Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02017L2455-20200818

    Consolidated text: Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/2455/2020-08-18

    02017L2455 — MT — 18.08.2020 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2017/2455

    tal-5 ta' Diċembru 2017

    li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti

    (ĠU L 348 29.12.2017, p. 7)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1109 tal-20 ta’ Lulju 2020

      L 244

    3

    29.7.2020


    Ikkoreġuta bi:

     C1

    Rettifika, ĠU L 125, 22.5.2018, p.  15 (2017/2455)

     C2

    Rettifika, ĠU L 225, 6.9.2018, p.  1 (2017/2455)

    ►C3

    Rettifika, ĠU L 225, 6.9.2018, p.  1 (2017/2455)

    ►C4

    Rettifika, ĠU L 245, 25.9.2019, p.  9 (2017/2455)




    ▼B

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2017/2455

    tal-5 ta' Diċembru 2017

    li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti



    Artikolu 1

    Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE b'effett mill-1 ta' Jannar 2019

    B'effett mill-1 ta' Jannar 2019, id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

    (1) 

    l-Artikolu 58 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 58

    1.  Il-post ta' provvista tas-servizzi li ġejjin lil persuna mhux taxxabbli għandu jkun il-post fejn hija stabbilita dik il-persuna, għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn normalment tirrisjedi:

    (a) 

    servizzi ta' telekomunikazzjoni;

    (b) 

    servizzi ta' xandir fuq ir-radju u t-televiżjoni;

    (c) 

    servizzi fornuti b'mod elettroniku, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Anness II.

    Fejn il-fornitur ta' servizz u l-klijent jikkomunikaw permezz tal-posta elettronika, dak m'għandux fih innifsu jfisser li s-servizz provdut huwa servizz fornut b'mod elettroniku.

    2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-fornitur huwa stabbilit jew, fin-nuqqas ta' stabbiliment, għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment jirrisjedi fi Stat Membru wieħed biss; u

    (b) 

    is-servizzi jiġu fornuti lil persuni mhux taxxabbli li huma stabbiliti, jew għandhom l-indirizz permanenti tagħhom jew normalment jirrisjedu fi kwalunkwe Stat Membru minbarra l-Istat Membru msemmi fil-punt (a); u

    (c) 

    il-valur totali, mingħajr VAT, tal-provvisti msemmija fil-punt (b) ma jaqbiżx EUR 10 000 fis-sena kalendarja kurrenti, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, u ma għamilx dan matul is-sena kalendarja preċedenti.

    3.  Fejn, matul sena kalendarja, jinqabeż il-limitu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2, il-paragrafu 1 għandu japplika minn dak iż-żmien.

    4.  L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-fornituri msemmijin fil-paragrafu 2 huma stabbiliti jew, fin-nuqqas ta' stabbiliment, għandhom l-indirizz permanenti tagħhom jew normalment jirrisjedu, għandu jagħti lil dawk il-fornituri d-dritt li jagħżlu li l-post ta' provvista jiġi ddeterminat skont il-paragrafu 1, li fi kwalunkwe każ għandu jkopri sentejn kalendarji.

    5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jissorveljaw l-adempiment mill-persuna taxxabbli tal-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4.

    6.  Il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali tal-ammont imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2 għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fid-data tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 ( *1 ).

    (2) 

    l-Artikolu 219a huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 219a

    1.  Il-fatturazzjoni għandha tkun soġġetta għar-regoli li japplikaw fl-Istat Membru fejn ikun meqjus li tkun saret il-provvista ta' oġġetti jew servizzi, skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V.

    2.  B'deroga mill-paragrafu 1, il-fatturazzjoni għandha tkun soġġetta għar-regoli li ġejjin:

    (a) 

    ir-regoli li japplikaw fl-Istat Membru fejn il-fornitur stabbilixxa n-negozju tiegħu jew fejn għandu stabbiliment fiss mnejn issir il-provvista jew, fin-nuqqas ta' tali post ta' stabbiliment jew ta' stabbiliment fiss, l-Istat Membru fejn il-fornitur għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment jirrisjedi, fejn:

    (i) 

    il-fornitur ma jkunx stabbilit fl-Istat Membru fejn ikun meqjus li tkun saret il-provvista tal-oġġetti jew is-servizzi, skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, jew l-istabbiliment tiegħu f'dak l-Istat Membru ma jintervjenix fil-provvista fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 192a, u l-persuna responsabbli mill-ħlas tal-VAT tkun il-persuna li lilha jkunu ġew ipprovduti l-oġġetti jew is-servizzi sakemm il-klijent ma joħroġx il-fattura (awtofatturar);

    (ii) 

    il-provvista ta' oġġetti jew servizzi ma tkunx meqjusa li saret ġewwa l-Komunità, skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V;

    (b) 

    ir-regoli li japplikaw fl-Istat Membru fejn huwa identifikat il-fornitur li jagħmel użu minn waħda mill-iskemi speċjali msemmijin fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII.

    3.  Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 244 sa 248.”;

    (3) 

    fl-Artikolu 358a, il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(1) 

    ‘persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità’ tfisser persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilixxiet in-negozju tagħha fit-territorju tal-Komunità u li ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss hemmhekk;”;

    (4) 

    fl-Artikolu 361(1), il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(e) dikjarazzjoni li l-persuna ma tkunx stabbilixxiet in-negozju tagħha fit-territorju tal-Komunità u li ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss hemmhekk.”.

    Artikolu 2

    ▼M1

    Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE b’effett mill-1 ta’ Lulju 2021

    B’effett mill-1 ta’ Lulju 2021, id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

    ▼B

    (1) 

    fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “4.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) 

    ‘bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti’ tfisser provvisti ta' oġġetti mibgħuta jew ittrasportati mill-fornitur, jew għan-nom tiegħu, inkluż fejn il-fornitur jintervjeni indirettament biex l-oġġetti jiġu ttrasportati jew jintbagħtu, minn Stat Membru li mhuwiex dak li fih jintemm it-tluq jew it-trasport tal-oġġetti għand il-klijent, fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-provvista tal-oġġetti ssir lil persuna taxxabbli, jew persuna legali mhux taxxabbli, li l-akkwisti intra-Komunitarji tagħha mhumiex soġġetti għall-VAT skont l-Artikolu 3(1), jew għal kull persuna oħra li mhix taxxabbli;

    (b) 

    l-oġġetti pprovduti la huma mezz ġdid ta' trasport u lanqas oġġetti pprovduti wara l-immuntar jew l-installazzjoni, bi prova jew mingħajr, mill-fornitur jew għan-nom tiegħu;

    (2) 

    ‘bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi’ tfisser provvisti ta' oġġetti mibgħuta jew ittrasportati mill-fornitur, jew għan-nom tiegħu, inkluż fejn il-fornitur jintervjeni indirettament biex l-oġġetti jiġu ttrasportati jew jintbagħtu, minn territorju terz jew pajjiż terz, lil klijent fi Stat Membru, fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-provvista tal-oġġetti ssir lil persuna taxxabbli, jew persuna legali mhux taxxabbli, li l-akkwisti intra-Komunitarji tagħha mhumiex soġġetti għall-VAT skont l-Artikolu 3(1), jew għal kull persuna oħra mhux taxxabbli;

    (b) 

    l-oġġetti pprovduti la huma mezz ġdid ta' trasport u lanqas oġġetti pprovduti wara l-immuntar jew l-installazzjoni, bi prova jew mingħajr, mill-fornitur jew għan-nom tiegħu.”;

    (2) 

    jiżdied l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 14a

    1.  Fejn persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi f'kunsinni ta' valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150, dik il-persuna taxxabbli għandha titqies li rċeviet u forniet dawk l-oġġetti hi stess.

    2.  Fejn persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta' oġġetti fi ħdan il-Komunità minn persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità lil persuna mhux taxxabbli, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha titqies li rċeviet u forniet dawk l-oġġetti hi stess.”;

    (3) 

    l-Artikolu 33 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 33

    B'deroga mill-Artikolu 32:

    (a) 

    il-post tal-forniment f'bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti għandu jitqies li hu l-post fejn jinsabu l-oġġetti fil-mument fil-ħin li jintemm it-tluq jew it-trasport tal-oġġetti lill-klijent.

    (b) 

    il-post tal-forniment f'bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi fi Stat Membru ieħor li ma jkunx dak fejn jintemm it-tluq jew it-trasport tal-oġġetti lill-klijent, għandu jitqies li hu l-post fejn jinsabu l-oġġetti fil-ħin li jintemm it-tluq jew it-trasport tal-oġġetti lill-klijent.

    (c) 

    il-post tal-forniment ta' bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi fl-Istat Membru li fih jintemm it-tluq jew it-trasport tal-oġġetti lill-klijent għandu jitqies li qiegħed f'dak l-Istat Membru, dment li l-VAT fuq dawk l-oġġetti għandha tiġi ddikjarata taħt l-iskema speċjali tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII.”;

    (4) 

    l-Artikolu 34 jitħassar;

    (5) 

    l-Artikolu 35 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 35

    L-Artikolu 33 ma għandux japplika għal provvisti ta' oġġetti użati, xogħlijiet tal-arti, oġġetti tal-kollezzjoni u antikitajiet, kif iddefiniti fil-punti (1) sa (4) tal-Artikolu 311(1), lanqas għal provvisti ta' mezzi ta' trasport użati, kif iddefiniti fl-Artikolu 327(3), soġġetti għall-VAT skont l-arranġamenti speċjali rilevanti.”;

    (6) 

    fl-Artikolu 58, jitħassru l-paragrafi 2 sa 6;

    (7) 

    fit-Titolu V, jiżdied il-Kapitolu li ġej:

    “KAPITOLU 3a

    Limitu għall-persuni taxxabbli li jagħmlu provvisti ta' oġġetti koperti mill-punt (a) tal-Artikolu 33 u provvisti ta' servizzi koperti mill-Artikolu 58

    Artikolu 59c

    1.  Il-punt (a) tal-Artikolu 33 u l-Artikolu 58 ma għandhomx japplikaw fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-fornitur huwa stabbilit jew, fin-nuqqas ta' stabbiliment, għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment jirrisjedi fi Stat Membru wieħed biss;

    (b) 

    is-servizzi jiġu fornuti lil persuni mhux taxxabbli li huma stabbiliti, għandhom l-indirizz permanenti tagħhom jew normalment jirrisjedu fi kwalunkwe Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru msemmi fil-punt (a) jew l-oġġetti jintbagħtu jew huma ttrasportati lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat Membru msemmi fil-punt (a); u

    (c) 

    il-valur totali, mingħajr VAT, tal-provvisti msemmija fil-punt (b) ma jaqbiżx fis-sena kalendarja kurrenti EUR 10 000 , jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, lanqas ma għamel dan matul is-sena kalendarja preċedenti.

    2.  Fejn, matul sena kalendarja, jinqabeż il-limitu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, il-punt (a) tal-Artikolu 33 u l-Artikolu 58 għandhom japplikaw minn dak iż-żmien.

    3.  L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsabu l-oġġetti fil-ħin li jibda t-tluq jew it-trasport tagħhom jew fejn huma stabbiliti l-persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi ta' telekomunikazzjoni, ta' xandir fuq ir-radju u t-televiżjoni u servizzi fornuti b'mod elettroniku għandu jagħti lill-persuni taxxabbli li jwettqu l-provvisti eliġibbli taħt il-paragrafu 1, id-dritt li jagħżlu li l-post ta' provvista jiġi stabbilit skont il-punt (a) tal-Artikolu 33 u l-Artikolu 58, li fi kwalunkwe każ għandu jkopri sentejn kalendarji.

    4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jimmonitorjaw l-adempiment mill-persuna taxxabbli tal-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3.

    5.  Il-valur korrispondenti tal-ammont fil-munita nazzjonali msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fid-data tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/2455.”;

    (8) 

    jiżdied l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 66a

    B'deroga mill-Artikoli 63, 64 u 65, fir-rigward ta' provvisti ta' oġġetti li għalihom il-VAT titħallas mill-persuna li tiffaċilita l-provvista skont l-Artikolu 14a, l-avveniment li jagħti lok għal ħlas għandu jseħħ u l-VAT għandha tiġi imposta malli l-ħlas ikun ġie aċċettat.”;

    (9) 

    fl-Artikolu 143(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(ca) l-importazzjoni ta' oġġetti fejn il-VAT għandha tiġi ddikjarata taħt l-iskema speċjali fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII u fejn, sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-importazzjoni, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT individwali għall-applikazzjoni tal-iskema speċjali tal-fornitur jew tal-intermedjarju li jaġixxi għan-nom tiegħu allokat taħt l-Artikolu 369q ġie pprovdut lill-uffiċċju doganali kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni;”;

    (10) 

    fl-Artikolu 220(1), il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    ▼C4

    “(2) il-provvisti ta' oġġetti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 33 ħlief meta persuna taxxabbli tuża l-iskema speċjali fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII;”.

    ▼B

    (11) 

    jiżdied l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 242a

    1.  Fejn persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta' interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta' oġġetti jew servizzi lil persuna mhux taxxabbli fi ħdan il-Komunità skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha tkun obbligata li żżomm reġistri ta' dawk il-provvisti. Dawk ir-reġistri għandhom ikunu f'dettall suffiċjenti sabiex jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri fejn dawk il-provvisti huma taxxabbli biex jivverifikaw li l-VAT tkun ġiet kontabilizzata b'mod korrett.

    2.  Dawk ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli b'mezzi elettroniċi fuq talba għall-Istati Membri kkonċernati.

    Dawk ir-reġistri għandhom jinżammu għal perijodu ta' għaxar snin mill-aħħar tas-sena li matulha saret it-transazzjoni.”;

    (12) 

    l-intestatura tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Skemi speċjali għal persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi lil persuni mhux taxxabbli jew li jagħmlu bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti”;

    (13) 

    fl-Artikolu 358, jitħassru l-punti 1, 2 u 3;

    (14) 

    l-intestatura tat-Taqsima 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Skema speċjali għal servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità”;

    (15) 

    fl-Artikolu 358a, jiżdied il-punt li ġej:

    “(3) 

    ‘Stat Membru tal-konsum’ tfisser l-Istat Membru fejn il-provvista ta' servizzi titqies li sseħħ skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu V.”;

    (16) 

    l-Artikolu 359 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 359

    L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fil-Komunità li tipprovdi servizzi lil persuna mhux taxxabbli li hija stabbilita fi Stat Membru jew għandha l-indirizz permanenti tagħha jew normalment tirrisjedi fi Stat Membru, sabiex tuża din l-iskema speċjali. Din l-iskema tapplika għal dawk is-servizzi kollha pprovduti fil-Komunità.”;

    (17) 

    l-Artikolu 362 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 362

    L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jalloka lill-persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità numru ta' identifikazzjoni tal-VAT individwali għall-applikazzjoni ta' din l-iskema speċjali u għandu jinnotifikaha b'dak in-numru permezz ta' mezzi elettroniċi. Abbażi tal-informazzjoni użata għal dik l-identifikazzjoni, l-Istati Membri tal-konsum jistgħu jużaw is-sistemi ta' identifikazzjoni tagħhom.”;

    (18) 

    fl-Artikolu 363, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a) jekk tinnotifika lil dak l-Istat Membru li ma għadhiex tipprovdi servizzi koperti minn din l-iskema speċjali;”;

    (19) 

    l-Artikoli 364 u 365 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “Artikolu 364

    Il-persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità li tuża din l-iskema speċjali għandha tippreżenta permezz ta' mezzi elettroniċi lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni denunzja tal-VAT għal kull tliet xhur kalendarji kemm jekk ġew ipprovduti servizzi koperti minn din l-iskema speċjali kif ukoll jekk le. Id-denunzja tal-VAT għandha tiġi ppreżentata sa tmiem ix-xahar sussegwenti għat-tmiem tal-perijodu tat-taxxa kopert mid-denunzja.

    Artikolu 365

    Id-denunzja tal-VAT għandha turi n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT individwali għall-applikazzjoni ta' din l-iskema speċjali u, għal kull Stat Membru ta' konsum fejn il-VAT hija dovuta, il-valur totali, mingħajr VAT, ta' provvisti ta' servizzi koperti minn din l-iskema speċjali mwettqa matul il-perijodu tat-taxxa u l-ammont totali għal kull rata tal-VAT korrispondenti. Ir-rati tal-VAT applikabbli u l-VAT totali dovuta għandhom jiġu indikati wkoll fid-denunzja.

    Fejn ikunu meħtieġa xi emendi fid-denunzja tal-VAT wara li tkun ġiet preżentata, tali emendi għandhom ikunu inklużi f'denunzja sussegwenti fi żmien tliet snin wara d-data li fiha d-denunzja inizjali kienet meħtieġa tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 364. Dik id-denunzja sussegwenti tal-VAT għandha tidentifika l-Istat Membru ta' konsum rilevanti, il-perijodu tat-taxxa u l-ammont tal-VAT li għalih l-emendi jkunu meħtieġa.”;

    (20) 

    l-Artikolu 368 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 368

    Il-persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fil-Komunità li tuża din l-iskema speċjali ma tistax tnaqqas il-VAT skont l-Artikolu 168 ta' din id-Direttiva. Minkejja l-punt (1) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 86/560/KEE, il-persuna taxxabbli inkwistjoni għandha tiġi rimborżata skont dik id-Direttiva. L-Artikolu 2(2) u (3), u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 86/560/KEE ma għandhomx japplikaw għal rifużjonijiet li jirrigwardaw servizzi koperti minn din l-iskema speċjali.

    Jekk il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali tkun meħtieġa tkun reġistrata fi Stat Membru għal attivitajiet li mhumiex koperti minn din l-iskema speċjali, hija għandha tnaqqas il-VAT imħallsa f'dak l-Istat Membru fir-rigward tal-attivitajiet taxxabbli tagħha li huma koperti minn din l-iskema speċjali fid-denunzja tal-VAT li għandha tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 250 ta' din id-Direttiva.”;

    (21) 

    l-intestatura tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Skema speċjali għal bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti u għal servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità iżda mhux fl-Istat Membru tal-konsum”;

    (22) 

    fl-Artikolu 369a, jiżdied il-punt li ġej:

    “(3) 

    ‘Stat Membru tal-konsum’ tfisser l-Istat Membru fejn titqies li ssir il-provvista tas-servizzi skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu V jew, fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti, l-Istat Membru fejn jintemm it-tluq jew it-trasport ta' oġġetti lill-klijent.”;

    (23) 

    l-Artikoli 369b u 369c huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “Artikolu 369b

    L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli twettaq bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti u lil kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru tal-konsum tipprovdi servizzi lil persuna mhux taxxabbli sabiex jużaw din l-iskema speċjali. Din l-iskema speċjali għandha tapplika għal dawk l-oġġetti jew servizzi kollha pprovduti fil-Komunità.

    Artikolu 369c

    Persuna taxxabbli għandha tiddikjara lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni meta tibda u tieqaf mill-attivitajiet taxxabbli tagħha koperti b'din l-iskema speċjali, jew tbiddel dawk l-attivitajiet b'tali mod li ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta' din l-iskema speċjali. Hi għandha tikkomunika dik l-informazzjoni b'mezzi elettroniċi.”;

    (24) 

    l-Artikolu 369e huwa emendat kif ġej:

    (a) 

    il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jeskludi lil persuna taxxabbli mill-iskema speċjali fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:”;

    (b) 

    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a) jekk tinnotifika li ma għadhiex twettaq bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti u provvisti ta' servizzi koperti minn din l-iskema speċjali;”;

    (25) 

    l-Artikoli 369f u 369 g huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “Artikolu 369f

    Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali għandha tippreżenta lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi denunzja tal-VAT għal kull tliet xhur kalendarji, kemm jekk sar bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti jew kemm jekk ġew ipprovduti servizzi koperti minn din l-iskema speċjali jew le. Id-denunzja tal-VAT għandha tiġi ppreżentata sa tmiem ix-xahar sussegwenti għat-tmiem tal-perijodu tat-taxxa kopert mid-denunzja.

    Artikolu 369g

    1.  Id-denunzja tal-VAT għandha turi n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT imsemmi fl-Artikolu 369d u, għal kull Stat Membru ta' konsum fejn hi dovuta l-VAT, il-valur totali, mingħajr VAT, tal-bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti kif ukoll tal-provvisti ta' servizzi koperti minn din l-iskema speċjali mwettqa matul il-perijodu tat-taxxa u l-ammont totali skont ir-rata tal-VAT korrispondenti. Ir-rati tal-VAT applikabbli u l-VAT totali dovuta jridu jiġu indikati wkoll fid-denunzja. Id-denunzja tal-VAT għandha tinkludi wkoll emendi relatati mal-perijodi tat-taxxa preċedenti kif previst fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

    2.  Fejn, fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod intra-Komunitarju ta' oġġetti kopert minn din l-iskema speċjali, l-oġġetti jintbagħtu jew jiġu ttrasportati minn Stati Membri oħrajn li mhumiex l-Istat Membru ta' identifikazzjoni, id-denunzja tal-VAT għandha tinkludi wkoll il-valur totali tat-tali bejgħ għal kull Stat Membru mnejn jintbagħtu jew jiġu ttrasportati l-oġġetti, flimkien man-numru ta' identifikazzjoni individwali tal-VAT jew in-numru ta' referenza tat-taxxa allokat minn kull tali Stat Membru. Id-denunzja tal-VAT għandha tinkludi din l-informazzjoni għal kull Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta' identifikazzjoni, disaggregata skont l-Istat Membru tal-konsum.

    3.  Fejn il-persuna taxxabbli li tipprovdi servizzi koperti minn din l-iskema speċjali jkollha stabbiliment fiss wieħed jew aktar, li mhumiex dawk fl-Istat Membru ta' identifikazzjoni, li minnhom jiġu pprovduti s-servizzi, id-denunzja tal-VAT għandha tinkludi wkoll il-valur totali ta' tali provvisti, għal kull Stat Membru li fih hija jkollha stabbiliment, flimkien man-numru ta' identifikazzjoni individwali tal-VAT jew in-numru ta' referenza tat-taxxa ta' dan l-istabbiliment, disaggregat skont l-Istat Membru ta' konsum.

    4.  Fejn tkun meħtieġa kwalunkwe emenda għad-denunzja tal-VAT wara l-preżentazzjoni tagħha, tali emenda għandha tiġi inkluża f'denunzja sussegwenti fi żmien tliet snin wara d-data li fiha kien jeħtieġ li tiġi ppreżentata d-denunzja inizjali skont l-Artikolu 369f. Dik id-denunzja sussegwenti tal-VAT għandha tidentifika l-Istat Membru ta' konsum rilevanti, il-perijodu tat-taxxa u l-ammont tal-VAT li għalih l-emendi jkunu meħtieġa.”;

    (26) 

    fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 369h(1), it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Jekk il-provvisti jkunu saru f'muniti oħrajn, il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali għandha, għall-finijiet li timla' d-denunzja tal-VAT, tuża r-rata tal-kambju li tapplika fl-aħħar data tal-perijodu tat-taxxa.”;

    (27) 

    fl-Artikolu 369i, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali għandha tħallas il-VAT, filwaqt li tagħmel referenza għad-denunzja tal-VAT rilevanti, mhux aktar tard mill-iskadenza sa meta d-denunzja trid tiġi ppreżentata.”;

    (28) 

    l-Artikolu 369j huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 369j

    Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali ma tistax, fir-rigward tal-attivitajiet taxxabbli tagħha koperti minn din l-iskema speċjali, tnaqqas il-VAT imposta fl-Istat Membru tal-konsum skont l-Artikolu 168 ta' din id-Direttiva. Minkejja l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 3 u l-punt (e) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/9/KE, il-persuna taxxabbli inkwistjoni għandha tingħata rifużjoni skont dik id-Direttiva.

    Jekk il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali tkun meħtieġa tkun reġistrata fi Stat Membru għal attivitajiet li mhumiex koperti minn din l-iskema speċjali, hija għandha tnaqqas il-VAT imposta f'dak l-Istat Membru fir-rigward tal-attivitajiet taxxabbli tagħha li huma koperti minn din l-iskema speċjali fid-denunzja tal-VAT li għandha tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 250 ta' din id-Direttiva.”;

    (29) 

    fl-Artikolu 369k, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.  Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali għandha żżomm reġistri tat-transazzjonijiet koperti minn din l-iskema speċjali. Dawk ir-reġistri għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru tal-konsum jivverifikaw li d-denunzja tal-VAT hija korretta.”;

    (30) 

    fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII, tiżdied it-Taqsima 4 li ġejja:

    “TAQSIMA 4

    Skema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi

    Artikolu 369l

    Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, il-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi għandu jkopri biss oġġetti, minbarra oġġetti soġġetti għad-dazju tas-sisa, f'kunsinni ta' valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150.

    Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet Komunitarji oħrajn, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) 

    ‘persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità’ tfisser persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilixxiet in-negozju tagħha fit-territorju tal-Komunità u li ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss hemmhekk;

    (2) 

    ‘intermedjarju’ tfisser persuna stabbilita fil-Komunità maħtura mill-persuna taxxabbli li twettaq il-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT u għall-adempiment tal-obbligi stabbiliti f'din l-iskema speċjali f'isem il-persuna taxxabbli jew għan-nom tagħha;

    (3) 

    ‘Stat Membru ta' identifikazzjoni’ tfisser dan li ġej:

    (a) 

    fejn il-persuna taxxabbli ma tkunx stabbilita fil-Komunità, l-Istat Membru li fih hija tagħżel li tkun reġistrata;

    (b) 

    fejn il-persuna taxxabbli tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha barra l-Komunità, iżda jkollha stabbiliment fiss wieħed jew aktar fiha, l-Istat Membru bi stabbiliment fiss fejn il-persuna taxxabbli tindika li ser tuża din l-iskema speċjali;

    (c) 

    fejn il-persuna taxxabbli tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha fi Stat Membru, dak l-Istat Membru;

    (d) 

    fejn l-intermedjarju jkun stabbilixxa n-negozju tiegħu fi Stat Membru, dak l-Istat Membru;

    (e) 

    fejn l-intermedjarju jkun stabbilixxa n-negozju tiegħu barra l-Komunità, iżda jkollu stabbiliment fiss wieħed jew aktar fiha, l-Istat Membru bi stabbiliment fiss fejn l-intermedjarju jindika li ser juża din l-iskema speċjali.

    Għall-finijiet tal-punti (b) u (e), fejn il-persuna taxxabbli jew l-intermedjarju jkollu aktar minn stabbiliment wieħed fiss fil-Komunità huwa għandu jkun marbut bid-deċiżjoni li jindika l-Istat Membru ta' stabbiliment għas-sena kalendarja konċernata u għas-sentejn kalendarji ta' wara;

    (4) 

    ‘Stat Membru tal-konsum’ tfisser l-Istat Membru fejn jintemm it-tluq jew it-trasport ta' oġġetti lill-klijent.

    Artikolu 369m

    1.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-persuni taxxabbli li ġejjin li jwettqu bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi biex jużaw din l-iskema speċjali:

    (a) 

    kwalunkwe persuna taxxabbli stabbilita fil-Komunità li twettaq bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi;

    (b) 

    kwalunkwe persuna taxxabbli sew jekk stabbilita fil-Komunità jew le li twettaq bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi u li hija rappreżentata minn intermedjarju stabbilit fil-Komunità;

    (c) 

    kwalunkwe persuna taxxabbli stabbilita f'pajjiż terz li miegħu l-Unjoni kkonkludiet ftehim dwar l-assistenza reċiproka b'kamp ta' applikazzjoni simili għad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE ( *2 ) u għar-Regolament (UE) Nru 904/2010 u li twettaq bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn dak il-pajjiż terz.

    Dawk il-persuni taxxabbli għandhom japplikaw din l-iskema speċjali għall-bejgħ mill-bogħod tagħhom kollu ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi.

    2.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, kwalunkwe persuna taxxabbli ma tistax taħtar aktar minn intermedjarju wieħed fl-istess waqt.

    3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-lista ta' pajjiżi terzi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u, għal dan l-għan, il-kumitat għandu jkun il-kumitat stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

    Artikolu 369n

    Għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi li fuqhom hija ddikjarata l-VAT taħt din l-iskema speċjali, l-avveniment li jagħti lok għal ħlas għandu jseħħ u l-VAT għandha tiġi imposta fil-mument tal-provvista. L-oġġetti għandhom jitqiesu li ġew ipprovduti malli l-ħlas ikun ġie aċċettat.

    Artikolu 369o

    Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali jew intermedjarju li jaġixxi għan-nom tagħha għandhom jiddikjaraw lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni meta hija tibda u tieqaf mill-attivitajiet tagħha taħt din l-iskema speċjali, jew meta tbiddel dik l-attività b'tali mod li ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta' din l-iskema speċjali. Dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata b'mezzi elettroniċi.

    Artikolu 369p

    1.  L-informazzjoni li l-persuna taxxabbli li ma tużax intermedjarju trid tipprovdi lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni qabel ma tibda tuża din l-iskema speċjali għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin:

    (a) 

    isem;

    (b) 

    indirizz postali;

    (c) 

    indirizz elettroniku u siti tal-Internet;

    (d) 

    numru ta' identifikazzjoni tal-VAT jew numru tal-kodiċi fiskali nazzjonali.

    2.  L-informazzjoni li l-intermedjarju jrid jipprovdi lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni qabel ma jibda juża din l-iskema speċjali għan-nom ta' persuna taxxabbli għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin:

    (a) 

    isem;

    (b) 

    indirizz postali;

    (c) 

    indirizz elettroniku;

    (d) 

    numru ta' identifikazzjoni tal-VAT.

    3.  L-informazzjoni li l-intermedjarju għandu jipprovdi lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni fir-rigward ta' kull persuna taxxabbli li huwa jirrappreżenta qabel dik il-persuna taxxabbli tibda l-użu ta' din l-iskema speċjali għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin:

    (a) 

    isem;

    (b) 

    indirizz postali;

    (c) 

    indirizz elettroniku u siti tal-Internet;

    (d) 

    numru ta' identifikazzjoni tal-VAT jew numru tal-kodiċi fiskali nazzjonali;

    ▼C3

    (e) 

    in-numru ta' identifikazzjoni individwali tiegħu allokat skont l-Artikolu 369q(2).

    ▼B

    4.  Kwalunkwe persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali jew, fejn applikabbli, l-intermedjarju tagħha, għandhom jinnotifikaw lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta.

    Artikolu 369q

    1.  L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jalloka lill-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali numru ta' identifikazzjoni tal-VAT individwali għall-applikazzjoni ta' din l-iskema speċjali u għandu jinnotifikaha b'dak in-numru permezz ta' mezzi elettroniċi.

    2.  L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jalloka lill-intermedjarju numru ta' identifikazzjoni individwali u għandu jinnotifikah b'dak in-numru permezz ta' mezzi elettroniċi.

    3.  L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jalloka numru ta' identifikazzjoni individwali tal-VAT għall-applikazzjoni ta' din l-iskema speċjali lill-intermedjarju fir-rigward ta' kull persuna taxxabbli li għaliha huwa jkun inħatar.

    4.  In-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT allokat taħt il-paragrafi 1, 2 u 2a għandu jintuża biss għall-finijiet ta' din l-iskema speċjali.

    Artikolu 369r

    1.  L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jħassar lill-persuna taxxabbli li ma tużax intermedjarju mir-reġistru ta' identifikazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

    (a) 

    jekk hija tinnotifika lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni li ma għadhiex twettaq bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi;

    (b) 

    jekk b'xi mod ieħor jista' jiġi preżunt li waqfu l-attivitajiet taxxabbli tagħha ta' bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi;

    (c) 

    jekk hija ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta' din l-iskema speċjali;

    (d) 

    jekk b'mod persistenti hija ma tikkonformax mar-regoli relatati ma' din l-iskema speċjali.

    2.  L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jħassar lill-intermedjarju mir-reġistru ta' identifikazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

    (a) 

    jekk għal perijodu ta' sitt xhur kalendarji konsekuttivi huwa ma jkunx aġixxa bħala intermedjarju għan-nom ta' persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali;

    (b) 

    jekk huwa ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet l-oħrajn neċessarji biex jaġixxi bħala intermedjarju;

    (c) 

    jekk b'mod persistenti huwa ma jikkonformax mar-regoli relatati ma' din l-iskema speċjali.

    3.  L-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jħassar lill-persuna taxxabbli rrappreżentata minn intermedjarju mir-reġistru ta' identifikazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

    (a) 

    jekk l-intermedjarju jinnotifika lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni li din il-persuna taxxabbli ma għadhiex twettaq bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi;

    (b) 

    jekk b'xi mod ieħor jista' jiġi preżunt li waqfu l-attivitajiet taxxabbli ta' bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importata minn territorji terzi jew pajjiżi terzi ta' din il-persuna taxxabbli;

    (c) 

    jekk din il-persuna taxxabbli ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta' din l-iskema speċjali;

    (d) 

    jekk din il-persuna taxxabbli b'mod persistenti ma tikkonformax mar-regoli relatati ma' din l-iskema speċjali;

    (e) 

    jekk l-intermedjarju jinnotifika lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni li huwa m'għadux jirrappreżenta din il-persuna taxxabbli.

    Artikolu 369s

    Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali jew l-intermedjarju tagħha għandhom jippreżentaw b'mezzi elettroniċi lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni denunzja tal-VAT għal kull xahar, kemm jekk sar bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi kif ukoll jekk le. Id-denunzja tal-VAT għandha tiġi ppreżentata sa tmiem ix-xahar sussegwenti għat-tmiem tal-perijodu tat-taxxa kopert mid-denunzja.

    Fejn denunzja tal-VAT trid tiġi ppreżentata f'konformità mal-ewwel paragrafu, l-Istati Membri ma għandhomx jimponu, għall-finijiet tal-VAT, kwalunkwe obbligu addizzjonali jew xi formalità oħra mal-importazzjoni.

    Artikolu 369t

    1.  Id-denunzja tal-VAT għandha turi n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT imsemmi fl-Artikolu 369q u, għal kull Stat Membru ta' konsum fejn hi dovuta l-VAT, il-valur totali, mingħajr VAT, tal-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti importati minn territorji terzi jew pajjiżi terzi li fuqhom tiġi imposta l-VAT matul il-perijodu tat-taxxa u l-ammont totali skont ir-rata tal-VAT korrispondenti. Ir-rati tal-VAT applikabbli u l-VAT totali dovuta għandhom jiġu indikati wkoll fid-denunzja.

    2.  Fejn tkun meħtieġa kwalunkwe emenda għad-denunzja tal-VAT wara l-preżentazzjoni tagħha, tali emenda għandha tiġi inkluża f'denunzja sussegwenti fi żmien tliet snin wara d-data li fiha kien jeħtieġ li tiġi ppreżentata d-denunzja inizjali skont l-Artikolu 369 s. Dik id-denunzja sussegwenti tal-VAT għandha tidentifika l-Istat Membru ta' konsum rilevanti, il-perijodu tat-taxxa u l-ammont tal-VAT li għalih l-emendi jkunu meħtieġa.

    Artikolu 369u

    1.  Id-denunzja tal-VAT għandha ssir bl-euro.

    L-Istati Membri li l-munita tagħhom m'hijiex l-euro jistgħu jitolbu li d-denunzja tal-VAT issir bil-munita nazzjonali tagħhom. Jekk il-provvisti jkunu saru b'muniti oħrajn, il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali jew l-intermedjarju tagħha għandhom, għall-finijiet ta' mili tad-denunzja tal-VAT, jużaw ir-rata tal-kambju li tapplika fl-aħħar data tal-perijodu tat-taxxa.

    2.  Il-konverżjoni għandha ssir bl-applikazzjoni tar-rati tal-kambju ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew għal dak il-jum, jew, jekk ma jkun hemm l-ebda pubblikazzjoni f'dak il-jum, fil-jum tal-pubblikazzjoni li jmiss.

    Artikolu 369v

    Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali jew l-intermedju tagħha għandhom iħallsu l-VAT, filwaqt li jagħmlu referenza għad-denunzja tal-VAT rilevanti mhux aktar tard mill-iskadenza sa meta d-denunzja trid tiġi ppreżentata.

    Il-ħlas għandu jsir f'kont bankarju denominat fl-euro, magħżul mill-Istat Membru ta' identifikazzjoni. L-Istati Membri li ma adottawx l-euro jistgħu jitolbu li l-ħlas isir f'kont bankarju denominat fil-munita tagħhom stess.

    Artikolu 369w

    Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali ma tistax, fir-rigward tal-attivitajiet taxxabbli tagħha koperti minn din l-iskema speċjali, tnaqqas il-VAT imposta fl-Istati Membri tal-konsum skont l-Artikolu 168 ta' din id-Direttiva. Minkejja l-punt (1) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 86/560/KEE u l-punt (1) tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/9/KE, il-persuna taxxabbli inkwistjoni għandha tiġi rimborżata f'konformità ma' dawk id-Direttivi. L-Artikolu 2(2) u (3) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 86/560/KEE ma għandhomx japplikaw għal rifużjonijiet li jirrigwardaw oġġetti koperti minn din l-iskema speċjali.

    Jekk il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali tkun meħtieġa tkun reġistrata fi Stat Membru għal attivitajiet mhux koperti minn din l-iskema speċjali, hija għandha tnaqqas il-VAT imposta f'dak l-Istat Membru fir-rigward tal-attivitajiet taxxabbli tagħha li huma koperti minn din l-iskema speċjali fid-denunzja tal-VAT li għandha tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 250 ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 369x

    1.  Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali għandha żżomm reġistri tat-transazzjonijiet koperti minn din l-iskema speċjali. Intermedjarju għandu jżomm reġistri għal kull persuna taxxabbli li jirrappreżenta. Dawk ir-reġistri għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru tal-konsum jivverifikaw li d-denunzja tal-VAT hija korretta.

    2.  Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli b'mezzi elettroniċi fuq talba għall-Istat Membru ta' konsum u għall-Istat Membru ta' identifikazzjoni.

    Dawk ir-reġistri għandhom jinżammu għal perijodu ta' għaxar snin mill-aħħar tas-sena li matulha saret it-transazzjoni.

    (31) 

    fit-Titolu XII, jiżdiedu l-Kapitoli li ġejjin:

    “KAPITOLU 7

    Arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjonijiet

    Artikolu 369y

    Fejn, għall-importazzjoni ta' oġġetti, minbarra oġġetti soġġetti għad-dazji tas-sisa, f'kunsinni ta' valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150, ma tintużax l-iskema speċjali msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6, l-Istat Membru ta' importazzjoni għandu jippermetti lill-persuna li tippreżenta l-oġġetti lid-dwana għan-nom tal-persuna li għaliha huma destinati l-oġġetti fit-territorju tal-Komunità biex tuża l-arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjonijiet fir-rigward ta' oġġetti li għalihom it-tluq jew it-trasport jintemm f'dak l-Istat Membru.

    Artikolu 369z

    1.  Għall-finijiet ta' dan l-arranġament speċjali, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

    (a) 

    il-persuna li għaliha jkunu destinati l-oġġetti għandha tkun responsabbli għall-ħlas tal-VAT;

    (b) 

    il-persuna li tippreżenta l-oġġetti lid-dwana fit-territorju tal-Komunità għandha tiġbor il-VAT mingħand il-persuna li għaliha jkunu destinati l-oġġetti u tħallas tali VAT.

    2.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-persuna li tippreżenta l-oġġetti lid-dwana fit-territorju tal-Komunità tieħu l-miżuri adatti sabiex tiżgura li titħallas it-taxxa korretta mill-persuna li għaliha huma destinati l-oġġetti.

    Artikolu 369za

    B'deroga mill-Artikolu 94(2), l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li r-rata standard tal-VAT applikabbli fl-Istat Membru ta' importazzjoni tkun applikabbli meta jintuża dan l-arranġament speċjali.

    Artikolu 369zb

    1.  L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-VAT miġbura taħt dan l-arranġament speċjali tiġi rrapportata b'mezzi elettroniċi f'dikjarazzjoni ta' kull xahar. Id-dikjarazzjoni għandha turi l-VAT totali miġbura matul ix-xahar kalendarju rilevanti.

    2.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-VAT imsemmija fil-paragrafu 1 titħallas sa tmiem ix-xahar ta' wara l-importazzjoni.

    3.  Il-persuni li jużaw dan l-arranġament speċjali għandhom iżommu reġistri tat-tranżazzjonijiet koperti minn dan l-arranġament speċjali għal perijodu ta' żmien li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta' importazzjoni. Dawk ir-reġistri għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa jew dawk doganali tal-Istat Membru ta' importazzjoni jivverifikaw li l-VAT iddikjarata hija korretta u li ssir disponibbli b'mod elettroniku fuq talba għall-Istat Membru ta' importazzjoni.



    KAPITOLU 8

    Il-valuri tal-kambju

    Artikolu 369zc

    1.  Il-valur tal-kambju tal-euro fil-munita nazzjonali li għandu jiġi kkunsidrat għall-ammont imsemmi fl-Artikoli 369 l u 369y għandu jkun stabbilit darba fis-sena. Ir-rati li għandhom ikunu applikati għandhom ikunu dawk applikabbli fl-ewwel ġurnata tax-xogħol f'Ottubru u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

    2.  L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw għad-dritt l-ammont fil-munita nazzjonali billi jikkonvertu l-ammonti f'euro.

    3.  L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw l-ammont fis-seħħ fil-ħin tal-aġġustament annwali previst fil-paragrafu 1, jekk il-konverżjoni tal-ammont espress f'euro twassal, qabel ma jsir l-aġġustament għad-dritt kif previst fil-paragrafu 2, għal alterazzjoni ta' inqas minn 5 % fl-ammont espress fil-munita nazzjonali jew għal tnaqqis f'dak l-ammont.”.

    ▼M1

    Artikolu 3

    Emenda għad-Direttiva 2009/132/KE

    B’effett mill-1 ta’ Lulju 2021, jitħassar it-Titolu IV tad-Direttiva 2009/132/KE.

    ▼B

    Artikolu 4

    Traspożizzjoni

    1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta' Diċembru 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

    ▼M1

    L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-30 ta’ Ġunju 2021, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni immedjatament.

    ▼B

    Huma għandhom japplikaw il-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 2019.

    ▼M1

    Għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-Direttiva mill-1 ta’ Lulju 2021.

    ▼B

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.

    2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 5

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 6

    Indirizzati

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.



    ( *1 ) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).”;

    ( *2 ) Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma' taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1).”;

    Top