ta' kontroll ta' TSO ieħor u li ma tkunx fil-lista ta' kontinġenzi esterni tat-TSO, dan jista' jwassal għal imġiba tas-sistema ta' TSO li titqies li mhijiex aċċettabbli għal kwalunkwe element tal-lista ta' kontinġenzi interni tiegħu, bħal pereżempju stat ta' emerġenza;
il-valutazzjoni ta' riskju bħal dan għandha tkun ibbażata fuq sitwazzjonijiet li jirrappreżentaw id-diversi kundizzjonijiet li jistgħu jkunu mistennijin, ikkaratterizzati minn varjabbli bħal-livell u x-xejra tal-ġenerazzjoni, il-livelli ta' skambju u l-indisponibilitajiet tal-assi.
Il-prinċipji għall-valutazzjoni komuni tar-riskji msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-valutazzjoni tas-sigurtà tas-sistema interkonnessa. Dawk il-kriterji għandhom jiġu stabbiliti b'referenza għal livell armonizzat ta' riskju massimu aċċettat bejn l-analiżi tas-sigurtà tat-TSOs differenti. Dawk il-prinċipji għandhom jirreferu għall-affarijiet li ġejjin:
il-konsistenza fid-definizzjoni tal-kontinġenzi eċċezzjonali;
l-evalwazzjoni tal-probabilità li jseħħu l-kontinġenzi eċċezzjonali u tal-impatt tagħhom; u
il-kunsiderazzjoni tal-kontinġenzi eċċezzjonali fil-lista ta' kontinġenzi ta' TSO meta l-probabilità tagħhom taqbeż soll komuni.
Il-prinċipji għall-valutazzjoni u għall-indirizzar tal-inċertezzi msemmijin fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jipprevedu li l-impatt tal-inċertezzi fuq il-ġenerazzjoni jew fuq id-domanda jinżamm taħt livell massimu aċċettabbli u armonizzat għall-analiżi tas-sigurtà operazzjonali ta' kull TSO. Dawk il-prinċipji għandhom jistabbilixxu l-affarijiet li ġejjin:
il-kundizzjonijiet armonizzati għal meta TSO għandu jaġġorna l-analiżi tas-sigurtà operazzjonali tiegħu. Il-kundizzjonijiet għandhom iqisu l-aspetti rilevanti bħall-perjodu taż-żmien tal-previżjonijiet tal-ġenerazzjoni u tad-domanda, il-livell ta' bidla fil-valuri previsti fiż-żona ta' kontroll tat-TSO jew fiż-żona ta' kontroll ta' TSOs oħrajn, fejn jinsabu l-ġenerazzjoni u d-domanda u r-riżultati preċedenti tal-analiżi tas-sigurtà operazzjonali tiegħu; u
il-frekwenza minima tal-aġġornamenti tal-previżjonijiet tal-ġenerazzjoni u tad-domanda, skont il-varjabilità tagħhom u l-kapaċità installata tal-ġenerazzjoni li ma tkunx tista' tiġi suġġetta għal dispaċċ.
Artikolu 76
Proposta għall-koordinazzjoni tas-sigurtà operazzjonali reġjonali
Sa tliet xhur wara l-approvazzjoni tal-metodoloġija għall-koordinazzjoni tal-analiżi tas-sigurtà operazzjonali msemmija fl-Artikolu 75(1), it-TSOs kollha ta' kull reġjun bil-kapaċità kalkulata għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt proposta għal dispożizzjonijiet komuni għall-koordinazzjoni tas-sigurtà operazzjonali reġjonali, li jridu jiġu applikati mill-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà u mit-TSOs tar-reġjun bil-kapaċità kalkulata. Il-proposta għandha tirrispetta l-metodoloġiji għall-koordinazzjoni tal-analiżi tas-sigurtà operazzjonali żviluppati skont l-Artikolu 75(1) u tikkumplimenta, fejn ikun hemm bżonn, il-metodoloġiji żviluppati skont l-Artikoli 35 u 74 tar-Regolament (UE) 2015/1222. Il-proposta għandha tistabbilixxi l-affarijiet li ġejjin:
il-kundizzjonijiet u l-frekwenza tal-koordinazzjoni tal-istess ġurnata tal-analiżi tas-sigurtà operazzjonali u l-aġġornamenti għall-mudell tal-grilja komuni min-naħa tal-koordinatur reġjonali tas-sigurtà;
il-metodoloġija għat-tħejjija tal-azzjonijiet ta' rimedju mmaniġġjati b'mod ikkoordinat, filwaqt li titqies ir-rilevanza transfruntiera tagħhom kif stabbilit skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2015/1222, li tqis ir-rekwiżiti mogħtija fl-Artikoli 20 sa 23 u li tistabbilixxi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
il-proċedura għall-iskambju tal-informazzjoni bejn it-TSOs rilevanti u l-koordinatur reġjonali tas-sigurtà dwar l-azzjonijiet ta' rimedju disponibbli;
il-klassifikazzjoni tar-restrizzjonijiet u l-azzjonijiet ta' rimedju skont l-Artikolu 22;
l-identifikazzjoni tal-iktar azzjonijiet ta' rimedju effettivi u ekonomikament effiċjenti fil-każ tal-ksur tas-sigurtà operazzjonali msemmi fl-Artikolu 22;
it-tħejjija u l-attivazzjoni tal-azzjonijiet ta' rimedju skont l-Artikolu 23(2); u
il-qsim tal-ispejjeż tal-azzjonijiet ta' rimedju msemmijin fl-Artikolu 22, li jikkumplimenta, fejn ikun hemm bżonn, il-metodoloġija komuni żviluppata skont l-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2015/1222. Bħala prinċipju ġenerali, l-ispejjeż tal-konġestjonijiet rilevanti mhux transfruntiera għandu jagħmilhom it-TSO responsabbli għaż-żona ta' kontroll partikulari u l-ispejjeż biex jittaffew il-konġestjonijiet rilevanti transfruntiera għandu jagħmilhom it-TSO responsabbli għaż-żona ta' kontroll b'mod proporzjonat għall-impatt aggravanti tal-iskambju tal-enerġija bejn żoni ta' kontroll partikulari fuq l-element tal-grilja konġestjonat.
Artikolu 77
L-organizzazzjoni għall-koordinazzjoni tas-sigurtà operazzjonali reġjonali
Il-proposta tat-TSOs kollha ta' reġjun bil-kapaċità kalkulata għal dispożizzjonijiet komuni għall-koordinazzjoni tas-sigurtà operazzjonali reġjonali skont l-Artikolu 76(1) għandha tinkludi wkoll dispożizzjonijiet komuni dwar l-organizzazzjoni tal-koordinazzjoni tas-sigurtà operazzjonali reġjonali, fosthom tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
il-ħatra tal-koordinatur jew tal-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà li se jwettqu l-kompiti mniżżlin fil-paragrafu 3 għal dak ir-reġjun bil-kapaċità kalkulata;
ir-regoli dwar il-governanza u l-operat tal-koordinatur jew tal-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà, li jiżguraw li t-TSOs membri kollha jiġu ttrattati b'mod ekwu;
meta t-TSOs jipproponu li jinħatar iktar minn koordinatur reġjonali tas-sigurtà wieħed skont is-subparagrafu (a):
proposta għal allokazzjoni koerenti tal-kompiti bejn il-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà li se jkunu attivi f'dak ir-reġjun bil-kapaċità kalkulata. Il-proposta għandha tqis bis-sħiħ il-ħtieġa li jiġu kkoordinati l-kompiti differenti allokati lill-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà;
valutazzjoni li turi li l-istruttura proposta tal-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà u tal-allokazzjoni tal-kompiti hija effiċjenti, effettiva u konsistenti mal-kalkolu tal-kapaċità kkoordinata reġjonali stabbilit skont l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (UE) 2015/1222;
proċess effettiv ta' koordinazzjoni u ta' teħid tad-deċiżjonijiet sabiex jiġu solvuti pożizzjonijiet kunfliġġenti bejn il-koordinaturi reġjonali tas-sigurtà fir-reġjun bil-kapaċità kalkulata.
Meta tkun qed tiġi żviluppata l-proposta għal dispożizzjonijiet komuni dwar l-organizzazzjoni tal-koordinazzjoni tas-sigurtà operazzjonali reġjonali msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
kull TSO għandu jkun kopert tal-inqas minn koordinatur reġjonali tas-sigurtà wieħed;
it-TSOs kollha għandhom jiżguraw li b'kollox ma jkunx hemm iktar minn sitt koordinaturi reġjonali tas-sigurtà fl-Unjoni.
It-TSOs ta' kull reġjun bil-kapaċità kalkulata għandhom jipproponu d-delega tal-kompiti li ġejjin skont il-paragrafu 1:
il-koordinazzjoni tas-sigurtà operazzjonali reġjonali skont l-Artikolu 78 sabiex huma jiġu megħjuna jissodisfaw l-obbligi tagħhom għall-perjodi taż-żmien ta' sena bil-quddiem, ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata li joħorġu mill-Artikoli 34(3), 72 u 74;
il-bini ta' mudell tal-grilja komuni skont l-Artikolu 79;
il-koordinazzjoni tal-indisponibilità reġjonali skont l-Artikolu 80 sabiex huma jiġu megħjuna jissodisfaw l-obbligi tagħhom li joħorġu mill-Artikoli 98 u 100; u
il-valutazzjoni tal-adegwatezza reġjonali skont l-Artikolu 81 sabiex huma jiġu megħjuna jissodisfaw l-obbligi tagħhom li joħorġu mill-Artikolu 107.
Artikolu 78
Koordinazzjoni tas-sigurtà operazzjonali reġjonali
Kull TSO għandu jipprovdi lill-koordinatur reġjonali tas-sigurtà l-informazzjoni u d-dejta kollha meħtieġa sabiex iwettaq il-valutazzjoni kkoordinata tas-sigurtà operazzjonali reġjonali, fosthom tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
il-lista aġġornata tal-kontinġenzi, stabbilita skont il-kriterji ddefiniti fil-metodoloġija għall-koordinazzjoni tal-analiżi tas-sigurtà operazzjonali adottata skont l-Artikolu 75(1);
il-lista aġġornata tal-azzjonijiet possibbli ta' rimedju, fost il-kategoriji elenkati fl-Artikolu 22, u l-kostijiet antiċipati tagħhom ipprovduti skont l-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 jekk azzjoni ta' rimedju tkun tinkludi r-ridispaċċ jew l-iskambju kumpensatorju bil-għan li tikkontribwixxi sabiex ittaffi kull restrizzjoni identifikata fir-reġjun; u
il-limiti tas-sigurtà operazzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 25.
Kull koordinatur reġjonali tas-sigurtà għandu:
iwettaq il-valutazzjoni kkoordinata tas-sigurtà operazzjonali reġjonali skont l-Artikolu 76 abbażi tal-mudelli tal-grilja komuni stabbiliti skont l-Artikolu 79, tal-lista ta' kontinġenzi u tal-limiti tas-sigurtà operazzjonali pprovduti minn kull TSO fil-paragrafu 1. Huwa għandu jagħti r-riżultati tal-valutazzjoni kkoordinata tas-sigurtà operazzjonali reġjonali tal-inqas lit-TSOs kollha tar-reġjun bil-kapaċità kalkulata. Meta jinnota restrizzjoni, għandu jirrakkomanda lit-TSOs rilevanti l-iktar azzjonijiet ta' rimedju effettivi u ekonomikament effiċjenti u jista' jirrakkomanda wkoll azzjonijiet ta' rimedju oħrajn minbarra dawk ipprovduti mit-TSOs. Din ir-rakkomandazzjoni għal azzjonijiet ta' rimedju għandu jkollha magħha spjegazzjoni dwar il-ħsieb warajha;
jikkoordina t-tħejjija tal-azzjonijiet ta' rimedju mat-TSOs u bejniethom skont l-Artikolu 76(1)(b), sabiex it-TSOs ikunu jistgħu jattivaw l-azzjonijiet ta' rimedju b'mod ikkoordinat f'ħin reali.
Artikolu 79
Bini tal-mudelli tal-grilja komuni
Artikolu 80
Koordinazzjoni tal-indisponibilità reġjonali
Kull TSO għandu jipprovdi lill-koordinatur reġjonali tas-sigurtà l-informazzjoni meħtieġa sabiex jidentifika u jsolvi l-inkompatibilitajiet tal-ippjanar tal-indisponibilità reġjonali, fosthom tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
il-pjanijiet tad-disponibilità tal-assi rilevanti interni tiegħu, maħżunin fl-ambjent ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali tal-ENTSO-E;
l-iktar pjanijiet tad-disponibilità riċenti għall-assi mhux rilevanti kollha taż-żona ta' kontroll tiegħu li:
jistgħu jinfluwenzaw ir-riżultati tal-analiżi tal-inkompatibilità tal-ippjanar tal-indisponibilità;
ngħata mudell tagħhom fil-mudelli tal-grilja individwali li jintużaw għall-valutazzjoni tal-inkompatibilità tal-indisponibilità;
ix-xenarji li fuqhom iridu jiġu investigati u jintużaw l-inkompatibilitajiet tal-ippjanar tal-indisponibilità sabiex jinbnew il-mudelli tal-grilja komuni korrispondenti li jkunu ġejjin mill-mudelli tal-grilja komuni għall-perjodi taż-żmien differenti stabbiliti skont l-Artikolu 67 u l-Artikolu 79.
Artikolu 81
Valutazzjoni tal-adegwatezza reġjonali
Kull TSO għandu jipprovdi lill-koordinatur reġjonali tas-sigurtà l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-valutazzjonijiet tal-adegwatezza reġjonali msemmijin fil-paragrafu 1, fosthom l-affarijiet li ġejjin:
it-tagħbija totali mistennija u r-riżorsi disponibbli tar-rispons tad-domanda;
id-disponibilità tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija; u
il-limiti tas-sigurtà operazzjonali.
TITOLU 3
KOORDINAZZJONI TAL-INDISPONIBILITÀ
KAPITOLU 1
Reġjuni ta' koordinazzjoni tal-indisponibilità u assi rilevanti
Artikolu 82
Għan tal-koordinazzjoni tal-indisponibilità
Bl-appoġġ tal-koordinatur reġjonali tas-sigurtà għall-każijiet speċifikati f'dan ir-Regolament, kull TSO għandu jikkoordina l-indisponibilità skont il-prinċipji ta' dan it-Titolu sabiex jimmonitorja l-istatus tad-disponibilità tal-assi rilevanti u jikkoordina l-pjanijiet tad-disponibilità sabiex jiżgura s-sigurtà operazzjonali tas-sistema ta' trażmissjoni.
Artikolu 83
Koordinazzjoni reġjonali
It-TSOs kollha ta' reġjun ta' koordinazzjoni tal-indisponibilità għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt proċedura operazzjonali ta' koordinazzjoni reġjonali, li jkollha l-għan li tistabbilixxi l-aspetti operazzjonali għall-implimentazzjoni tal-koordinazzjoni tal-indisponibilità f'kull reġjun, u li tkun tinkludi:
il-frekwenza, l-ambitu u t-tip ta' koordinazzjoni tal-inqas għall-perjodi taż-żmien ta' sena bil-quddiem u ta' ġimgħa bil-quddiem;
dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-valutazzjonijiet imwettqin mill-koordinatur reġjonali tas-sigurtà skont l-Artikolu 80;
l-arranġamenti prattiċi għall-validazzjoni tal-pjanijiet ta' disponibilità ta' sena bil-quddiem tal-elementi tal-grilja rilevanti, kif jeħtieġ l-Artikolu 98.
Artikolu 84
Metodoloġija għall-valutazzjoni tar-rilevanza tal-assi għall-koordinazzjoni tal-indisponibilità
Il-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq aspetti kwalitattivi u kwantitattivi li jidentifikaw l-impatt tal-istatus tad-disponibilità ta' moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, ta' faċilitajiet tad-domanda jew ta' elementi tal-grilja li jinsabu f'sistema ta' trażmissjoni jew f'sistema ta' distribuzzjoni, inkluża sistema ta' distribuzzjoni magħluqa, u li huma konnessi, direttament jew indirettament, ma' żona oħra ta' kontroll tat-TSO, fuq żona ta' kontroll ta' TSO u b'mod partikulari fuq l-affarijiet li ġejjin:
aspetti kwantitattivi bbażati fuq l-evalwazzjoni tal-bidliet fil-valuri elettriċi bħall-vultaġġi, il-flussi tal-enerġija u l-angolu tar-rotor fuq tal-inqas element wieħed tal-grilja ta' żona ta' kontroll tat-TSO, minħabba l-bidla fl-istatus tad-disponibilità ta' assi potenzjalment rilevanti li jkun jinsab f'żona oħra ta' kontroll. Dik l-evalwazzjoni għandha ssir abbażi ta' mudelli tal-grilja komuni ta' sena bil-quddiem;
il-limiti fuq is-sensittività tal-valuri elettriċi msemmijin fil-punt (a), li magħhom trid titqabbel u tiġi vvalutata r-rilevanza ta' assi. Dawk il-limiti għandhom jiġu armonizzati tal-inqas għal kull żona sinkronika;
il-kapaċità ta' moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jew ta' faċilitajiet tad-domanda potenzjalment rilevanti li jikkwalifikaw bħala SGUs;
aspetti kwalitattivi ta' moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, ta' faċilitajiet tad-domanda jew ta' elementi tal-grilja potenzjalment rilevanti bħad-daqs u l-qrubija tagħhom għall-fruntieri ta' żona ta' kontroll, iżda mhux limitati għalihom;
ir-rilevanza sistematika tal-elementi kollha tal-grilja li jinsabu f'sistema ta' trażmissjoni jew f'sistema ta' distribuzzjoni li jikkollegaw żoni differenti ta' kontroll ma' xulxin; u
ir-rilevanza sistematika tal-elementi kritiċi kollha tan-netwerk.
Artikolu 85
Listi tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rilevanti u tal-faċilitajiet tad-domanda rilevanti
Għal kull assi rilevanti intern li huwa modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jew faċilità tad-domanda, it-TSO għandu:
jgħarraf lil sid il-modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rilevanti jew lil sid il-faċilità tad-domanda rilevanti dwar l-inklużjoni tal-modulu jew tal-faċilità fil-lista;
jgħarraf lid-DSOs dwar il-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rilevanti u l-faċilitajiet tad-domanda rilevanti li huma konnessi mas-sistema ta' distribuzzjoni tagħhom; u
jgħarraf lis-CDSOs dwar il-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rilevanti u l-faċilitajiet tad-domanda rilevanti li huma konnessi mas-sistema ta' distribuzzjoni magħluqa tagħhom.
Artikolu 86
Aġġornament tal-listi tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rilevanti u tal-faċilitajiet tad-domanda rilevanti
Artikolu 87
Listi tal-elementi tal-grilja rilevanti
Għal kull assi rilevanti intern li huwa element tal-grilja, it-TSO għandu:
jgħarraf lil sid l-element tal-grilja rilevanti dwar l-inklużjoni tal-element fil-lista;
jgħarraf lid-DSOs dwar l-elementi tal-grilja rilevanti li huma konnessi mas-sistema ta' distribuzzjoni tagħhom; u
jgħarraf lis-CDSOs dwar l-elementi tal-grilja rilevanti li huma konnessi mas-sistema ta' distribuzzjoni magħluqa tagħhom.
Artikolu 88
Aġġornament tal-lista tal-elementi tal-grilja rilevanti
Artikolu 89
Ħatra ta' aġenti tal-ippjanar tal-indisponibilità
Artikolu 90
Trattament tal-assi rilevanti li jinsabu f'sistema ta' distribuzzjoni jew f'sistema ta' distribuzzjoni magħluqa
KAPITOLU 2
Żvilupp u aġġornament tal-pjanijiet ta' disponibilità tal-assi rilevanti
Artikolu 91
Varjazzjonijiet fl-iskadenzi għall-koordinazzjoni tal-indisponibilità ta' sena bil-quddiem
It-TSOs kollha f'żona sinkronika jistgħu jaqblu b'mod konġunt li jadottaw u jimplimentaw perjodu taż-żmien għall-koordinazzjoni tal-indisponibilità ta' sena bil-quddiem li jiddevja mill-perjodu taż-żmien iddefinit fl-Artikolu 94, fl-Artikolu 97 u fl-Artikolu 99, dejjem jekk dan ma jaffettwax il-koordinazzjoni tal-indisponibilità ta' żoni sinkroniċi oħrajn.
Artikolu 92
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-pjanijiet ta' disponibilità
L-istatus tad-disponibilità ta' assi rilevanti għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
“disponibbli” meta l-assi rilevanti jkun kapaċi u lest li jipprovdi servizz, indipendentement minn jekk huwiex qiegħed jitħaddem jew le;
“indisponibbli” meta l-assi rilevanti ma jkunx kapaċi jew lest li jipprovdi servizz;
“fil-fażi tal-ittestjar” meta tkun qiegħda tiġi ttestjata l-kapaċità tal-assi rilevanti li jipprovdi servizz.
L-istatus “fil-fażi tal-ittestjar” għandu japplika biss f'każ li jkun hemm impatt potenzjali fuq is-sistema ta' trażmissjoni u għall-perjodi taż-żmien li ġejjin:
bejn l-ewwel konnessjoni u l-aħħar ikkummissjonar tal-assi rilevanti; u
eżatt wara l-manutenzjoni tal-assi rilevanti.
Il-pjanijiet ta' disponibilità għandu jkun fihom tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
ir-raġuni għall-istatus ta' assi rilevanti bħala “indisponibbli”;
meta jkunu identifikati t-tali kundizzjonijiet, il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati qabel ma jiġi applikat l-istatus ta' assi rilevanti bħala “indisponibbli” f'ħin reali;
il-ħin meħtieġ għar-restawr ta' assi rilevanti lura għas-servizz fejn ikun hemm bżonn sabiex tinżamm is-sigurtà operazzjonali.
Artikolu 93
Pjanijiet ta' disponibilità indikattivi fit-tul
Artikolu 94
Il-forniment ta' proposti dwar il-pjan ta' disponibilità ta' sena bil-quddiem
It-TSO jew it-TSOs imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jeżaminaw it-talbiet għal emenda fi pjan tad-disponibilità wara li tkun ġiet iffinalizzata l-koordinazzjoni tal-indisponibilità ta' sena bil-quddiem:
billi jsegwu l-ordni li fiha jkunu waslulhom it-talbiet; u
billi japplikaw il-proċedura stabbilita skont l-Artikolu 100.
Artikolu 95
Koordinazzjoni tal-istatus tad-disponibilità ta' sena bil-quddiem tal-assi rilevanti li għalihom l-aġent tal-ippjanar tal-indisponibilità la jkun TSO li qed jieħu sehem f'reġjun ta' koordinazzjoni tal-indisponibilità u lanqas ma jkun DSO jew CDSO
Meta TSO jinnota inkompatibilitajiet tal-ippjanar tal-indisponibilità, huwa għandu jimplimenta l-proċess li ġej:
huwa għandu jinforma lil kull aġent tal-ippjanar tal-indisponibilità affettwat dwar il-kundizzjonijiet li għandu jissodisfa sabiex itaffi l-inkompatibilitajiet tal-ippjanar tal-indisponibilità nnutati;
it-TSO jista' jitlob lil aġent tal-ippjanar tal-indisponibilità wieħed jew iktar jissottometti pjan alternattiv tad-disponibilità li jkun jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (a); u
it-TSO għandu jirrepeti l-valutazzjoni skont il-paragrafu 1 sabiex jistabbilixxi jekk għadx hemm xi inkompatibilità tal-ippjanar tal-indisponibilità.
Jekk, wara talba ta' TSO skont il-punt (b) tal-paragrafu 2, l-aġent tal-ippjanar tal-indisponibilità jonqos milli jissottometti pjan alternattiv tad-disponibilità li jkollu l-għan li jtaffi l-inkompatibilitajiet kollha tal-ippjanar tal-indisponibilità, it-TSO għandu jiżviluppa pjan alternattiv tad-disponibilità li għandu:
jqis l-impatt irrappurtat mill-aġenti tal-ippjanar tal-indisponibilità affettwati kif ukoll mid-DSO jew mis-CDSO, fejn dan ikun rilevanti;
jillimita l-bidliet fil-pjan alternattiv tad-disponibilità għal dak li huwa strettament neċessarju sabiex jittaffew l-inkompatibilitajiet tal-ippjanar tal-indisponibilità; u
jinnotifika lill-awtorità regolatorja tiegħu, lid-DSOs u lis-CDSOs affettwati, jekk ikun hemm, u lill-aġenti tal-ippjanar tal-indisponibilità affettwati dwar il-pjan alternattiv tad-disponibilità, inklużi r-raġunijiet għall-iżvilupp tiegħu, kif ukoll l-impatt irrappurtat mill-aġenti tal-ippjanar tal-indisponibilità affettwati u, fejn ikun rilevanti, mid-DSOs jew mis-CDSOs.
Artikolu 96
Koordinazzjoni tal-istatus tad-disponibilità ta' sena bil-quddiem tal-assi rilevanti li għalihom l-aġent tal-ippjanar tal-indisponibilità huwa TSO li qed jieħu sehem f'reġjun ta' koordinazzjoni tal-indisponibilità, DSO jew CDSO
Huma u jistabbilixxu l-istatus tad-disponibilità tal-elementi tal-grilja rilevanti skont il-paragrafi 1 u 2, it-TSO, id-DSO u s-CDSO għandhom:
inaqqsu kemm jistgħu l-impatt fuq is-suq filwaqt li jżommu s-sigurtà operazzjonali; u
jużaw bħala bażi l-pjanijiet tad-disponibilità sottomessi u żviluppati skont l-Artikolu 94.
Meta l-istatus ta' element tal-grilja rilevanti bħala “indisponibbli” ma jkunx ġie ppjanat wara t-teħid tal-miżuri msemmijin fil-paragrafu 4 u n-nuqqas tat-tali ppjanar ikun jhedded is-sigurtà operazzjonali, it-TSO għandu:
jieħu l-azzjonijiet neċessarji sabiex jippjana l-istatus “indisponibbli” filwaqt li jiżgura s-sigurtà operazzjonali, billi jqis l-impatt li jkunu rrappurtawlu l-aġenti tal-ippjanar tal-indisponibilità affettwati;
jinnotifika lill-partijiet affettwati kollha bl-azzjonijiet imsemmijin fil-punt (a); u
jinnotifika lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti, lid-DSOs jew lis-CDSOs affettwati, jekk ikun hemm, u lill-aġenti tal-ippjanar tal-indisponibilità affettwati dwar l-azzjonijiet meħudin, inkluż il-ħsieb wara t-tali azzjonijiet, u l-impatt irrappurtat mill-aġenti tal-ippjanar tal-indisponibilità affettwati u, fejn ikun rilevanti, mid-DSOs jew mis-CDSOs.
Artikolu 97
Il-forniment tal-pjanijiet preliminari tad-disponibilità ta' sena bil-quddiem
Artikolu 98
Validazzjoni tal-pjanijiet tad-disponibilità ta' sena bil-quddiem fir-reġjuni ta' koordinazzjoni tal-indisponibilità
Meta ma tinstab l-ebda soluzzjoni għal inkompatibilità tal-ippjanar tal-indisponibilità, kull TSO kkonċernat għandu, suġġett għal approvazzjoni mill-awtorità regolatorja kompetenti fejn jistipula hekk l-Istat Membru:
jisforza l-assi rilevanti involuti f'inkompatibilità tal-ippjanar tal-indisponibilità mill-istatus ta' “indisponibbli” jew “fil-fażi tal-ittestjar” għall-istatus ta' “disponibbli” matul il-perjodu kkonċernat; u
jinnotifika lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti, lid-DSOs jew lis-CDSOs affettwati, jekk ikun hemm, u lill-aġenti tal-ippjanar tal-indisponibilità affettwati dwar l-azzjonijiet meħudin, inkluż il-ħsieb wara t-tali azzjonijiet, u l-impatt irrappurtat mill-aġenti tal-ippjanar tal-indisponibilità affettwati u, fejn ikun rilevanti, mid-DSOs jew mis-CDSOs.
Artikolu 99
Pjanijiet finali tad-disponibilità ta' sena bil-quddiem
Qabel l-1 ta' Diċembru ta' kull sena kalendarja, kull TSO għandu:
jiffinalizza l-koordinazzjoni tal-indisponibilità ta' sena bil-quddiem tal-assi rilevanti interni; u
jiffinalizza l-pjanijiet tad-disponibilità ta' sena bil-quddiem għall-assi rilevanti interni u jaħżinhom fl-ambjent ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali tal-ENTSO-E.
Artikolu 100
Aġġornamenti tal-pjanijiet finali tad-disponibilità ta' sena bil-quddiem
Fil-każ ta' talba biex issir emenda skont il-paragrafu 2, għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja:
it-TSO li jirċeviha għandu jikkonferma li rċieva t-talba u jivvaluta mill-aktar fis possibbli jekk l-emenda twassalx għal inkompatibilitajiet tal-ippjanar tal-indisponibilità jew le;
meta jiġu nnutati inkompatibilitajiet tal-ippjanar tal-indisponibilità, it-TSOs involuti tar-reġjun ta' koordinazzjoni tal-indisponibilità għandhom jidentifikaw b'mod konġunt soluzzjoni, f'koordinazzjoni mal-aġenti tal-ippjanar tal-indisponibilità kkonċernati u, jekk ikun rilevanti, mad-DSOs u mas-CDSOs, billi jużaw il-mezzi li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom;
meta ma tiġi nnutata l-ebda inkompatibilità tal-ippjanar tal-indisponibilità jew jekk ma jkun għad fadal l-ebda inkompatibilità tal-ippjanar tal-indisponibilità, it-TSO li jkun irċieva t-talba għandu jivvalida l-emenda mitluba, u t-TSOs ikkonċernati mbagħad għandhom jinnotifikaw lill-partijiet affettwati kollha u jaġġornaw il-pjan finali tad-disponibilità ta' sena bil-quddiem fl-ambjent ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali tal-ENTSO-E; u
meta ma tinstab l-ebda soluzzjoni għall-inkompatibilitajiet tal-ippjanar tal-indisponibilità, it-TSO li jkun irċieva t-talba għandu jiċħad l-emenda mitluba.
Meta TSO li jkun qed jieħu sehem f'reġjun ta' koordinazzjoni tal-indisponibilità jkun beħsiebu jemenda l-pjan finali tad-disponibilità ta' sena bil-quddiem ta' assi rilevanti li għalih jaġixxi bħala l-aġent tal-ippjanar tal-indisponibilità, huwa għandu jniedi l-proċedura li ġejja:
it-TSO li jagħmel it-talba għandu jħejji proposta għall-emendar tal-pjan tad-disponibilità ta' sena bil-quddiem, inkluża valutazzjoni ta' jekk dan jistax iwassal għal inkompatibilitajiet tal-ippjanar tal-indisponibilità, u għandu jibgħat il-proposta tiegħu lit-TSOs l-oħrajn kollha tar-reġjun jew reġjuni ta' koordinazzjoni tal-indisponibilità tiegħu;
meta jiġu nnutati inkompatibilitajiet tal-ippjanar tal-indisponibilità, it-TSOs involuti tar-reġjun ta' koordinazzjoni tal-indisponibilità għandhom jidentifikaw b'mod konġunt soluzzjoni, f'koordinazzjoni mal-aġenti tal-ippjanar tal-indisponibilità kkonċernati u, jekk ikun rilevanti, mad-DSOs u mas-CDSOs, billi jużaw il-mezzi li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom;
meta ma tiġi nnutata l-ebda inkompatibilità tal-ippjanar tal-indisponibilità jew jekk tinstab soluzzjoni għall-inkompatibilità tal-ippjanar tal-indisponibilità, it-TSOs ikkonċernati għandhom jivvalidaw l-emenda mitluba u mbagħad għandhom jinnotifikaw lill-partijiet affettwati kollha u jaġġornaw il-pjan finali tad-disponibilità ta' sena bil-quddiem fl-ambjent ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali tal-ENTSO-E;
meta ma tinstab l-ebda soluzzjoni għall-inkompatibilitajiet tal-ippjanar tal-indisponibilità, it-TSO li jagħmel it-talba għandu jirtira l-proċedura għall-emendar.
KAPITOLU 3
Eżekuzzjoni tal-pjanijiet tad-disponibilità
Artikolu 101
Ġestjoni tal-istatus “fil-fażi tal-ittestjar” tal-assi rilevanti
L-aġent tal-ippjanar tal-indisponibilità ta' assi rilevanti li l-istatus tad-disponibilità tiegħu jkun ġie ddikjarat bħala “fil-fażi tal-ittestjar” għandu jipprovdi lit-TSO u, jekk dan l-assi jkun konness ma' sistema ta' distribuzzjoni, inkluża sistema ta' distribuzzjoni magħluqa, lid-DSO jew lis-CDSO, l-affarijiet li ġejjin fi żmien xahar qabel ma jibda l-istatus tal-assi bħala “fil-fażi tal-ittestjar”:
pjan iddettaljat tat-test;
skeda indikattiva tal-ġenerazzjoni jew tal-konsum jekk l-assi rilevanti kkonċernat ikun modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rilevanti jew faċilità tad-domanda rilevanti; u
il-bidliet fit-topoloġija tas-sistema ta' trażmissjoni jew tas-sistema ta' distribuzzjoni jekk l-assi rilevanti kkonċernat ikun element tal-grilja rilevanti.
Artikolu 102
Proċedura għall-immaniġġjar tal-indisponibilitajiet forzati
Huwa u jinnotifika l-indisponibilità forzata, l-aġent tal-ippjanar tal-indisponibilità għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
ir-raġuni għall-indisponibilità forzata;
kemm mistennija ddum l-indisponibilità forzata; u
fejn ikun applikabbli, l-impatt tal-indisponibilità forzata fuq l-istatus tad-disponibilità ta' assi rilevanti oħrajn li għalihom huwa jkun l-aġent tal-ippjanar tal-indisponibilità.
Artikolu 103
Eżekuzzjoni f'ħin reali tal-pjanijiet tad-disponibilità
TITOLU 4
ADEGWATEZZA
Artikolu 104
Previżjonijiet għall-analiżi tal-adegwatezza taż-żona ta' kontroll
Kull TSO għandu jqiegħed il-previżjonijiet kollha użati għall-analiżi tal-adegwatezza taż-żona ta' kontroll skont l-Artikolu 105 u l-Artikolu 107 għad-dispożizzjoni tat-TSOs l-oħrajn kollha permezz tal-ambjent ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali tal-ENTSO-E.
Artikolu 105
Analiżi tal-adegwatezza taż-żona ta' kontroll
Huwa u jagħmel analiżi tal-adegwatezza taż-żona ta' kontroll skont il-paragrafu 1, kull TSO għandu:
juża l-iktar pjanijiet riċenti tad-disponibilità u l-iktar dejta riċenti disponibbli għall-affarijiet li ġejjin:
il-kapaċitajiet tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija pprovduti skont l-Artikolu 43(5), l-Artikolu 45 u l-Artikolu 51;
il-kapaċità transżonali;
ir-rispons possibbli tad-domanda pprovdut skont l-Artikolu 52 u l-Artikolu 53;
iqis il-kontribuzzjonijiet tal-ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u t-tagħbija;
jivvaluta l-probabilità u d-durata mistennija ta' nuqqas ta' adegwatezza u l-enerġija mistennija mhux fornuta minħabba t-tali nuqqas.
Artikolu 106
Adegwatezza taż-żona ta' kontroll sa ġimgħa bil-quddiem u inkluża dik il-ġimgħa
Artikolu 107
Adegwatezza taż-żona ta' kontroll ġurnata bil-quddiem u fl-istess ġurnata
Kull TSO għandu jagħmel analiżi tal-adegwatezza taż-żona ta' kontroll fuq perjodu taż-żmien ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata abbażi tal-affarijiet li ġejjin:
l-iskedi msemmijin fl-Artikolu 111;
it-tagħbija prevista;
il-ġenerazzjoni prevista minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli;
ir-riservi tal-potenza attiva skont id-dejta pprovduta skont l-Artikolu 46(1)(a);
il-kapaċitajiet tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni taż-żona ta' kontroll li jkunu konsistenti mal-kapaċitajiet transżonali kkalkulati, meta dan ikun applikabbli, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222;
il-kapaċitajiet tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija skont id-dejta pprovduta skont l-Artikolu 43(4), l-Artikolu 45 u l-Artikolu 51 u l-istatus tad-disponibilità tagħhom; u
il-kapaċitajiet tal-faċilitajiet tad-domanda li jkollhom rispons tad-domanda skont id-dejta pprovduta skont l-Artikolu 52 u l-Artikolu 53 u l-istatus tad-disponibilità tagħhom.
Kull TSO għandu jevalwa:
il-livell minimu ta' importazzjoni u l-livell massimu ta' esportazzjoni kompatibbli mal-adegwatezza taż-żona ta' kontroll tiegħu;
kemm mistenni jdum nuqqas ta' adegwatezza potenzjali; u
l-ammont ta' enerġija mhux fornuta meta jkun hemm nuqqas ta' adegwatezza.
TITOLU 5
SERVIZZI ANĊILLARI
Artikolu 108
Servizzi anċillari
Għas-servizzi tal-potenza attiva u tal-potenza reattiva, u f'koordinazzjoni ma' TSOs oħrajn fejn dan ikun xieraq, kull TSO għandu:
ifassal, jistabbilixxi u jimmaniġġja l-akkwist tas-servizzi anċillari;
jimmonitorja, abbażi tad-dejta pprovduta skont it-Titolu 2 tal-Parti II, jekk il-livell u l-post tas-servizzi anċillari disponibbli jippermettux li tiġi żgurata s-sigurtà operazzjonali jew le; u
juża l-mezzi kollha ekonomikament effiċjenti u fattibbli disponibbli sabiex jixtri l-livell neċessarju ta' servizzi anċillari.
Artikolu 109
Servizzi anċillari tal-potenza reattiva
Sabiex iżid l-effiċjenza tat-tħaddim tal-elementi tas-sistema ta' trażmissjoni tiegħu, kull TSO għandu jimmonitorja:
il-kapaċitajiet tal-potenza reattiva disponibbli tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija;
il-kapaċitajiet tal-potenza reattiva disponibbli tal-faċilitajiet tad-domanda konnessi mat-trażmissjoni;
il-kapaċitajiet tal-potenza reattiva disponibbli tad-DSOs;
it-tagħmir konness mat-trażmissjoni disponibbli ddedikat biex jipprovdi l-potenza reattiva; u
il-proporzjonijiet tal-potenza attiva u tal-potenza reattiva fl-interfaċċja bejn is-sistema ta' trażmissjoni u s-sistemi ta' distribuzzjoni konnessi mat-trażmissjoni.
Meta l-livell tas-servizzi anċillari tal-potenza reattiva ma jkunx biżżejjed biex tinżamm is-sigurtà operazzjonali, kull TSO għandu:
jgħarraf lit-TSOs interkonnessi b'dan; u
iħejji u jattiva azzjonijiet ta' rimedju skont l-Artikolu 23.
TITOLU 6
SKEDAR
Artikolu 110
Stabbiliment tal-proċessi tal-iskedar
Artikolu 111
Notifika tal-iskedi fiż-żoni tal-iskedar
Kull aġent tal-iskedar, ħlief l-aġenti tal-iskedar tal-aġenti tat-trasferimenti, għandu jibgħat l-iskedi li ġejjin lit-TSO li jkun qed jopera ż-żona tal-iskedar, jekk dan jitlobhomlu, u lil partijiet terzi fejn dan ikun applikabbli:
l-iskedi tal-ġenerazzjoni;
l-iskedi tal-konsum;
l-iskedi kummerċjali interni tan-negozjar; u
l-iskedi kummerċjali esterni tan-negozjar.
Kull aġent tal-iskedar ta' aġent tat-trasferimenti jew, fejn ikun applikabbli, ta' kontroparti ċentrali, għandu jibgħat l-iskedi li ġejjin lit-TSO li jkun qed jopera żona tal-iskedar koperta mill-akkoppjament tas-swieq, jekk it-TSO ikkonċernat jitlobhomlu, u lil partijiet terzi fejn dan ikun applikabbli:
l-iskedi kummerċjali esterni tan-negozjar bħalma huma:
l-iskambji multilaterali bejn iż-żona tal-iskedar u grupp ta' żoni tal-iskedar oħrajn;
l-iskambji bilaterali bejn iż-żona tal-iskedar u żona oħra tal-iskedar;
l-iskedi kummerċjali interni tan-negozjar bejn l-aġent tat-trasferimenti u l-kontropartijiet ċentrali;
l-iskedi kummerċjali interni tan-negozjar bejn l-aġent tat-trasferimenti u aġenti oħrajn tat-trasferimenti.
Artikolu 112
Koerenza tal-iskedi
Artikolu 113
Il-forniment ta' informazzjoni lil TSOs oħrajn
Fuq talba ta' TSO ieħor, it-TSO li jintalab dan għandu jikkalkula u jipprovdi:
l-iskedi esterni tal-aggregazzjoni netta; u
il-pożizzjoni AC ta' żona nnettjata, meta ż-żona tal-iskedar tkun interkonnessa ma' żoni tal-iskedar oħrajn permezz ta' links ta' trażmissjoni AC.
Meta jkun hemm bżonn biex jinħolqu l-mudelli tal-grilja komuni, skont l-Artikolu 70(1), kull TSO li jopera żona tal-iskedar għandu jipprovdi l-affarijiet li ġejjin lil kull TSO li jitlob dan:
l-iskedi tal-ġenerazzjoni; u
l-iskedi tal-konsum.
TITOLU 7
L-AMBJENT TA' DEJTA GĦALL-IPPJANAR OPERAZZJONALI TAL-ENTSO-E
Artikolu 114
Dispożizzjonijiet ġenerali għall-ambjent ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali tal-ENTSO-E
Artikolu 115
Mudelli tal-grilja individwali, mudelli tal-grilja komuni u analiżi tas-sigurtà operazzjonali
Għall-perjodu taż-żmien ta' sena bil-quddiem, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli fl-ambjent ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali tal-ENTSO-E:
il-mudell tal-grilja individwali ta' sena bil-quddiem għal kull TSO u għal kull xenarju stabbilit skont l-Artikolu 66; u
il-mudell tal-grilja komuni ta' sena bil-quddiem għal kull xenarju ddefinit skont l-Artikolu 67.
Għall-perjodi taż-żmien ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli fl-ambjent ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali tal-ENTSO-E:
il-mudelli tal-grilja individwali ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata għal kull TSO u skont ir-riżoluzzjoni taż-żmien iddefinita skont l-Artikolu 70(1);
l-iskambji skedati fiż-żminijiet rilevanti għal kull żona tal-iskedar jew għal kull fruntiera ta' żona tal-iskedar, skont liema titqies rilevanti mit-TSOs, u għal kull sistema HVDC li tikkollega ż-żoni tal-iskedar ma' xulxin;
il-mudelli tal-grilja komuni ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata skont ir-riżoluzzjoni taż-żmien iddefinita skont l-Artikolu 70(1); u
lista tal-azzjonijiet ta' rimedju mħejjijin u miftehmin identifikati sabiex ipattu għar-restrizzjonijiet b'rilevanza transfruntiera.
Artikolu 116
Koordinazzjoni tal-indisponibilità
Artikolu 117
Adegwatezza tas-sistema
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
id-dejta dwar l-adegwatezza tas-sistema ta' staġun bil-quddiem ipprovduta minn kull TSO;
ir-rapport ta' analiżi tal-adegwatezza tas-sistema pan-Ewropea ta' staġun bil-quddiem;
il-previżjonijiet użati għall-adegwatezza f'konformità mal-Artikolu 104; u
informazzjoni dwar nuqqas ta' adegwatezza f'konformità mal-Artikolu 105(4).
PARTI IV
IL-KONTROLL TAL-FREKWENZA TAT-TAGĦBIJA U R-RISERVI
TITOLU 1
FTEHIMIET OPERAZZJONALI
Artikolu 118
Ftehimiet operazzjonali dwar iż-żoni sinkroniċi
Sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha ta' kull żona sinkronika għandhom jiżviluppaw flimkien proposti komuni għall-affarijiet li ġejjin:
ir-regoli tad-dimensjonar tal-FCR skont l-Artikolu 153;
il-karatteristiċi addizzjonali tal-FCR skont l-Artikolu 154(2);
il-parametri għad-definizzjoni tal-kwalità tal-frekwenza u l-parametri mira tal-kwalità tal-frekwenza skont l-Artikolu 127;
għaż-żoni sinkroniċi tal-Ewropa Kontinentali (“CE”) u tal-pajjiżi Nordiċi, il-parametri fil-mira tal-errur tal-kontroll tar-restawr tal-frekwenza għal kull blokka LFC skont l-Artikolu 128;
il-metodoloġija għall-valutazzjoni tar-riskju u l-evoluzzjoni tar-riskju ta' eżawriment tal-FCR taż-żona sinkronika skont l-Artikolu 131(2);
il-monitor taż-żona sinkronika skont l-Artikolu 133;
il-kalkolu tal-programm ta' kontroll mill-pożizzjoni AC ta' żona nnettjata b'perjodu ta' kalar komuni għall-kalkolu tal-ACE għal żona sinkronika b'iktar minn żona LFC waħda skont l-Artikolu 136;
jekk ikun applikabbli, ir-restrizzjonijiet għall-output tal-potenza attiva tal-interkonnetturi HVDC bejn iż-żoni sinkroniċi skont l-Artikolu 137;
l-istruttura tal-LFC skont l-Artikolu 139;
jekk ikun applikabbli, il-metodoloġija sabiex titnaqqas id-devjazzjoni elettrika tal-ħin skont l-Artikolu 181;
kull meta ż-żona sinkronika titħaddem minn iktar minn TSO wieħed, l-allokazzjoni speċifika tar-responsabbiltajiet bejn it-TSOs skont l-Artikolu 141;
il-proċeduri operazzjonali fil-każ ta' FCR eżawriti skont l-Artikolu 152(7);
għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, miżuri li jiżguraw l-irkupru tal-kompartimenti tal-ħżin tal-enerġija skont l-Artikolu 156(6)(b);
il-proċeduri operazzjonali sabiex titnaqqas id-devjazzjoni tal-frekwenza tas-sistema sabiex is-sistema terġa' tinġieb fl-istat normali tagħha u jiġi limitat ir-riskju li s-sistema tidħol fl-istat ta' emerġenza skont l-Artikolu 152(10);
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSOs li jimplimentaw proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi, proċess ta' attivazzjoni FRR transfruntier jew proċess ta' attivazzjoni RR transfruntier skont l-Artikolu 149(2);
ir-rekwiżiti dwar id-disponibilità, l-affidabilità u l-bżonn tal-infrastruttura teknika skont l-Artikolu 151(2);
ir-regoli komuni għat-tħaddim fi stat normali u fi stat ta' allert skont l-Artikolu 152(6) u l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 152(15);
għaż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi, il-perjodu minimu ta' attivazzjoni li l-fornituri tal-FCR iridu jiżguraw skont l-Artikolu 156(10);
għaż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi, is-suppożizzjonijiet u l-metodoloġija għal analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji skont l-Artikolu 156(11);
jekk ikun applikabbli, għal żoni sinkroniċi oħrajn minbarra dik tas-CE, il-limiti għall-iskambju tal-FCR bejn it-TSOs skont l-Artikolu 163(2);
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSO tal-konnessjoni mar-riservi, tat-TSO riċeventi ta' riserva u tat-TSO affettwat f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambju tal-FRR u tal-RR iddefiniti skont l-Artikolu 165(1);
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll, tat-TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll u tat-TSO affettwat għall-kondiviżjoni tal-FRR u tal-RR iddefiniti skont l-Artikolu 166(1);
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSO tal-konnessjoni mar-riservi, tat-TSO riċeventi ta' riserva u tat-TSO affettwat għall-iskambju tar-riservi bejn żoni sinkroniċi, u tat-TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll, tat-TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll u tat-TSO affettwat għall-kondiviżjoni tar-riservi bejn żoni sinkroniċi ddefiniti skont l-Artikolu 171(2);
il-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti l-limiti fuq l-ammont ta' kondiviżjoni tal-FCR bejn iż-żoni sinkroniċi ddefinita skont l-Artikolu 174(2);
għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, il-metodoloġija sabiex jiġi stabbilit il-forniment minimu ta' kapaċità ta' riserva fuq l-FCR skont l-Artikolu 174(2)(b);
il-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti l-limiti fuq l-ammont ta' skambju tal-FRR bejn iż-żoni sinkroniċi ddefinita skont l-Artikolu 176(1) u l-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti l-limiti fuq l-ammont ta' kondiviżjoni tal-FRR bejn iż-żoni sinkroniċi ddefinita skont l-Artikolu 177(1); u
il-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti l-limiti fuq l-ammont ta' skambju tal-RR bejn iż-żoni sinkroniċi ddefinita skont l-Artikolu 178(1) u l-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti l-limiti fuq l-ammont ta' kondiviżjoni tal-RR bejn iż-żoni sinkroniċi ddefinita skont l-Artikolu 179(1).
Artikolu 119
Ftehimiet operazzjonali dwar il-blokok LFC
Sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha ta' kull blokka LFC għandhom jiżviluppaw flimkien proposti komuni għall-affarijiet li ġejjin:
meta l-blokka LFC tkun magħmula minn iktar minn żona LFC waħda, il-parametri fil-mira tal-FRCE għal kull żona LFC iddefiniti skont l-Artikolu 128(4);
monitor tal-blokka LFC skont l-Artikolu 134(1);
ir-restrizzjonijiet fuq il-kalar għall-output tal-potenza attiva skont l-Artikolu 137(3) u (4);
meta l-blokka LFC tkun operata minn iktar minn TSO wieħed, l-allokazzjoni speċifika tar-responsabbiltajiet bejn it-TSOs fil-blokka LFC skont l-Artikolu 141(9);
jekk ikun applikabbli, il-ħatra tat-TSO responsabbli għall-kompiti msemmijin fl-Artikolu 145(6);
ir-rekwiżiti addizzjonali dwar id-disponibilità, l-affidabilità u l-bżonn tal-infrastruttura teknika ddefiniti skont l-Artikolu 151(3);
il-proċeduri operazzjonali fil-każ ta' FRR jew RR eżawriti skont l-Artikolu 152(8);
ir-regoli tad-dimensjonar tal-FRR iddefiniti skont l-Artikolu 157(1);
ir-regoli tad-dimensjonar tal-RR iddefiniti skont l-Artikolu 160(2);
meta l-blokka LFC tkun operata minn iktar minn TSO wieħed, l-allokazzjoni speċifika tar-responsabbiltajiet iddefiniti skont l-Artikolu 157(3) u, jekk ikun applikabbli, l-allokazzjoni speċifika tar-responsabbiltajiet iddefiniti skont l-Artikolu 160(6);
il-proċedura eskalanti ddefinita skont l-Artikolu 157(4) u, jekk ikun applikabbli, il-proċedura eskalanti ddefinita skont l-Artikolu 160(7);
ir-rekwiżiti dwar id-disponibilità tal-FRR, ir-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-kontrolli ddefiniti skont l-Artikolu 158(2) u, jekk ikun applikabbli, ir-rekwiżiti dwar id-disponibilità tal-RR u r-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-kontrolli ddefiniti skont l-Artikolu 161(2);
jekk ikun applikabbli, kull limitu fuq l-iskambju tal-FCR bejn iż-żoni LFC tal-blokok LFC differenti fiż-żona sinkronika tas-CE u l-iskambju tal-FRR jew tal-RR bejn iż-żoni LFC ta' blokka LFC ta' żona sinkronika li tikkonsisti f'iktar minn blokka LFC waħda ddefinit skont l-Artikolu 163(2), l-Artikolu 167 u l-Artikolu 169(2);
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSO tal-konnessjoni mar-riservi, tat-TSO riċeventi ta' riserva u tat-TSO affettwat għall-iskambju tal-FRR u/jew tal-RR ma' TSOs ta' blokok LFC oħrajn iddefiniti skont l-Artikolu 165(6);
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll, tat-TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll u tat-TSO affettwat għall-kondiviżjoni tal-FRR u tal-RR iddefiniti skont l-Artikolu 166(7);
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll, tat-TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll u tat-TSO affettwat għall-kondiviżjoni tal-FRR u tal-RR bejn żoni sinkroniċi skont l-Artikolu 175(2);
l-azzjonijiet ta' koordinazzjoni li għandhom l-għan li jnaqqsu l-FRCE kif iddefinit fl-Artikolu 152(14); u
il-miżuri biex jitnaqqas l-FRCE billi jintalbu bidliet fil-produzzjoni jew fil-konsum tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-unitajiet tad-domanda b'rabta mal-potenza attiva skont l-Artikolu 152(16).
Artikolu 120
Ftehim operazzjonali dwar iż-żona LFC
Sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha ta' kull żona LFC għandhom jistabbilixxu ftehim operazzjonali dwar iż-żona LFC li għandu jinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
l-allokazzjoni speċifika tar-responsabbiltajiet bejn it-TSOs fiż-żona LFC skont l-Artikolu 141(8);
il-ħatra tat-TSO responsabbli għall-implimentazzjoni u għat-tħaddim tal-proċess tar-restawr tal-frekwenza skont l-Artikolu 143(4).
Artikolu 121
Ftehim operazzjonali dwar iż-żona ta' monitoraġġ
Sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha ta' kull żona ta' monitoraġġ għandhom jistabbilixxu ftehim operazzjonali dwar iż-żona ta' monitoraġġ li għandu jinkludi tal-inqas l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn it-TSOs fl-istess żona ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 141(7).
Artikolu 122
Ftehim għan-nettjar tal-iżbilanċi
It-TSOs kollha li jieħdu sehem fl-istess proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi għandhom jistabbilixxu ftehim għan-nettjar tal-iżbilanċi li għandu jinkludi tal-inqas ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSOs skont l-Artikolu 149(3).
Artikolu 123
Ftehim ta' attivazzjoni FRR transfruntier
It-TSOs kollha li jieħdu sehem fl-istess proċess ta' attivazzjoni FRR transfruntier għandhom jistabbilixxu ftehim ta' attivazzjoni FRR transfruntier li għandu jinkludi tal-inqas ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSOs skont l-Artikolu 149(3).
Artikolu 124
Ftehim ta' attivazzjoni RR transfruntier
It-TSOs kollha li jieħdu sehem fl-istess proċess ta' attivazzjoni RR transfruntier għandhom jistabbilixxu ftehim ta' attivazzjoni RR transfruntier li għandu jinkludi tal-inqas ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSOs skont l-Artikolu 149(3).
Artikolu 125
Ftehim ta' kondiviżjoni
It-TSOs kollha li jieħdu sehem fl-istess proċess ta' kondiviżjoni tal-FCR, tal-FRR jew tal-RR għandhom jistabbilixxu ftehim ta' kondiviżjoni li għandu jinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
fil-każ ta' kondiviżjoni tal-FRR jew tal-RR f'żona sinkronika, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll, tat-TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll u tat-TSOs affettwati skont l-Artikolu 165(3); jew
fil-każ ta' kondiviżjoni tar-riservi bejn żoni sinkroniċi, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll u tat-TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll skont l-Artikolu 171(4) u l-proċeduri fil-każ li l-kondiviżjoni tar-riservi bejn iż-żoni sinkroniċi ma tiġix eżegwita f'ħin reali skont l-Artikolu 171(9).
Artikolu 126
Ftehim ta' skambju
It-TSOs kollha li jieħdu sehem fl-istess proċess ta' skambju tal-FCR, tal-FRR jew tal-RR għandhom jistabbilixxu ftehim ta' skambju li għandu jinkludi tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
fil-każ ta' skambju tal-FRR jew tal-RR f'żona sinkronika, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSOs tal-konnessjoni mar-riservi u tat-TSOs riċeventi ta' riserva skont l-Artikolu 165(3); jew
fil-każ ta' skambju tar-riservi bejn żoni sinkroniċi, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSOs tal-konnessjoni mar-riservi u tat-TSOs riċeventi ta' riserva skont l-Artikolu 171(4) u l-proċeduri fil-każ li l-iskambju tar-riservi bejn iż-żoni sinkroniċi ma jiġix eżegwit f'ħin reali skont l-Artikolu 171(9).
TITOLU 2
KWALITÀ TAL-FREKWENZA
Artikolu 127
Parametri għad-definizzjoni tal-kwalità tal-frekwenza u parametru mira tal-kwalità tal-frekwenza
Il-parametri għad-definizzjoni tal-kwalità tal-frekwenza għandhom ikunu:
il-frekwenza nominali għaż-żoni sinkroniċi kollha;
il-firxa tal-frekwenza standard għaż-żoni sinkroniċi kollha;
id-devjazzjoni massima istantanja tal-frekwenza għaż-żoni sinkroniċi kollha;
id-devjazzjoni statika massima tal-frekwenza għaż-żoni sinkroniċi kollha;
il-ħin għar-restawr tal-frekwenza għaż-żoni sinkroniċi kollha;
il-ħin għall-irkupru tal-frekwenza għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI;
il-firxa tar-restawr tal-frekwenza għaż-żoni sinkroniċi tal-GB, tal-IE/NI u tal-pajjiżi Nordiċi;
il-firxa tal-irkupru tal-frekwenza għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI; u
il-ħin għall-iskattar tal-istat ta' allert għaż-żoni sinkroniċi kollha.
It-TSOs kollha taż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi għandu jkollhom id-dritt li, fil-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika, jipproponu valuri differenti minn dawk mogħtija fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness III għall-affarijiet li ġejjin:
il-ħin għall-iskattar tal-istat ta' allert;
l-għadd massimu ta' minuti barra l-firxa tal-frekwenza standard.
It-TSOs kollha taż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI għandu jkollhom id-dritt li, fil-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika, jipproponu valuri differenti minn dawk mogħtija fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness III għall-affarijiet li ġejjin:
il-ħin għar-restawr tal-frekwenza;
il-ħin għall-iskattar tal-istat ta' allert; u
l-għadd massimu ta' minuti barra l-firxa tal-frekwenza standard.
Il-proposta għal modifika tal-valuri skont il-paragrafi 6 u 7 għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-valuri rreġistrati tal-frekwenza tas-sistema għal perjodu ta' mill-inqas sena u tal-iżvilupp taż-żona sinkronika u għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-modifika proposta fil-parametri għad-definizzjoni tal-kwalità tal-frekwenza mogħtija fit-Tabella 1 tal-Anness III jew fil-parametru mira tal-kwalità tal-frekwenza mogħti fit-Tabella 2 tal-Anness III tqis:
id-daqs tas-sistema, abbażi tal-konsum u tal-ġenerazzjoni taż-żona sinkronika u tal-inerzja taż-żona sinkronika;
l-inċident ta' referenza;
l-istruttura tal-grilja u/jew it-topoloġija tan-netwerk;
l-imġiba tal-ġenerazzjoni u tat-tagħbija;
l-għadd ta' moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija b'modalità sensittiva għal frekwenza limitata — sovrafrekwenza u b'modalità sensittiva għal frekwenza limitata — sottofrekwenza u r-rispons tagħhom kif iddefinit fl-Artikolu 13(2) u fl-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (UE) 2016/631;
l-għadd ta' unitajiet tad-domanda li joperaw b'kontroll tal-frekwenza tas-sistema b'rispons tad-domanda jew b'kontroll veloċissimu tal-potenza attiva b'rispons tad-domanda attivat u r-rispons tagħhom kif iddefinit fl-Artikolu 29 u fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2016/1388; u
il-kapaċitajiet tekniċi tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-unitajiet tad-domanda;
it-TSOs kollha taż-żona sinkronika għandhom jagħmlu konsultazzjoni pubblika dwar l-impatt tal-modifika proposta fil-parametri għad-definizzjoni tal-kwalità tal-frekwenza mogħtija fit-Tabella 1 tal-Anness III jew fil-parametru mira tal-kwalità tal-frekwenza mogħti fit-Tabella 2 tal-Anness III fuq il-partijiet ikkonċernati.
Artikolu 128
Parametri fil-mira tal-FRCE
It-TSOs kollha taż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi għandhom ifittxu li jikkonformaw mal-parametri fil-mira tal-FRCE li ġejjin għal kull blokka LFC taż-żona sinkronika:
l-għadd ta' intervalli taż-żmien fis-sena barra l-firxa ta' livell 1 tal-FRCE f'intervall taż-żmien li jkun daqs il-ħin għar-restawr tal-frekwenza għandu jkun inqas minn 30 % tal-intervalli taż-żmien fis-sena; u
l-għadd ta' intervalli taż-żmien fis-sena barra l-firxa ta' livell 2 tal-FRCE f'intervall taż-żmien li jkun daqs il-ħin għar-restawr tal-frekwenza għandu jkun inqas minn 5 % tal-intervalli taż-żmien fis-sena.
It-TSOs kollha taż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI għandhom ifittxu li jikkonformaw mal-parametri fil-mira tal-FRCE li ġejjin ta' żona sinkronika:
l-għadd massimu ta' intervalli taż-żmien barra l-firxa ta' livell 1 tal-FRCE għandu jkun daqs il-valur mogħti fit-Tabella tal-Anness IV bħala perċentwal tal-intervalli taż-żmien fis-sena jew inqas minnu;
l-għadd massimu ta' intervalli taż-żmien barra l-firxa ta' livell 2 tal-FRCE għandu jkun daqs il-valur mogħti fit-Tabella tal-Anness IV bħala perċentwal tal-intervalli taż-żmien fis-sena jew inqas minnu.
Artikolu 129
Proċess ta' applikazzjoni tal-kriterji
Il-proċess ta' applikazzjoni tal-kriterji għandu jinvolvi:
il-ġbir tad-dejta tal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza; u
il-kalkolu tal-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza.
Artikolu 130
Dejta tal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza
Id-dejta tal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza għandha tkun:
għaż-żona sinkronika:
id-data istantanja tal-frekwenza; u
id-dejta dwar id-devjazzjoni istantanja tal-frekwenza;
għal kull blokka LFC taż-żona sinkronika, id-data istantanja tal-FRCE.
Artikolu 131
Kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza
Il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza għandhom jinvolvu:
għaż-żona sinkronika matul it-tħaddim fi stat normali jew fi stat ta' allert, kif stabbilit skont l-Artikolu 18(1) u (2), kull xahar għad-data istantanja tal-frekwenza:
il-valur tal-medja;
id-devjazzjoni standard;
l-1, il-5, l-10, id-90, il-95 u d-99 perċentil;
il-ħin totali li fih il-valur assolut tad-devjazzjoni istantanja tal-frekwenza kien ikbar mid-devjazzjoni ta' frekwenza standard, b'distinzjoni bejn id-devjazzjoni istantanja tal-frekwenza negattiva u dik pożittiva;
il-ħin totali li fih il-valur assolut tad-devjazzjoni istantanja tal-frekwenza kien ikbar mid-devjazzjoni massima istantanja tal-frekwenza, b'distinzjoni bejn id-devjazzjoni istantanja tal-frekwenza negattiva u dik pożittiva;
l-għadd ta' avvenimenti li fihom il-valur assolut tad-devjazzjoni istantanja tal-frekwenza taż-żona sinkronika qabeż il-200 % tad-devjazzjoni ta' frekwenza standard u d-devjazzjoni istantanja tal-frekwenza ma reġgħetx lura għal 50 % tad-devjazzjoni ta' frekwenza standard għaż-żona sinkronika tas-CE u għall-firxa tar-restawr tal-frekwenza għaż-żoni sinkroniċi tal-GB, tal-IE/NI u tal-pajjiżi Nordiċi fil-ħin għar-restawr tal-frekwenza. Id-dejta għandha tagħmel distinzjoni bejn id-devjazzjoni tal-frekwenza negattiva u dik pożittiva;
għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, l-għadd ta' avvenimenti li għalihom il-valur assolut tad-devjazzjoni istantanja tal-frekwenza kien barra l-firxa tal-irkupru tal-frekwenza u ma reġax lura għall-firxa tal-irkupru tal-frekwenza fil-ħin għall-irkupru tal-frekwenza, b'distinzjoni bejn id-devjazzjoni tal-frekwenza negattiva u dik pożittiva;
għal kull blokka LFC taż-żoni sinkroniċi tas-CE jew tal-pajjiżi Nordiċi matul it-tħaddim fi stat normali jew fi stat ta' allert skont l-Artikolu 18(1) u (2), kull xahar:
għal sett ta' dejta li fih il-valuri medji tal-FRCE tal-blokka LFC fuq intervalli taż-żmien li jkunu daqs il-ħin għar-restawr tal-frekwenza:
għal sett ta' dejta li fih il-valuri medji tal-FRCE tal-blokka LFC fuq intervalli taż-żmien ta' minuta: l-għadd ta' avvenimenti kull xahar li fihom l-FRCE qabeż is-60 % tal-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR u ma reġax lura għal 15 % tal-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR fil-ħin għar-restawr tal-frekwenza, b'distinzjoni bejn FRCE negattiv u dak pożittiv;
għall-blokok LFC taż-żona sinkronika tal-GB jew tal-IE/NI, matul it-tħaddim fi stat normali jew fi stat ta' allert skont l-Artikolu 18(1) u (2), kull xahar u għal sett ta' dejta li fih il-valuri medji tal-FRCE tal-blokka LFC fuq intervalli taż-żmien ta' minuta: l-għadd ta' avvenimenti li għalihom il-valur assolut tal-FRCE qabeż id-devjazzjoni statika massima tal-frekwenza u l-FRCE ma reġax lura għal 10 % tad-devjazzjoni statika massima tal-frekwenza fil-ħin għar-restawr tal-frekwenza, b'distinzjoni bejn FRCE negattiv u dak pożittiv.
Artikolu 132
Proċess ta' ġbir u forniment tad-dejta
Il-proċess ta' ġbir u forniment tad-dejta għandu jinvolvi dawn li ġejjin:
il-qisien tal-frekwenza tas-sistema;
il-kalkolu tad-dejta tal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza; u
il-forniment tad-dejta tal-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza għall-proċess ta' applikazzjoni tal-kriterji.
Artikolu 133
Monitor taż-żona sinkronika
Artikolu 134
Monitor tal-blokka LFC
Artikolu 135
Informazzjoni dwar l-imġiba tal-ġenerazzjoni u tat-tagħbija
Skont l-Artikolu 40, kull TSO tal-konnessjoni għandu jkollu d-dritt jitlob lill-SGUs jagħtuh l-informazzjoni neċessarja biex jimmonitorja l-imġiba tal-ġenerazzjoni u tat-tagħbija marbuta mal-iżbilanċi. Dik l-informazzjoni tista' tinkludi l-affarijiet li ġejjin:
il-valur programmat tal-potenza attiva bil-kronogramma għat-tħaddim f'ħin reali u fil-ġejjieni; u
l-output totali tal-potenza attiva bil-kronogramma.
Artikolu 136
Perjodu ta' kalar fiż-żona sinkronika
It-TSOs kollha ta' kull żona sinkronika b'iktar minn żona LFC waħda għandhom jispeċifikaw, fil-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika, perjodu ta' kalar komuni tal-iskedi tal-aggregazzjoni netta bejn iż-żoni LFC fiż-żona sinkronika. Il-kalkolu tal-programm ta' kontroll mill-pożizzjoni AC ta' żona nnettjata għall-kalkolu tal-ACE għandu jsir bil-perjodu ta' kalar komuni.
Artikolu 137
Restrizzjonijiet fuq il-kalar għall-output tal-potenza attiva
It-TSOs kollha ta' blokka LFC għandu jkollhom id-dritt jistabbilixxu, fil-ftehim operazzjonali dwar il-blokka LFC, il-miżuri li ġejjin sabiex jappoġġaw l-issodisfar tal-parametru fil-mira tal-FRCE tal-blokka LFC u sabiex itaffu d-devjazzjonijiet deterministiċi tal-frekwenza, filwaqt li jqisu r-restrizzjonijiet teknoloġiċi tal-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-unitajiet tad-domanda:
l-obbligi marbutin mal-perjodi ta' kalar u/jew mar-rati massimi ta' kalar għall-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u/jew għall-unitajiet tad-domanda;
l-obbligi marbutin mal-ħinijiet tal-bidu tal-kalar individwali għall-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u/jew għall-unitajiet tad-domanda fil-blokka LFC; u
il-koordinazzjoni tal-kalar bejn il-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-unitajiet tad-domanda u l-konsum tal-potenza attiva fil-blokka LFC.
Artikolu 138
Mitigazzjoni
Meta l-valuri kkalkulati għal sena kalendarja waħda għall-parametri mira tal-kwalità tal-frekwenza jew għall-parametri fil-mira tal-FRCE ma jkunux fil-miri stabbiliti għaż-żona sinkronika jew għall-blokka LFC, it-TSOs kollha taż-żona sinkronika rilevanti jew tal-blokka LFC rilevanti għandhom:
janalizzaw jekk il-parametri mira tal-kwalità tal-frekwenza jew il-parametri fil-mira tal-FRCE humiex se jibqgħu 'l barra mill-miri stabbiliti għaż-żona sinkronika jew għall-blokka LFC u f'każ li jkun hemm riskju ġġustifikat li dan jista' jseħħ, janalizzaw il-kawżi għal dan u jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet dwar dan; u
jiżviluppaw miżuri ta' mitigazzjoni sabiex jiżguraw li l-miri għaż-żona sinkronika jew għall-blokka LFC jkunu jistgħu jintlaħqu fil-ġejjieni.
TITOLU 3
STRUTTURA TAL-KONTROLL TAGĦBIJA-FREKWENZA
Artikolu 139
Struttura bażika
L-istruttura tal-kontroll tagħbija-frekwenza ta' kull żona sinkronika għandha tinkludi:
struttura tal-attivazzjoni tal-proċessi skont l-Artikolu 140; u
struttura tar-responsabilità għall-proċessi skont l-Artikolu 141.
Artikolu 140
Struttura tal-attivazzjoni tal-proċessi
L-istruttura tal-attivazzjoni tal-proċessi għandha tinkludi:
FCP skont l-Artikolu 142;
FRP skont l-Artikolu 143; u
għaż-żona sinkronika tas-CE, proċess tal-kontroll tal-ħin skont l-Artikolu 181.
L-istruttura tal-attivazzjoni tal-proċessi tista' tinkludi:
RRP skont l-Artikolu 144;
proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi skont l-Artikolu 146;
proċess ta' attivazzjoni FRR transfruntier skont l-Artikolu 147;
proċess ta' attivazzjoni RR transfruntier skont l-Artikolu 148; u
għal żoni sinkroniċi oħrajn minbarra dik tas-CE, proċess tal-kontroll tal-ħin skont l-Artikolu 181.
Artikolu 141
Struttura tar-responsabilità għall-proċessi
Huma u jispeċifikaw l-istruttura tar-responsabilità għall-proċessi, it-TSOs kollha ta' kull żona sinkronika għandhom iqisu tal-inqas il-kriterji li ġejjin:
id-daqs u l-inerzja totali, inkluża l-inerzja sintetika, taż-żona sinkronika;
l-istruttura tal-grilja u/jew it-topoloġija tan-netwerk; u
l-imġiba tat-tagħbija, tal-ġenerazzjoni u tal-HVDC.
Sa erba' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs kollha ta' żona sinkronika għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt proposta komuni dwar id-determinazzjoni tal-blokok LFC, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
żona ta' monitoraġġ tikkorrispondi għal żona LFC waħda biss jew tifforma parti minn żona LFC waħda biss;
żona LFC tikkorrispondi għal blokka LFC waħda biss jew tifforma parti minn blokka LFC waħda biss;
blokka LFC tikkorrispondi għal żona sinkronika waħda biss jew tifforma parti minn żona sinkronika waħda biss; u
kull element tan-netwerk jifforma parti minn żona ta' monitoraġġ waħda biss, minn żona LFC waħda biss u minn blokka LFC waħda biss.
It-TSOs kollha ta' kull żona LFC għandhom:
jimmonitorjaw b'mod kontinwu l-FRCE taż-żona LFC;
jimplimentaw u joperaw FRP għaż-żona LFC;
ifittxu li jissodisfaw il-parametri fil-mira tal-FRCE taż-żona LFC kif iddefiniti fl-Artikolu 128; u
ikollhom id-dritt jimplimentaw proċess wieħed jew iktar minn fost dawk imsemmijin fl-Artikolu 140(2).
It-TSOs kollha ta' kull blokka LFC għandhom:
ifittxu li jissodisfaw il-parametri fil-mira tal-FRCE tal-blokka LFC kif iddefiniti fl-Artikolu 128; u
jikkonformaw mar-regoli tad-dimensjonar tal-FRR skont l-Artikolu 157 u mar-regoli tad-dimensjonar tal-RR skont l-Artikolu 160.
It-TSOs kollha ta' kull żona sinkronika għandhom:
jimplimentaw u joperaw FCP għaż-żona sinkronika;
jikkonformaw mar-regoli tad-dimensjonar tal-FCR skont l-Artikolu 153; u
ifittxu li jissodisfaw il-parametri mira tal-kwalità tal-frekwenza skont l-Artikolu 127.
Artikolu 142
Proċess għall-konteniment tal-frekwenza
Artikolu 143
Proċess tar-restawr tal-frekwenza
Il-mira tal-kontroll tal-FRP għandha tkun:
li l-FRCE jiġi rregolat lejn żero fil-ħin għar-restawr tal-frekwenza;
għaż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi, li l-FCR attivati jinbidlu b'mod progressiv bl-attivazzjoni tal-FRR skont l-Artikolu 145.
L-FRCE huwa:
l-ACE ta' żona LFC, fejn ikun hemm iktar minn żona LFC waħda f'żona sinkronika; jew
id-devjazzjoni tal-frekwenza, fejn żona LFC waħda tkun tikkorrispondi għall-blokka LFC u għaż-żona sinkronika.
L-ACE ta' żona LFC għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-multiplikazzjoni tal-fattur-K taż-żona LFC bid-devjazzjoni tal-frekwenza, li minnha jitnaqqsu:
il-fluss totali tal-potenza attiva tal-interkonnettur u tal-linja ta' ekwilibriju virtwali; u
il-programm ta' kontroll skont l-Artikolu 136.
Artikolu 144
Proċess ta' rimpjazzament ta' riserva
Il-mira tal-kontroll tal-RRP għandha tkun li jiġi ssodisfat tal-inqas wieħed mill-għanijiet li ġejjin bl-attivazzjoni tal-RR:
li jiġu rrestawrati b'mod progressiv l-FRR attivati;
li tiġi appoġġata l-attivazzjoni tal-FRR;
għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, li jiġu rrestawrati b'mod progressiv l-FCR u l-FRR attivati.
Artikolu 145
Proċess awtomatiku u manwali tar-restawr tal-frekwenza
L-aFRP għandu jitħaddem f'ċirku magħluq fejn l-FRCE jkun input u l-valur programmat għall-attivazzjoni tal-FRR awtomatiċi jkun output. Il-valur programmat għall-attivazzjoni tal-FRR awtomatiċi għandu jiġi kkalkulat minn kontrollur wieħed tar-restawr tal-frekwenza mħaddem minn TSO fiż-żona LFC tiegħu. Għaż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi, il-kontrollur tar-restawr tal-frekwenza għandu:
ikun apparat ta' kontroll awtomatiku mfassal biex inaqqas l-FRCE għal żero;
ikollu mġiba integrali proporzjonali;
ikollu algoritmu ta' kontroll li jipprevjeni t-terminu integrali ta' kontrollur integrali proporzjonali milli jakkumula l-errur tal-kontroll u jaqbeż il-valur; u
ikollu funzjonalitajiet għal modalitajiet operazzjonali straordinarji għall-istati ta' allert u ta'emerġenza.
Minbarra l-implimentazzjoni tal-aFRP fiż-żoni LFC, it-TSOs kollha ta' blokka LFC li tkun tikkonsisti f'iktar minn żona LFC waħda għandu jkollhom id-dritt jaħtru TSO wieħed tal-blokka LFC fil-ftehim operazzjonali dwar il-blokka LFC sabiex:
jikkalkula u jimmonitorja l-FRCE tal-blokka LFC kollha; u
iqis l-FRCE tal-blokka LFC kollha fil-kalkolu tal-valur programmat għall-attivazzjoni tal-aFRR skont l-Artikolu 143(3) minbarra l-FRCE taż-żona LFC tiegħu.
Artikolu 146
Proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi
It-TSOs għandhom jimplimentaw il-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi b'mod li ma jaffettwax:
l-istabbiltà tal-FCP taż-żona sinkronika jew taż-żoni sinkroniċi involuti fil-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi;
l-istabbiltà tal-FRP u tal-RRP ta' kull żona LFC operata mit-TSOs parteċipanti jew affettwati; u
is-sigurtà operazzjonali.
It-TSOs għandhom jimplimentaw l-interkambju tal-enerġija għan-nettjar tal-iżbilanċi bejn iż-żoni LFC ta' żona sinkronika tal-inqas b'wieħed mill-modi li ġejjin:
billi jiddefinixxu fluss tal-potenza attiva fuq linja ta' ekwilibriju virtwali li għandu jifforma parti mill-kalkolu tal-FRCE;
billi jaġġustaw il-flussi tal-potenza attiva fuq l-interkonnetturi HVDC.
Artikolu 147
Proċess ta' attivazzjoni FRR transfruntier
It-TSOs għandhom jimplimentaw il-proċess ta' attivazzjoni FRR transfruntier b'mod li ma jaffettwax:
l-istabbiltà tal-FCP taż-żona sinkronika jew taż-żoni sinkroniċi involuti fil-proċess ta' attivazzjoni FRR transfruntier;
l-istabbiltà tal-FRP u tal-RRP ta' kull żona LFC operata mit-TSOs parteċipanti jew affettwati; u
is-sigurtà operazzjonali.
It-TSOs għandhom jimplimentaw l-interkambju tal-enerġija għar-restawr tal-frekwenza bejn iż-żoni LFC tal-istess żona sinkronika permezz ta' waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
billi jiddefinixxu fluss tal-potenza attiva fuq linja ta' ekwilibriju virtwali li għandu jifforma parti mill-kalkolu tal-FRCE meta l-attivazzjoni tal-FRR tkun awtomatizzata;
billi jaġġustaw programm ta' kontroll jew jiddefinixxu fluss tal-potenza attiva fuq linja ta' ekwilibriju virtwali bejn iż-żoni LFC meta l-attivazzjoni tal-FRR tkun manwali; jew
billi jaġġustaw il-flussi tal-potenza attiva fuq l-interkonnetturi HVDC.
Artikolu 148
Proċess ta' attivazzjoni RR transfruntier
It-TSOs għandhom jimplimentaw il-proċess ta' attivazzjoni RR transfruntier b'mod li ma jaffettwax:
l-istabbiltà tal-FCP taż-żona sinkronika jew taż-żoni sinkroniċi involuti fil-proċess ta' attivazzjoni RR transfruntier;
l-istabbiltà tal-FRP u tal-RRP ta' kull żona LFC operata mit-TSOs parteċipanti jew affettwati; u
is-sigurtà operazzjonali.
It-TSOs għandhom jimplimentaw il-programm ta' kontroll bejn iz-żoni LFC tal-istess żona sinkronika billi jwettqu tal-inqas waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
billi jistabbilixxu fluss tal-potenza attiva fuq linja ta' ekwilibriju virtwali li għandu jifforma parti mill-kalkolu tal-FRCE;
billi jaġġustaw programm ta' kontroll; jew
billi jaġġustaw il-flussi tal-potenza attiva fuq l-interkonnetturi HVDC.
Artikolu 149
Rekwiżiti ġenerali għall-proċessi ta' kontroll transfruntiera
It-TSOs kollha li jieħdu sehem fl-istess proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi, fl-istess proċess ta' attivazzjoni FRR transfruntier jew fl-istess proċess ta' attivazzjoni RR transfruntier għandhom jispeċifikaw, fil-ftehimiet rispettivi tagħhom, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tat-TSOs kollha, fosthom dawn li ġejjin:
il-forniment tad-dejta tal-input kollha meħtieġa għall-affarijiet li ġejjin:
il-kalkolu tal-interkambju tal-enerġija b'rabta mal-limiti tas-sigurtà operazzjonali; u
it-twettiq ta' analiżi tas-sigurtà operazzjonali f'ħin reali mit-TSOs parteċipanti u affettwati;
ir-responsabbiltà għall-kalkolu tal-interkambju tal-enerġija; u
l-implimentazzjoni ta' proċeduri operazzjonali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà operazzjonali.
Artikolu 150
Notifika tat-TSO
It-TSOs li jkun beħsiebhom jeżerċitaw id-dritt li jimplimentaw proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi, proċess ta' attivazzjoni FRR transfruntier, proċess ta' attivazzjoni RR transfruntier, skambju ta' riservi jew kondiviżjoni tar-riservi għandhom jinnotifikaw lit-TSOs l-oħrajn kollha tal-istess żona sinkronika, tliet xhur qabel ma jeżerċitaw dan id-dritt, dwar l-affarijiet li ġejjin:
it-TSOs involuti;
l-ammont ta' interkambju tal-enerġija li mistenni jkun hemm minħabba l-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi, il-proċess ta' attivazzjoni FRR transfruntier jew il-proċess ta' attivazzjoni RR transfruntier;
it-tip ta' riservi u l-ammont massimu ta' skambju jew ta' kondiviżjoni tar-riservi; u
il-perjodu taż-żmien tal-iskambju jew tal-kondiviżjoni tar-riservi.
It-TSO affettwat għandu jkollu d-dritt:
jitlob li jingħata l-valuri f'ħin reali tal-interkambju tal-enerġija għan-nettjar tal-iżbilanċi, tal-interkambju tal-enerġija għar-restawr tal-frekwenza u tal-programm ta' kontroll meħtieġa għall-analiżi f'ħin reali tas-sigurtà operazzjonali; u
jitlob li tiġi implimentata proċedura operazzjonali li tippermettilu jistabbilixxi limiti għall-interkambju tal-enerġija għan-nettjar tal-iżbilanċi, għall-interkambju tal-enerġija għar-restawr tal-frekwenza u għall-programm ta' kontroll bejn iż-żoni LFC rispettivi abbażi ta' analiżi tas-sigurtà operazzjonali f'ħin reali.
Artikolu 151
Infrastruttura
It-TSOs kollha ta' żona sinkronika għandhom jispeċifikaw, fil-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika, ir-rekwiżiti minimi għad-disponibilità, għall-affidabilità u għall-ħtieġa tal-infrastruttura teknika msemmija fil-paragrafu 1, fosthom dawn li ġejjin:
il-preċiżjoni, ir-riżoluzzjoni, id-disponibilità u l-ħtieġa tal-kejl tal-fluss tal-potenza attiva u tal-linja ta' ekwilibriju virtwali;
id-disponibilità u l-ħtieġa tas-sistemi ta' kontroll diġitali;
id-disponibilità u l-ħtieġa tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni; u
il-protokolli tal-komunikazzjoni.
Kull TSO ta' żona LFC għandu:
jiżgura kwalità u disponibilità suffiċjenti tal-kalkolu tal-FRCE;
jimmonitorja l-kwalità f'ħin reali tal-kalkolu tal-FRCE;
jieħu azzjoni fil-każ ta' kalkolu żbaljat tal-FRCE; u
meta l-FRCE jiġi stabbilit mill-ACE, jagħmel monitoraġġ ex-post tal-kwalità tal-kalkolu tal-FRCE billi jqabbel l-FRCE mal-valuri ta' referenza tal-inqas darba fis-sena.
TITOLU 4
OPERAT TAL-KONTROLL TAL-FREKWENZA TAT-TAGĦBIJA
Artikolu 152
Stati tas-sistema marbutin mal-frekwenza tas-sistema
It-TSOs kollha ta' kull żona sinkronika għandhom jispeċifikaw skambju tad-dejta f'ħin reali skont l-Artikolu 42 li għandu jinkludi:
l-istat tas-sistema tas-sistema ta' trażmissjoni skont l-Artikolu 18; u
id-dejta tal-kejl f'ħin reali tal-FRCE tal-blokok LFC u taż-żoni LFC taż-żona sinkronika.
Il-monitor tal-blokka LFC għandu jkun responsabbli għall-identifikazzjoni ta' kwalunkwe ksur tal-limiti msemmija fil-paragrafi 12 u 13 u:
għandu jgħarraf lit-TSOs l-oħrajn tal-blokka LFC b'dan; u
flimkien mat-TSOs tal-blokka LFC għandu jimplimenta azzjonijiet ikkoordinati sabiex inaqqas l-FRCE li għandhom ikunu speċifikati fil-ftehim operazzjonali dwar il-blokka LFC.
TITOLU 5
RISERVI TA' KONTENIMENT TAL-FREKWENZA
Artikolu 153
Dimensjonar tal-FCR
It-TSOs kollha ta' kull żona sinkronika għandhom jispeċifikaw ir-regoli tad-dimensjonar fil-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika skont il-kriterji li ġejjin:
il-kapaċità ta' riserva għall-FCR meħtieġa għaż-żona sinkronika għandha tkopri tal-inqas l-inċident ta' referenza u, għaż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi, ir-riżultati tal-approċċ ta' dimensjonar probabilistiku għall-FCR imwettaq skont il-punt (c);
id-daqs tal-inċident ta' referenza għandu jiġi stabbilit skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
għaż-żona sinkronika tas-CE, l-inċident ta' referenza għandu jkun ta' 3 000 MW f'direzzjoni pożittiva u ta' 3 000 MW f'direzzjoni negattiva;
għaż-żoni sinkroniċi tal-GB, tal-IE/NI u tal-pajjiżi Nordiċi, l-inċident ta' referenza għandu jkun l-ikbar żbilanċ li jista' jirriżulta minn bidla istantanja tal-potenza attiva bħal dik ta' modulu wieħed tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, ta' faċilità waħda tad-domanda jew ta' interkonnettur wieħed HVDC jew mit-trippjar ta' linja AC, jew inkella għandu jkun it-telf istantanju massimu tal-konsum tal-potenza attiva minħabba t-trippjar ta' punt wieħed ta' konnessjoni jew tnejn. L-inċident ta' referenza għandu jiġi stabbilit b'mod separat għad-direzzjoni pożittiva u għal dik negattiva;
għaż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi, it-TSOs kollha taż-żona sinkronika għandu jkollhom id-dritt jiddefinixxu approċċ tad-dimensjonar probabilistiku għall-FCR filwaqt li jqisu x-xejra tat-tagħbija, tal-ġenerazzjoni u tal-inerzja, inkluża l-inerzja sintetika, kif ukoll il-mezzi disponibbli sabiex tiġi skjerata l-inerzja minima f'ħin reali skont il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 39, bil-għan li jnaqqsu l-probabilità ta' FCR insuffiċjenti għal darba f'20 sena jew inqas; u
l-ishma tal-kapaċità ta' riserva fuq l-FCR meħtieġa għal kull TSO bħala obbligu inizjali ta' FCR għandhom ikunu bbażati fuq is-somma tal-ġenerazzjoni u tal-konsum netti taż-żona ta' kontroll tiegħu diviża bis-somma tal-ġenerazzjoni u tal-konsum netti taż-żona sinkronika fuq perjodu ta' sena.
Artikolu 154
Rekwiżiti tekniċi minimi tal-FCR
Kull TSO taż-żona sinkronika tas-CE għandu jiżgura li r-reazzjoni kkombinata tal-FCR ta' żona LFC tkun tħares ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-attivazzjoni tal-FCR ma għandhiex tiġi ttardjata b'mod artifiċjali u għandha tibda mill-aktar fis possibbli wara devjazzjoni tal-frekwenza;
fil-każ ta' devjazzjoni tal-frekwenza ta' 200 mHZ jew iktar, tal-inqas 50 % tal-kapaċità sħiħa tal-FCR għandha tiġi fornuta fi 15-il sekonda massimu;
fil-każ ta' devjazzjoni tal-frekwenza ta' 200 mHZ jew iktar, 100 % tal-kapaċità sħiħa tal-FCR għandha tiġi fornuta fi 30 sekonda massimu;
fil-każ ta' devjazzjoni tal-frekwenza ta' 200 mHZ jew iktar, l-attivazzjoni tal-kapaċità sħiħa tal-FCR għandha tiżdied tal-inqas b'mod lineari minn 15-il sekonda għal 30 sekonda; u
fil-każ ta' devjazzjoni tal-frekwenza ta' inqas minn 200 mHZ, il-kapaċità tal-FCR attivata relatata għandha tkun tal-inqas proporzjonali għall-istess imġiba tal-ħin imsemmija fil-punti (a) sa (d).
Kull TSO tal-konnessjoni mar-riservi għandu jimmonitorja l-kontribuzzjoni tiegħu għall-FCP u l-attivazzjoni tal-FCR tiegħu b'rabta mal-obbligu ta' FCR tiegħu, inklużi l-unitajiet tal-forniment tal-FCR u l-gruppi tal-forniment tal-FCR. Kull fornitur tal-FCR għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tat-TSO tal-konnessjoni mar-riservi, għal kull waħda mill-unitajiet tal-forniment tal-FCR u kull wieħed mill-gruppi tal-forniment tal-FCR tiegħu, tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
l-istatus bil-kronogramma li jindika jekk l-FCR humiex mixgħulin jew mitfijin;
id-dejta tal-potenza attiva bil-kronogramma meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-attivazzjoni tal-FCR, inkluża l-potenza attiva istantanja bil-kronogramma;
id-droop tar-regolatur għall-moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip Ċ u tat-tip D kif iddefiniti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/631 li jaġixxu bħala unitajiet tal-forniment tal-FCR, jew il-parametru ekwivalenti tiegħu għall-gruppi tal-forniment tal-FCR li jikkonsistu f'moduli tal-ġenerazzjoni tal-enerġija tat-tip A u/jew tat-tip B kif iddefiniti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/631, u/jew f'unitajiet tad-domanda b'kontroll tal-potenza attiva b'rispons tad-domanda kif iddefiniti fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2016/1388.
Artikolu 155
Proċess ta' prekwalifikazzjoni tal-FCR
Il-kwalifikazzjoni tal-unitajiet tal-forniment tal-FCR jew tal-gruppi tal-forniment tal-FCR għandha terġa' tiġi vvalutata:
tal-inqas darba kull ħames snin;
f'każ li jkunu nbidlu r-rekwiżiti tekniċi jew tad-disponibilità jew it-tagħmir; u
f'każ li jkun ġie mmodernizzat it-tagħmir marbut mal-attivazzjoni tal-FCR.
Artikolu 156
Forniment tal-FCR
It-TSOs kollha ta' żona sinkronika għandhom jistabbilixxu, tal-inqas darba fis-sena, id-daqs tal-fattur-K taż-żona sinkronika, filwaqt li jqisu tal-inqas il-fatturi li ġejjin:
il-kapaċità ta' riserva fuq l-FCR diviża bid-devjazzjoni statika massima tal-frekwenza;
l-awtokontroll tal-ġenerazzjoni;
l-awtoregolamentazzjoni tat-tagħbija, filwaqt li titqies il-kontribuzzjoni skont l-Artikoli 27 u 28 tar-Regolament (UE) 2016/1388;
ir-rispons tal-frekwenza tal-interkonnetturi HVDC imsemmi fl-Artikolu 172; u
l-attivazzjoni tal-FSM u tal-LFSM skont l-Artikoli 13 u 15 tar-Regolament (UE) 2016/631.
It-TSOs kollha ta' żona sinkronika li tikkonsisti f'iktar minn żona LFC waħda għandhom jistabbilixxu, fil-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika, l-ishma tal-fattur-K għal kull żona LFC, li għandhom ikunu bbażati tal-inqas fuq l-affarijiet li ġejjin:
l-obbligi inizjali ta' FCR;
l-awtokontroll tal-ġenerazzjoni;
l-awtoregolamentazzjoni tat-tagħbija;
l-akkoppjament tal-frekwenza permezz tal-HVDC bejn żoni sinkroniċi differenti;
l-iskambju tal-FCR.
Kull TSO għandu jiżgura, jew għandu jitlob lill-fornituri tal-FCR tiegħu jiżguraw, li t-telf ta' unità tal-forniment tal-FCR ma jipperikolax is-sigurtà operazzjonali billi:
jillimita s-sehem tal-FCR ipprovdut minn kull unità tal-forniment tal-FCR għal 5 % tal-kapaċità ta' riserva tal-FCR meħtieġa għal kull waħda miż-żoni sinkroniċi kollha tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi;
jeskludi l-FCR ipprovdut mill-unità li tiddefinixxi l-inċident ta' referenza taż-żona sinkronika mill-proċess ta' dimensjonar għaż-żoni sinkroniċi tal-GB, tal-IE/NI u tal-pajjiżi Nordiċi; u
jissostitwixxi l-FCR li jsiru indisponibbli minħabba indisponibilità forzata jew minħabba l-indisponibilità ta' unità tal-forniment tal-FCR jew ta' grupp tal-forniment tal-FCR mill-aktar fis possibbli mil-lat tekniku u skont il-kundizzjonijiet li għandu jiddefinixxi t-TSO tal-konnessjoni mar-riservi.
Sa sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-TSOs taż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi għandhom jipproponu s-suppożizzjonijiet u l-metodoloġija għal analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji li trid issir, sabiex jivvalutaw il-perjodu taż-żmien li l-unitajiet tal-forniment tal-FCR jew il-gruppi tal-forniment tal-FCR li jkollhom kompartimenti tal-ħżin tal-enerġija limitati jkunu jeħtieġu biex jibqgħu disponibbli matul l-istat ta' allert. Sa 12-il xahar wara l-approvazzjoni tas-suppożizzjonijiet u tal-metodoloġija mill-awtoritajiet regolatorji kollha tar-reġjun ikkonċernat, it-TSOs taż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi għandhom jibagħtu r-riżultati tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tagħhom lill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati, u jissuġġerixxu perjodu taż-żmien li ma għandux ikun ta' iktar minn 30 minuta jew ta' inqas minn 15-il minuta. L-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għandha tqis tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
l-esperjenzi miġburin b'perjodi taż-żmien u ishma ta' teknoloġiji emerġenti differenti fi blokok LFC differenti;
l-impatt ta' perjodu taż-żmien iddefinit fuq il-kost totali tal-FCR fiż-żona sinkronika;
l-impatt ta' perjodu taż-żmien iddefinit fuq ir-riskji għall-istabbiltà tas-sistema, b'mod partikulari permezz ta' avvenimenti twal jew ripetuti;
l-impatt fuq ir-riskji għall-istabbiltà tas-sistema u fuq il-kost totali tal-FCR fil-każ ta' volum totali dejjem ikbar ta' FCR;
l-impatt tal-iżviluppi teknoloġiċi fuq il-kostijiet tal-perjodi tad-disponibilità għall-FCR mill-unitajiet tal-forniment tal-FCR jew mill-gruppi tal-forniment tal-FCR li jkollhom kompartimenti tal-ħżin tal-enerġija limitati.
Fornitur tal-FCR li juża unitajiet tal-forniment tal-FCR jew gruppi tal-forniment tal-FCR li jkollhom kompartiment tal-ħżin tal-enerġija li jillimita l-kapaċità tagħhom li jipprovdu FCR għandu jiżgura l-irkupru tal-kompartimenti tal-ħżin tal-enerġija fid-direzzjoni pożittiva jew negattiva skont il-kriterji li ġejjin:
għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, il-fornitur tal-FCR għandu juża l-metodi speċifikati fil-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika;
għaż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi, il-fornitur tal-FCR għandu jiżgura l-irkupru tal-kompartimenti tal-ħżin tal-enerġija malajr kemm jista' jkun, fi żmien sagħtejn minn x'ħin jintemm l-istat ta' allert.
TITOLU 6
RISERVI TAR-RESTAWR TAL-FREKWENZA
Artikolu 157
Dimensjonar tal-FRR
Ir-regoli tad-dimensjonar tal-FRR għandhom jinkludu tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
it-TSOs kollha ta' blokka LFC fiż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi għandhom jistabbilixxu l-kapaċità ta' riserva meħtieġa tal-FRR tal-blokka LFC abbażi ta' rekords storiċi konsekuttivi li jinkludu tal-inqas il-valuri storiċi tal-iżbilanċi tal-blokka LFC. Il-kampjunar ta' dawk ir-rekords storiċi għandu jkopri tal-inqas il-ħin għar-restawr tal-frekwenza. Il-perjodu taż-żmien meqjus għal dawk ir-rekords għandu jkun rappreżentattiv u għandu jinkludi tal-inqas perjodu ta' sena sħiħa li ma għandux jintemm iktar kmieni minn sitt xhur qabel id-data tal-kalkolu;
it-TSOs kollha ta' blokka LFC fiż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi għandhom jistabbilixxu l-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR tal-blokka LFC li tkun biżżejjed biex jitħarsu l-parametri fil-mira tal-FRCE attwali mogħtija fl-Artikolu 128 għall-perjodu taż-żmien imsemmi fil-punt (a) tal-inqas abbażi ta' metodoloġija probabilistika. Huma u jużaw dik il-metodoloġija probabilistika, it-TSOs għandhom iqisu r-restrizzjonijiet iddefiniti fil-ftehimiet għall-kondiviżjoni jew għall-iskambju tar-riservi minħabba ksur possibbli tar-rekwiżiti tas-sigurtà operazzjonali u tar-rekwiżiti għad-disponibilità tal-FRR. It-TSOs kollha ta' blokka LFC għandhom iqisu kull bidla sinifikanti mistennija fid-distribuzzjoni tal-iżbilanċi tal-blokka LFC jew iqisu fatturi ta' influwenza rilevanti oħrajn marbutin mal-perjodu taż-żmien meqjus;
it-TSOs kollha ta' blokka LFC għandhom jistabbilixxu l-proporzjon tal-FRR awtomatiċi, l-FRR manwali, il-ħin għall-attivazzjoni totali tal-FRR awtomatiċi u l-ħin ta' attivazzjoni totali tal-FRR manwali sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit mogħti fil-paragrafu (b). Għal dak il-għan, il-ħin għall-attivazzjoni totali tal-FRR awtomatiċi ta' blokka LFC u l-ħin ta' attivazzjoni totali tal-FRR manwali tal-blokka LFC ma għandhomx ikunu itwal mill-ħin għar-restawr tal-frekwenza;
it-TSOs ta' blokka LFC għandhom jistabbilixxu d-daqs tal-inċident ta' referenza li għandu jkun l-ikbar żbilanċ li jista' jirriżulta minn bidla istantanja tal-potenza attiva ta' modulu wieħed tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, ta' faċilità waħda tad-domanda jew ta' interkonnettur wieħed HVDC jew mit-trippjar ta' linja AC fil-blokka LFC;
it-TSOs kollha ta' blokka LFC għandhom jistabbilixxu l-kapaċità ta' riserva pożittiva fuq l-FRR, li ma għandhiex tkun inqas mill-inċident tad-dimensjonar pożittiv tal-blokka LFC;
it-TSOs kollha ta' blokka LFC għandhom jistabbilixxu l-kapaċità ta' riserva negattiva fuq l-FRR, li ma għandhiex tkun inqas mill-inċident tad-dimensjonar negattiv tal-blokka LFC;
it-TSOs kollha ta' blokka LFC għandhom jistabbilixxu l-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR ta' blokka LFC, kull limitazzjoni ġeografika li jista' jkun hemm għad-distribuzzjoni tagħha fil-blokka LFC u kull limitazzjoni ġeografika li jista' jkun hemm għall-iskambju tar-riservi jew għall-kondiviżjoni tar-riservi ma' blokok LFC oħrajn sabiex jitħarsu l-limiti tas-sigurtà operazzjonali;
it-TSOs kollha ta' blokka LFC għandhom jiżguraw li l-kapaċità ta' riserva pożittiva fuq l-FRR jew taħlita ta' kapaċità ta' riserva fuq l-FRR u fuq l-RR tkun biżżejjed biex ikunu koperti l-iżbilanċi pożittivi bejn il-blokok LFC għal tal-inqas 99 % tal-ħin, abbażi tar-rekords storiċi msemmijin fil-punt (a);
it-TSOs kollha ta' blokka LFC għandhom jiżguraw li l-kapaċità ta' riserva negattiva fuq l-FRR jew taħlita ta' kapaċità ta' riserva fuq l-FRR u fuq l-RR tkun biżżejjed biex ikunu koperti l-iżbilanċi negattivi bejn il-blokok LFC għal tal-inqas 99 % tal-ħin, abbażi tar-rekord storiku msemmi fil-punt (a);
it-TSOs kollha ta' blokka LFC jistgħu jnaqqsu l-kapaċità ta' riserva pożittiva fuq l-FRR tal-blokka LFC li tirriżulta mill-proċess ta' dimensjonar tal-FRR billi jikkonkludu ftehim ta' kondiviżjoni tal-FRR ma' blokok LFC oħrajn skont id-dispożizzjonijiet mogħtija fit-Titolu 8. Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għal dak il-ftehim ta' kondiviżjoni:
għaż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi, it-tnaqqis fil-kapaċità ta' riserva pożittiva fuq l-FRR ta' blokka LFC għandu jiġi limitat għad-differenza, jekk din tkun pożittiva, bejn id-daqs tal-inċident tad-dimensjonar pożittiv u l-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR meħtieġa biex ikunu koperti l-iżbilanċi pożittivi bejn il-blokok LFC 99 % tal-ħin, abbażi tar-rekords storiċi msemmijin fil-punt (a). It-tnaqqis fil-kapaċità ta' riserva pożittiva ma għandux jisboq it-30 % tad-daqs tal-inċident tad-dimensjonar pożittiv;
għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, il-kapaċità ta' riserva pożittiva fuq l-FRR u r-riskju ta' nuqqas ta' kunsinna minħabba l-kondiviżjoni għandhom jiġu vvalutati l-ħin kollu mit-TSOs tal-blokka LFC;
it-TSOs kollha ta' blokka LFC jistgħu jnaqqsu l-kapaċità ta' riserva negattiva fuq l-FRR tal-blokka LFC li tirriżulta mill-proċess ta' dimensjonar tal-FRR billi jikkonkludu ftehim ta' kondiviżjoni tal-FRR ma' blokok LFC oħrajn skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu 8. Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għal dak il-ftehim ta' kondiviżjoni:
għaż-żoni sinkroniċi tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi, it-tnaqqis fil-kapaċità ta' riserva negattiva fuq l-FRR ta' blokka LFC għandu jiġi limitat għad-differenza, jekk din tkun pożittiva, bejn id-daqs tal-inċident tad-dimensjonar negattiv u l-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR meħtieġa biex ikunu koperti l-iżbilanċi negattivi bejn il-blokok LFC 99 % tal-ħin, abbażi tar-rekords storiċi msemmijin fil-punt (a);
għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, il-kapaċità ta' riserva negattiva fuq l-FRR u r-riskju ta' nuqqas ta' kunsinna minħabba l-kondiviżjoni għandhom jiġu vvalutati l-ħin kollu mit-TSOs tal-blokka LFC.
Artikolu 158
Rekwiżiti tekniċi minimi tal-FRR
Ir-rekwiżiti tekniċi minimi tal-FRR għandhom ikunu dawn li ġejjin:
kull unità tal-forniment tal-FRR u kull grupp tal-forniment tal-FRR għandhom ikunu konnessi ma' TSO tal-konnessjoni mar-riservi wieħed biss;
unità tal-forniment tal-FRR jew grupp tal-forniment tal-FRR għandhom jattivaw l-FRR skont il-valur programmat li jkunu rċevew mingħand it-TSO tal-istruzzjoni tar-riservi;
it-TSO tal-istruzzjoni tar-riservi għandu jkun it-TSO tal-konnessjoni mar-riservi jew TSO maħtur mit-TSO tal-konnessjoni mar-riservi fi ftehim ta' skambju tal-FRR skont l-Artikolu 165(3) jew l-Artikolu 171(4);
unità tal-forniment tal-FRR jew grupp tal-forniment tal-FRR għall-FRR awtomatiċi għandu jkollhom dewma għall-attivazzjoni tal-FRR awtomatiċi li ma taqbiżx it-30 sekonda;
fornitur tal-FRR għandu jiżgura li l-attivazzjoni tal-FRR tal-unitajiet tal-forniment tal-FRR fi grupp tal-forniment tar-riservi tkun tista' tiġi mmonitorjata. Għal dak il-għan, il-fornitur tal-FRR għandu jkun kapaċi jagħti lit-TSO tal-konnessjoni mar-riservi u lit-TSO tal-istruzzjoni tar-riservi l-qisien f'ħin reali tal-punt ta' konnessjoni jew ta' punt ieħor ta' interazzjoni maqbul mat-TSO tal-konnessjoni mar-riservi b'rabta mal-affarijiet li ġejjin:
l-output tal-potenza attiva skedat bil-kronogramma;
il-potenza attiva istantanja bil-kronogramma għal dawn li ġejjin:
unità tal-forniment tal-FRR jew grupp tal-forniment tal-FRR għall-FRR awtomatiċi għandhom ikunu jistgħu jattivaw il-kapaċità ta' riserva awtomatika sħiħa tagħhom fuq l-FRR fil-ħin għall-attivazzjoni totali tal-FRR awtomatiċi;
unità tal-forniment tal-FRR jew grupp tal-forniment tal-FRR għall-FRR manwali għandhom ikunu jistgħu jattivaw il-kapaċità ta' riserva manwali sħiħa tagħhom fuq l-FRR fil-ħin ta' attivazzjoni totali tal-FRR manwali;
fornitur tal-FRR għandu jissodisfa r-rekwiżiti għad-disponibilità tal-FRR; u
l-unitajiet tal-forniment tal-FRR jew il-gruppi tal-forniment tal-FRR għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-rata ta' kalar tal-blokka LFC.
Kull fornitur tal-FRR għandu:
jiżgura li l-unitajiet tal-forniment tal-FRR u l-gruppi tal-forniment tal-FRR tiegħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi minimi tal-FRR, ir-rekwiżiti għad-disponibilità tal-FRR u r-rekwiżiti tar-rata ta' kalar mogħtija fil-paragrafi 1 sa 3; u
jgħarraf lit-TSO tal-istruzzjoni tar-riservi tiegħu dwar tnaqqis fid-disponibilità attwali tal-unità tal-forniment tal-FRR tiegħu jew tal-grupp tal-forniment tal-FRR tiegħu jew ta' parti mill-grupp tal-forniment tal-FRR tiegħu mill-iktar fis possibbli.
Artikolu 159
Proċess ta' prekwalifikazzjoni tal-FRR
Il-kwalifikazzjoni tal-unitajiet tal-forniment tal-FRR jew tal-gruppi tal-forniment tal-FRR għandha terġa' tiġi vvalutata:
tal-inqas darba kull ħames snin; u
meta jkunu nbidlu r-rekwiżiti tekniċi jew tad-disponibilità jew it-tagħmir.
TITOLU 7
RISERVI TA' RIMPJAZZAMENT
Artikolu 160
Dimensjonar tal-RR
Ir-regoli tad-dimensjonar tal-RR għandhom jinkludu tal-inqas ir-rekwiżiti li ġejjin:
għaż-żoni sinkroniċi tal-pajjiżi Nordiċi u tas-CE, għandu jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' riserva pożittiva fuq l-RR sabiex jiġi rrestawrat l-ammont meħtieġ ta' FRR pożittivi. Għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, għandu jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' riserva pożittiva fuq l-RR sabiex jiġi rrestawrat l-ammont meħtieġ ta' FCR pożittivi u ta' FRR pożittivi;
għaż-żoni sinkroniċi tal-pajjiżi Nordiċi u tas-CE, għandu jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' riserva negattiva fuq l-RR sabiex jiġi rrestawrat l-ammont meħtieġ ta' FRR negattivi. Għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, għandu jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' riserva negattiva fuq l-RR sabiex jiġi rrestawrat l-ammont meħtieġ ta' FCR negattivi u ta' FRR negattivi;
għandu jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' riserva fuq l-RR, meta din titqies għad-dimensjonar tal-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR, sabiex titħares il-mira tal-kwalità tal-FRCE għall-perjodu taż-żmien ikkonċernat; u
il-konformità mas-sigurtà operazzjonali fi blokka LFC sabiex tiġi stabbilita l-kapaċità ta' riserva fuq l-RR.
It-TSOs kollha ta' blokka LFC jistgħu jnaqqsu l-kapaċità ta' riserva pożittiva fuq l-RR tal-blokka LFC li tirriżulta mill-proċess ta' dimensjonar tal-RR billi jiżviluppaw ftehim ta' kondiviżjoni tal-RR għal dik il-kapaċità ta' riserva pożittiva fuq l-RR ma' blokok LFC oħrajn skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu 8 tal-Parti IV. It-TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll għandu jillimita t-tnaqqis fil-kapaċità ta' riserva pożittiva tiegħu fuq l-RR sabiex:
jiggarantixxi li jkun għadu jista' jissodisfa l-parametri fil-mira tal-FRCE tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 128;
jiżgura li ma tiġix ipperikolata s-sigurtà operazzjonali; u
jiżgura li t-tnaqqis fil-kapaċità ta' riserva pożittiva fuq l-RR ma jaqbiżx il-kapaċità ta' riserva pożittiva li jkun għad fadal fuq l-RR tal-blokka LFC.
It-TSOs kollha ta' blokka LFC jistgħu jnaqqsu l-kapaċità ta' riserva negattiva fuq l-RR tal-blokka LFC li tirriżulta mill-proċess ta' dimensjonar tal-RR billi jiżviluppaw ftehim ta' kondiviżjoni tal-RR għal dik il-kapaċità ta' riserva negattiva fuq l-RR ma' blokok LFC oħrajn skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu 8 tal-Parti IV. It-TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll għandu jillimita t-tnaqqis fil-kapaċità ta' riserva negattiva tiegħu fuq l-RR sabiex:
jiggarantixxi li jkun għadu jista' jissodisfa l-parametri fil-mira tal-FRCE tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 128;
jiżgura li ma tiġix ipperikolata s-sigurtà operazzjonali; u
jiżgura li t-tnaqqis fil-kapaċità ta' riserva negattiva fuq l-RR ma jaqbiżx il-kapaċità ta' riserva negattiva li jkun għad fadal fuq l-RR tal-blokka LFC.
Artikolu 161
Rekwiżiti tekniċi minimi tal-RR
L-unitajiet tal-forniment tal-RR u l-gruppi tal-forniment tal-RR għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi minimi li ġejjin:
konnessjoni ma' TSO tal-konnessjoni mar-riservi wieħed biss;
attivazzjoni tal-RR skont il-valur programmat li jkunu rċevew mingħand it-TSO tal-istruzzjoni tar-riservi;
it-TSO tal-istruzzjoni tar-riservi għandu jkun it-TSO tal-konnessjoni mar-riservi jew TSO li għandu jinħatar mit-TSO tal-konnessjoni mar-riservi fi ftehim ta' skambju tal-RR skont l-Artikolu 165(3) jew l-Artikolu 171(4);
attivazzjoni tal-kapaċità ta' riserva kompluta fuq l-RR fil-ħin ta' attivazzjoni ddefinit mit-TSO tal-istruzzjoni;
diżattivazzjoni tal-RR skont il-valur programmat li jkunu rċevew mingħand it-TSO tal-istruzzjoni tar-riservi;
fornitur tal-RR għandu jiżgura li l-attivazzjoni tal-RR tal-unitajiet tal-forniment tal-RR fi grupp tal-forniment tar-riservi tkun tista' tiġi mmonitorjata. Għal dak il-għan, il-fornitur tal-RR għandu jkun kapaċi jagħti lit-TSO tal-konnessjoni mar-riservi u lit-TSO tal-istruzzjoni tar-riservi l-qisien f'ħin reali tal-punt ta' konnessjoni jew ta' punt ieħor ta' interazzjoni maqbul mat-TSO tal-konnessjoni mar-riservi b'rabta mal-affarijiet li ġejjin:
l-output tal-potenza attiva skedat bil-kronogramma għal kull unità tal-forniment tal-RR u grupp tal-forniment tal-RR u għal kull modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jew unità tad-domanda ta' grupp tal-forniment tal-RR b'output massimu tal-potenza attiva ta' 1.5 MW jew iktar;
il-potenza attiva istantanja bil-kronogramma għal kull unità tal-forniment tal-RR u grupp tal-forniment tal-RR u għal kull modulu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jew unità tad-domanda ta' grupp tal-forniment tal-RR b'output massimu tal-potenza attiva ta' 1.5 MW jew iktar;
l-issodisfar tar-rekwiżiti għad-disponibilità tal-RR.
Kull fornitur tal-RR għandu:
jiżgura li l-unitajiet tal-forniment tal-RR u l-gruppi tal-forniment tal-RR tiegħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi minimi tal-RR u r-rekwiżiti għad-disponibilità tal-RR imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 3; u
jgħarraf lit-TSO tal-istruzzjoni tar-riservi tiegħu dwar tnaqqis fid-disponibilità attwali jew indisponibilità forzata tal-unità tal-forniment tal-RR tiegħu jew tal-grupp tal-forniment tal-RR tiegħu jew ta' parti mill-grupp tal-forniment tal-RR tiegħu mill-iktar fis possibbli.
Artikolu 162
Proċess ta' prekwalifikazzjoni tal-RR
Il-kwalifikazzjoni tal-unitajiet tal-forniment tal-RR jew tal-gruppi tal-forniment tal-RR għandha terġa' tiġi vvalutata:
tal-inqas darba kull ħames snin; u
meta jkunu nbidlu r-rekwiżiti tekniċi jew tad-disponibilità jew it-tagħmir.
TITOLU 8
SKAMBJU U KONDIVIŻJONI TAR-RISERVI
KAPITOLU 1
L-iskambju u l-kondiviżjoni tar-riservi f'żona sinkronika
Artikolu 163
L-iskambju tal-FCR f'żona sinkronika
Artikolu 164
Il-kondiviżjoni tal-FCR f'żona sinkronika
TSO ma għandux jaqsam l-FCR ma' TSOs oħrajn taż-żona sinkronika tiegħu sabiex jissodisfa l-obbligu ta' FCR tiegħu u jnaqqas l-ammont totali ta' FCR taż-żona sinkronika skont l-Artikolu 153.
Artikolu 165
Rekwiżiti ġenerali għall-iskambju tal-FRR u tal-RR f'żona sinkronika
It-TSO tal-konnessjoni mar-riservi u t-TSO riċeventi ta' riserva li jieħdu sehem fl-iskambju tal-FRR jew tal-RR għandhom jispeċifikaw, fi ftehim ta' skambju tal-FRR jew tal-RR, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom, fosthom dawn li ġejjin:
ir-responsabbiltà tat-TSO tal-istruzzjoni tar-riservi għall-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR u l-RR suġġetta għall-iskambju tal-FRR jew tal-RR;
l-ammont tal-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR u l-RR suġġetta għall-iskambju tal-FRR jew tal-RR;
l-implimentazzjoni tal-proċess ta' attivazzjoni FRR jew RR transfruntier skont l-Artikolu 147 u l-Artikolu 148;
ir-rekwiżiti tekniċi minimi tal-FRR jew tal-RR marbutin mal-proċess ta' attivazzjoni FRR jew RR transfruntier meta t-TSO tal-konnessjoni mar-riservi ma jkunx it-TSO tal-istruzzjoni tar-riservi;
l-implimentazzjoni tal-prekwalifikazzjoni tal-FRR jew tal-RR għall-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR u l-RR suġġetta għall-iskambju skont l-Artikolu 159 u l-Artikolu 162;
ir-responsabbiltà li jiġi mmonitorjat l-issodisfar tar-rekwiżiti tekniċi tal-FRR jew tal-RR u tar-rekwiżiti għad-disponibilità tal-FRR jew tal-RR għall-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR u l-RR suġġetta għall-iskambju skont l-Artikolu 158(5) u l-Artikolu 161(5); u
il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-iskambju tal-FRR jew tal-RR ma jwassalx għal flussi tal-enerġija li jiksru l-limiti tas-sigurtà operazzjonali.
Artikolu 166
Rekwiżiti ġenerali għall-kondiviżjoni tal-FRR u tal-RR f'żona sinkronika
It-TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll u t-TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll li jieħdu sehem fil-kondiviżjoni tal-FRR jew tal-RR għandhom jispeċifikaw, fi ftehim ta' kondiviżjoni tal-FRR jew tal-RR, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom, fosthom dawn li ġejjin:
l-ammont tal-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR u l-RR suġġetta għall-kondiviżjoni tal-FRR jew tal-RR;
l-implimentazzjoni tal-proċess ta' attivazzjoni FRR jew RR transfruntier skont l-Artikolu 147 u l-Artikolu 148;
il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-attivazzjoni tal-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR u l-RR suġġetta għall-kondiviżjoni tal-FRR jew tal-RR ma twassalx għal flussi tal-enerġija li jiksru l-limiti tas-sigurtà operazzjonali.
Fil-każ ta' kondiviżjoni tal-FRR jew tal-RR, it-TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tat-TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll sehem mill-kapaċità ta' riserva tiegħu stess fuq l-FRR u l-RR meħtieġa sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti dwar ir-riservi tiegħu għall-FRR u/jew għall-RR li joħorġu mir-regoli tad-dimensjonar tal-FRR jew tal-RR mogħtija fl-Artikolu 157 u fl-Artikolu 160. It-TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll jista' jkun jew:
it-TSO tal-istruzzjoni tar-riservi għall-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR u l-RR suġġetta għall-kondiviżjoni tal-FRR jew tal-RR; jew inkella
it-TSO li għandu aċċess għall-kapaċità ta' riserva tiegħu fuq l-FRR u l-RR suġġetta għall-kondiviżjoni tal-FRR jew tal-RR permezz ta' proċess ta' attivazzjoni FRR jew RR transfruntier implimentat bħala parti minn ftehim ta' skambju tal-FRR jew tal-RR.
Kull TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll għandu jkun responsabbli sabiex ikampa fil-każ ta' inċidenti u żbilanċi f'każ li l-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR u l-RR suġġetta għall-kondiviżjoni tal-FRR jew tal-RR ma tkunx disponibbli minħabba:
restrizzjonijiet fuq il-forniment tar-restawr tal-frekwenza jew fuq l-aġġustament tal-programm ta' kontroll marbutin mas-sigurtà operazzjonali; u
użu parzjali jew sħiħ tal-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR u l-RR mit-TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll.
Artikolu 167
L-iskambju tal-FRR f'żona sinkronika
It-TSOs kollha f'żona sinkronika li tikkonsisti f'iktar minn blokka LFC waħda li jkunu involuti fl-iskambju tal-FRR fiż-żona sinkronika għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u mal-limiti għall-iskambju tal-FRR stipulati fit-Tabella tal-Anness VII.
Artikolu 168
Il-kondiviżjoni tal-FRR f'żona sinkronika
Kull TSO ta' blokka LFC għandu jkollu d-dritt jaqsam l-FRR ma' blokok LFC oħrajn taż-żona sinkronika tiegħu fil-limiti stabbiliti mir-regoli tad-dimensjonar tal-FRR mogħtija fl-Artikolu 157(1) u f'konformità mal-Artikolu 166.
Artikolu 169
L-iskambju tal-RR f'żona sinkronika
It-TSOs kollha f'żona sinkronika li tikkonsisti f'iktar minn blokka LFC waħda li jkunu involuti fl-iskambju tal-RR fiż-żona sinkronika għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u mal-limiti għall-iskambju tal-RR stipulati fit-Tabella tal-Anness VIII.
Artikolu 170
Il-kondiviżjoni tal-RR f'żona sinkronika
Kull TSO ta' blokka LFC għandu jkollu d-dritt jaqsam l-RR ma' blokok LFC oħrajn tal-istess żona sinkronika fil-limiti stabbiliti mir-regoli tad-dimensjonar tal-RR mogħtija fl-Artikolu 160(4) u (5) u f'konformità mal-Artikolu 166.
KAPITOLU 2
L-iskambju u l-kondiviżjoni tar-riservi bejn żoni sinkroniċi differenti
Artikolu 171
Rekwiżiti ġenerali
It-TSO tal-konnessjoni mar-riservi u t-TSO riċeventi ta' riserva involuti fl-iskambju tar-riservi għandhom jispeċifikaw, fi ftehim ta' skambju, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom, fosthom dawn li ġejjin:
ir-responsabbiltà tat-TSO tal-istruzzjoni tar-riservi għall-kapaċità ta' riserva tal-iskambju ta' riservi;
l-ammont tal-kapaċità ta' riserva suġġetta għall-iskambju ta' riservi;
l-implimentazzjoni tal-proċess ta' attivazzjoni FRR jew RR transfruntier skont l-Artikolu 147 u l-Artikolu 148;
l-implimentazzjoni tal-prekwalifikazzjoni għall-kapaċità ta' riserva suġġetta għall-iskambju ta' riservi skont l-Artikolu 155, l-Artikolu 159 u l-Artikolu 162;
ir-responsabbiltà li tiġi mmonitorjata l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi u mar-rekwiżiti għad-disponibilità tal-kapaċità ta' riserva suġġetta għall-iskambju ta' riservi skont l-Artikolu 158(5) u l-Artikolu 161(5); u
il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-iskambju ta' riservi ma jwassalx għal flussi tal-enerġija li jiksru l-limiti tas-sigurtà operazzjonali.
It-TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll u t-TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll involuti fil-kondiviżjoni tar-riservi għandhom jispeċifikaw ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom fi ftehim ta' kondiviżjoni, fosthom dawn li ġejjin:
l-ammont tal-kapaċità ta' riserva suġġetta għall-kondiviżjoni tar-riservi;
l-implimentazzjoni tal-proċess ta' attivazzjoni FRR jew RR transfruntier skont l-Artikolu 147 u l-Artikolu 148; u
il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-kondiviżjoni tar-riservi ma twassalx għal flussi tal-enerġija li jiksru l-limiti tas-sigurtà operazzjonali.
It-TSO tal-konnessjoni mar-riservi u t-TSO riċeventi ta' riserva involuti fl-iskambju tar-riservi, jew it-TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll u t-TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll involuti fil-kondiviżjoni tar-riservi għandhom jiżviluppaw u jadottaw ftehim operatorju u ta' koordinazzjoni tal-HVDC mas-sidien tal-interkonnetturi HVDC u/jew mal-operaturi tal-interkonnetturi HVDC jew ma' entitajiet ġuridiċi magħmulin minn sidien tal-interkonnetturi HVDC u/jew minn operaturi tal-interkonnetturi HVDC, li jkun jinkludi l-affarijiet li ġejjin:
l-interazzjonijiet tul il-perjodi kollha taż-żmien, inklużi l-ippjanar u l-attivazzjoni;
il-fattur ta' sensittività MW/Hz, il-funzjoni tar-rispons ta' linearità/dinamiku jew statiku/fi stadji ta' kull interkonnettur HVDC li jikkollega żoni sinkroniċi differenti ma' xulxin; u
is-sehem/l-interazzjoni ta' dawn il-funzjonijiet fuq bosta mogħdijiet HVDC bejn żoni sinkroniċi differenti.
Artikolu 172
Akkoppjament tal-frekwenza bejn żoni sinkroniċi differenti
It-TSOs kollha ta' kull żona sinkronika għandhom jispeċifikaw id-disinn tekniku tal-proċess tal-akkoppjament tal-frekwenza fil-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika. Il-proċess tal-akkoppjament tal-frekwenza għandu jqis:
l-impatt operazzjonali bejn iż-żoni sinkroniċi;
l-istabbiltà tal-FCP taż-żona sinkronika;
il-ħila tat-TSOs taż-żona sinkronika li jikkonformaw mal-parametri mira tal-kwalità tal-frekwenza ddefiniti skont l-Artikolu 127; u
is-sigurtà operazzjonali.
Artikolu 173
L-iskambju tal-FCR bejn żoni sinkroniċi differenti
Artikolu 174
Il-kondiviżjoni tal-FCR bejn żoni sinkroniċi differenti
It-TSOs kollha taż-żona sinkronika għandhom jispeċifikaw il-limiti għall-kondiviżjoni tal-FCR fil-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika, skont il-kriterji li ġejjin:
għaż-żona sinkronika tas-CE u tal-pajjiżi Nordiċi, it-TSOs kollha għandhom jiżguraw li s-somma tal-FCR ipprovduti fiż-żona sinkronika u minn żoni sinkroniċi oħrajn bħala parti mill-iskambju tal-FCR tkun tkopri tal-inqas l-inċident ta' referenza;
għaż-żoni sinkroniċi tal-GB u tal-IE/NI, it-TSOs kollha għandhom jispeċifikaw metodoloġija sabiex jistabbilixxu l-forniment minimu ta' kapaċità ta' riserva fuq l-FCR fiż-żona sinkronika.
Artikolu 175
Rekwiżiti ġenerali għall-kondiviżjoni tal-FRR u tal-RR bejn żoni sinkroniċi differenti
Fil-każ ta' kondiviżjoni tal-FRR jew tal-RR, it-TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tat-TSO riċeventi tal-kapaċità tal-kontroll sehem mill-kapaċità ta' riserva tiegħu stess fuq l-FRR u l-RR meħtieġa sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti dwar ir-riservi għall-FRR u/jew għall-RR li joħorġu mir-regoli tad-dimensjonar tal-FRR jew tal-RR imsemmijin fl-Artikolu 157 u fl-Artikolu 160. It-TSO provditur tal-kapaċità tal-kontroll jista' jkun jew:
it-TSO tal-istruzzjoni tar-riservi għall-kapaċità ta' riserva fuq l-FRR u l-RR suġġetta għall-kondiviżjoni tal-FRR jew tal-RR; jew inkella
it-TSO li għandu aċċess għall-kapaċità ta' riserva tiegħu fuq l-FRR u l-RR suġġetta għall-kondiviżjoni tal-FRR jew tal-RR permezz ta' proċess ta' attivazzjoni FRR jew RR transfruntier implimentat bħala parti minn ftehim ta' skambju tal-FRR jew tal-RR.
Artikolu 176
L-iskambju tal-FRR bejn żoni sinkroniċi differenti
It-TSOs kollha ta' kull żona sinkronika għandhom jispeċifikaw, fil-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika, metodu sabiex jistabbilixxu l-limiti għall-iskambju tal-FRR ma' żoni sinkroniċi oħrajn. Dak il-metodu għandu jqis:
l-impatt operazzjonali bejn iż-żoni sinkroniċi;
l-istabbiltà tal-FRP taż-żona sinkronika;
il-ħila tat-TSOs taż-żona sinkronika li jikkonformaw mal-parametri mira tal-kwalità tal-frekwenza ddefiniti skont l-Artikolu 127 u mal-parametri fil-mira tal-FRCE ddefiniti skont l-Artikolu 128; u
is-sigurtà operazzjonali.
Artikolu 177
Il-kondiviżjoni tal-FRR bejn żoni sinkroniċi differenti
It-TSOs kollha ta' kull żona sinkronika għandhom jispeċifikaw, fil-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika, metodoloġija sabiex jistabbilixxu l-limiti għall-kondiviżjoni tal-FRR ma' żoni sinkroniċi oħrajn. Dik il-metodoloġija għandha tqis:
l-impatt operazzjonali bejn iż-żoni sinkroniċi;
l-istabbiltà tal-FRP taż-żona sinkronika;
it-tnaqqis massimu fl-FRR li jista' jitqies fid-dimensjonar tal-FRR skont l-Artikolu 157 minħabba l-kondiviżjoni tal-FRR;
il-ħila taż-żona sinkronika li tikkonforma mal-parametri mira tal-kwalità tal-frekwenza ddefiniti skont l-Artikolu 127 u mal-parametri fil-mira tal-FRCE ddefiniti skont l-Artikolu 128; u
is-sigurtà operazzjonali.
Artikolu 178
L-iskambju tal-RR bejn żoni sinkroniċi differenti
It-TSOs kollha ta' kull żona sinkronika għandhom jiddefinixxu, fil-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika, metodu sabiex jistabbilixxu l-limiti għall-iskambju tal-RR ma' żoni sinkroniċi oħrajn. Dak il-metodu għandu jqis:
l-impatt operazzjonali bejn iż-żoni sinkroniċi;
l-istabbiltà tal-RRP taż-żona sinkronika;
il-ħila taż-żona sinkronika li tikkonforma mal-parametri mira tal-kwalità tal-frekwenza ddefiniti skont l-Artikolu 127 u mal-parametri fil-mira tal-FRCE ddefiniti skont l-Artikolu 128; u
is-sigurtà operazzjonali.
Artikolu 179
Il-kondiviżjoni tal-RR bejn żoni sinkroniċi differenti
It-TSOs kollha ta' kull żona sinkronika għandhom jiddefinixxu, fil-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika, metodu sabiex jistabbilixxu l-limiti għall-kondiviżjoni tal-RR ma' żoni sinkroniċi oħrajn. Dak il-metodu għandu jqis:
l-impatt operazzjonali bejn iż-żoni sinkroniċi;
l-istabbiltà tal-RRP taż-żona sinkronika;
it-tnaqqis massimu fl-RR li jista' jitqies fir-regoli tad-dimensjonar tal-RR skont l-Artikolu 160 minħabba l-kondiviżjoni tal-RR;
il-ħila tat-TSOs taż-żona sinkronika li jikkonformaw mal-parametri mira tal-kwalità tal-frekwenza ddefiniti skont l-Artikolu 127 u l-ħila tal-blokok LFC li jikkonformaw mal-parametri fil-mira tal-errur tal-FRCE ddefiniti skont l-Artikolu 128; u
is-sigurtà operazzjonali.
KAPITOLU 3
Proċess ta' attivazzjoni FRR jew RR transfruntier
Artikolu 180
Proċess ta' attivazzjoni FRR jew RR transfruntier
It-TSOs kollha involuti fl-attivazzjoni transfruntiera tal-FRR jew tal-RR fl-istess żona sinkronika jew f'żoni sinkroniċi differenti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 147 u fl-Artikolu 148.
TITOLU 9
PROĊESS TAL-KONTROLL TAL-ĦIN
Artikolu 181
Proċess tal-kontroll tal-ħin
Fejn ikun applikabbli, it-TSOs kollha ta' żona sinkronika għandhom jiddefinixxu, fil-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika, il-metodoloġija sabiex jikkoreġu d-devjazzjoni elettrika tal-ħin, li għandha tinkludi:
il-firxiet tal-ħin li fihom it-TSOs għandhom ifittxu li jżommu d-devjazzjoni elettrika tal-ħin;
l-aġġustamenti tal-valur programmat tal-frekwenza sabiex id-devjazzjoni elettrika tal-ħin terġa' tinġieb għal żero; u
l-azzjonijiet sabiex tiżdied jew tonqos il-frekwenza medja tas-sistema permezz tar-riservi tal-potenza attiva.
Il-monitor taż-żona sinkronika għandu:
jimmonitorja d-devjazzjoni elettrika tal-ħin;
jikkalkula l-aġġustamenti tal-valur programmat tal-frekwenza; u
jikkoordina l-azzjonijiet tal-proċess tal-kontroll tal-ħin.
TITOLU 10
KOOPERAZZJONI MAD-DSOs
Artikolu 182
Il-gruppi tal-forniment tar-riservi jew l-unitajiet tal-forniment tar-riservi konnessi mal-grilja tad-DSO
Għall-finijiet tal-proċessi ta' prekwalifikazzjoni għall-FCR, għall-FRR u għall-RR mogħtija fl-Artikolu 155, fl-Artikolu 159 u fl-Artikolu 162 rispettivament, kull TSO għandu jiżviluppa u jispeċifika, fi ftehim mad-DSOs tal-konnessjoni mar-riservi u mad-DSOs intermedji tiegħu, il-patti tal-iskambju tal-informazzjoni meħtieġ għal dawn il-proċessi ta' prekwalifikazzjoni għall-unitajiet tal-forniment tar-riservi jew għall-gruppi tal-forniment tar-riservi li jkunu jinsabu fis-sistemi ta' distribuzzjoni u għall-forniment tar-riservi tal-potenza attiva. Il-proċessi ta' prekwalifikazzjoni għall-FCR, għall-FRR u għall-RR mogħtija fl-Artikolu 155, fl-Artikolu 159 u fl-Artikolu 162 rispettivament għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni li jridu jipprovdu l-unitajiet tal-forniment tar-riservi jew il-gruppi tal-forniment tar-riservi potenzjali, li għandha tinkludi:
il-livelli tal-vultaġġ u l-punti ta' konnessjoni tal-unitajiet tal-forniment tar-riservi jew tal-gruppi tal-forniment tar-riservi;
it-tip ta' riservi tal-potenza attiva;
il-kapaċità massima ta' riserva pprovduta mill-unitajiet tal-forniment tar-riservi jew mill-gruppi tal-forniment tar-riservi f'kull punt ta' konnessjoni; u
ir-rata massima ta' bidla fil-potenza attiva għall-unitajiet tal-forniment tar-riservi jew għall-gruppi tal-forniment tar-riservi.
TITOLU 11
TRASPARENZA TAL-INFORMAZZJONI
Artikolu 183
Rekwiżiti ġenerali tat-trasparenza
Artikolu 184
Informazzjoni dwar il-ftehimiet operazzjonali
Artikolu 185
Informazzjoni dwar il-kwalità tal-frekwenza
Il-monitor taż-żona sinkronika ta' kull żona sinkronika għandu jinnotifika r-riżultati tal-proċess ta' applikazzjoni tal-kriterji għaż-żona sinkronika tagħhom lin-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku biex dan jippubblikahom fi żmien tliet xhur mill-aħħar kronogramma tal-perjodu tal-kejl u tal-inqas erba' darbiet fis-sena. Dawk ir-riżultati għandhom jinkludu tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:
il-valuri tal-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-frekwenza kkalkulati għaż-żona sinkronika u għal kull blokka LFC fiż-żona sinkronika skont l-Artikolu 133(3); u
ir-riżoluzzjoni tal-kejl, il-preċiżjoni tal-kejl u l-metodu ta' kalkolu speċifikati skont l-Artikolu 132.
Artikolu 186
Informazzjoni dwar l-istruttura tal-kontroll tagħbija-frekwenza
It-TSOs kollha ta' kull żona sinkronika għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lin-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku biex dan jippubblikaha tal-inqas tliet xhur qabel ma jibda japplika l-ftehim operazzjonali dwar iż-żona sinkronika:
informazzjoni dwar l-istruttura tal-attivazzjoni tal-proċessi taż-żona sinkronika, inkluża tal-inqas informazzjoni dwar iż-żoni ta' monitoraġġ, iż-żoni LFC u l-blokok LFC iddefiniti u t-TSOs rispettivi tagħhom; u
informazzjoni dwar l-istruttura tar-responsabilità għall-proċessi taż-żona sinkronika, inkluża tal-inqas informazzjoni dwar il-proċessi żviluppati skont l-Artikolu 140(1) u l-Artikolu 140(2).